e-spark 04

7
MESSAGG TAD-DIRETTUR JIEN RIGAL DO IT ANYWAY WEBSITE GODDA CARTOONS QUOTES Vocations e-newsletter E - SPARK 4 E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com Nawguralek vaganzi sbieh u Milied qaddis, lilek u lill-familja tieghek. J’Alla t-twelid tal-Bambin jimliekom bil-ferh

description

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Transcript of e-spark 04

Page 1: e-spark 04

MESSAGG TAD-DIRETTUR

JIEN RIGAL

DO IT ANYWAY

WEBSITE GODDA

CARTOONS

QUOTES

Vocations e-newsletter

E - SPARK 4

E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat .

Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Nawguralek vaganzi sbieh u Milied qaddis, lilek u lill-familja tieghek.

J’Alla t-twelid tal-Bambin jimliekom bil-ferh

Page 2: e-spark 04

Il-Milied hawn min ifittxu u hawn min idejqu. Hawn min jgħidlek: "iġri jgħaddi" u hawn min jgħid: "mank ikun Milied is-sena kollha!" Dan l-aħħar għamlu survey dwar żmien il-Milied u 84% tan-nies li ġew ikkuntattjati qalu li jixtiequ li fil-Milied ikun hawn inqas materjaliżmu biex jikber is-sens spiritwali. Naħseb li madwar mid-dinja, in-nies kollha jix-tiequh dan! Għax nieħdu gost niċċelebraw u nifirħu, l-Milied jogħġobna għax hu okkażjoni speċjali biex nagħmlu dan. Pero x'jigifieri tiċċelebra? Kemm-il darba nagħmlu affarijiet bl-iskop li nieħdu gost u xorta ma nkunux sodisfatti u minnflok, inħossu li nkunu ħlejna l-ħin jew niddejqu wara ftit? Li tiċċelebra mhux biss li 'tieħu' gost imma li 'tagħti' gost. Il-gost li nieħdu ma jkollux effett fit-tul jekk fih ikun hemm aħna biss. Ħafna drabi nkunu ftit egoisti għax inkunu rridu nieħdu gost waħedna. Qatt indunajt li meta tagħmel xi ħaġa li tieħu gost biha, l-effett jiżdied meta jkun hemm xi ħadd miegħek? Dak sinjal li aħna magħmulin b'tali mod li rridu naqsmu ħajjitna ma' oħrajn. Meta jirnexxielna, l-gost jinbidel f'ferħ. U meta l-gost jgħaddi, dak il-ferħ jibqa' fik. Isir biċċa minnek. Ġesù qal: "il-ferħ li nagħtik jien ma jeħodulek ħadd." Anke bil-Malti, aħna ngħidu "tieħu gost" imma ma ngħidux "inkun gost". Ngħidu "inkun kuntent" imma ma ngħidux "nieħu kuntentizza". Il-kuntentizza ma tistax teħodha jew tixtriha. Jew int jew m'intix. Il-gost ma tistax iż-żommu. Jiġi u jmur. Miskin min jipprova jfittex biss il-gost għax ikun dejjem qalbu vojta u dejjem irid iktar (u dejjem l-istess). Għalhekk il-knisja tagħtina żmien l-Avvent: mhux biss biex nistennew il-Milied jasal u l-vaganzi... Hu żmien meta nagħmlu ftit training u nipprattikaw kif infittxu dak li hu tassew importanti. Ferħ ifisser li ġo fik int tkun taf li qed tagħmel xi ħaġa tajba anke jekk dak il-ħin ma jkollokx aptit. Bħal dik l-omm li tħossha ftit ma tiflaħx u ma jkollhiex aptit tipprepara jew issajjar, imma xorta tagħmel dan: f'dak il-ħin tkun qed tbati u żgur li ma tkunx qed tieħu gost, imma f'qalbha jko-llha ħafna ferħ għax dak li tagħmel qed tagħmlu biex tħobb il-familja tagħha u lil uliedha. Mela aħseb ftit: kif se nkun aktar kuntent flok nieħu gost biss? "Dawk li jis-tennew lill-Mulej jieħdu saħħithom, itellgħu ġwienaħ bħall-ajkli, jiġru bla ma jegħjew, jimxu bla ma jintelqu" (Isaija 40, 31). Forsi għandi ġurnata mimlija bl-impenji tax-xogħol, skola, attivitajiet tal-familja... imma jekk nistenna lill-Mulej billi nipprova 'nagħti' aktar milli 'nieħu' u nirbaħ l-aptit u nagħmel dak li hemm bżonn, inkun tassew Milied is-sena kollha! Nawguralek li tagħti gost lil Alla billi tinduna bih, tfaħħru u tħobbu.

