Download - Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Transcript
Page 1: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

LIFE+: Information and Communications Campaign for theProper Use and Management of the NItrates in Agriculture and

Livestock Breeding1/9/2011 – 30/06/2014

This project is part-financed by the European Union thoughthe LIFE+ financial instrument

Co-financing rate: 49.64% EU Funds; 50.36% National Funds

Parliamentary Secretariatfor Agriculture, Fisheriesand Animal Rights

LIFE 10 INF/MT/000092

Information and communication campaign for the proper use and management of nitrates in agriculture and livestock breeding

Layman’s Report

Page 2: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

LIFE + (strument L’financier pour l’environnement) kien programm ta ‘finanzjament dirett tal-Unjoni Ewropea gall-Ambjent li jipprovdi opportunitajiet ta’ finanzjament għall-konservazzjoni tal-Ħabitats u speci protetti, l waqfien mit-telf fil-bijodiversità u l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali permezz ta’ dimostrazjoniet, innovazjoni u speċi ta ‘informazzjoni. Hija ħadet mill-2007-2013 b’baġit ta ‘€2143000000. Din ikkonsistiet minn tliet komponenti: Natura Politika Ambjentali u Bijodiversità LIFE +, LIFE + u Governanza, u LIFE + Informazzjoni u Komunikazzjoni.

LIFE + Natura u Bijodiversità kofinanzjati ghal aħjar prattika jew ta ‘dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad- d-direttivi fuq l-Għasafar u Ħabitats u n-netwerk Natura 2000. Hija wkoll ko-finanzjat proġetti innovattivi jew ta ‘dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM (2006) 216 finali) dwar “It-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità sal-2010 - u lil hinn”. Mill-inqas 50% tal-baġit tal-LIFE + għall-ko-finanzjament tal-proġett kien meħtieġ li jiġi ddedikat għall-proġetti Natura Bijodiversità LIFE + u.

LIFE + Politika Ambjentali u Tmexxija speċifikament immirata lejn proġetti innovattivi jew piloti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika ambjentali Ewropea u l-iżvilupp ta ‘ideat politiċi innovattivi, teknoloġiji, metodi u strumenti. Hija għenet ukoll fil-monitoragg ta’ pressjonijiet (inklużi l-monitoraġġ fit-tul ta ‘foresti u interazzjonijiet ambjentali) fuq l-ambjent tagħna.

LIFE + Informazzjoni u Komunikazzjoni kien komponent ġdid dwar proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-kampanji ta ‘sensibilizzazzjoni dwar il-, kwistjonijiet tal-protezzjoni tan-natura jew il-konservazzjoni tal-bijodiversità ambjentali komunikazzjoni u, kif ukoll proġetti relatati mal-prevenzjoni tan-nar tal-foresti (is-sensibilizzazzjoni, taħriġ speċjali) kofinanzjati.

Il-Proġett “Info dwar in-Nitrati Life + Proġett” taqa ‘fl-objettiv ta’ l-Informazzjoni u Communication- dik ta ‘twassil għall-informazzjoni lil komunità rurali dwar il-konformità mal-leġiżlazzjonijiet relatati mad-Direttiva dwar in-Nitrati u l-benefiċċji tagħha b’dan.

Page 3: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Il-Proġett

Il-Proġett InfoNitrates Life+ (LIFE 10 INF/MT/000092) wassal kampanja estensiva ta’ informazzjoni u kommunikazzjoni dwar l-użu tajjeb tan-nitrati fl-agrikoltua u fit-trobbijja tal-bhejjem fil-Gżejjer Maltin. L-għanijiet prinċipali tal-InfoNitrates+ kienu t-titjib fl-għarfien tan-National Nitrates Action Plan mill-bdiewa u raħħala Maltin. Tabilħaqq is-suċċess fl-implimentazzjoni tan-Nitrates Action Plan f’Malta jiddependi ħafna fuq il-kampanja ta’ infomazzjoni u kommunikazzjoni li permezz tagħha l-bdiewa u r-raħħala rċivew informazzjoni dwar l-obbligi tagħhom u rekwiżiti oħra. Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar in-Nitrati tfassal skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/EEC tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma minn kontaminazzjoni kawżata minn nitrati ġejjin minn sorsi agrikoli magħrufa aħjar bħala ‘id-Direttiva tan-Nitrati’.

