LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018...

44
LUMINARIA Novembru ‘18 nru. 130

Transcript of LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018...

Page 1: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIANovembru ‘18 nru. 130

Page 2: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa
Page 3: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa
Page 4: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIANovembru ‘18 nru. 130

Page 5: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

1

BORD EDITORJALIĦarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena• Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

San Pietru u San Pawl, Nadur• Ippubblikata mill-Bord Editorjali magħmul minn:

L-Arċipriet Mons. Jimmy Xerri, Miriam Muscat - Editur, Joseph Muscat, Mary Ann Pace, Charline Grech, Maria Camilleri

• Qari tal-Provi: Miriam Muscat, Maria Attard, Noemi Portelli

• Ritratti ta': Martin Attard, Monica Grima, Mario Muscat, Alessio Sultana, Anthony Cassar.

• Il-fehmiet li jistqarru l-awturi u l-korrispondenti tal-artikli li jiġu ppubblikati mhumiex

neċessarjament dawk tal-Bord Editorjali

• Kull korrispondenza għandha tintbagħat lill-Bord Editorjali, ‘LUMINARIA’, Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza 28 ta’ April 1688, Nadur NDR 1033, Għawdex

Tel: 2155 1649• Disinn u layout ta’ Maria Camilleri• Stampata bl-Offset, "Portelli Print" Nadur Tel: 2155 8232• www.nadurparish.com

Messaġġ mill-Arċipriet

Kronaka tal-Parroċċa

Kan. Dun Charles Vella - 25 Sena Saċerdozju

L-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof 2018

Paġna M.U.S.E.U.M. Subien

Paġna M.U.S.E.U.M. Bniet

Żgħażagħ Taċ-Ċentru fil-Peru'

Mid-Djarju tal-Iskola Primarja

Day Centre Anzjani Nadur

Għaqda Dar Dun Franġisk Grima

Għaqda Ħbieb tal-Presepju

Il-Kappella Tal-Ħniena Divina

Ritratti tat-Twieqi maħduma bl-iStained Glass għall-Kappella

Francis Sultana - Rabta Specjali Man-Nadur

Premju Għall-Perit Edward Scerri marbut Mal-Proġett taċ-Ċimiterju

Riflessjoni Fuq l-Opri Tal-Ħniena

Quddies Fil-Paroċċa matul Novembru

Ngħożżu l-Memorja Kollettiva - Salvu Cauchi - il-Kapriċċ

Inċiżżjoni Ġdida

Mill-Memorji Ta' Karmnu Flazon

Eku tal-Festi Ċentinarji tas-Sena 1968

Il-Mużika Pop fin-Nadur fl-Isfond tal-Qagħda Soċjali tas-Sittinijiet - (it-tielet parti)

Id-Dar tal-Kleru

Xita fin-Nadur

2

3

6

7

8

9

10

12

14

15

17

18

20

22

23

24

25

26

27

28

32

34

37

40

LUMINARIA - Werrej

il-Milied u s-Sena t-Tajba lil Kulħadd

Ritratt tal-qoxra: Ritratti taċ-Ċimiterju u tal-Kappella Tal-Ħniena Divina. Ħajr lil Perit Edward Scerri

Il-Bord Editorjali jixtieq jawgura

Page 6: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

2

Nov '18

L-ArċiprietMill-Ħajja tal-Komunità

Messaġġ mill-ArċiprietMons. Jimmy Xerri

Ħsieb għall-MiliedKristu jġib il-Fużjoni!

Hawn min irid Milied mingħajr Kristu. Insibu lil dawk li jippreferu jgħidu Happy Holidays jew Happy Xmas minflok Happy Christmas. Ngħixu f’dinja fejn lil Kristu jridu jwarrbuh u jostraċizzawh. Niftakar fil-ktieb Brave New World, fejn l-awtur Aldous Huxley jgħid li l-Bibbja nqaflet fis-safe biex ħadd ma jaqraha. Tibqa’ miġbura bħal biċċa tal-mużew, u ħadd ma jkun jista’ jaraha.

Lil Kristu għalxejn tipprova twarrbu u teħles minnu. Ġesù ġie fil-maxtura. L-Iben t’Alla ried jinżel fostna, jintagħġen magħna, jieħu l-kundizzjoni tal-bniedem. Alla tagħna hu Alla magħna. Kristu jħobb il-fużjoni.

Il-misteru tal-Inkarnazzjoni jgħidilna li Ġesù ma jridx li jkollna l-firdiet. Ngħixu f’dinja fejn il-firdiet tal-fehmiet ġejjin mill-preġudizzju u l-prekonċetti jwasslu għal ġlied u tkissir. Ġesù jrid il-fużjoni: il-kollaborazzjoni, id-djalogu. Biex ikollna l-Milied ta’ Ġesù rridu ninżlu fil-maxtura. Ma noqogħdux fuq is-sedja għolja qisna aħna biss għandna raġun. Alla niżel f’maxtura u minnek jitlob li tkun kapaċi tibdel fehemtek, jew almenu tara kif jaħsibha sieħbek u “l-ieħor”, dak li miegħu s’issa qatt ma qbilt jew li lilu qatt ma ħfirt.

Sigmund Bauman jitkellem minn fusion of horizons, espressjoni li biha jifhem li għandna nrawmu l-fiduċja, il-ħbiberija r-rispett u l-kollaborazzjoni bejn l-individwi u l-pajjiżi.

Bħala poplu nistgħu nikbru iktar jekk aħna nħobbu lil art twelidna, inħobbu l-lingwa Maltija u nħobbu l-Fidi li tgħaqqadna madwar maxtura.

Kristu Bambin jgħaqqadna flimkien. Min hu Nisrani tassew, ifittex li jwettaq dak kollu li jgħaqqad.

Page 7: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

3

Mill-Ħajja tal-Komunità

Mary Ann Pace

KRONAKA TAL-PARROĊĊAĠUNJU 2018 – SETTEMBRU 2018

ĠunjuKorpus

Fit-3 ta’Ġunju il-festa tas-solennità ta’ Korpus ġiet iċċelebrata fil-parroċċa tagħna b’quddiesa fit-8.30am bis-sehem tal-kapitlu u l-kleru u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Imbagħad eżattament wara l-quddiesa saret il-purċissjoni mat-to-roq u l- Barka Sagramentali ngħatat minn fuq iz-zuntier tal-knisja stess.

Tnedija tal-ktieb

Nhar il-Ħamis 7 ta’Ġunju fis-7.30pm il-parruċċani kollha kienu mistiedna għal-lejla li fiha saret it-tnediha tal-ktieb fuq l-arti, l-arkitettura u d-dekorazzjoni tal-knis-ja Bażilka tal-parroċċa. Il-ktieb huwa ta qoxra iebsa u fih mitejn paġna mimlijin ritratti li huma opri tal-arti minnhom infushom. Il-kontributuri huma Mark Sago-na, Daniel Meilak u Konrad Thake. Il-fotografija hija ta’ Martin Attard u l-ktieb gie mitbugħ fl-istamperija tat-Times of Malta.

Griżma

Nhar is-Sibt 9 ta’ Ġunju 37 adolexxent mill-parroċċa tagħna rċivew l-Ispirtu s-Santu fis-sagrament tal-Griżma

tal-Isqof. F’waħda mil-laqgħat ta’ tħejjija għal ġenituri u parrini tat-tfal tal-Griżma, ħarġet l-importanza tal-ħajja tat-talb tal-familja.

Kwaranturi fil-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù

Tliet ijiem ta’ adorazzjoni fil-knisja tal-Qalb ta’ Ġesù. Il-Hadd 10 ta’ Ġunju fis-6.00pm saret konċelebrazzjoni mmexxija mill-vigarju ġenerali Mons Tarċisju Camilleri u wara saret il-purċissjoni bis-Sagrament. Sar talb speċjali għaż-żagħżagħ, bi tħejjija għas-sinodu tal-Isqfijiet.

Festa

Ġunju huwa x-xahar iddedikat għal festi solenni f’ġieħ il-prinċpijiet tal-appostli San Pietru u San Pawl. Il-mot-to magħżul għal din is-sena kien “Imxu sewwa skont is-sejħa li biha kontu msejħin” (Ef 4,1). Is-Sibt 16 ta’ Ġunju ttella’ l-programm mużikali annwali mis-Soċjetà

Page 8: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

4

Nov '18

Mill-Ħajja tal-Komunità

Filarmonika Mnarja fl-okkażjoni tal-50 sena minn meta ġiet inawgurata l-Banda Mnarja preċiżament fis- 16 ta’ Ġunju, 1968. Dan il-kunċert sar fil-pjazza ewlenija tar-raħal tagħna taħt id-direzzjoni tal-Mro Joseph Grech LCCM. Il-kunċert mużikali għalaq bi spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika.

It-Tnejn 18 ta’ Ġunju assistejna għall-ħruġ tal-istatwa min-niċċa fi tmiem ta’ quddiesa kkonċelebrata mmexxija mill-arċipriet Mons Jimmy Xerri bil-parteċipazzjoni tal-Banda Mnarja.

