e-spark 65

10
E-Spark hija newsletter elettronika maħruġa miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtù,Rabat. Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com E-Spark 65 Marzu 2014 Issa hu ż-żmien it-tajjeb

description

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Transcript of e-spark 65

Page 1: e-spark 65

E-Spark hija newsletter elettronika maħruġa miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju,

tal-Virtù,Rabat. Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

E-Spark 65 Marzu 2014 Issa hu ż-żmien it-tajjeb

Page 2: e-spark 65

E-Spark 65 Marzu 2014 Marzu marzellu jaħraq il-moxt u r-rixtellu

Hekk kienu jgħidu fl-antik. U Marzu għadu l-istess għax jaf ikun l-aktar xahar kiesaħ tas-sena. Dan il-qawl jirreferi għall-irziezet li fi żmien il-bużnanniet tagħna kellhom grada jew rixtellu tal-injam li l-bidwi kien jagħlaq warajh meta jmur l-għalqa sabiex ma jidħlux annimali (p.e. klieb) fir-raba u ma jaħarbux l-annimali li forsi jkollu ġewwa (nagħaġ, mogħoż u xi ħmar jew bagħal). Jissemma wkoll il-moxt. Dan kien biċċa għodda li kienet tintuża għan-newl, meta kienu jinsġu. Għax qabel kull dar kien ikollha

l-apparat għall-insiġ, biex jagħmlu d-drapp mill-qoton jew mis-suf tan-nagħaġ.

Wara x-xhur tax-xitwa, l-bidwi kien ikun spiċċalu l-injam kollu. Ma tantx kien jinkwieta għax kien jgħid "issa daqt tibda r-rebbiegħa... ma jibqax jagħmel ksieħ u bard!" Imma mbagħad jitfaċċa Marzu marzellu. U biex jisħon mill-bard, il-povru bidwi kien ikollu saħansitra jkisser il-moxt u r-rixtellu u jużahom biex iqabbad in-nar bihom.

Page 3: e-spark 65

Kultant aħna jiġrilna bħal dak il-bidwi. Mingħalina li l-kbir ikun għadda u meta nkunu bdejna nirrilassaw xi ftit, fil-pront titfaċċa xi ħaġa ġdida. U nsibu ruħna daharna mal-ħajt. Bilkemm inkun qed inlaħħaq kif jien, meta titfaċċa xi problema ġdida, xi ostaklu ġdid li nkun irrid nirbaħ.

Il-qwiel kienu jservu funzjoni importanti: li jfakkru lill-bniedem biex ikun avżat ħalli xejn ma jiġi fuqu għall-għarrieda. Imma illum issib nies li jgħidulek li għejjew jaħsbu. Li l-ħajja qisha logħba li r-regoli tagħha mhux dejjem tifhimhom u li ma jiddependux minna. Huwa fatt li dejjem se jkun hemm xi ostaklu quddiemna. Hu permezz tat-tfixkil li aħna nagħmlu

progress u nimxu 'il quddiem. Hu permezz tat-tfixkil li aħna nsiru nafu aktar lilna nfusna.

E-Spark 65 Marzu 2014 L-ostakoli jgƥinuna insiru nafu aktar lilna nfusna

Page 4: e-spark 65

E-Spark 65 Marzu 2014 Il-Ħajja Nisranija hi bƥal strategy game

San Pawl (fl-Ittra lill-Efesin 6, 10-18) jgħidilna: "Twettqu fil-Mulej u ssaħħu bil-qawwa tiegħu... biex tkunu tifilħu tieqfu għat-tnassis tax-Xitan. Għax il-ġlieda tagħna m'hijiex kontra d-demm u l-laħam, imma kontra s-Setgħat, kontra l-Qawwiet, kontra l-Prinċpijiet ta' din id-dinja ta' dlamijiet, kontra l-ispirti ħżiena li jgħammru fil-wisa' tas-smewwiet. Żommu sħiħ, mela, ħalli tkunu tistgħu tieqfu fi żmien il-ħażen u, wara li tkunu għamiltu ħilitkom kollha, tibqgħu weqfin. Itolbu dejjem fl-Ispirtu, b'kull xorta ta' talb u f’kull ħtieġa, ishru fih bla ma tintelqu."

San Pawl qisu qed jgħidilna li bla ma rridu (u forsi bla ma nafu) aħna involuti f'tip ta' logħba (aħseb f'xi strategy game kbira), li fiha irridu bilfors nieħdu pożizzjoni. Irrid inkun jew ma' naħa jew ma' oħra. Ma nistax ngħid li ma nżomm ma' ħadd. Irrid

inkun naf min huma dawk li qed jgħinu (l-alleati) u min huma dawk li jfixklu (l-għadu).