Page 4: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Kompiti tal-Proġett

Il-miri ewlenin tal-Proġett InfoNitrates LIFE+ kienu jinkludu:

1. It-twassil ta’ kampanja ta’ informazzjoni u kommunikazzjoni dwar l-użu tajjeb tan-nitrati fl-agrikoltua u fit-trobbijja tal-bhejjem;2. L-għoti ta’ taħriġ u assistenza dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati (AL321/11);3. Konformita’ mad-Direttiva tan-Nitrati (91/676/EEC);4. Assistenza lill-bdiewa u lir-raħħala sabiex ikunu konformi mad-Direttiva tan-Nitrati;5. Li il-bdiewa jsiru aktar konxji dwar l-impatti tan-nitrati fuq l-ilma tal-pjan;6. Li r-raħħala jsiru aktar konxji dar l-impatt li jista’ jkollha ġestjoni ħażina ta’ demel;7. Taħriġ lill-bdiewa dwar l-aħjar prattika għall-applikazzjoni ta’ nitroġenu lill- ħamrija; u 8. Taħriġ lir-raħħala dwar il-ġestjoni tajba tad-demel.

Page 5: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Objettivi tal-Proġett

1. Bidla fl-attitudni fl-immaniġġjar u applikazzjoni ta’ nitroġenu • Taħriġ ta’ 60% tal-bdiewa fultajm, 50% tal-bdiewa partajm li jaħdmu aktar minn 1.5 ettari ta’ art u 75% tar-raħħala. • Evalwazzjoni tal-Kampanja ta’ Kommunikazzjoni (500 persuna li wieġbu).2. Tnaqqis fil-livell ta’nitroġenu fil-ħamrija u fl-ilma tal-pjan • Evalwazzjoni tal- bilanċ tan-nitroġenu gross fil-ħamrija wara l-applikazzjoni ta’ nitroġenu bl-użu ta’ Pjan ta’ Fertiliżazzjoni (300 kampjun). • Evalwazzjoni tal-prattiċi ta’ ġestjoni tad-demel fl-irziezet tal-bhejjem (100 razzett).

Project costs

Total Euro baġit €1,338,584

Total tal-baġit eliġibbli €847, 486

Euro kontribuzzjoni tal-UE €420,692

(%) Tal-ispejjeż totali 31.43%

(%) Ta ‘l-ispiża eliġibbli 49.64%

In-Nitrati fl-Ambjent

Page 6: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

In-nitroġenu (N) huwa l-aktar gass abbundantii u jikkostitwixxi 79% tal-atmosfera tad-dinja. In-nitroġenu jingħaqad ma elementi oħra sabiex jifforma prodotti bħan-Nitrat (NO3).

Figura 1Figura 1Figura 1

Fl-agrikoltura s-sorsi tan-nitrati joriġinaw b’mod naturali mid-demel u fdalijiet tal-annimali u anke miż-żieda ta’ fertiliżżanti artifiċjali li fihom in-nitroġenu. L-użu ta’ fertiliżżanti li fihom kwantita’ adegwata ta’ nitroġenu fiż-żona tal-għeruq tal-ħamrija hija essenzjali biex il-pjanti tikber. Il-kwantita’ ta’ nitroġenu meħtieġa tiddependi fatturi bijotiċi, bħal per eżempju il-prodott li kabbar jew qed jitkabbar u fatturi abijotiċi bħal xita, clima ġenerali u kundizzjoni tal-ħamrija fost oħrajn. In-nitrati li ma jintużawx mil-pjanti jiskulaw l-isfel. Dan il-proċess joħloq risku għall-ambjent kif ukoll għas-sahha tal-bniedem u l-bhejjem.