In-novena bdiet it-Tlieta 19 ta’ Ġunju b’Jum it-Tfal u tmexxiet mis-saċerdot novell Dun Joseph Hili. It-tieni jum tan-novena kien iddedikat għal Jum il-Vokazzjonijiet,u l-quddiesa kienet immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech. Dan il-jum kien jum speċjali għax fraħna ma’ 3 membri reliġjużi mir-raħal tagħna. Dun Ġużepp Muscat li għalaq 70 sena saċerdot filwaqt li Dun Charles Vella għalaq 25 sena minn mindu ġie ordnat saċerdot. Suor Ġiuliana Portelli għalqet 50 sena ta’ ħajja reliġjuża mas-sorijiet tal-Klawsura fil- Belt Valletta. F’din l-okkażjoni hekk speċjali wara l-quddiesa sar riċeviment ċkejken fis-sala parrokkjali.

Il-kumplament tal-jiem tan-novena kienu ddedikati, għal-komunità li taqdi, għaż-żgħażagħ, għall-familja, għall-morda u l-anzjani, għall-missjoni u l-evanġelizzazzjoni u l-volontarjat, għall-benefatturi u l-Caritas, u għall-emigranti u r-residenti barranin fostna.

Fl-omeljia tan-novena taż-żgħażagħ bit-tema empower-ment, Patri Ġovann Tabone mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, tkellem dwar 4 punti li tajjeb li niktbu xi ħaġa fil-qosor fuqhom:

1 Oħlom - kulħadd għandu futur u jista jerġgħa jibda mil-ġdid

2 Fiduċja li Alla hu l-ewwel li jemmen fina imbagħad nistgħu nibdew nimxu.

3 Kuraġġ – nies li jgħinuk tasal għal dak li tixtieq

4 Perseveranza – li minkejja l-ostakli tibqa miexi ’l qud-diem.

F’lejlet il-festa filgħodu ġiet iċċelebrata quddiesa Solenni ta’ ringrazzjament lil Alla li fiha tkanta it-Te Deum. Fis-6.00pm kien hemm Translazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech mill-knisja tal-Qalb ta’ Ġesù lejn il-Bażilika. Wara l-Isqof mexxa l-Għasar Pontifikali assistit mir-rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali u mill-Kapitlu u l-Kleru tal-Bażilika. Fit-tmiem indaqqet l-Antifona u ngħatat il-Barka Sagramentali.

F’ nhar il-festa filgħodu saret konċelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech fil-waqt li Dun Joe Zammit niseġ il-paniġierku fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Ġiet esegwita l-quddiesa ta’ Mro Giuseppe Camilleri. Filgħaxija wara l-Għasar Solenni mmexxi mill-arċipriet Mons Jimmy Xerri u mir-Reverendissimu Kapitlu tal-Kolleġġjata assistejna għall-ħruġ tal-istatwa titulari tal-patruni tagħna li tmexxiet proċessjonalment mat-toroq prinċipali tar-raħal bis-seh-em tal-kapitlu u l-kleru. Il-festi ġew fi tmiemhom bid-dħul tal-istatwa fil-Bażilika, bid-daqq tal-Antifona u l-Barka Sa-gramentali. Min żar il-Bażilika fis-Solennità ta’ San Pietru u San Pawl seta’ jirbaħ l-Indulġenza Plenarja.

Din is-sena kellna sistema ta’ live streaming ta kwalità taj-ba ħafna u wieħed seta’ jsegwi l-funzjonijiet kollha kemm fil-knisja kif ukoll attivitajiet esterni b’iktar effiċjenza u ċarezza. Din intlaqgħet ferm tajjeb minN ħutna l-emigranti li ma setgħux ikunu magħna matul il-festi kif ukoll mill-morda u l-anzjani minn ġewwa djarhom.

LuljuIl-Ħadd 8 ta’ Lulju grupp ta’ żgħażagħ miċ-ċentu flimkien ma’ Fr. Mark Bonello marru jagħmlu esperjenza fil-parroċċa tal-missjunarju Fr. Raymond Portelli ġewwa l-Perù. Din żgur kienet esperjenza li tmissilhom qalbhom u tfakkarna nitolbu għal tant nies fil-bżonn.

Charter Rural Communities

Bejn id-19 u t-23 ta’ Lulju lqajna fostna delegati minn bosta pajjiżi Ewropej għal-laqgħa annwali taċ- Charter for Rural Commu-nities organiz-zat mill Unjoni Ewropea. Fost il-ħafna attivitajiet li sarulhom, ġiet

Page 9: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

5

iċċelebrata quddiesa nhar il-Ħadd fil-10.30am. It-tema magħżula għal din is-sena kienet: Solidarity in time of Cri-sis and Responsibility when facing common challenges.

Opri Ġodda

Fis-sagristija nħadmet għamara ġdida li sservi ta’ post fejn jinżammu l-abiti sagri. Dan ix-xogħol fl-injam fih xogħol ta’ skultura maħdum minn Mark Falzon filwaqt li x-xogħol ta’ mastrudaxxa nħadem minn Salvu But-tigieg.

Fl-aħħar ta’ April beda xogħol ta’ tikħil minn ġewwa fil-kappella taċ-ċimiterju tal-Ħniena Div-ina, li kien afdat f’idejn Mark Falzon u assistit minn John Paul Galea. ’L quddiem għandu jsir mużajk wara l-artal. Id-disinn ta’ dan il-mużajk se jkun ta’ Fr Roberto Gauci. Proġett ieħor maħsub għal ak-tar ‘il quddiem u marbut mal-istess ċimiterju huwa sistema ta’ dawl.

AwwissuGħall-aħħar tax-xahar ta’ Awwissu l-Għaqda armar Triq it-Tramuntana ħadet ħsieb torganizza quddiesa fil-beraħ quddiem l-istatwa tal-Madonna li tinsab fl-istess triq.

Ċentru

Tlesta l-pjan terran u l-bejt ta’ fuqu. Twaqqa’ biċċa mill-bini l-qadim taċ-Ċentru li se jiġi sostitwit

b’faċċata ġdida u kmamar ġodda. It- twaqqiegħ sar fuq in-naħa ta’ Triq il-Kappillan. Għax xhur li ġejjin l-adolexxenti u ż-żgħażagħ se jagħmlu l-laqgħat tagħhom fis-sular ta’ taħt nett.

Proġett ieħor

Il-grupp tal-armar ta’ Triq Il-Knisja mmexxi minn Sammy Portelli lestew bieb ġdid tal-aluminium biex jingħalaq il-maħżen tal-armar tal-istess għaqda li jinsab taħt il-kappella ta’ Kenuna.

SettembruNifirħulhom

Fl-14 ta’ Settembru, l-għaqda tal-armar ta’ Triq Diċembru 13 inawgurat il-proġett tal-lift u n-niċċa li fiha tpoġġiet l-istatwa tal-Għoti tal-Missjoni lill-Appostli San Pietru u San Pawl. Għal din l-inawgurazzjoni l-għaqda tellgħet attività unika u kommemorattiva fejn fiha sar it-tberik tal-proġett mill-arċipriet Mons Jimmy Xerri.

Ċimiterju tal-Ħniena Divina

It-twieqi tal-istained glass taċ-ċimiterju tlestew kollha. B’kollox hemm għaxar twieqi li jirrappreżentaw l-opri tal-Ħniena. L-aħħar stained glass li saret hija dik ta’ Madre Tereża ta’ Kalkutta. Dawn t-twieqi saru grazzi għal ġenerożità ta’ 21 persuna li bejniethom ħallsu din l-opra hekk sabiħa. Dettalji tal-ġbir ġew ippubblikati fil-gazzetta li toħroġ mal-bullettin. Ix-xogħol tat-twieqi fl-istained glass huma ta’ Joe L Meilak.

Assemblea Parrokkjali

Fil-15 ta’ Settembru saret l-Assemblea tal-Parroċċa f’Dar Manresa. Il-Kelliem kien Fr. Richard Farrugia rettur tas-Seminarju ta’ Għawdex u t-tema magħżula kienet ibbażata fuq ktejjeb ta’ Mons. Isqof Mario Grech “Naqraw l-Arloġġ ta’ Żmienna” - interventi biex il-ħajja Nisranija tixxettel

Mill-Ħajja tal-Komunità

NIRRINGRAZZJAW:Lil: Donny Zahra (Amerika); Marcel Haber u Charles Buttigieg (Kanada); Frank u Carmen Muscat u The Australian - Nadur Association u l-Helpers (Melbourne), Emanuel Grech u Maria Xerri (Sydney) Awstralja, li qassmu l-ħarġa tal-‘Luminaria’, Nru. 129, Ġunju 2018.

Amerika: Frank Debono: US$30; Mrs Jeanette Pace: €20; Mr & Mrs M. Tabone: €40; C. Mifsud: €20.Awstralja: Sydney: Mr & Mrs Frank Muscat: €50; Mr & Mrs Emanuel Grech: €40; Mrs Rita Gauci: Aust$50;

Sonia Apap: €20; Rose Sacco Aust$20; Salvina Muscat: Aust$20; Carmena Vella: Aust$20; Mr & Mrs Hili: Aust$30, Doris Bugeja Aust$20, Rose Sacco Aust$20, Peter Paul Attard Aust$20, Pawla Sagona Aust$20.

Kanada: Marcel Haber: €40.Ingilterra: Albert Muscat: €10. Lokali: C.G.: €10.

Page 10: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

6

Nov '18

mill-ġdid. Kien hemm mumenti ta’ talb flimkien u qsim ta’ ħsibijiet dwar dan is-suġġett kif ukoll workshops fejn il-parteċipanti ħarġu b’ideat u taw sehem attiv fid-diskuss-joni. L-assemblea li damet tul in-nofstanhar ta’ filgħodu ntemmet b’ikla f’Dar Manresa stess.