Vocations Centre
Typewritten Text
Page 5: e-spark 65

E-Spark 65 Marzu 2014 "Fitness test" spiritwali

Il-ħajja tan-nisrani illum irid ikollha minn dan is-sens ta' strateġija. Xejn ma hu "newtrali". Kull ħaġa li ngħaddi minnha se sservi għal skop ċar ħafna: jew biex nimxi 'l quddiem (nifhem b'dan li nsir bniedem aħjar u aktar viċin ta' Alla / lest li nwettaq dak li jrid Alla minni) jew biex nimxi lura (nitbiegħed minn Alla / minn dak li naf li hu tajjeb). Dawk li aħna nsejħulhom "żbalji" u "dnubiet" huma meta jien nieqaf nimxi 'l quddiem u nibda miexi lura,

nitbiegħed.

Immaġina li tinsab involut f'logħba spiritwali bħal din, kif tkun tħossok? Taħseb li jirnexxielek tkampa? Forsi ser iċċedi qabel ma tibda l-logħba... jew toħroġ qabel ma jispiċċa l-ewwel half? Jew inkella se tqum għall-okkażjoni, u forsi anke issib qawwa u enerġija li ma kontx

taf bihom qabel?

Page 6: e-spark 65

E-Spark 65 Marzu 2014 Taqbida spiritwali, armi spiritwali

San Pawl jgħidilna wkoll li din il-logħba hija spiritwali: mhux kontra l-bnedmin imma "kontra l-Prinċpijiet ta' din id-dinja ta' dlamijiet, kontra l-ispirti ħżiena li jgħammru fil-wisa' tas-smewwiet". Ladarba hija taqbida spirtwali, l-mezzi li nuża jeħtieġ li jkunu spiritwali.

Nafu li għandna għajnuna spiritwali li nistgħu inserrħu fuqha: is-Sagramenti (Magħmudija, Rikonċiljazzjoni / Qrar, Ewkaristija, Konfermazzjoni / Griżma)... il-Kelma ta' Alla... il-fatt li aħna nagħmlu parti mid-dar ta' Alla... Imma dawn tassew isiru għodda u qawwa, meta niġu bżonnhom bis-serjetà. Bħalma l-bidwi jiftakar fil-moxt u r-rixtellu u jsalvawh milli jmut bil-

bard.

Page 7: e-spark 65

Erġa' aħseb ftit... Int, mill-esperjenza tiegħek, kif tinduna li qed tikber fil-ħajja spiritwali tiegħek? Forsi dan jiġri meta tkun taħt pressjoni... Jew meta tkun ma’ oħrajn li jieħdu l-ħajja spiritwali tagħhom bis-serjetà... Forsi lili jgħinni meta xi ħadd joqgħod jiċċekkjani... Hemm min jitgħallem ifendi u jikber meta jkun il-bogħod mid-dar (forsi għax ikun qed jaħdem jew jistudja jew jgħix barra minn Malta). Imma hu żgur li l-ħajja spiritwali nikber

fiha meta niddedika ħin u enerġija għalija.

"Fitness test" spiritwali E-Spark 65 Marzu 2014

Page 8: e-spark 65

Nibda' minn issa E-Spark 65 Marzu 2014

Nibda' minn issa! Il-Knisja toffrilna ż-żmien tar-Randan biex nintebħu x'hemm għaddej fina u madwarna. Biex nindunaw li ma nistgħux nibqgħu passivi u nħallu kollox għaddej. F'dan iż-żmien, Alla jagħtina ċans induru dawra magħna nfusna. Inkabbru fina sens ta' qima lejn Alla u nagħrfu kemm għandna bżonnu u kemm neħtieġu l-qawwa tiegħu. Waqt li ngħixu aħjar is-Sagramenti, inkunu qed nitwieldu

mill-ġdid u b'hekk naslu biex nilqgħu il-milja tal-grazzja bħala uliedu.

Page 9: e-spark 65

Mhux kull nar isaħħan il-qalb. Hemm in-nar materjali, li huwa utli ħafna. Imma

hemm ukoll nar ieħor, spiritwali. Dan ukoll irrid infittex nersaq viċin tiegħu, għax

ma ngħaddix mingħajru. Li nkun viċin ta' Alla u nilqa' dak li jixtieq minni, jitlob

minni strateġija u prattika. Għalhekk ir-Randan idum 40 jum, jiġifieri tul ta'

żmien sew.

E-Spark 65 Marzu 2014

Page 10: e-spark 65

E-Spark 65 Marzu 2014

Dawn huma xi ftit suġġerimenti:

> spiss / kuljum insib ftit tal-ħin waħdi u ninġabar fit-talb

(hemm ħafna għajnuna fuq l-internet... ara dan is-sit, pereżempju

http://www.beliefnet.com/Faiths/Catholic/7-Practices-for-a-More-Fruitful-Lent.aspx

> nitlob lil Alla jagħtini xewqa li nieħdu aktar bis-serjetà

> inżomm quddiem għajnejja u nħares 'il quddiem lejn fejn irrid nasal

> kuljum nipprova noħroġ xi ħaġa sabiħa mill-ġurnata tiegħi

> nipprova nagħmel it-tajjeb b'mod konsistenti u spontanju (bla ma nitħasseb / niddubita)

> nikkonċentra fuq dak li nkun qed nagħmel u nagħmlu bl-aħjar mod li naf.