Page 7: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Riskji minħabba Kontaminazzjoni min-Nitrati

Meta n-nitrati jsibu ruhom fl-ilma tal-pjan il-livell ta’ nitrati jeċċedi l-ammount ta’ 50mg/L kif stipulate fid-Direttiva tan-Nitrati 91/676/EC tat-12 ta’ Diċembru 1991. Livelli gholja ta’ nitrati fl-ilma tax-xorb jistgħu jwasslu ghal numru ta’ riskji għas-saħħa kif ġej:

1. Methemoglobinemia – in-nitrati jikkonvertu iċ-celloli li jġorru l-ossiġenu (emoglobina) f’metemoglobina. Dan ma’ jħallix l-ossiġenu jinġarr madwar il-ġisem u jwassal ghal kundizzjoni ta’ livell baxx ta’ ossiġenu fid-demm. a. Fit-trabi dan jwassal ghal mebrani b’kulur blu u jista’ jkun hemm problemi fis-sistema diġestiva u problemi respiratorji. b. Adulti li jikkunsmaw ilma tax-xorb b’livelli għolja ta’ nitrati jkollom ġilda ftit blu. c. Nisa tqal għandhom joqgħodu attenti biex ma jikkunsmawx ilma b’livell għoli ta’ nitrati ghaliex dan jista’ jxekkel l-iżvilupp tal-fetu. d. Bhejjem li jikkunsmaw ilma bl-livell għoli ta’ nitrati jista’ jkollhom nuqqas ta’ ossiġenu fid-demm u ghalhekk tnaqqis fil-produzzjoni. 2. Possibilita’ ta’ kanċer – meta jiġu kkunsmati nitrati f’ċerti ċirkustanzi dawn jinbidlu f’ nitrosamini. Dawn is-sustanzi jikkawżaw il-kanċer. 3. Ewtrofikazzjoni – Din hija sitwazzjoni fejn livelli għoljin ta’ nutrijenti inklużi n-ntirati u l-fosfati jwasslu ghal tkabbir rapidu ta’ algi. Is-saff ta’ algi ħodor fil-wiċċ tal-ilma jxekkel il-ħajja taħt l-ilma. Dan jiġri għaliex l-ewtrofikazzjoni inqas awl jasal fil-qiegħ tal-ilma, u għalhekk il-pjanti ma jikbrux. Barra minn hekk l-iskambju tal-gassijiet fil-wiċċ tal-ilma jsir diffiċli biex b’hekk jibqa’ ftit ossiġenu biex jgħixu il-ħut.

Page 8: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Obbligi tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati

1. Hemm restrizzjonijiet fuq meta u liema fertiżżanti (il-fertilżżanti kollha li fihom komposti ta’ nitroġenu inklużi fertiliżżanti kimiċi u kull tip ta’ demel) jistgħu jiġu applikati. 2. Il-fertiliżżanti għandhom jitferrxu b’mod uniformi. 3. Wieħed għandu jinnota l-prossimita’ ta’ nixxigħat, kundizzjoni tal-ħamrija, qlib tal-art u fatturi oħra li jistgħu jasslu għal riskju ta’ konaminazzjoni tal- ilma. 4. Il-bidwi għandu jkollu pjan ta’ fertiliżżazzjoni (ibbażata fuq riżultati ta’ analiżi tal-ħamrija u pjan għal-wiċċ tal-ħamrija) sabiex tiġi ddeterminata l-kwantita’ ta’ fertiliżżant li jista’ jigi applikat fuq l-għalqa. Il-pjan ta’ fertiliżżazzjoni għandu jitħejja sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena. 5. Il-kwantita’ massima ta’ nitroġenu minn demel tal-annimali li tista’ tiġi applikata hija ta’ 170kg/N għal kull ettaru (ekwivalenti għal 19.1kg għal kull tomna). 6. Faċilitajiet għal ħażna fir-razzett għandhom ikunu kbar biżżejjed għad- daqs u d-domanda tar-razzett inkluż il-ħażna neċessarja għall-istaġun meta l-applikazzjoni ta’ demel fuq il-ħamrija hija pprojbita. Fossa għandha tkun biżżejjed biex tinġabar l-awrina u l-ilma tal-ħasil għal 15 il-ġurnata. 7. Demmiela u fosos għandhom ikunu issiġillati sabiex jipprevjenu telf ta’ nutrijenti. 8. Demmiela għandhom jibqgħu mgħottija u mqabbda ma’ fossa biex jinġabru l-likwidi kollha u ma jkunux permessi li jidħlu fl-art.9. Demel jista’ jiġi maħżun ġol-għalqa għal perjodu massimu ta’ 120 ġurnata mis-16 ta’ Marzu sal-14 ta’ Ottubru iżda mhux għal snin konsekuttivi. 10. Iż-żamma ta’ rekords hija obbligatorja għal kull sena mill-bidu ta’ Ottubru għal perjodu ta’ 5 snin. Rekords għandhom jinkludu: żona agrikola, pjan tal-wiċċ tar-raba’, ktieb tal-bhejjem, irċevuti u rekords ta’ fertiliżżanti, pjan ta’ fertiliżżazzjoni u dettalji dwar faċilitajiet ta’ ħażna. 11. Spezzjonijiet isiru fuq il-bdiewa u r-raħħala kollha minn uffiċjali agrikoli. Dawn l-uffiċċjali huma responsabbli għall-kontrolli fuq is-siti u ġbir ta’ informazzjoni. 12. Jekk razzett u/jew għelieqi ma jkunux konformi wara numru ta’ twissijiet, id-Direttur jista’ joħroġ nota ta’ infurzar u l-bidwi jingħata mhux anqas minn 28 ġurnata biex jirranġa s-sitwazzjoni.