Id-Duluri

Il-Ħadd 16 ta’ Settembru kellna l-purċissjoni tad-Duluri fejn niftakru f’tant ommijiet li qed ibatu fi żmienna u sar talb għal ħtiġijiet tal-knisja, familji u għall-vokazzjonijiet. Din l-attività tal-purċissjoni għalqet l-istaġun tas-sajf. Il-Ħadd ta’ wara mbagħad fil-quddiesa tad-9.15am sar il-ftuħ tas-sena tal-katekeżi.

Merħba u Grazzi

Nagħtu merħba fostna lil Kan Reuben Micallef Arċipriet emeritus taż-Żebbuġ u lis-seminarista Mario Mercieca mill-parroċċa tal-Katidral li se jibdew iservu fil-komunità

tagħna. Fl-istess waqt nifirħu u ngħidu grazzi lil Samwel Aquilina mir-Rabat li ġie aċċettat sa-biex jidħol bħala semi-narista f’Settembru. Tul din is-sena Samwel kien jagħti s-sehem tiegħu fil-parroċċa tagħna b’mod speċjali fil-liturġija tal-Ħadd u mal-abbatini. Ink-omplu nitolbu għall-vokazzjonijiet sabiex ikun hemm żgħażagħ mill-parroċċa tagħna li jilqgħu l-isfida u jwieġbu għas-sejħa.

Din is-sena il-Kan. Dun Charles Vella għalaq 25 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Dun Charles studja l-filosofija u t-teoloġija fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù fir-Rabat, Għawdex u ġie ordnat saċerdot nhar l-10 ta’ Lulju, 1993. Huwa sar kanonku onorarju tal-Kolleġġjata tan-Nadur f’Ġunju 2009.Barra l-istudju tiegħu f’Għawdex għamel studji oħrajn fl-Italja. Fost l-oħrajn tħarreġ professjonalment fir-restawr u l-konservazzjoni tal-arti. Din il-preparazzjoni għenitu biex eventwalment wettaq bosta xogħlijiet ta’ restawr f’Malta kif ukoll fl-Italja. Dun Charles irrestawra biċċiet li jinsabu f’kollezzjonijiet privati kif ukoll biċċiet imdaqqsin sew ta’ opri tal-arti li jinsabu fi knejjes f’pajjiżna u barra minn Malta.Forsi waħda mill-iktar xogħlijiet impenjattivi li daħal għaliha kienet ir-restawr tal-Inkoronazzjoni tal-Verġni Marija, opra li tpinġiet għall-aħħar tas-seklu XVI. Din l-opra tappartjieni lill-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta. Dun Charles irrestawra wkoll 6 kapolavuri ta’ Giuseppe Calì, li jinsabu fil-knisja l-qadima t’Għajnsielem.Nawguraw lil Dun Charles fis-saċerdozju tiegħu u fil-qadi lill-poplu t’Alla. Il-ministeru saċerdotali tiegħu jinkludi din is-sengħa li xħin jgħaqqadha mal-kapaċità li għandu li hu stess joħloq l-opra artistika, tagħmel minnu strument f’idejn Alla.Bil-pinzellati tiegħu dan is-saċerdot Naduri jikxfilna mill-ġdid il-ġmiel tal-fidi tagħna kif esprimewha l-artisti u l-fidili tal-imgħoddi. L-opri ġodda li joħloq hu stess, bħal dawk il-kapolavuri fit-tafal, ix-xemgħa u l-bronż, jagħmlu minnu “katekist” u predikatur li juża l-medium tal-ġmiel biex iwassal l-Aħbar it-Tajba.

Nifirħu Lil25 Sena Saċerdozju

Kanonku Dun Charles Vella

Ad Multos Annos.

Mill-Ħajja tal-Komunità

Il-Kan. Reuben Micallef

Page 11: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

7

Mill-Ħajja tal-Komunità

L-EWWEL TQARBINA 27 TA’ MEJJU 2018

SUBIEN: Joseph Abela; Clyde Borg; Marlon Buttigieg; Shay Camilleri; Peter Paul Cilia; Liam Galea; Adrian Hili; Kevin Grech; Neil Mercieca; Preston Mercieca; Aiden Muscat; Manuel Muscat; Joseph Portelli; Justin Portelli; Mason Portelli; Riley Vella.

BNIET:Thea Attard; Celine Borg; Thea Buttigieg; Layshia Rose Camilleri; Charlise Cardona; Shaylee Cauchi; Caroline Cefai; Claire Cutajar; Sasha Farrugia; Lindsey Grima; Ilona Mifsud; Claudia Muscat; Kayla Muscat Borg; Elena Portelli; Joslyn Portelli; Mariah Rapa; Megan Rapa; Kristy Said; Renee Said; Rachel Sultana; Elena Marie Zammit.

Tfal li rċevew is-Sagrament tat-Tqarbin u s-Sagrament tal-Konfermazzjoni fil-Bażilika tan-Nadur fis-sena 2018

GRIŻMA TAL-ISQOF 9 TA’ ĠUNJU 2018

SUBIEN:Jake Attard Azzopardi; Jake Attard Cassar; Nathan Bonello; Dylan Borg; Aron Mario Buttigieg; Leander Buttigieg; Benjamin Chris Camilleri; Dean Camilleri; Stefan Cefai; Clint Debono; Lucas Duffy; Robert Farrugia; Jake Joseph Gatt; Justin Grech; Wayne Muscat Borg; Isaac Paul Piscopo; Kurt Mercieca; Ryan Muscat; Gilbert Portelli; Saviour Portelli; Sebestian Portelli; Antoni Said; Zak Vella; Kurt Xuereb; Josef Zerafa.

BNIET:Victoria Axiaq; Giulia Azzopardi; Eliza Camilleri; Amy Marie Cassar; Sienna Cassar Azzopardi; Analisa Farrugia Wismayer; Shania Galea; Jannelle Mercieca; Chelsea Ann Muscat; Andrea Said; Lucia Said; Maria Scerri.

Page 12: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

8

Nov '18

PaġnaM.U.S.E.U.M. SUBIEN

Joe Camilleri

Mill-Ħajja tal-Komunità

L-Iben t’Alla sar Bniedem

Dun Ġorġ kien jixtieq li dak kollu li jsir fl-oqsma tal-MUSEUM isir biex Ġesù jsir magħruf u maħbub. Aktar ma ssir taf lil Ġesù aktar issir tħobbu. It-Tieni Persuna tat-Trinità Divina jsir bniedem għalina biex jerġa’ jħabbibna ma’ Alla l-Missier. Kien għalhekk li fehem il-kobor tal-kliem ‘L-Iben t’Alla sar Bniedem’ u ried li l-membri tiegħu jġorru fuqhom. Baqa’ f’moħħu l-episodju tal-mewt ta’ missieru meta fl-aħħar waqtiet ġietu l-idea li jikteb karta b’dan il-kliem u jpoġġiha fuq sider missieru. Wara mewt missieru, Dun Ġorġ jgħid li ħassu jgħidlu: ‘Nirringrazzjak tal-Verbum Dei li għamiltli fuq sidri għax, minħabba fiha, kelli ġudizzju ħelu wisq’. Darba oħra meta kien għadu jlaqqa’ lill-membri fil-knisja ta’ Sarria, il-Furjana, qalilhom: “Mhux li kien il-ħitan tad-dinja kollha jkunu miksija bil-kliem ‘Verbum Dei Caro Factum Est’. Dun Ġorġ fehem il-qawwa u s-sbuħija ta’ dawn il-kelmiet.

U għalhekk għalina żmien il-Milied huwa żmien speċjali għax infakkru meta l-Iben ta’ Alla sar bniedem bħalna. Dun Ġorġ kien jieħu gost bin-noveni li jsiru fl-oqsma bħala preparazzjoni għal din il-festa. Il-ġranet tan-novena huma ġranet ta’ preparazzjoni u għalhekk, aħna fil-qasam tagħna, nagħmlu waħda għat-tfal tal-Primarja li tibda fis-6.00p.m. u oħra għall-istudenti tas-sekondarja fis-7.00p.m. Kellu għal qalbu kull ħaġa li tista’ twasslek għand Kristu. Kien għalhekk li ħolom bil-purċissjoni bil-Bambin. Fejn kull tagħlim u formazzjoni riedhom li jsiru fis-satra tal-qasam nhar lejlet il-Milied ried li jagħmel dimostrazzjoni bil-Bambin li f’dawn il-kważi mitt sena saret tradizzjoni fl-ibliet u fl-irħula tagħna. Imma xieraq li mhux biss issir għax tradizzjonali imma, fuq kollox, sabiex twassalna aktar għand dan l-Iben ta’ Alla li sar bniedem bħalna u għalina.

Għall-grazzja ta’ Alla l-purċissjoni tagħna ilha ssir għexieren kbar ta’ snin u maż-żmien saret pageant bi sfilata ta’ persunaġġi bibliċi tat-Testment il-qadim u l-ġdid li jakkompanjaw lill-Bambin. Żdiedet il-Banda Mnarja li kompliet issebbaħ l-atmosfera festiva tal-Milied. Sagrifiċċju ta’ ħafna u ħafna nies… tfal u persunaġġi li jilbsu fil-purċissjoni, bandisti, surmast u kumitat tal-Banda li joffru l-ħin tagħhom għal din id-dimostrazzjoni ta’ fidi. Lil dawn kollha ma nsibux kliem biex nirringrazzjawhom għax mingħajr is-sagrifiċċji personali tagħhom żgur li l-purċissjoni ma tistax tkun li hi.