Fr MichaelFr MichaelFr MichaelFr Michael

meta l-gost isir ferh

l-ferħ veru tal-milied

ma jeħodulek ħadd.

Page 3: e-spark 04

jien RIGAL

Wara li spiċċat il-Quddiesa tal-Ħadd. Tfajjel zgħir kien għaddej minn ġnien

fi triqtu lejn id-dar. F’moħħu kienu għadhom għaddejjin l-evangelju u l-

priedka tal-ġurnata. Kienu d-diskors ta’ Ġesu fuq il-Ġudizzju Universali; na-

għaġ u mogħoż u l-bqija. L-iktar li mpresjonawh kienu l-kliem sempliċi tal-

qassis: “Dak li tgħatu lil xi ħadd fil-bżonn, tkunu qegħdin tagħtuh lil Ġesu`

nnifsu.”

Kien għadu għaddej mill-ġnien twil, fuq bank fil-ġenb lemah mara xwejħa. Dehret

waħedha, u bil-ġuh. Kien pront mar bilqiegħda ħdejha, ħareġ ċikkulata li kien qed

izomm proprju ghal wara l-Quddiesa u offrielha biċċa. Ovvjament, ħadet gost u tbiss-

mitlu. It-tbissima taghha tant għoġbitu, li meta kienet kielet il-biċċa li taha, offrielha l-

biċċa l-oħra. Reġgħu tbissmu lil xulxin u baqgħu għal ftit, siekta viċin xulxin, sempliċe-

ment jitbissmu .

Fl-aħħar it-tfajjel qam biex jitlaq .Kien ġa beda sejjer .F’daqqa waħda dar lura, gera

lejn ix-xwejħa u ta tagħanniqa kbira .U hi tatu l-isbah tbissima li setgħet tagħtih .Meta

wasal id-dar, wiċċu kien jidher tant ferħan li ommu staqsietu: “Xi ġralek illum biex int

tant ferħan ?’’Hu wiegeb: “Qsamt ċikkulata ma` Ġesu u qlajt tbissima kbira ming-

ħandu.’’

Ix-xwejħa rritornat fil-flat tagħha, fejn kienet togħqod ma` oħtha. Tant dehret fer-

ħana, li ohtha qaltilha: “Wiċċek għad dawl, illum! X`seta’ għamlek daqsek ferħana ?”.

Kont fil-ġnien qed niekol ċikkulata ma’ Ġesu .U ħa ngħidlek; deher ħafna iżgħar milli

stennejtu!”

Inkunu Sinċieri , x`qed nagħmlu bis- serjeta’ biex jikber fostna l-ispirtu veru ta’ komunita, ta` familja, fil Quddiesa u barra ? Kemm Inħos-

suna aħwa tassew ? Kif qegħdin ngħixu l-Vanġelu barra l-Quddiesa ? Il-qassis ta` l-istorja ma jidhirx li qal xi affarijiet ġodda: Dejjem l-

istess. Imma t-tifel li semgħu ħa l-messaġġ tas-soltu u għexu. Kieku almenu ngħixu dak li nisimgħu is-soltu kieku nkunu ħafna iżjed kredibbli.

Inħajru iżjed b`konvinzjoni lil min jieħu sehem fil-Quddiesa il-Ħadd.

storja

Page 4: e-spark 04

DO IT ANYWAY

People are often unreasonable, irrational, and self-centered. Forgive them anyway.

If you are kind, people may accuse you of selfish, ulterior motives. Be kind anyway

If you are successful, you will win some unfaithful friends and some genuine enemies. Succeed anyway.

If you are honest and sincere, people may deceive you. Be honest and sincere anyway.

What you spend years creating, others could destroy overnight. Create anyway.

If you find serenity and happiness, some may be jealous. Be happy anyway.

The good you do today, will often be forgotten. Do good anyway.

Give the best you have, and it will never be enough. Give your best anyway.

In the final analysis, it is between you and God. It was never between you and them anyway.

Page 5: e-spark 04

Website kollha fuq l-avvent

http://www.advent2008.org/

http://www.daughtersofstpaul.com/saintday/m12.html

Website fuq il-Qaddis tal-Gurnata

A Walk Through

the Mass: A Step-by-Step

Explanation

http://www.americancatholic.org/

Newsletters/CU/ac0889.asp

Page 6: e-spark 04

CARTOONS

Page 7: e-spark 04

Il-paċi fil-qalb l-aqwa pont sod li jaqsam ix-xmajjar

QUOTES

Bit-telefon tista' tara bniedem hux jitbissem jew le? Iva, għax fomm jitbissem kliem iferrah biss jaf jgħid.

G]eneb tajjeb jag]mel inbid tajjeb. Kulma tag]mel juri x'int.