e-spark 53

6
E Spark 53 JANNAR 2013

description

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Transcript of e-spark 53

Page 1: e-spark 53

E Spark 53 JANNAR 2013

Page 2: e-spark 53

Tifel li jismu Alessandro għamel din il-mistoqsija: "Għażiż

Papa, x’jiswa għall-ħajja tagħna li nieħdu sehem fil-

Quddiesa u nirċievu l-Ewkaristija kuljum?"

U l-Papa wieġbu:

Dan igħinna biex insibu l-aktar ħaġa mportanti fil-ħajja

tagħna. Aħna ngħixu fost ħafna affarijiet oħra. Dawk il-

persuni li ma jmorrux il-knisja ma jafux li fil-ħajja

tagħhom jonqoshom proprju ’l Ġesù. Dawn in-nies però

jħossu li jonqoshom xi ħaġa mportanti fil-ħajja

tagħhom. Imma ma jiskoprux x'inhi. Jekk Alla ma jkunx

fil-ħajja tiegħi, u jekk Ġesù ma jkunx fil-ħajja tiegħi,

allura ma jkollix min jiggwidani. Ikun jonqosni dik il-

ħbiberija essenzjali; ikun jonqosni wkoll dak il-ferħ li hu

tant importanti fil-ħajja. Jekk Ġesù ma jkunx fil-ħajja

tiegħi, ma jkollix il-forza biex nikber bħala bniedem u l-

qawwa biex nagħżel u nagħmel it-tajjeb.

E Spark 53 JANNAR 2013

Għaliex għandi

mmur il-Quddies?

Il-Papa jwieġeb

Kien is-Sibt, 15 ta’ Ottubru 2005. Fi Pjazza San Pietru saret laqgħa storika tal-Papa Benedittu XVI ma’ eluf ta’ tfal Taljani li kienu għadhom kif iċċelebraw l-Ewwel Tqarbina tagħhom. Waqt dik iċ-ċelebrazzjoni l-Papa tkellem mat-tfal preżenti li minn fosthom kien hemm 7 li ppreparaw mistoqsija lill-Papa fuq suġġetti varji.

Page 3: e-spark 53

E Spark 53 JANNAR 2013

Dan il-messaġġ tal-Papa ma kienx biss għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina, iżda għad-dinja kollha. Meta nipperswadu ruħna kemm għandna x’nirbħu mill-

Quddies u t-Tqarbin, ċertament li nagħmlu ħilitna biex qatt

ma nħallu ġurnata tgħaddi mingħajr ma

mmorru l-knisja biex nieħdu sehem fis-

Sagrifiċċju tal-Ħaruf.

Il-Papa kompla jwieġeb: Għalkemm ma’ narawx mill-ewwel

l-effett li nkunu ma’ Ġesù meta

nirċievu l-Ewkaristija, waqt

il-Quddiesa, biż-żmien nibdew

nindunaw u jibda jidher l-effett ta’

dan.

Hekk ukoll, jista’ jkun li maż-żmien,

meta jgħaddu s-snin jidher l-effett

tan-nuqqas ta’ Alla u ta’ Ġesù.

Din ħija xi ħaġa li tfixkilna ħafna u

teqridna. Nista’ issa nitkellem fuq

il-pajjiżi fejn l-atejiżmu kien jikkmanda

kollox għal ħafna snin.

F’dawn il-pajjiżi ġew meqruda ħafna

erwieħ. Għalhekk, nistgħu naraw

l-importanza tant fundamentali li spiss

nirċievu lil Ġesù fl-Ewkaristija, meta

nattendu għall-Quddiesa, li joffrielna

gwida għall-ħajja tagħna.

Aħna għanda bżonn din il-gwida

ta’ Ġesù.

Page 4: e-spark 53

E Spark 53 JANNAR 2013

Il-Bniedem Aljenat

Il-bniedem sejjaħ lil Alla: 'Kellimni O Mulej'.

