e-spark 29

9
Vocations e-newsletter E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com DO YOUR FACE FTIT PARIRI DWAR FACEBOOK I ASKED GOD COMIC STRIP : OUR FATHER’S CHILDREN NEW WEBSITES E - spark 29 JANNAR 2011

description

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Transcript of e-spark 29

Page 1: e-spark 29

Vocations e-newsletter

E-S

par

k h

ija

new

slet

ter

elet

tro

nik

a m

ahru

ga

mic

-Centr

u t

al-V

okaz

zjo

nij

iet

tas-

Sem

inar

ju,

tal-

Vir

tu,R

abat

.

Tel

: 21

450

354

-

w

ww

.vo

ka

zzjo

ni.

com

DO YOUR FACE

FTIT PARIRI DWAR FACEBOOK

I ASKED GOD

COMIC STRIP : OUR FATHER’S CHILDREN

NEW WEBSITES

E - spark 29 JANNAR 2011

Page 2: e-spark 29

DO YOUR FACE…...

GĦAMEL WIĊĊEK!

Żminijiet ġodda jġibu magħhom drawwiet ġodda imma anke vizzji ġodda. Vizzju ta’ żmienna, imma li ma tistax issejjaħlu totalment “ġdid”, huwa n-nuqqas gravi ta’ mistħija. Illum kollox sar jgħaddi: tista’ tgħid kulma jiġi f’moħħok. Tħalli xejn mistur ġos-sigriet ta’ qalbek. Aqbad issa stess irrakkonta l-ġrajjiet intimi ta’ ħa-jtek! It-tendenzi, il-gosti, dak li tħoss fuq ħaddie-

ħor... Perreċ kollox fil-pubbliku u xandar mal-erbat irjieħ imqar l-aktar affarijiet intimi tal-ħajja privata tiegħek. Bl-akbar sinċerità u bl-inqas mistħija possibbli. Għax b’hekk malajr tibni l-image tiegħek, taqta’ figura, timpressjona u tiġbed l-attenzjoni fuqek. Ħafna żgħażagħ, propju għax ikunu jixtiequ ‘l min jaffermahom u jaċċettahom permezz ta’ feedback fuq ħajjithom, isiru skjavi ta’ dawn il-kummenti u jibdew ma’ jgħaddux mingħajrhom. Hawn min jikber u jibqa’ hekk: vittma ta’ x’jaħsbu u x’jgħidu oħrajn fuqu. X’aktarx li ħadd ma jammetti li jkun qed jiġrilu hekk, imma allura kif tispjega t-tperriċ eżaġerat li tiltaqa’ miegħu fuq ċerti siti tal-internet, hekk imsejħa social media u social networks bħal Twitter, Facebook u Youtube? Facebook, invenzjoni meraviljuża ta’ Mark Zuckerberg, sar qisu vetrina kbira fejn kulħadd jista’ jesponi mhux xi prodott imma lilu nnifsu, biex joħloq u jibni l-image tiegħu innifsu.

Page 3: e-spark 29

Fejn ir-radju ħa 38 sena biex ġabar 50 miljun utent (user), u t-T.V. 13-il sena, l-Internet ħa biss 4 snin u l-Ipod 3 snin. Facebook żied 200 miljun utent f’sena waħda biss! Illum Facebook għadda lil Google bħala s-sit li l-aktar jiġġenera at-tività. Jingħad li hemm aktar minn 500 miljun persuna li għandhom il-profil tagħhom f’dan is-social network globali.

Huwa fenomenu li nfirex malajr. Meta tqis li 50% tal-popolazzjoni tad-dinja għandha inqas minn 30 sena, tibda tifhem għalfejn. Iż-żgħożija hu żmjen ta’ inċertezza u insigurtà. Min għadu qed isib postu fid-dinja ovvja li se jkun iktar in-fluenzat minn dak li jaħsbu oħrajn dwaru. Xba-jna nisimgħu dwar low self esteem, u l-isforz kbir li trid biex tirbaħ lilek innifsek. Forsi tistaqsi: “Mhux ħaġa tajba teħles mill-mistħija żejda?” Mistħija li tipparalizzak u tħal-lik waħdek ġo rokna waqt li sħabek, li jkunu ak-tar wiċċhom sfiq, jisirqu x-xena kollha u kulħadd imdawwar magħhom!? Kollox għandu prezz. Meta tibda twaqqa’ d-difiża interjuri u tinkixef għall-kurżità ta’ kul-

ħadd, tkun qed tgħawweġ il-mod ta’ kif tħares lejk innifsek. Tkun qed issir “oġġett” u mhux aktar persuna, maħbuba u prezzjuża. Ma tibqax tgħożż fik id-dinjità ta’ persuna. Is-sens ta’ mistħija ma tfissirx li tkun bniedem tibża’ minn dellek jew ripress u magħluq fik innifsek! Is-sens ta’ mistħija hu meta int, bħala individwu, tiddeċiedi li tiddefendi u tħares dak li huwa “intimu” fik. Kull persuna għandha ħajjitha minsuġa minn sentimenti, gosti, konvinzjonijiet, relazzjonijiet, emozzjonijiet, twemmin u prinċipji. Jagħmel sens li dan kollu tmur tafdah lil kulħadd, kif ġie ġie? Qalbek u ruħek qatt ma tista’ tafdahom lil kull min jiġi!