Page 9: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien
Page 10: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Azzojonijiet tal-Proġett u Implimentazzjoni

Il-proġett segwa sitt gruppi ta’ azzjonijiet li wasslu għat-tlestija tal-proġett. L-ewwel grupp ta’ azzjonijiet (A) kienu jinvolvu ġestjoni tal-proġett u l-moniteraġġ tal-progress tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien uffiċjali minn InfoNitrates ipparteċipaw f’attivitajiet ta’ networking ma’ pajjiżi oħra per eżempju l-Ġermanja, l-Iżrajel u l-Italja sabiex jifhmu aktar is-suġġett biex b’hekk jtejbu l-kampanja kif ukoll biex jindirizzaw l-isfidu lokali relatati mal-agrikoltura.

It-tieni sett ta’ azzjonijiet (B) trattaw il-preparazzjoni ta’ azzjonijiet bħal laqgħat mal-istakeholders prinċipali biex jifhmu l-impatt tan-nitrati minn perspettivi vari. Dawn il-laqgħat wasslu għat-tfassil ta’ proċedura li magħha mxew it-trainers biex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawn il-laqgħat servew anke ta’pjattaforma għal diskussjoni dwar l-implikazzjoniet tal-proġett mal-bdiewa u r-raħħala. Barra minn hekk sar it-Trainers tal-InfoNitrates attendew għal taħriġ intensiv bħala preparazzjoni għat-taħriġ li taw lill-bdiewa u lir-raħħala.

Stateġija ta’ kommunikazzjoni kienet implimentata bħala parti minn pjan ta’ azzjoni Ċ fejn l-aġenzija ta’ kommunikazzjoni flimkien mal-istaff ta’ InfoNitrates ħejjew l-għodda informattivi (20,000 fuljett, 20,000 DVD u 10 bords ta’ informazzjoni). Permezz ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni, saru żewġ tnedijiet uffiċjali tal-kamanja fuq barra, waħda f’Malta u waħda f’Għawdex. It-tnedija ġiet segwita minn serje ta’ 29 laqgħat edukattivi mal-bdiewa f’irħula rurali kif ukoll fil-fiera ‘Agribusiness annual fair’ fl-MCAST. Ġie mwaqqaf ukoll servizz ta’ freephone sabiex tingħata assistenza lil kull min kien interessat dwar in-nitrati. Għal bidu dan is-servizz gie promos permezz ta’ SMS li ntbagħat lill-bdiewa u lir-raħħala kollha li d-dettalji tagħhom jinsabu fid-database tal-Aġenzija għall-Pagamenti kif ukoll permezz ta’ riklami fuq il-materjal informattiv stampat kollu.