Ma’ dawn nixtieq nagħmel appell lil dawk il-familji li l-purċissjoni tgħaddi minn quddiem id-dar tagħhom. Jagħmlu sabiħ ħafna t-tiżjin u d-dawl tal-faċċati tad-djar tagħna. Tieħu gost tara lil min, għal xi raġuni jew oħra ma jkunx jista’ jakkompanja l-purċissjoni, jistenniena għaddejjin minn quddiem daru. Dawn ikunu qed jagħtu

spinta u taptipa ta’ inkoraġġiment lil dawk kollha li jkunu qed jieħdu sehem u jkunu ppreparaw għal din il-purċissjoni.

Nixtiqukom tiġu … għat-tiżjin u l-presepjuEjjew araw il-klassijiet u l-kurituri tagħna bil-libsa tal-festa. Tieħdu gost taraw l-ambjent fejn jattendu wliedkom f’arja festiva kif ukoll il-presepju sabiħ li għamlilna l-old boy tagħna Tonio Grech.

għall-play ‘Fejn hemm it-tama…’Ejjew għall-play ‘Fejn hemm it-tama…’ li ser issir darbtejn fis-sala tal-qasam tagħna. Il-kitba u d-direzzjoni huma f’idejn seħibna Mark Azzopardi. Ser issir nhar is-Sibt 15 ta’ Diċembru fis-7.30p.m. u l-għada l-Ħadd 16 ta’ Diċembru fis-6.00p.m. Ejjew u ħudu gost taraw lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna f’din il-play. U ħajru lil ħbiebkom u l-familjari tagħkom ukoll.

għall-purċissjoni tal-BambinJekk it-temp jippermetti l-purċissjoni bil-pageant ta’

p e r s u n a ġ ġ i bibliċi toħroġ mill-qasam nhar lejlet il-Milied fis-7.00p.m. u ngħaddu mill-Pjazza għal Triq il-Kappillan, Triq Xandriku, Triq San Ġwann, Triq Diċembru

13 u lura l-Museum. Napprezzaw ħafna jekk il-familji li joqogħdu fit-triq tal-purċissjoni jixegħlu t-twieqi u l-bibien imżejna. Flimkien inkunu qed nagħtu qima lit-Tarbija ta’ Betlem.

għall-programm tal-KnisjaQed naħdmu bi sħiħ biex bħas-snin l-imgħoddija din is-sena wkoll ikollna kunċert ta’ livell fil-knisja parrokkjali nhar il-Milied fis-7.00p.m. Minbarra l-kant ferrieħi ta’ dawn iż-żminijiet ikollna wkoll poeżiji, il-prietka tat-tifel u play qasira b’messaġġ. Għandna bosta kantanti li ser jagħtu s-sehem tagħhom u grazzi lil Mro Antoine Theuma li ilu bosta u bosta ġimgħat jipprepara (flimkien ma’ seħibna Mark) lit-tfal tal-kor. Titilfuhx! Tieħdu gost żgur.

F’isem sħabi nixtiqilkom ilkoll Milied mimli paċi tat-tarbija ta’ Betlem u Sena Ġdida mimlija ġid u barka tal-Mulej.

Page 13: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

9

X’Għadda minn għalinaBħalma jaf kulħadd fil-vaganzi tas-sajf, it-tagħlim u l-attivitajiet fil-qasam, jibqgħu għaddejjin, għalkemm mhux bir-ritmu tas-soltu.

Fis-27 u fit-28 ta’ Lulju ġie organizzat live-in li għalih attendew xi studenti li illum qegħdin Form 2 flimkien ma’ xi studenti t a m p a r h o m

minn irħula oħra. Din kienet għalihom esperjenza sabiħa, rikreattiva u fl-istess ħin ta’ tagħlim ukoll.

It-tfal minn Year 4 sa Year 6 li kienu jattendu xi ftit jew wisq regolari matul is-sajf, minbarra ħarġiet oħra kellhom ħarġa speċjali f’Malta. Il-vista fuq il-kripta ta’ San Ġorġ Preca fil-kappella tal-Madonna Mirakoluża kienet għalihom novità u hemm kellhom ukoll mumenti ta’ talb flimkien. Il-ħarġa kienet ukoll imżewqa b’divertiment fil-water park f’Buġibba u vista fl-Esplora fil-Kalkara fejn it-tfal ħadu gost u sabu posthom fejn jilagħbu u jirrikkreaw ruħhom. Din is-sena fil-festa ta’ San Mikiel Arkanġlu kellna wkoll quddiesa fil-qasam iċċelebrata mill-Arċipriet li għaliha attendew ukoll it-tfal ta’ Form I u l-ġenituri tagħhom.

Sena Kateketika ġdidaBil-għajnuna t’Alla fil-24 ta’ Ottubru tajna bidu għal sena kateketika ġdida li fiha rrankajna mhux ħażin, grazzi għall-ġenituri li taw sehemhom sabiex jibagħtu lit-tfal

regolari billi ppruvaw jaddattaw l-attivitajiet li jikkonċernaw lil uliedhom ħalli ma jikklaxjawx mal-ġranet u l-ħinijiet tal-lezzjonijiet tal-katekiżmu.

L-Eżortazzjoni tal-Papa Franġisku: IFIRĦU U THENNEW u t-tagħlim ta’ San Ġorġ Preca

Kulħadd imsejjaħ biex isir qaddis – Hu kmand t’Alla li aħna nagħtuH qalbna. San Ġorġ Preca

Biex nippruvaw niksbu l-qdusija m’għandniex nistrieħu fuq il-kapaċitajiet tagħna – Sinjur Alla f’kollox u għal kollox għandi bżonnok, u mingħajreK xejn ma niswa, xejn ma niflaħ u xejn ma nista’.

Il-mixja tal-qdusija hija għajn ta’ paċi u ferħ – Iddur, fejn iddur, f’Alla biss issib il-mistrieħ tiegħek. Biex tgħix kuntent fil-ħajja, osserva d-dieta, il-kwiet u żomm ruħek ferħan.

Biex insiru qaddisin, irridu naqdfu kontra l-kurrent u nikkumbattu – Kull nisrani li jiġi fid-dinja, minn mindu jitwieled sakemm imut, ikollu dejjem jikkumbatti.

Kuraġġ! Il-qdusija mhix xi ħaġa li ma nistgħux nilħquha – M’għandux wieħed jaqta’ qalbu jekk ikun wara li beda jservi ’l Alla, reġa’ waqa’ fid-dnubiet.

L-imħabba t’Alla ma tistax tifridha mill-imħabba lejn il-proxxmu – Biex tgħaddi ’l quddiem fil-qdusija, ipperswadi ruħek li taħdem għaliha billi tgħin lill-oħrajn.

Il-qasam il-ġdidForsi jkun hawn min jaħseb li x-xogħol fil-qasam il-ġdid waqaf. Dan mhux il-każ għaliex ix-xogħol fl-istruttura qed isir minn ġewwa u dan jitlob għaqal, galbu u ma jimxix b’ritmu mgħaġġel, biex jiġi evitat xi periklu. Nerġgħu nirringrazzjaw mill-ġdid lil dawk il-benefatturi li b’ġenerożità taw sehemhom fil-ġabra li għamilna dan l-aħħar. Il-Mulej iħallaskom bil-mija fil-mija. Dan l-appell għall-għajnuna finanzjarja jibqa’ miftuħ sakemm jispiċċa x-xogħol bħalma dejjem jibqa’ għaddej it-talb tagħna għalikom benefatturi. Mill-ġdid GRAZZI u komplu għinu sabiex dan il-proġett jitwettaq kif mixtieq jiġifieri adegwat għaż-żminijiet tal-lum.

PaġnaM.U.S.E.U.M. BNIET

Rita Sacco

Mill-Ħajja tal-Komunità

Il-paċi magħkom

Page 14: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

10

Nov '18

Kienet ħolma tagħna li xi darba jerġa’ jkun hemm grupp ta’ żgħażagħ miċ-Ċentru li jiddeċiedu li jmorru jagħmlu esperjenza missjunarja. Fr Raymond Portelli, ta’ kull sena jiġi jkellem lill-adolexxenti taċ-Ċentru u għalhekk iż-żerriegħa li żergħa fihom malajr rat id-dawl meta ħriġna b’din il-proposta. Il-grupp li għażel li jagħmel din l-esperjenza kien iffurmat minna (żewġ leaders - Fr Mark u Miriam) u minn sitt żgħażagħ li jattendu ċ-Ċentru: Brittany, Samuel, Maria, Louisa, Ann Marie u Rebekah.

Fit-tlitt ġimgħat li qattajna f’Iquitos, fix-xahar ta’ Lulju li għadda, aħna ħdimna fil-Parroċċa li jmexxi Fr Raymond, dik ta’ San Martin de Porres. Għalkemm il-belt u l-irħula tal-madwar dornihom kollha, l-għan ta’ dan ma kienx biex noqogħdu naraw ix-xenarju iżda biex insiru nafu aktar lill-gruppi varji ta’ din il-komunità. Aktar ma ltqajna’ ma’ nies, aktar rajna realtajiet differenti, għinna fejn stajna b’diversi modi u anke tgħallimna, kemm mill-esperjenzi kif ukoll mill-attitudnijiet tal-lokali.

