e-spark 62

8
E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com E Spark 62 Diċembru 2013

description

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Transcript of e-spark 62

Page 1: e-spark 62

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju,

tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

E Spark 62 Diċembru 2013

Page 2: e-spark 62

E Spark 62 Diċembru 2013

Milied wieħed, ħames festi, stedina waħda

Sa mill-bidu tas-sena liturġika tagħha, l-Knisja

tħejjina għall-festi kbar tal-Milied permezz

taż-żmien tal-Avvent. Hemm ħames festi li

niċċelebraw fil-Milied: it-Twelid ta' Ġesù,

il-Familja Mqaddsa, Marija Omma Alla / Omm

il-Paċi, l-Epifanija, u l-Magħmudija ta' Ġesù.

Flimkien jiffurmaw stedina sħiħa biex bħal

Marija ngħożżu dawn il-ġrajjiet f'qalbna u

nixtarruhom sew. Bħar-rgħajja sempliċi – li taw

widen għal dak li qalu l-anġli u marru jħaffu

lejn l-għar – jeħtieġ inkunu miftuħin biex

nilqgħu l-esperjenza ta' Ġesù u nkunu lesti

nġorru din l-esperjenza magħna waqt li nfaħħru

lil Alla.

Page 3: e-spark 62

Il-Maġi, il-kewkba, il-vjaġġ

Ahna, l-esperjenzi, il-verità

F'dan is-sens inkunu nixbħu ukoll lill-Maġi, għax

bħalhom irċevejna stedina biex nagħmlu vjaġġ

f'ħajjitna; qed infittxu l-verità. U bħalhom

nistaqsu, "fejn hu s-Sultan li twieled?" Il-kewkba

kienet takkumpanja lill-Maġi fil-vjaġġ

taghħhom. Aħna wkoll, b'diversi modi, niġu

akkumpanjati minn bosta kwiekeb li jdawwlu

t-triq tagħna biex nagħrfu f'ħajjitna l-verità li hi

Kristu, il-mibgħut tal-Missier. Dan id-dawl jasal

għandna f'diversi forom fl-esperjenza tal-

ħajja... Permezz ta' kuntatti personali u

b'relazzjonijiet tajbin... Bl-imħabba ta' Alla li

Hu jgħaddilna permezz ta' bnedmin oħra u

bil-profeti li jibgħatilna f'ħajjitna... Bil-kelma

tiegħu u bl-azzjoni ta' Kristu fis-sagramenti…

U kultant anke permezz ta' sitwazzjonijiet ftit

iebsin li ma nifhmuhomx, imma li fil-proċess

ikabbruna u jagħmluna aktar maturi.

E Spark 62 Diċembru 2013

Page 4: e-spark 62

Hekk kif il-Maġi komplew it-triq tagħhom, u ma baqgħux iserrħu

biss fuqhom infushom, huma "reġgħu raw il-kewkba u ferħu."

Hekk ukoll aħna, meta noħorġu mill-fosdqa tal-egoiżmu tagħna u

nħallu lil Erodi warajna, mill-ġdid naraw viżjoni sabiħa

tal-ħajja; perspettiva li qabel ma konniex nindunaw biha, u

nieħdu n-nifs, nieħdu r-ruħ u nifirħu!

E S

pa

rk

6

2 D

em

bru

2

01

3

L-ostaklu tal-vjaġġ:

Erodi ... jew l-egoiżmu

Il-periklu l-kbir jibqa' Erodi li

jipprova jqarraq bil-Maġi u bina.

Erodi hu l-egoiżmu tagħna, li

jimpika, jgħir, jissuppervja u ma

jridx iċedi, jimxi bil-qerq u jara kif

jimmanipula, irid jikkontrolla kollox,

ifassal hu waħdu bla ma jagħti ċans

lil Alla jaħdem fih, maqbud b'ħafna

irbit. U jirrendi ruħu mdejjaq għax

jitlef il-perspettiva u s-sens

sabiħ tal-vjaġġ.

Page 5: e-spark 62

Il-Maġi waslu,

raw u

inbidlu

Aħna bħall-Maġi wara li ltaqgħu maċ-ċkejkna tarbija. Ladarba

nkunu iċċelebrajna din l-esperjenza ta' Kristu-Magħna

(Għimmanu-El) jeħtieġ "ngħaddu minn triq oħra" – it-triq tar-

rikonċiljazzjoni, l-imħabba u l-maħfra. Għax ma jistax ikun li

f'ħajjitna nagħmlu esperjenza ta' Ġesù u mbagħad jibqa' kollox

l-istess, qisu ma ġara xejn! Mhux aktar mehdijin bina nfusna, imma

mħeġġin biex nagħmlu progress fit-triq li hemm quddiemna.