Fl-istess żmien meta il-kampanja ta’ informazzjoni kienet qed tiġi mwassla, trainers tal-InfoNitrates iltaqgħu mal-bdiewa u r-raħħala fl-egħlieqi u l-irziezet tagħhom. Permezz ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ (D) it-trainers spjegaw l-obbligi tad-Direttiva tan-Nitrati u spjegaw l-implikazzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati fuq industry argrikola lokali. Barra minn hekk inġabru 2896 kampjun ta’ ħamrija mill-egħlieqi biex isiru analiżi makronutrijenti (nitrati, potassa u fosfru – NPK)permezz ta’ proċeduri stabbiliti. Inġabru tlett kampjuni ta’ ħamrija minn għand bdiewa fultajm u kampjun wieħed minn għand bdiewa partajm li jaħdmu aktar minn 1.5 ettaru ta’ art. Ir-riżultati mill-analiżi ntużaw sabiex isiru pjanijiet ta’ fertiliżżazzjoni. It-Trainers tkellmu mal-bdiewa dwar ir-riżultati tal-analiżi u kif għandhom jutiliżżaw il-pjan ta’ fertiliżżazzjoni.

Page 11: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Benefiċċji ambjentali fit-tul previsti

Impatti ambjentali speċjalment ta’ treġġigħ lura ta ‘kontaminazzjoni minn Nitrati hija gradwali, għalhekk azzjonijiet f’dan ir-rigward il-konformità u l-monitoraġġ għandhom jippersistu sabiex ikun żgurat li l-għan tad-Direttiva dwar in-Nitrati fil-kisba tal 50mg / N / jintlaħaq.

Il-Proġett kien li jintroduċi l-obbligi u l-impjantazzjoni tagħha lill-komunità tal-biedja, l-ambitu ma kienx biss li tiġġenera għarfien dwar il-benefiċċji ta ‘konformità mad-dispożizzjonijiet legali kemm nazzjonali u tal-UE, iżda li jiġi żgurat li l-bdiewa jkunu infurmati “fuq l-art” fuq dak azzjonijiet li għandhom jsiru fl-iżgurar ta’ din il-konformità jigu miżmuma.

F’dan ir-rigward il-Ministeru responsabbli tkun l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, ha jkun iddelegat ghall- monitoraġġ u l-kontrolli kontinwi kif ukoll ghad-dispożizzjonijiet għal kwalunkwe informazzjoni li għandha ssir disponibbli mill-sezzjoni ta’ l-Azzjoni fuq in- Nitrati fi ħdan id-Direttorat-Agrikoltura li jaqgħu taħt id-Dipartiment għall-Iżvilupp rurali.

L-Unità ta ‘Azzjoni dwar in-Nitrati, apparti milli jadottaw politika ta’ bieb miftuħ li tirċievi mistoqsijiet minghand il-bdiewa u ilmenti permezz tat-telefon u l-email. Huma wkoll responsabbli jwettaq il-kontrolli meħtieġa, monitoraġġ u eżerċizzji ta’ evalwazzjoni kif mitlub mil-leġislazzjonijiet. Huwa wkoll id-Direttorat Agrikoltura li jirrikonoxxi u japprova konsulenti tekniċi għat-tfassil ta ‘pjanijiet ta’ fertilizzant professjonali, li jiżgura li jilqgħu għall-prattiċi agronomiċi lokali.

Mill-Proġett il-bdiewa issa huma infurmati dwar il-ħtieġa ta ‘prattiċi agrikoli tajba u dwar il-proċeduri ta’ kontroll lokali fil-post li huma li jkun żgurat t-trasparenza u kontrollabbiltà fl-applikazzjoni, il-ħażna u t-trasport ta ‘fertilizzanti. Il-proġett għen tikkatalizza l-konċepiment li l-direttorat agrikoltura qiegħed hemm biex jiggwidaw il-komunità rurali fir-rigward tal-kontrolli li jappartjenu għall Nitrati bħala fertilizzanti u bħala skart (ħażna) bħala awell bħala li jinfurzaw u jieħdu azzjoni fuq każijiet ta ‘negligences.