Hawn huma xi riflessjonijiet personali miż-żgħażagħ tagħna:

Brittany Attard fuq l-esperjenza tagħha ġewwa id-dar “Algo Bello Para Dios” li tilqa’ fiha persuni

morda bl-Aids:

“Billi wieħed mill-proġetti li kellna kien li nirranġaw l-ikbar kamra ta’ din id-dar, kamra li kienet fi stat ħażin ħafna, qattajna ħafna ħin ma’ din il-komunità. Wara li ħrigna l-għamara u lis-seba’ pazjenti li kienu fiha biex inkunu nistgħu naħdmu aħjar, bdejna bix-xogħol. Dan kien jikkonsisti f’li nqaxxru ż-żebgħa minn mal-ħitan u mas-saqaf, nerġgħu niżbgħu mill-ġdid, innaddfu sew l-għamara kollha, naħslu l-art mit-tbajja’ taż-żebgħa, u fl-aħħar, nerġgħu narmaw u norganizzaw il-kamra. Għalkemm dan kollu ma kienx l-eħfef xogħol għalina, nammettu li kien ta’ sodisfazzjon kbir li naraw id-differenza fl-istat ta’ din il-kamra. Anke l-pazjenti stess kienu jidhru kuntenti biha. Naturalment, biċċa xogħol bħal din setgħet tkun possibli wkoll grazzi għall-flus li ġbarna minn Għawdex.

Meta lestejna x-xogħol fuq il-kamra, konna mmorru Algo Bello biex nilagħbu t-tombla, nagħmlu xi crafts, u nitkellmu mal-pazjenti. Minkejja l-kundizzjoni kiefra li għandhom, dawn in-nies xorta laqgħuna tajjeb u komplew magħna. Filfatt, għalkemm aħna tajniehom l-għajnuna, ħassejna li kienu huma stess li għinuna. L-ewwel nett għax ġiegħluna nirrealizzaw kemm għandna napprezzaw saħħitna, u t-tieni għax għallmuna li biex tnissel tbissima fuq fomm ħaddiehor, m’hemmx bżonn affarijiet elaborati imma semplicement ftit ħin ta’ kumpanija.”

MIĊ-ĊENTRU TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Miċ-Ċentru għal Iquitos

Mill-Ħajja tal-Komunità

Page 15: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

11

Mill-Ħajja tal-Komunità

Samuel Buttigieg fuq l-esperjenza tiegħu ġewwa l-villaġġ imbiegħed ta’ Libertad:

“Memorja li tibqa’ mnaqqxa f’qalbi hi aħna u tilgħin it-telgħa lejn il-vjaġġ Amażoniku ta’ Libertad u t-tfal jiġu jiġru u jgħannquna daqslikieku ilhom jafuna s-snin. Dak il-ħin irrealizzajt li b’sempliċement tgħanniqa jew tbissima, dawk it-tfal kienu għamluli l-ġurnata ferm isbaħ. Irrealizzajt ukoll li sa dakinhar kont dejjem qiegħed bil-ħsieb li aħna konna qegħdin hemm biex nagħtu ftit mill-ħin u r-riżorsi tagħna, iżda filfatt aħna konna qed nirċievu bil-wisq iktar mingħand dawn in-nies li kellhom l-imħabba u l-ħbiberija x’jagħtu. Meta niftakar ukoll fl-impatt li ħallejna aħna fuqhom u li bla ebda dubju ħallew huma fuqna ma nistax ma nitbissimx. Mument għażiż għalija huwa meta konna qegħdin nilgħabu ‘Dawra Durella’ mat-tfal tal-villaġġ u baqgħu jtennu l-għanja Maltija b’aċċent qawwi Spanjol, bla ma jafu x’inhuma jgħidu!Ħaġa oħra li tant apprezzajt u ammirajt kienet il-ġmiel tal-foresta Amażonika, li f’kull ħin tal-ġurnata kont qisek qed tara pittura tal-aqwa artist, li hu Alla.”

Maria Farrugia fuq l-esperjenza tagħha mal-komunità ta’ Belen:

“Mumenti li żgur se jibqgħu magħna huma meta konna mmorru nżuru lit-tfal f’Belen. Belen huwa daqsxejn ta’ raħal qrib ix-xmara Itaya. Il-faqar f’dan ir-raħal huwa evidenti ħafna, infatti ħafna mid-djar huma mibnija fuq iż-żibel. Darbtejn fil-ġimgħa konna mmorru nqattgħu ftit ħin mat-tfal tar-raħal fejn konna nagħlmuhom bosta logħob u konna noqogħdu nkantaw u niżfnu flimkien. Minkejja li dawn it-tfal ma kinux jafuna xorta waħda kienu jiġu jiġru fuqna bħallikieku ilna nafu lil xulxin żmien twil. Għalkemm iż-żmien li qattajna flimkien kien wieħed qasir, xorta waħda nista’ ngħid li r-relazzjoni li bdejna magħhom hija waħda tassew speċjali.”

Rebekah Scerri fuq l-esperjenza tagħha ġewwa Dar Santa Rosa di Lima - Dar tal-anzjani:

“Komunità li ħdimna ħafna magħha kienet dik ta' Casa Santa Rosa, li tospitha fiha u tieħu ħsieb numru ta’ anzjani li kienu abbandunati. Konna nippruvaw inżuru lir-residenti mqar tliet jew erba’ darbiet fil-ġimgħa. Kien hemm drabi fejn kellna ċans nippreparaw għaż-żjara minn qabel, billi nlestu xi crafts u xogħol sempliċi li tista’ tagħmel bl-idejn. Drabi oħra konna naħarbu ħarba mix-xogħol li nkunu qed nagħmlu biex nitkellmu, nilagħbu xi logħba tombla jew inkantaw ftit flimkien. Lejn l-aħħar organizzajna mawra

saċ-ċentru ta’ Iquitos fejn ippjanajna li nieħdu lill-anzjani dawra bit-train. Trid tarahom kollha bl-iktar ilbies pulit jistennewna barra d-dar dakinhar! Kienet battikata, peress li ħafna mir-residenti jbatu minn xi marda jew oħra, fosthom id-dimenzja, l-artritè u nuqqas ta’ dawl u għalhekk kienu jbatu ħafna biex jimxu. Minkejja dan, konna kuntenti li rnexxielna nagħmlu din l-attività għaliex huma żgur ħadu gost, u b’hekk taw pjaċir lilna wkoll.

B’mod xi ftit egoist, ikolli nammetti li kont infittex li mmur ’l hemm, għaliex immur b’liema burdata immur, naf li ser noħroġ minn hemm ħafna aktar kuntenta minn qabel. Il-ferħ li kienu jesprimu dawn l-anzjani malli jarawna kien diġà jġib tbissima fuq wiċċi. Bl-apprezzament li kienu juru dawn l-anzjani għal-affarijiet sempliċi bħal rigal zgħir, tgħanniqa u ftit kumpanija, jien tgħallimt li l-affarijiet essenzjali nġorrhom miegħi ta’ kuljum bil-preżenza u l-ħin tiegħi. Għalhekk nista’ nikkonkludi li l-missjoni u l-karità m’hemmx għalfejn tmur ’il bogħod biex issib opportunità li tagħmilhom, iżda tista’ twettaq dawn ma’ kull min tiltaqa’ miegħu matul il-ġurnata.”

Ann Marie Meilak fuq l-esperjenza tagħha f’Iquitos:

‘Mill-esperjenza tiegħi fil-komunità ta’ Iquitos l-aktar fatturi li baqgħu ħajjin fija huma l-paċi u l-għaqda ta’ bejniethom. Meta tara l-kuntentizza fuq l-uċuħ tat-tfal u tal-kbar bla ma nkun irrid nirrifletti fuq il-ħajja tiegħi ta’ kuljum:• Kemm-il darba matul il-ġurnata nirrabja meta affarijiet li ma jkollix kontroll fuqhom imorru ħażin?• Kemm-il darba matul il-ġurnata nitlob biex iseħħu ċerti affarijiet mingħajr ma niftakar biex l-ewwel nirringrazzja lil Mulej tas-saħħa li tani u tal-ġid kollu ta’ madwari?Tgħallimt ukoll li f’kulma nagħmel, u speċjalment man-nies li niltaqa’ magħhom kuljum fuq il-post tax-xogħol, għandi nimxi u nqis lil kulħadd skont is-sitwazzjoni personali tiegħu, mingħajr ebda ġudizzju. U li għandi nagħmel dejjem mill-aħjar biex l-esperjenza ta’ dawn il-persuni tkun waħda pożittiva. Fl-aħħar mill-aħħar, “min jagħti jirċievi lura għall-mitt darba.”

L-esperjenza tagħna nittama li ma tieqafx hawn. Jalla nkomplu nitħeġġu biex ’il quddiem ikollna esperjenzi simili f’artijiet tat-tielet dinja u fl-istess ħin nibdew minn issa stess nagħtu daqqa t’id lill-proxxmu tagħna li niltaqgħu miegħu ta’ kuljum.

Fr Mark Bonello

Page 16: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

12

Nov '18

Mill-Ħajja tal-Komunità

Mid-Djarjutal-Iskola Primarja

Tan-nadur

Ftit tax-xhur ilu nstab dokument interessanti marbut mal-Iskola Primarja tan-Nadur, li jagħti ftit tagħrif dwar il-ftuħ uffiċjali tal-istess skola li seħħ fl-4 ta’ Jannar tal-1932. Din l-ittra hija miktuba mid-Direttur tal-Edukazzjoni ta’ dak iż-żmien, Dr Albert Laferla u ġġib id-data tal-31 ta’ Diċembru tal-1931. L-ittra hija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Iskejjel Elementari, Valletta. L-ittra kif tidher hawn hija miktuba bl-Ingliż u maqluba għall-Malti tgħid hekk:

Għażiż Arċipriet,

Inkun tassew onorat jekk int taċċetta li tbierek l-iskola l-ġdida tar-raħal tiegħek nhar it-Tnejn li ġej, 4 ta’ Jannar fid-9 ta’ filgħodu.