Page 4: e-spark 29

Imma llum hawn min jistqarr li biex tkun “naturali” trid tegħleb il-mistħija kollha. Jiġifieri tbiegħ lilek innif-sek qisek qiegħed fuq il-monti! Oħrajn jgħidu: “Be yourself! Kun sinċier!” Qisek jekk ma tesponix ruħek quddiem kulħadd, jekk ma titkellimx fuqek innifsek, tista’ ġġiegħel lil min jaħseb li int m’intix sinċier jew għandek x’taħbi! Li tkun “naturali” tfisser li tkun imżejjen b’sens ta’ mistħija, u anke sens ta’ modestja u prudenza (li tqis l-effett ta’ kliemek u għemilek qabel tfattarha). Ngħiduha kif inhi, hija tentazzjoni kbira għal kull bniedem li jonfoħ lilu nnifsu u l-image tiegħu, u llum għandna l-mezzi kollha biex dan nagħmluh kontinwament. Ħafna joħolmu li jkollhom ċans isiru famużi u li kulħadd jisma’ bihom. U hawn min lest jagħmel minn kol-lox biex jaħtaf ċans bħal dan! Dawk li jaħdmu fil-qasam tal-marketing jgħallmuna li biex tħajjar in-nies jixtru xi prodott trid l-ewwel tir-reklamah u tagħmel show bih. Hawn min jirraġuna li biex isiru jafu bik trid ukoll tagħmel show bik innifsek. Inkella kif se tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku? Kif se jintebħu bik? U jekk ħadd ma jinduna bik inti ma int ħadd! Fuq it-TV u anke fil-pubbliku, drajna naraw ħafna esibizzjoniżmu (skullar u tqaċċit) imma issa qed naraw ukoll lil min jaqbad iparla fuq ħajtu b’ħafna dettal. Forsi dan ukoll jidher xi att ta’ sinċerità jew li jitlob ħafna kuraġġ. Li tirreferi għall-esperjenza personali tiegħek hija ħaġa tajba, għax sinjal li tkun bniedem li taħseb u tirrifletti. Imma li wieħed jiftaħar b’affarijiet li aħjar iżommhom misturin... Hawn min hu lest jarmi kull sens ta’ modestja biex jikseb il-fama u jaqla’ l-flus! Is-sens ta’ mistħija ma jfissirx li int issir tal-ħadid u ma titkellem ma’ ħadd u ma tafda lil ħadd. Anke jekk insibu min ipinġina bħala nies “introverti” jew “moħħna magħluq” jalla nwasslu l-messaġġ bl-imġiba u bid-diskors tagħna li m’aħniex for sale u l-anqas għall-kiri.

Page 5: e-spark 29

FTIT PARIRI DWAR L-UŻU

TA’

Jekk inti mħasseb dwar li xi ħadd jara post, kumment, jew stampi: tpoġġihomx fuq Facebook! Nisimgħu b’nies li jinkeddu b’dak li poġġew dwarhom fuq Facebook. Jekk ma nistgħux nikkontrollaw ħaddieħor x’jagħmel, almenu naraw aħna x’nagħmlu u nkunu attenti liema friends naċċettaw. Iffamiljarizza ruħek mal-privacy settings ta’ Facebook. Per eżempju, tista’ tikkontrolla lil min tħalli jara l-profil tiegħek billi tuża dawn is-settings. Tħallix jew iżżidx friends li ser jikkawżaw problemi. Jekk fil-ħajja ta’ kuljum hemm persuni li qalgħulek l-inkwiet, hemm ċans kbir li fuq Facebook se jagħmlu l-istess! Dak li titgħallem dwar bniedem fil-ħajja żommu f’moħħok meta tkun qed tibgħat jew taċċetta friend requests. Tgħallem uża l-blocking. Lil min taċċettah u mbagħad jibda’ jaqla’ l-inkwiet, tista’ żżidu fil-blocked list. L-istess bil-lista tal-friends. Tiddejjaqx tibdel il-lista skont il-bżonn. Kun edukat meta tiddeċiedi li tagħmel post. Affarijiet mhux xierqa jew koroh, jew saħansitra kull tip ta’ nformazzjoni personali, aħjar ma ddaħħalhomx fuq dan is-sit. Mhux dejjem tirre-alizza, imma l-ġenituri u ħutek u anke sħabek, ma jeħdux gost jaraw u jaqraw affarijiet mhux sbieħ dwarek. Tinsiex li skont ir-regoli l-ġodda, anke jekk tiddeċiedi li tagħlaq l-account tiegħek fuq Face-book, l-amministraturi tas-sistema jżommu d-dritt li jikkontrollaw huma l-informazzjoni

ACEBOOK

Page 6: e-spark 29

I asked God said...

I asked God to do away with my vices

God said no

They are not there for me to take them away. They are there for you to resist them

I asked God to complete my body

God said no

Your spirit is complete, your body is only temporary

I asked God to give me patience

God said no

Patience is a by product of difficulties. It is not given but learned

Page 7: e-spark 29

I asked God to give me happiness

God said no

I give blessings. Happiness depends upon you

I asked God to free me of pain

God said no

Suffering makes you go far away from this world and brings you nearer to me

I asked God to make my spirit grow

God said no

You have to grow by yourself! But I will prune you to make you bear fruit

I asked God for the things that would make me like life

God said no

I will give you life, so you can enjoy all those things

I asked God to help me love the others, like He loves me

God said: .... ohhh, you finally got the idea...

Page 8: e-spark 29

http://www.companymagazine.org/

Company is a quarterly magazine of the U.S. Jesuits contain-

ing articles about the Jesuits, their colleagues and friends, as

well as their joint works. This is the Web version of that maga-

zine.

http://www.theophilus.org/ofc/

This serial comic strip will chronicle the history of the struggle between good and evil, battles fought in human hearts, between nations, and among the stars.

NEW

WEBSITES

Page 9: e-spark 29

Contact Us

If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to:

[email protected]

Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat

www.vokazzjoni.com