Leħen il-Parroċċa titulari titqiegħed f’postha għall-jiem ... · Matul ix-xhur ta’ Lulju,...

2
Lulju 2015 4 Leħen il-Parroċċa tal-Mosta 40 SENA MILL-INKURUNAZZJONI Għaddew 40 sena mill-Jum ta’ l-10 t’Awwissu 1975, meta dakinhar seħħet xewqa li kienet ilha f’qalb il-Mostin għall-bosta snin. Kellu jkun il-qatt minsi Arċipriet Dun Bartilmew Bezzina li ressaq it-talba formali lill-Arċisqof Mikiel Gonzi biex tiġi nkurunata ix-xbieha tal-Assunta. Kellu jkun l-istess Arċisqof Gonzi li personalment ressaq din it-talba lill-Q.T. l-Papa Pawlu VI (illum Beatu), li minn naħa tiegħu ħareġ id-Digriet tal-Inkurunazzjoni. Għall-grazzja t’Alla fadal ħafna nies li jiftakru dak li seħħ 40 sena ilu. Dawk il-festi sbieħ li saru b’tant organizazzjoni u ħsieb. Naturalment, hawn min, minn dan kollu ma jiftakar xejn. U propju għalhekk ta’ kull sena, fl-10 t’Awissu jitfakkar dan il-Jum, biex it-tifkira tiegħu tibqa għal dejjem. Kien qal sewwa l-Arċisqof Gonzi fl-omelija tal- Quddiesa ta’ l-Inkurunazzjoni 40 sena ilu, meta qal: “ Dan il-Jum ser jibqa miktub b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Parroċċa tal-Mosta anzi ta’ Malta”. Kif kien jixraq, din is-sena l-Parroċċa ħasbet biex tfakkar dan il-Jum għażiż b’doża xi ftit qawwija aktar mis-soltu. Bejn April u Lulju, f’kull 10 tax-xahar, fil-Kor tal-Knisja Arċipretali qiegħda tingħad it-talba tar- Rużarju Meditat. Imiss issa l-aħħar Rużarju fl-10 ta’ dan ix-xahar, meta ħa nimmeditaw il-misterji tal-Glorja. L-Erbgħa 5 ta’ Awwissu se tiġi organizzata Ċelebrazzjoni Marijana, fil- Knisja Arċipretali fejn lejn l-aħħar ser naraw u nisimgħu xi siltiet qosra mir-‘recordings’ tal-Quddiesa u r-Rit ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ 40 sena ilu. Huma tassew kommoventi tarahom u tismagħhom illum, aħseb u ara min kellu u fis-6:30p.m. Quddiesa bil-kant u diskors ta’ tħejjija għall-festa mill-Arċipriet Dun Albert Buhagiar. Wara l-Quddiesa issir Ċelebrazzjoni Marjana li fiha l-istatwa titulari titqiegħed f’postha għall-jiem tal-festa, u tingħata l-Barka Sagramentali. Fis-7:30p.m. Pellegrinaġġ bir-roti madwar it-toroq tal- Mosta. Il-Ħamis, it-30 ta’ Lulju 2015 Bidu tal-Kwindiċina Fis-7:00p.m. Quddiesa fi Triq San Anton Abbati, ħdejn il-Kappella ta’ San Anton, u wara pellegrinaġġ bit-talba tar-Rużarju, li jgħaddi minn Triq San Anton Abbati, Dun Salv Magro, Barrieri, Gafa, Kungress Ewkaristiku, għall- Knisja Arċipretali. Fi tmiem il-pellegrinaġġ, ikun hemm l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali fil-Knisja Arċipretali. Il-Ġimgħa, il-31 ta’ Lulju 2015 Nagħtu bidu għal jiem ta’ Tagħlim Fis-6:00p.m. Rużarju meditat, fil-Knisja Arċipretali u fis-6:30p.m. Quddiesa bil-kant u bl-omelija minn Dun Hector Scerri. Wara l-Quddiesa ikun hemm l-Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Kull min jixtieq li jirċievi l-avviżi tal-parroċċa u nformazzjoni oħra, b’email jista jagħmel dan billi jibgħat email bid-dettalji tiegħu fuq [email protected] jew jagħti d-dettalji tiegħu fl-uffiċċju parrokkjali. facebook.com/mostachurch IKLA TA’ QABEL IL-FESTA Data: Il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju 2015 Post: Fl-Oratorju Marija Immakulata, il-Mosta. Ħin: Fis-7:00p.m. tibda t-tombla Fit-8:00p.m. jibda l-ikel Prezz: €15 Kbar ; €6 Tfal Aktar dettalji jingħataw fl-appell tal-Festa. Kull min jixtieq jattendi għandu jibbukkja l-biljetti mingħand il-helpers jew iċempel 21433826.

Transcript of Leħen il-Parroċċa titulari titqiegħed f’postha għall-jiem ... · Matul ix-xhur ta’ Lulju,...