E Spark 62 Diċembru 2013

Page 6: e-spark 62

E Spark 62 Diċembru 2013

Hu tassew miraklu kif dawn il-Maġi imxew flimkien. Aħna

msejħin – kulħadd skont il-vokazzjoni tiegħu – biex nimxu

flimkien; u dan mhux faċli! Il-vjaġġ hu proċess li fih nibdew

nifhmu lil xulxin, niskopru lil xulxin, naċċettaw lil xulxin.

Bil-mod nindunaw li dawk li qegħdin magħna fil-vjaġġ mhumiex

għadu, avversarju jew kompetitur, imma rigal u meħtieġa tassew

għall-maturità u l-qdusija tagħna, għax f'persuni oħra insibu

t-tweġiba li nkunu qed infittxu meta naraw dak li hu nieqes fina.

Għalhekk, aktar milli sempliċiment naċċetta lill-ħaddieħor,

jeħtieġ nara r-rikkezza, l-posittiv, is-sabiħ li hemm f'persuni

oħra. U dan iwassalni biex noħroġ minni nnifsi u ningħaqad aktar

ma' oħrajn għax nagħraf li flimkien isbaħ u aħjar. Li bla imħabba

ikun kollu għalxejn! Din hi l-komunità, din hi l-missjoni. Biex

tasal sa hawn mhux faċli, imma l-anqas ma hu impossibbli. Irridu

biss nemmnu u nidħlu għall-proċess. Ngħidu "le" għat-tpattija u

għall-aggressività... "Le" għaż-żamma tar-rabja ġo fina u

n-nuqqas ta' maħfra għal snin twal...

Il-vjaġġ ikompli... minni nnifsi għal għand oħrajn

Page 7: e-spark 62

Il-Proġett tal-Bniedem

Bħala riżultat tat-tweġiba u l-impenn tagħna, l-Mulej jixħet fuqna l-

barka tiegħu u l-paċi tiegħu. "Il-Mulej jagħtik is-sliem," jew bħalma

ħabbru l-anġli, "paċi fl-art lill-bnedmin ta' rieda tajba." Biss biex iseħħ

dan is-sliem, barra li jkun imwieżen mit-talb, jeħtieġ li inħabirku b'ġesti

konkreti. Pereżempju, l-qsim tar-riżorsi tagħna, kulħadd skont il-ħila

tiegħu/tagħha. Li nġorru s-salib flimkien flok inħallu l-piż kollu fuq

ħaddieħor, u naqsmu flimkien is-sagrifiċċji u l-isforzi tagħna. Billi

nieħdu pożizzjoni u nħabirku biex isseħħ ir-rikonċiljazzjoni u l-maħfra.

E Spark 62 Diċembru 2013

Il-Ħolma t’Alla

Hawn tidħol it-tweġiba tagħna b'ħajjitna. U l-mudell

ta' kif għandna nwieġbu jagħtihulna l-Missier, li

bagħat lil Ibnu u jgħidilna "isimgħu lilu." Ġesù li ħa

fuqu r-rwol tal-"qaddej ta' Jahweh" imħabbar minn

Isaija, li "ma jgħajjatx, ma jgħollix leħnu, musbieħ

inemnem ma jitfihx, u qasba mġenġla ma jiksirhiex."

F'kelma waħda, Ġesù li ma jaqta' qalbu minn ħadd, u

li għalina spiċċa mdendel ma' salib. Il-ħolma ta' Alla

hi li kulħadd jilqa' s-salvazzjoni u nsiru verament

poplu wieħed.

Page 8: e-spark 62

Contact

Fr Michael and share your comments, suggestions,

ideas or problems

email: [email protected]

E Spark 62 Diċembru 2013

Kemm hu veru li

"Alla tana l-ħajja ta' dejjem u din

il-ħajja tinsab f'Ibnu."

Kristu, il-mibgħut tal-Missier

għalhekk ġie fostna: biex inissel

fina l-ħajja bil-kotra. U din

il-ħajja tinsab tassew fina li

nemmnu fih.

KRISTU – IL-MIBGĦUT TAL-MISSIER