Jekk għal xi raġuni dan il-ħin mhuwiex konvenjenti, nitolbok issib ħin ieħor komdu għalik (possibilment filgħodu għaliex għandi appuntament ieħor Malta t-Tnejn filgħaxija.)

Nixtieqek tinforma lill-parruċċani permezz ta’ avviż minn fuq l-altar fil-quddies tal-Ħadd li ġej biex min jixtieq jattendi għal dan il-ftuħ.

Nirringrazzjak minn quddiem,

Dejjem Tiegħek,

Dr Albert Laferla

Direttur tal-Iskejjel Elementari

Min kien Dr Albert V Laferla?

Ejjew nidħlu ftit fl-isfond storiku ta’ dan l-avveniment tassew importanti fl-istorja edukattiva tar-raħal tagħna. Kien l-1919 meta twaqqaf id-Dipartiment tal-Iskejjel Elementari taħt it-tmexxija tas-Sur John Reynolds. Is-Sur Reynolds ma tantx dam imexxi għax miet ftit taż-żmien wara, u floku nħatar Dr Albert V Laferla. Dan kellu simpatija kbira lejn l-Ingliż u matul iż-żmien li dam iservi bħala Direttur l-Ingliż ħa spinta kbira fl-iskejjel. Wieħed irid jiftakar li f’dak iż-żmien il-kwistjoni tal-lingwa kien suġġett jaħraq ħafna bil-politiċi jiġġieldu bejniethom jekk it-Taljan

jew inkella l-Ingliż għandux jingħata l-aktar importanza fis-soċjetà Maltija. Meta l-Gvern Ingliż issosspenda l-Kostituzzjoni tas-Self-Government tal-1921, Dr. Laferla ħataf l-okkażjoni biex neħħa t-Taljan mill-Iskejjel u floku daħħal il-Malti, sabiex l-Ingliż u l-Malti, f’din l-ordni, jsiru l-ilsna uffiċjali tal pajjiż. Għalhekk il-Malti ħa post it-Taljan fl-iskejjel Primarji u beda jiġi mgħallem bl-ortografija uffiċjali tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti. Laferla ħadem ukoll biex jgħolli l-livell tal-għalliema fl-iskejjel. Għalhekk waqqaf is-Central Schools li kienu jieħdu ħsieb l-edukazzjoni ta’ bosta żgħażagħ li ’l quddiem bosta minnhom kellhom

jaqbdu l-karriera ta’ għalliema. Introduċa wkoll in-service courses ta’ tliet snin biex pupil-teachers ikunu jistgħu jikkwalifikaw bħala għalliema regolari. Ħadem bla heda biex jgħolli l-livell fis-suġġetti tal-Matematika, Reliġjon, l-Ingliż u l-Malti. Waqqaf l-Empire Day, il-predeċessur tal-iSports Day kif ukoll l-Arbor Day li bdiet tiġi osservata ta’ kull sena.

Il-Ftuħ tal-Iskola ta’ Triq it-Tiġrija

Fl-1924 il-Parlament Malti kien għadda liġi importanti ħafna rigward l-edukazzjoni Primarja ta’ pajjiżna. Din kienet il-Compulsory Attendance Act li fiha t-tfal kollha minn tnax-il sena ’l isfel kellhom jattendu l-iskola Primarja. Fl-1928 l-obbligu tela’ ghall-eta’ ta’ erbatax-il sena. Effettivament in-numru ta’ tfal Nadurin li jattendu l-iskola kien żdied ħafna tant li

kibret il-ħtieġa li tinbena skola ġdida li tkun tista’ tilqa’ għall-bżonnijiet tat-tfal tal-preżent u tal-futur. Tajjeb ta’ min ifakkar li l-Iskola Elementari tan-Nadur kienet l-ewwel skola Primarja f’raħal ġewwa Għawdex. L-ewwel skola tas-Subien infetħet fl-1842 u kienet fil-pjazzetta. Meta din id-dar saret żgħira minħabba n-numru ta’ tfal li kien qed dejjem jiżdied, il-Gvern kien kera dar fi Strada Rjali (Triq Diċembru 13) eżatt quddiem il-Każin tal-Banda. L-ewwel skola tal-Bniet infetħet sitt snin wara tas-Subien, fl-1848 u l-ewwel skola kienet fi Triq San Ġwann, proprjetà tal-Familja Vella. Meta din id-dar inħasset li kienet żgħira biex tilqa’ lill-bniet kollha nkriet dar oħra ikbar fi Triq il-Mitħna

Mark Azzopardi

Page 17: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

13

Mill-Ħajja tal-Komunità

l-Qadima. Nafu li s-surmast tal-iskola tas-Subien Dun Mikiel Galea kien avża bil-miktub lill-familja Refalo tad-dar numru 34 ta’ Strada Rjali li l-kera tal-post ma kienx ser jerġa’ jiġi mġedded mill-Gvern għax il-bini tal-iskola l-ġdida kien lest. Issa n-Nadur kellu skola ġdida fjamanta u kienet l-ewwel skola f’Għawdex li ġiet mibnija apposta biex isservi bħala skola. Il-bennej tagħha kien is-sur Laurence Sciberras minn Ta’ Sannat. Kienet tikkonsisti f’binja ta’ sular wieħed mdawra madwar bitħa mdaqqsa. It-tieni sular inbena fl-1955 u xi snin wara nbniet ukoll is-sala fuq in-naħa ta’ wara tal-iskola.

L-Iskola ġiet inawgurata nhar l-4 ta’ Jannar 1932. Iċ-ċerimonja bdiet b’korteo mill-Knisja Parrokkjali sal-iskola. Fuq quddiem imxew it-tfal subien u bniet flimkien mal-għalliema tagħhom. Magħhom kien hemm ukoll id-Direttur tal-Iskejjel Primarji, Dr. Albert Laferla u s-Surmast tal-Iskola, Dun Mikiel Galea. Warajhom imbagħad imxew l-Arċipriet, l-Kan. Ġużepp Cassar, flimkien mal-Kapitlu tan-Nadur u folla kbira ta’ nies. Wara xi diskorsi sar imbagħad it-tberik tal-Iskola mill-Arċipriet. Id-Direttur Laferla ta n-nofstanhar ta’ wara nofsinhar bħala vaganza. Għall-bidu l-iskola bdiet tilqa’ lis-subien biss imma tliet snin wara bdiet tilqa’ lill-bniet ukoll. Iż-żewġ kapijiet ta’ skola kienu Dun Mikiel Galea għas-Subien u Ms Doris Vella għall-bniet.

Fl-2007 bħala skola fakkarna l-75 anniversarju mill-ftuħ tal-iskola Primarja preżenti permezz ta’ quddiesa ppreseduta minn Mons Isqof Mario Grech u wara nkixfet irħama tal-okkażjoni mill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono. Il-mibki Horace Mercieca li serva wkoll bħala Assistent Direttur tal-Edukazzjoni kien ħareġ ktejjeb għall-okkażjoni bit-titlu “Dun Salv Vella, Skola Primarja Nadur, 75 sena ta’ ħidma”.

Referenzi

Bonnici, Alexander, In-Nadur Volum 2, PEG, Marsa 1988

Zammit Mangion J, Education in Malta, Masprint Malta, 1992

Mercieca Horace, Dun Salv Vella, Skola Primarja Nadur 1932-2007, 75 Sena ta’ Ħidma, Portelli Print 2007

Mark Azzopardi

Page 18: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

14

Nov '18

Day Centre Anzjani NadurErġajna bdejna staġun ieħor ta’ laqgħat fid-Day Centre tal-Anzjani. Bħas-soltu qed niltaqgħu fis-Sala Parokkjali fi Triq Xandriku. Nibdew ninġabru fit-8:30 am u fid-9:00 am nieħdu sehem għas-Sagrifiċċju tal-Quddiesa fejn is-saċerdot jagħmel xi ħsieb zgħir b’xi tagħlima għalina l-anzjani.

Inkomplu b’xi kelliema esperti li fil-qosor ikellmuna fuq suġġetti li huma ta’ interess speċjali għal persuni anzjani bħal nutar, avukat, jew tobba u speċjalisti fil-qasam tas-saħħa. Xi drabi jkollna xi sezzjoni tal-eżerċizzju biex nippruvaw inżommu attivi. Anke nistiednu xi kelliem mill-uffiċċju tas-servizzi soċjali fejn jagħtuna informazzjoni dwar drittijiet u għajnuna li hija mmirata li tkun ta’ benefiċċju għal persuni anzjani. Din is-sena introduċejna wkoll ftit qari ta’ proża u poeżija li hija inizjattiva li ntlaqgħet tajjeb minn

dawk li kienu preżenti. Wara nieklu l-kolazzjon flimkien u nilagħbu t-tombla. Nispiċċaw is-sezzjoni billi nieklu l-ikla ta’ nofsinhar flimkien għal dawk li jkunu jistgħu joqogħdu magħna.