Page 1: Leħen il-Parroċċa titulari titqiegħed f’postha għall-jiem ... · Matul ix-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru l-Quddiesa ta’ filgħaxija fiz-Zona ta’ Ta’ Mlit, mit-Tnejn

 

Lulju 2015

4

Leħen

il-Parroċċa tal-Mosta

40 SENA MILL-INKURUNAZZJONI

Għaddew 40 sena mill-Jum ta’ l-10 t’Awwissu 1975, meta dakinhar seħħet xewqa li kienet ilha f’qalb il-Mostin għall-bosta snin. Kellu jkun il-qatt minsi Arċipriet Dun Bartilmew Bezzina li ressaq it-talba formali lill-Arċisqof Mikiel Gonzi biex tiġi nkurunata ix-xbieha tal-Assunta. Kellu jkun l-istess Arċisqof Gonzi li personalment ressaq din it-talba lill-Q.T. l-Papa Pawlu VI (illum Beatu), li minn naħa tiegħu ħareġ id-Digriet tal-Inkurunazzjoni.

Għall-grazzja t’Alla fadal ħafna nies li jiftakru dak li seħħ 40 sena ilu. Dawk il-festi sbieħ li saru b’tant organizazzjoni u ħsieb. Naturalment, hawn min, minn dan kollu ma jiftakar xejn. U propju għalhekk ta’ kull sena, fl-10 t’Awissu jitfakkar dan il-Jum, biex it-tifkira tiegħu tibqa għal dejjem. Kien qal sewwa l-Arċisqof Gonzi fl-omelija tal-Quddiesa ta’ l-Inkurunazzjoni 40 sena ilu, meta qal: “ Dan il-Jum ser jibqa miktub b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Parroċċa tal-Mosta anzi ta’ Malta”.

Kif kien jixraq, din is-sena l-Parroċċa ħasbet biex tfakkar dan il-Jum għażiż b’doża xi ftit qawwija aktar mis-soltu. Bejn April u Lulju, f’kull 10 tax-xahar, fil-Kor tal-Knisja Arċipretali qiegħda tingħad it-talba tar-Rużarju Meditat. Imiss issa l-aħħar Rużarju fl-10 ta’ dan ix-xahar, meta ħa nimmeditaw il-misterji tal-Glorja. L-Erbgħa 5 ta’ Awwissu se tiġi organizzata Ċelebrazzjoni Marijana, fil-Knisja Arċipretali fejn lejn l-aħħar ser naraw u nisimgħu xi siltiet qosra mir-‘recordings’ tal-Quddiesa u r-Rit ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ 40 sena ilu. Huma tassew kommoventi tarahom u tismagħhom illum, aħseb u ara min kellu

u fis-6:30p.m. Quddiesa bil-kant u diskors ta’ tħejjija għall-festa mill-Arċipriet Dun Albert Buhagiar. Wara l-Quddiesa issir Ċelebrazzjoni Marjana li fiha l-istatwa titulari titqiegħed f’postha għall-jiem tal-festa, u tingħata l-Barka Sagramentali.

Fis-7:30p.m. Pellegrinaġġ bir-roti madwar it-toroq tal-Mosta.

Il-Ħamis, it-30 ta’ Lulju 2015 Bidu tal-Kwindiċina Fis-7:00p.m. Quddiesa fi Triq San Anton Abbati, ħdejn

il-Kappella ta’ San Anton, u wara pellegrinaġġ bit-talba tar-Rużarju, li jgħaddi minn Triq San Anton Abbati, Dun Salv Magro, Barrieri, Gafa, Kungress Ewkaristiku, għall-Knisja Arċipretali. Fi tmiem il-pellegrinaġġ, ikun hemm l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali fil-Knisja Arċipretali.

Il-Ġimgħa, il-31 ta’ Lulju 2015 Nagħtu bidu għal jiem ta’ Tagħlim Fis-6:00p.m. Rużarju meditat, fil-Knisja Arċipretali u

fis-6:30p.m. Quddiesa bil-kant u bl-omelija minn Dun Hector Scerri. Wara l-Quddiesa ikun hemm l-Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Kull min jixtieq li jirċievi l-avviżi tal-parroċċa u nformazzjoni oħra, b’email jista jagħmel dan billi jibgħat email bid-dettalji tiegħu fuq [email protected] jew jagħti d-dettalji tiegħu fl-uffiċċju parrokkjali.

facebook.com/mostachurch

IKLA TA’ QABEL IL-FESTA

Data: Il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju 2015Post: Fl-Oratorju Marija Immakulata, il-Mosta.Ħin: Fis-7:00p.m. tibda t-tombla Fit-8:00p.m. jibda l-ikelPrezz: €15 Kbar ; €6 Tfal

Aktar dettalji jingħataw fl-appell tal-Festa.

Kull min jixtieq jattendi għandu jibbukkja l-biljetti

mingħand il-helpers jew iċempel 21433826.