Il Life + serva biex ikun żgurat li eżerċizzju mitigazzjoni lixxa jiġu segwiti permezz ta ‘l-integrazzjoni tal-komunità rurali bl-iżvilupp Dipartiment Rurali fl-iżgurar li l-kooperazzjoni tkun miżmuma bejn il-partijiet kollha fil-kisba tal-għan komuni, mixtieq minn kulħadd.

Page 12: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Riżultati tal-Proġett

Riżultati tal-Ħamrija

Għalkemm l-għan prinċiplai tal-proġett LIFE+ InfoNitrates kien li jinforma u jeduka lis-settur tal-agrikotura dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati b’mod effettiv, ir-riżultati tal-analiżi tal-ħamrija li nkisbu permezz tal-pjanijiet ta’ fertiliżżazzjoni jagħtu ħarsa ġenerali tal-kontentu ta’ nutrijenti fil-ħamrija Maltija. Fil-fatt l-2677 kampjun li ġew analiżżati jagħtu stampa tas-sitwazzjoni bejn April u Ottubru 2013. Il-varieta’ ta’ uċuħ li jitkabbru hija limitata għal perjodu tal-ġbir tal-kampjuni u bdiewa li huma reġistrati fis-sistema IACS (IT registration system used by the Maltese Agriculture Paying Agency). Madankollu huwa evidenti li l-qamħ huwa l-wiċċ l-aktar ikkultivat segwit mil-patata (Figura 2). Ħamrija b’uċuħ ta’ qamħ u żebbug kellhom l-inqas kwantita’ ta’ Nitroġenu (104Kg għal kull ettaru wiċċ tal-qamħ u 89Kg għal kull ettaru wiċċ ta’ żebbuġ) (Figura 3) filwaqt li uċuħ ta’ brunġiel u bżar (335Kg għal kull ettaru b’uċuħ ta’ bruġiel u 333Kg għal kull ettaru b’uċuħ ta’ bżar) (Figura 4). Madankollu, wieħed għandu jonnota li f’ċerti każi, il-medji ma jkunux neċessarjament komparabbli għaliex id-daqs tal-kampjun mhux l-istess.

Figura 2

Strawberr

Freq

uenc

y

Page 13: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Figura 3

Figura 4

Strawbe Waterm

Crops

Cauliflo Ar=chok Aubergi

Page 14: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Il-medji totali ta’ nutrijenti miksuba huma 163.08Kg għal kull ettaru Nitroġenu, 273Kg għal kull ettaru Fosfru u 172.06Kg għal kull ettaru Potassa bbażati fuq it-total ta’ kampjuni ta’ ħamrija analiżżati (2677). Figura 5 turi ukoll li l-livelli ta’ Fosfru fin-natura jistgħu jkunu aktar għoljin min-nitrati. Dan jista’ jkun minħabba li l-Fosfru għandu volatilita’ anqas meta mqabbel man-Nitrati. Mandankollu wieħed m’għandux jinjora l-impatt ambjentali tal-Fosfru.

Figura 5

Dan l-istudju qasir juri ukoll li r-raba saqwi għandu kontenut aktar għoli ta’ nitroġenu minn raba li mhux (Figura 6). Raba saqwi huwa l-aktar li jiġi kkultivat għalhekk jiġi applikat aktar NPK; l-ilma fih traċċi ta’ nitrati f’forma li tkun aktar disponibbli għall-uċuħ mid-demel. Barra minn hekk il-kontenut ta’ nitroġenu jista jiddependi mit-tip ta’ ħamrija. Ħamrija ħamra hija magħrufa għal kontenut aktar għoli ta’ nitroġenu minn ħamrija bajda jew dik taflija (Figura 7). F’xi raba li mhux kultivat b’mod intensive, il-ħamrija jista’ jkolla livelli ta’ nitroġenu għoljin. Dan iwassal għal konklużjoni li hemm bżonn ta’ aktar studji dwar il-karatteristiċi kimiċi u fisiċi (kontenut organiku, alkalinita’, eċċ.) li jistgħu jwasslu għal ġestjoni aħjar tal-ħamrija u l-kontenut ta’ nutrijenti.

