e-spark 43

7
Marzu 2012 Vocations e-newsletter SOKRATE IMUR IS-SUQ X’QED JGHIDLI ALLA F’DAN IR-RANDAN? WEBSITES GOSPEL AND CLASSICAL MUSIC E - spark 43 E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

description

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Transcript of e-spark 43

Page 1: e-spark 43

Marzu 2012 Vocations e-newsletter

SOKRATE IMUR IS-SUQ

X’QED JGHIDLI ALLA F’DAN IR-RANDAN?

WEBSITES

GOSPEL AND CLASSICAL MUSIC

E - spark 43

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat .

Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Page 2: e-spark 43

SOKRATE IMUR SAS-SUQ

Fil-misraħ ewlieni ta’ Ateni, is-suq kien joffri l-aqwa' post minn

fejn takkwista kull ma' tista' tixtieq jew toħlom li jkollok. Prodotti agrikoli, xogħol tas-snajja u tal-arti, ilbiesi u żra-ben, deheb u fidda, fwejjaħ, oġġetti tal-ġild, kif ukoll tapizzeriji fini u għamara tal-aqwa mastrudaxxi. Il-filosfu Sokrate, ħafi bħal dejjem u liebes it-toga qadima u waħdanija tiegħu, kien għaddej jara l-merkanti x'kienu qed ibiegħu. Mitluf idur minn ġo tinda għal oħra, għajnejh attenti ma jaħrablu xejn... Deher imsaħħar u mimli nter-ess bis-sbuħija tal-oġġetti li kienu għall-bejgħ. Wieħed mid-dixxipli tiegħu resaq lejh u kollu mistagħġeb qallu: “Mgħallem, inti toqgħod twiddibna dwar il-frugħa tad-dinja u dwar it-trażżin tax-xewqat... Mela x'kien ġet hawn, fis-suq tal-Agora? Jaqaw jinteressak il-ġid tiegħu? Forsi qed titħajjar tibdel fehemtek tara madwarek tant oġġetti ta’ lussu?" Imma Sokrate wieġeb: “Bħalissa l-akbar gost tiegħu hu li qed niskopri l-ħafna affarijiet li mingħajrhom nista’ ngħix ferħan u kuntent!”

Page 3: e-spark 43

Waqt li għaddejjin minn żmien ir-Randan, bħal Sokrate inkunu qed nipprovaw ngħixu ferħana u kun-tenti mingħajr xi ħaġa li togħġobna. Għal ħafna nies, ir-Randan hu żmien biex jagħmlu dixxiplina fuqhom infu-shom. Jieħdu mpenn li jmorru jimxu, jew jibdew dieta, jew ma jarawx televixin, jew jevitaw il-parties. Hawn min malajr jitlef l-interess u jieqaf. Hawn min jirridikola dan kollu u jgħid li dawn huma affarijiet ta' żmien il-qedem. Forsi fil-verità, min jgħid hekk ikun qed jibża' li ma jkunx ka-paċi jirreżisti jgħix imċaħħad għal żmien twil, u jċedi qabel biss jibda l-battalja! Meta tibda' żmien ta' taħriġ bilfors li se tħossok ftit nervuż u dubjuż dwar jekk jirnexxilekx jew le. Imma meta jibda' għaddej iż-żmien, tibda tħossok aktar kunfidenti u mimli ħeġġa w enerġija. Fuq kollox tibda' tħossok ħieles. Tibda' tkun aktar iffukat. Aktar trankwill. Qisu tibda' ssib aktar ħin biex tagħmel dak li jkollok ippjanat f'moħħok.

Page 4: e-spark 43

Ir-Randan: żmien biex nisma' mill-ġdid Alla x'qed jgħidli Bdejna r-Randan billi s-saċerdot għamel sinjal tas-salb bl-irmied fuq rasna. Qalilna l-kliem: "Indem u emmen fil-Bxara t-Tajba". It-taħriġ veru tagħna jrid ikun li nisimgħu iżjed x'qed jgħidilna Alla... Li naraw x'impatt qed ikollu Ġesù fuq ħajjitna... Xi tgħid kieku matul ir-Randan tibda' taqra aktar il-Bibbja u titlob biha? Hawn ħafna riżorsi li jgħinuk tagħmel dan. Tista' taqra l-Evanġelju tal-ġurnata u tisma' jew taqra kummentarju dwaru. Fil-blog tagħna (http://

vokazzjoni.blogspot.com) hemm app man-naħa tax-xellug li permezz tagħha tista' taqra u tisma' l-qari kollu tal-ġurnata. Fuq il-Youtube hemm channels fejn

tista' tara u tisma' l-qari tal-ġurnata (http://www.youtube.com/user/EVANGELJU).

Mod ta' kif titlob bil-Bibbja jissejjaħ "Lectio divina". Fis-sit tas-Segretarjat għall-Lajċi hemm għajnuna kif tagħ-mel dan (http://www.laikos.org/LectioDivina.htm).

Page 5: e-spark 43

Dawn huma xi siti oħra utli: http://www.crossref-it.info/

http://www.biblesociety.org.uk/uploads/lectio-divina/Lectio-Divina-2.pdf

www.biblesociety.org.uk/ygtt

http://www.pray-as-you-go.org/

http://www.sacredspace.ie/

Page 6: e-spark 43

Contact Us

If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to:

[email protected]

Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat

Nagħmlu esperjenza ġdida tal-Kelma ta' Alla

Mela, waqt li qed tissara mas-sagrifiċċji tar-Randan, forsi jagħmel sens li tistqsi domanda lilek innifsek: Fejn qed nipprova nasal? Forsi rrid nuri lil ħaddieħor u lili nnifsi kemm jien kapaċi nikkontrolla ruħi? Għan-nisrani, l-penitenza u s-sagrifiċċju ma jsirux biex nuru kemm aħna b'saħħitna - anzi nafu perfettament li waħedna ma nas-lux nogħġbu lil Alla. Bl-għajnuna ta' Alla ngħidu “le” lilna nfusna biex Alla jkollu aktar spazju f'ħajjitna ħalli jaħdem fina u jagħmel xi ħaġa sabiħa bina. Mela bħala suġġeriment... għax ma nagħmilx lili nnifsi disponibbli quddiem Alla u nith ċans ikellimni, bħala Mis-sier li jħobbni? Min jaf kemm hemm affarijiet li Alla tant jixtieq jgħidli... Hija esperjza sabiħa li tiltaqa' ma' Alla, speċjalment fil-Kelma tiegħu... Hija wkoll esperenza sabiħa għal ħaddieħor li jara din il-Kelma ħajja fina! Għandek ħsieb biex fir-Randan ta’ din is-sena tħalli lil Alla juri aktar min Hu? Jekk tħallih int, għandu mnejn oħrajn jitħajru jagħmlu bħalek :o)

Page 7: e-spark 43

Great song I have to study this song for school so I honestly no all

the words it's a very heart warming song great job

http://www.youtube.com/watch?v=lHlbnNUHQGI

Beautiful Gospel Music

http://www.classicfm.nl/luister/classic-fm

Listen to radio live classic music