Page 2: Leħen il-Parroċċa titulari titqiegħed f’postha għall-jiem ... · Matul ix-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru l-Quddiesa ta’ filgħaxija fiz-Zona ta’ Ta’ Mlit, mit-Tnejn

Parroċċa Santa Marija - Mosta

32 3

x-xorti jarahom iseħħu quddiem għajnejh dakinhar fi Pjazza Rotunda. Almenu min ma’ jiftakar xejn, ser jkun jista jduq ftit minn dak il-ġmiel li daqu ta’ qabilna. Kif inhu xieraq fl-aħħar ngħalqu bl-Innu ta’ l-Inkurunazzjoni. Tajjeb insemmu wkoll li bejn l-10 u l-15 ta’Awwissu li ser issir Wirja ta’ Ritratti u Oġġetti marbuta ma’ l-Inkurunazzjoni, kif ukoll napprezzaw diversi oġġetti antiki ta’ preġju b’Tema Marjana, li ġejjin minn diversi Kappelli u kollezzjonijiet privati. Din ser tkun fis-Sala Papa Woytila ta’ l-Oratorju Marija Mmakulata, ftit passi ‘l bogħod mill-Knisja Arċipretali. Aktar dettalji joħorġu dalwaqt fil-Programm tal-Festa.

J ’ A l l a d a w n l-okkażjonijiet iservuna biex inkabbru fina u

Programm Parrokkjali għax-xahar ta’ Lulju

Matul ix-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru l-Quddiesa ta’ filgħaxija fiz-Zona ta’ Ta’ Mlit, mit-Tnejn sas-Sibt qed tkun fis-7pm.

L-Erbgħa, l-1 ta’ Lulju 2015 Se jsir Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex.

Il-Ħamis, it-2 ta’ Lulju 2015 Fil-Knisja Arċipretali jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm.

Il-Ġimgħa, l-10 ta’ Lulju 2015 Jitkompla l-programm ta’ attivitajiet li jfakkru l-40 sena mill-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari meqjum fil-Kor tal-Knisja Arċipretali, fejn fis-7:15p.m. (wara l-Quddiesa tas-6:30p.m.) se tingħad t-talba tar-Rużarju b’meditazzjoni fuq il-misteri tal-Glorja, fil-kor tal-Knisja Arċipretali. Għal daqstant ir-rużarju ta’ qabel il-quddiesa ma jingħadx.

Il-Ħadd, it-12 ta’ Lulju 2015 Fil-Knisja Arċipretali, fl-4:00p.m. issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.

Il-Ħamis, is-16 ta’ Lulju 2015 Wara l-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-knisja Arċipretali, se jsir ħin ta’ Adorazzjoni li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-membri tal-għaqdiet Reliġjużi tal-parroċċa.

Il-Ħadd, id-19 ta’ Lulju 2015 Festa tas-Sagra Familja, fiz-Zona tal-Bidnija. Fis-6:00p.m. Quddiesa bil-kant u bil-priedka u wara ikun hemm purċissjoni, bl-istatwa tas-Sagra Familja.

It-Tnejn, l-20 ta’ Lulju 2015 Issir il-Festa ta’ Santa Margerita. Fil-kappella l-Antika ta’ Santa Margerita, issir Quddiesa fis-7:00p.m. u wara jkun hemm bibita flimkien.

Il-Ġimgħa, l-24 ta’ Lulju 2015 Ikla tal-Festa. Fis-7:00p.m. Tibda l-Ikla tal-festa bit-tombla. Fit-8:00p.m. tkompli bl-ikel, fil-bitħa u l-ġnien tal-Oratorju Marija Immakulata. Kull min jixtieq jattendi għandu jibbukkja l-biljetti mingħand il-helpers jew iċempel 21433826.

Il-Ħadd, is-26 ta’ Lulju 2015 Fil-Knisja Arċipretali, fl-4:00p.m. issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.

L-Erbgħa, id-29 ta’ Lulju 2015 Ħruġ tal-istatwa min-niċċa u ftuħ tal-festa Fis-6:00p.m., tingħad it-talba tar-Rużarju fil-knisja Arċipretali

Fl-okkażjoni tal-40 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tax-xbieha tal-Assunta, fil-kwadru titulari tal-Knisja Arċipretali tal-Mosta

se ssir Ċelebrazzjoni MarjanaNhar l-Erbgħa 5 ta’ Awwissu 2015,

Fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta,Fis-7:15p.m.

F’din iċ-ċelebrazzjoni se jieħdu sehem il-Kor Shalom u l-kor Santa Ċeċilja, se jkun hemm ħin ta’ talb, feature b’ritratti u recordings qosra tal-Quddiesa tal-Inkurunazzjoni u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali.

madwarna id-devozzjoni lejn Santa Marija ħalli dawk is-sagrifiċċji li għamlu ta’ qabilna jkomplu jħallu l-frott mixtieq.