Kull xahar ikollna ħarġa kulturali fejn inżuru kemm postijiet f’Għawdex kif ukoll f’Malta.

Għad-Day Centre nipprovdu trasport għal persuni li jużaw il-wheel chair lejn is-sala u lura lejn id-dar. Is-servizz tat-trasport lura ljen id-dar ikun ukoll offrut għal kulħadd.

Ix-xewqa tagħna hi li jekk jista’ jkun ħadd mill-anzjani tagħna ġewwa n-Nadur ma jħossu waħdu u mwarrab. Għalhekk, bi pjaċir kbir nistiednu lil dawk kollha li qegħdin id-dar u jixtiequ jibdew joħorġu, biex jingħaqdu magħna kull nhar ta’ Tlieta. Nittamaw li Narawkom!

Logħob tat-tombla waqt waħda mill-ħarġiet tas-sajf ġewwa l-bajja tar-Ramla

Carmen (Lina) Mifsud

Bil-festa riesqa ġmielha fl-Għaqda Armar Triq it-Tramuntana bħalissa għaddejja ħidma kontinwa biex titlesta l-kolonna tal-brazz li suppost sal-festa tkun lesta minn kollox. Din is-sena ħsibna wkoll li nibdew proġett ġdid, dan hu sett ta’ erbgħa kolonni ġodda li ser tiżżanżan waħda minnhom din is-sena. Dan hu xogħol magħmul fl-injam minn William u Bjorn Vella u x-xogħol fuq l-skultura qed isir minn Mark Falzon li ser toħroġ għall-żmien il-festa. Ix-xogħol taż-żebgħa sar minn voluntiera tal-istess għaqda.

Barra minn hekk il-membri tal-Għaqda Armar Triq it-Tramuntana qed ikomplu b’restawr kontinwu fuq armar ieħor eżistenti li għandu bżonn xogħol urġenti bħal pavaljuni li jridu restawr tajjeb kull sena. Din l-Għaqda, għalkemm żgħira, tagħmel l-almu tagħha kollu biex issebbaħ din it-triq matul il-festa tal-patruni tagħna San Pietru u San Pawl.

L-Għaqda Armar Triq it-Tramuntana (Festa 2018)

ERRATA - Qegħdin nippublikaw nota ta’ aġġornament dwar il-ħidma li kienet għaddejja għall-festa ta’ din is-sena mill-Għaqda Armar Triq it-Tramuntana. Din in-nota tħalliet barra bi żvista mill-artiklu marbut mall-ħidma tad-diversi għaqdiet għall-festa fil-ħarġa tal-Luminaria ta’ Ġunju 2018. Il-Bord Editorjali jixtieq iwassal id-dispjaċir tiegħu għal dan in-nuqqas.

Mill-Ħajja tal-Komunità

Page 19: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

15

Is-sajf wasal biex jispiċċa u nistgħu ngħidu li anke matul is-sajf bqajna attivi . Dejjem ipprovajna nżommu kuntatt mal-membri tagħna li jieħdu gost jiltaqgħu flimkien biex jirrikreaw ruħhom, jistrieħu, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom flimkien u jitgħallmu minn xulxin.

Matul is-sajf organizzajna żewġ BBQ’s fil-bitħa tas-sala Parrokkjali fejn l-ambjent hu ferm attraenti u l-atmosfera pjaċevoli. Il-membri tal-kumitat flimkien ma’ helpers oħra taw daqqa t’id biex l-attività setgħet tirnexxi.

Das-sajf ukoll attendejna għal żewġ attivitajiet organizzati mill-Kappillan ta’ Kemmuna Dun Ġużepp Attard. Darba morna Kemmuna u darba oħra għamilna żjara lil-ġżira ta’ San Pawl fejn kellna quddiesa u BBQ. Il-Kappillan fl-omelija fisser l-importanza li ngħożżu l-fidi li ġabilna San Pawl. Kien f’dan il-post li fuqu niżel San Pawl meta il-vapur tiegħu inkalja fuq il-blat tal-madwar. Kienet l-id ta’ Alla li wasslet li San Pawl hawn fis-sena 60 W.K.

F’Awwissu kellna taħdita dwar l-Artrite u r-Rewmatiżmu mill-President tal-Għaqda ARAM –Association of Arthritis and Rheumatism Malta, għaqda li torganizza attivitajiet biex nieħdu ħsieb saħħitna u ma nittraskurawx sintomi li jistgħu jkunu bidu ta’ mard tal-ġogi. Il-President Ms Maria Vella flimkien ma’ Sina Bugeja tkellmu dwar il-kura preventiva u l-miżuri li għandna nieħdu f’każ ta’ mard. Għawdex ukoll ser tinfetaħ fergħa ta’ din l-assoċċjazzjoni. Min jixtieq ikun

membru nistgħu ngħaddulu formola tal-għaqda ARAM.

Għas-sena d-dieħla fassalna programm fejn inkludejna ħarġiet kulturali kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta, taħdidiet dwar is-saħħa, lezzjonijiet dwar it-tisjir kif ukoll lezzjoni tal-crafts. Għandna membri fl-għaqda li huma ntiżi ħafna f’dawn is-suġġetti u offrew li jaqsmu magħna t-talenti tagħhom. Aħna rikonoxxenti ħafna lejhom għal dan. Għandna wkoll ħarġa biċ-chuchu train, żjara lil-Fondazzjoni OASI li twaqqfet biex twettaq ħidma alternattiva ta’ prevenzjoni mill-abbuż ta’ sustanzi tossiċi, sevizz ta’ intervent immedjat ma’ dawk li jitolbu għajnuna f’waqtha, u programm ta’ kura u rijabilitazzjoni għal persuni bi problema ta’ dipendenza fuq droga u/jew alkoħol.

Ma tonqosx is-safra li ssir f’Ottubru li ssir bil-koperazzjoni tal-Kunsill Lokali. Din is-sena t-trip jinkludi Ruma, Napli, Sorrento, Pompei, Caserta, Monte Cassino. Il-Kunsill Lokali ser jgħin fl-organizzazzjoni u ser jiffinanzja parti mill-ispejjes tal-vjaġġ.

Aħna nuru l-apprezzament tagħna għax-xogħol siewi mwettaq mill-President l-Arċipriet Fr Jimmy, il-membri tal-kumitat, nirringrazzjaw lill-membri li jattendu għall-attivitajiet tagħna u nħeġġu membri oħra biex jingħaqdu mall-għaqda tagħna. Min jixtieq jattendi għall-attivitajiet tagħna jista’ jċempel fl-Uffiċċju Parrokkjali Tel 21551649.

Għaqda Dar Dun Franġisk Grima

Mill-Ħajja tal-Komunità

Antonia Sammut

Page 20: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

16

Nov '18

Mill-Ħajja tal-Komunità

Page 21: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

17

L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju fin-Nadur twaqqfet fis-sena 2013, u għalhekk din is-sena qed tagħlaq il-5 sena mit-twaqqif tagħha. Sa mis-sena 2013 l-Għaqda tagħna ġiet ukoll irreġistrata bħala Organizzazzjoni Volontarja. L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju taħdem sabiex tippromwovi l-presepju fil-familji tan-Nadur bħala tradizzjoni awtentika tal-Milied Malti. Minkejja li b’għafsa ta’ qalb nosservaw li kultant it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jintilfu aktar faċilment fuq tradizzjonijiet barranin, nosservaw ukoll li l-Presepju għad għandu post ċentrali fil-Milied ġewwa r-raħal tagħna. L-Għaqda tixtieq li mat-tajjeb li diġà hawn tkompli ssaħħaħ it-tradizzjoni tal-Presepju li fi snin imgħoddija n-Nadur kien tant magħruf għaliha. Din il-ħidma tista’ titwettaq biss bil-għajnuna ta’ ħafna, fuq quddiem nett tal-Parroċċa u tal-Kunsill Lokali tan-Nadur, li dejjem taw is-sostenn sħiħ tagħhom.

L-Għaqda tagħna torganizza żewġ attivitajiet prinċipali matul is-sena, il-Presepju Ħaj fi żmien il-Milied u ċ-Ċenaklu Ħaj fi żmien ir-Randan. Il-parteċipazzjoni tat-tfal u żgħażagħ Nadurin u l-eluf ta’ Għawdxin u Maltin li jżuru l-wirjiet tagħna jkomplu jimlewna b’kuraġġ. Nhar il-25 ta’ Novembru, 2017 ġiet inawgurata l-wirja dwar il-Milied Tradizzjonali Malti. Fis-serata tal-ftuħ ġie mfakkar il-mibki Arċipriet Mikiel Portelli u xandarna intervent ta’ Guido Lanfranco li tkellem dwar l-oriġini u l-karatteristiċi tal-Presepju Malti u l-importanza li nsaħħu u nieħdu ħsieb it-tradizzjoni Maltija anke fejn jidħol il-Presepju. Kien hemm ukoll dimostrazzjoni ta’ daqq ta’ strumenti tradizzjonali Maltin u diversi pasturi u biċċiet tal-arti għall-wiri, kollha marbuta mal-Milied. Din il-wirja saret fis-Sede tal-Kunsill Lokali tan-Nadur. Il-Presepju Ħaj kien miftuħ għall-pubbliku mit-13 ta’ Diċembru, 2017 sal-1 ta’ Jannar, 2018 f’Dar Dun Franġisk Grima. Fi żmien ir-Randan proprju bejn it-23 ta’ Marzu u l-1 ta’ April, ittella’ ċ-Ċenaklu Ħaj. Hawn nieħdu l-okkażjoni sabiex nirringrazzjaw lill-Ministeru Għal Għawdex li permezz tal-fondi għall-Għaqdiet

Mhux Governattivi tagħna għajnuna siewja biex stajna norganizzaw din l-attività.