U għasfur fil-ġnien beda jgħanni għana ħelu ...

Imma l-bniedem ma semgħux.

U l-bniedem reġa' għajjat: 'Mulej, kellimni'.

Fis-smewwiet ragħad beda jkarwat ...

Imma l-bniedem ma tax każ.

Iħares madwaru l-bniedem tenna: 'Mulej, ħallini narak'.

U kewkba bdiet tiddi fis-sema ...

Imma l-bniedem ma rahiex.

U l-bniedem kompla jinsisti: 'Mulej, urini miraklu'.

U hekku, twieldet tarbija: ħajja ġdida ...

Imma dan, il-bniedem xejn ma qies.

B'għajjat iddisprat il-bniedem beda jitlob: 'Missni, O Alla, ħalli ninduna li inti hawn preżenti'.

Dak il-ħin stess il-Mulej niżel, u mess lill-bniedem ...

Iżda dan keċċa l-farfett minn fuq spallejh u baqa' għaddej.

Page 5: e-spark 53

E Spark 53 JANNAR 2013

Il-Bniedem Aljenat

Il-bniedem sejjaħ lil Alla: 'Kellimni O Mulej'.

U għasfur fil-ġnien beda jgħanni għana ħelu ...

Imma l-bniedem ma semgħux.

U l-bniedem reġa' għajjat: 'Mulej, kellimni'.

Fis-smewwiet ragħad beda jkarwat ...

Imma l-bniedem ma tax każ.

Iħares madwaru l-bniedem tenna: 'Mulej, ħallini narak'.

U kewkba bdiet tiddi fis-sema ...

Imma l-bniedem ma rahiex.

U l-bniedem kompla jinsisti: 'Mulej, urini miraklu'.

U hekku, twieldet tarbija: ħajja ġdida ...

Imma dan, il-bniedem xejn ma qies.

B'għajjat iddisprat il-bniedem beda jitlob: 'Missni, O Alla, ħalli ninduna li inti hawn

preżenti'.

Dak il-ħin stess il-Mulej niżel, u mess lill-bniedem ...

Iżda dan keċċa l-farfett minn fuq spallejh u baqa' għaddej.

Il-Bniedem Aljenat

Il-Mulej huwa hawn magħna, dejjem preżenti fl-aktar

l-ħwejjeġ żgħar u sempliċi li aħna xejn ma nqisuhom,

imqar f'din l-era elettronika...

Il-bniedem kompla jgħajjat: 'Mulej, għandi bżonn l-għajnuna tiegħek!'

U fil-pront wasal imejl mimli kliem sbieħ u ta' nkoraġġiment ...

Imma l-bniedem ħassarha u kompla bl-għajjat tiegħu.

Ħabib, tħallix li taljena rasek minn xi grazzja li tkun ġejja minn Alla, għax din ma tiġix

imgeżwra bil-mod kif tistenniha int!

Tarmix rigal ... speċjalment qabel ma tiftħu u tara x'inhu!

When you are down to nothing … God is up to something!

Faith sees the invisible,

believes the incredible,

and receives the impossible.

Page 6: e-spark 53

E Spark 53 JANNAR 2013

Prayer for Choosing

a State of Life

My God, You Who are the God of wisdom and good counsel, You Who read in my heart a sincere desire to please You alone and to direct myself in regard to my choice of a state of life, in conformity with Your Holy will in all things; by the intercession of the most holy Virgin, my Mother, and of my Patron Saints, grant me the grace to know that state of life which I ought to choose, and to embrace it when known, in order that thus I may seek Your glory and increase it, work out my own salvation and deserve the heavenly reward which You have promised to those who do Your

holy will. Amen. E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-

Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Contact

Fr Michael and share

your comments,

suggestions, ideas or

problems

email:

[email protected]

Tel :

21450354 /79964557.

Vocational Centre

Archbishop’s

Seminary

Tal-Virtu, Rabat