Strawberri

Crops

Page 15: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Figura 6

Figura 7

Page 16: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Evalwazzjoni tal-Kampanja

Il-kampanja LIFE+ InfoNitrates kellha tlett eżerċizzji ta’ evalwazzjoni esterna, waħda evalwat l-effettivita’ tal-kampanja ta’ informazzjoni fiż-żieda ta’ għarfien tal-bdiewa u r-raħħala dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati, waħda evalwat il-bilanċ tan-nitroġenu gross qabel u wara l-kampanja, u l-ohra evalwat l-effett tal-kampanja u is-sessjonijiet ta’ taħriġ fuq il-prattiċi tar-raħħala fil-tal-ħażna tad-demel u strutturi tal-irziezet. Evalwazzjoni A – Valutazzjoni tal-impatt tal-kampanja fuq iż-żieda fl-għarfien tal-bdiewa u r-raħħala dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati qabel, waqt u wara l-kampanja

Figura 8

L-istħarriġ wera li kien hemm żieda fl-għarfien dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati,l-użu ta’ pjan ta’ fertiliżżazzjoni u l-impatt tan-nitrati. Iżda xorta waħda, hemm nuqqas ta’ għarfien dwar il-limitu ta’ 170Kg għal kull ettaru u d-distanza ta’ sorsi ta’ nitroġenu minn nixxigħat. Figura 8 turi il-persentaġġ ta’ żieda fl-għarfien tal-bdiewa fultajm, bdiewa partajm u r-raħħala dwar it-tlett kwistjonijiet.

• • • 

• • 

• • 

Page 17: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Evalwazzjoni B – Analiżi tal-bilanċ tan-nitroġenu gross

Tlett mitt (300) kampjun ta’ ħamrija inġabru minn għelieqi magħżula saltwarjament u ġew analiżżati għall-bilanċ tan-nitroġenu gross qabel u wara l-kampanja ta’ informazzjoni u sessjonijiet ta’ taħriġ.

Figura 9

Ir-riżultati minn din l-evalwazzjoni (Figura 9) juru li hemm tnaqqis b’mod ġenerali fil-persentaġġ ta’ bilanċ tan-nitroġenu gross fil-ħamrija qabel il-kampanja (Ottubru 2012) sa wara il-kampanja (Marzu 2014). Bħala konsegwenza wieħed jista’ jikkonkludi li l-kampanja kienet effettiva fit-twassil ta’ edukazzjoni u taħriġ lill-bdiewa u lir-raħħala dwar l-użu responssabbli ta’ fertiliżżant nitroġenu fil-parametri tad-Direttiva tan-Nitrati.

Page 18: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien
Page 19: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

Evalwazzjoni Ċ – Evalwazzjoni ta’ strutturi f’irziezet tal-bhejjem Dan l-istħarriġ evalwa jekk demmiela u strutturi tal-irziezet humiex mibnija skond il-htiġijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati. Ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ juri li kien hemm bidla żgħira fl-istrutturi preżenti fl-irziezet qabel u wara l-kampanja ta’ informazzjoni. Ta’ min wieħed jiftakar li l-perjodu tal-evalwazzjoni kien qasir meta mqabbel mat-tul ta’ żmien meħtieġ biex jinħarġu permessi għal bini. Barra minn hekk il-kampjun tal-istħarriġ kien jikkonsisti l-aktar f’irziezet żgħar li fiżikament ma jistgħux jirrinġaw l-istrutturi daqs kemm jistgħu rziezet kbar. Figura 10 tagħti sommarju tal-kwistjonijiet relatati mal-investiment f’demmiela, fossos u żamma ta’ rekords.

• 

• 

• • 

• 

Figura 10

Page 20: Information and communication campaign for the proper use and … · 2015-05-27 · tal-proġett permezz ta’ verifiki interni u esterni li saru kull sitt xhur. Matul dan iż-żmien

freephone number: 80074441

Dettalja Min Tikkuntatja:

Dr. Mario Spiteri – Director GeneralRural Development Department – Director General Secretariat

T: 356 22924275Email: [email protected]

Website@ www.msdec.gov.mt