L-Għaqda ċċelebrat ukoll il-festa ta’ San Ġorġ Preca, patrun tagħha, organizzat ġiti għall-Malta, ħadet sehem fil-Wirja Agrarja fl-okażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl, u matul is-sajf organizzat korsijiet dwar bini tal-presepju, xogħol fit-tafal, u żebgħa. Dawn il-korsijiet jintlaqgħu tajjeb ħafna mid-dilettanti tal-Presepju.

Il-Milied 2018

Issa li qed noqorbu għal tmiem is-sena nitfgħu ħarsitna għall-attivitajiet marbuta ma’ żmien il-Milied 2018. L-ewwel nett inħeġġu lil dawk kollha li jarmaw xi presepju fid-dar tagħhom, u minnhom nafu li hawn ħafna, sabiex jiftħuh għall-wiri. Tkun ħaġa sabiħa li naqsmu t-talenti tagħna mal-oħrajn. Għal din is-sena ser tiġi organizzata għat-tieni sena konsekuttiva l-kompetizzjoni tal-isbaħ presepju bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tan-Nadur. L-Applikazzjonijiet jinġabru mill-Kunsill Lokali u jintefgħu f’Dar Dun Franġisk Grima, Triq it-Tiġrija, in-Nadur bejn it-18 ta’ Novembru u t-8 ta’ Diċembru. Hemm kategoriji għal studenti tal-Primarja, tas-Sekondarja, u adulti. L-attività tal-Presepju Ħaj din is-sena ser issir bejn il-15 ta’ Diċembru u l-1 ta’ Jannar 2019. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jipparteċipa f’’dawn iż-żewġ attivitajiet. Għal darba oħra wkoll l-Għaqda ser tkun qed ittella’ wirja fis-Sede tal-Kunsill Lokali marbuta mal-Milied.

Minkejja ċ-ċokon tagħha l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju għamlet differenza fir-raħal tagħna u nittamaw li din l-ħidma tkompli tħalli aktar frott. Kull min hu interessat li jipparteċipa, jgħin, jew jieħu sehem f’xi attività, jista’ jikkuntatjana permezz tal-email [email protected] jew il-facebook page tagħna www.facebook.com/presepjunadur.

L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju

Sezzjoni Nadur

Il-Grupp Amministrattiv Mill-Ħajja tal-Komunità

Page 22: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

18

Nov '18

Il-Kappella tal-Ħniena DivinaMatul dawn l-aħħar sentejn il-kappella tal-Ħniena Divina ġewwa ċ-ċimiterju tar-Ramla, ħadet sura ġdida għax bil-mod il-mod intlibbset bil-kuluri u l-opri li għamluha ġawhra arkitettonika u post ta’ talb għal min imur f’dan il-post sagru.

Il-kappella nbniet minn Paul u Jeremy Sultana, C. Mifsud Construction Ltd u minn Louis Vella, fuq disinn tal-perit Edward Scerri. Ix-xogħol kollu tat-tqegħid tal-madum u

żebgħa sar minn Mark Falzon mgħejjun minn John Paul Galea.Is-salib li hemm fil-ġenb tal-kappella huwa disinn tal-Perit Scerri u l-mużajk huwa xogħol ta’ Marija Portelli. Issa dan l-aħħar saru t-twieqi tal-istained glass li huma xogħol ta’ Joe L. Meilak.Illum se nagħtu xi tagħrif fuq kull tieqa li saret u li jduru madwar il-kappella. Kollha ispirati mill-Opri tal-Ħniena kif mgħallmin mill-Knisja Mqaddsa.

1. Din hija t-tieqa li wieħed isib malli jidħol mill-bieb tal-kappella. Tirrappreżenta lil Kristru li miet għalina (tbatijietu simboleġġjata mill-ħames djamanti). Il-mantell madwar is-salib ifisser li Ġesù issa rxoxta u r-raġġi ħerġin mis-salib ifakkruna fil-pittura magħrufa li turi lil Kristu tal-Ħniena Divina.

2. Din it-tieqa hija l-ewwel waħda int u nieżel mir-rampa għal ġol-kappella. L-istained glass inħadmet fuq ritratt famuż ta’ Madre Tereża ta’ Kalkutta b’tarbija f’idejha. Din tfakkarna biex ngħinu u nagħtu l-ikel u l-ħajja lil min hu fqir.

3. Din turi lill-mara midinba fl-art u ħdejha hemm Ġesù jgħidilha li hu jaħfrilha ħtijietha. “Mur u la tidnibx iktar”. Aħna wkoll irridu naħfru. F’din l-opra tal-ħniena aħna ukoll irridu nkunu lesti li naħfru l-ħtijiet.

4. Itma’ lil min hu bil-ġuħ u isqi lil min hu bil-għatx. Il-ġarra bl-ilma frisk u l-ħobż qaddis f’idejn in-Nisrani huma stedina għalina biex insiru ħobż u ilma għal ħutna.

5. Din it-tieqa turi lil San Martin minn Tours qiegħed iċarrat il-mantell tiegħu fi tnejn biex jagħti nofsu lil wieħed fqir. “Libbes lil min hu għeri u agħti kenn lil min m’għandux.”

6. Żur il-morda. Ħafna nies jiġu abbandunati u minsijin propju f’dak il-mument ta’ ħajjithom meta jsiru l-iktar vulnerabbli. It-tieqa turi lil persuna anzjana tirċievi żjara mingħand mara.

7. Idfen il-mejtin. Din it-tieqa turi kuruna u żewġ xemgħat fuq il-qabar. Fi żminijietna d-dfin isir minn persuni inkarigati għal din l-opra qaddisa. Imma jekk Alla ħares qatt ikun hemm każi ta’ epidemiji u diżgrazzji u gwerra li fihom jinħolqu emerġenzi, in-Nisrani huwa obbligat mill-Kmandament tal-imħabba biex jidfen lill-Mejtin.

8. Żur il-ħabsin. L-idejn jiġbdu il-ħadid tax-xatba jfakkruna fil-libertà li jixtiequ li jkollhom il-ħabsin. Għalkemm il-ħabsin jiskontaw sentenza għal xi azzjoni ħażina, xorta waħda jistħoqqilhom l-appoġġ, l-imħabba u t-talb tagħna.

9. L-idejn magħqudin iżommu l-qalb huma simbolu tat-talb tagħna lil Alla. “Itlob lil Alla għall-Ħajjin u għall-Mejtin.” Kemm hi sabiħa dik it-Talba li għadna ngħidu għall-mejtin tagħna: “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Hekk ikun.”

10. Il-ħamiema hija simbolu tal-Ispirtu t’Alla li jnebbaħna biex ngħallmu lill-oħrajn u biex inkunu kapaċi nagħtu parir tajjeb.

Page 23: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

19

Joe L Meilak, l-awtur tas-sett twieqi maħduma bl-istained glass li issa qed iżejnu l-kappella taċ-ċimiterju tal-Ħniena Divina fin-Nadur, huwa rinomat bħala artiġjan u għalliem f’dan il-qasam f’Għawdex. Sa minn meta kien żgħir u jservi bħala abbati fil-knisja tar-raħal tiegħu f’Għajnsielem, kien attirat mid-dawl li kien jgħaddi minn ġot twieqi kkuluriti fil-koppla.

Meta kellu l-opportunità li jibda jipprattika dan ix-xogħol artistiku u artiġġjanali, huwa fittex ukoll li jitgħallem aktar u jaqsam l-esperjenza tiegħu permezz ta’ parteċipazzjoni f’workshops barra minn xtutna bħal ma kienu fl-Istati Uniti tal-Amerika fl-1996, fi Siena ġewwa l-Italja fl-1999 u fiċ-Centro Studio Vetri ġewwa Venezja fl-2002. Fost l-unuri u r-rikonoxximenti li rnexxielu jakkwista tul il-karriera tiegħu f’dan il-qasam kien hemm dak tat-tieni post fil-Premju Ħaddiem tas-Sena 2009, r-rebħ tan-National Sports & Art Contest fl-2012, filwaqt li skultura li għamel fil-ħġieġ irrappreżentat lill-pajjiżna fl-International Olympic Committee Sports and Art Contest fl-2012.

Għal dawn l-aħħar 15-il sena Joe L Meilak ħadem bħala għalliem tas-sengħa fix-xogħol tal-istained glass ġewwa ċ-Ċentru ta’ Għawdex tal-Arti u l-Artiġġjanat f’Għajnsielem u riċentement mexxa kors ġewwa l-Aġenzija tal-Konsultazzjoni tal-Università ta’ Malta ġewwa Ħal Lija. Bħalissa għaddej b’xogħol ta’ restawr fuq twieqi li saru madwar 85 sena ilu ġewwa s-Santwarju Nazzjonali f’Ta’ Pinu filwaqt li wettaq xogħol ta’ restawr ieħor fuq bosta twieqi fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur.

Nota dwar l-awtur tax-xogħol fuq it-twieqi Joe L Meilak

Kristu li miet għalina - Kristu tal-Ħniena Divina1

Page 24: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

20

Nov '18

8. Żur il-ħabsin

3. Aħfer il-ħtijiet

6. Żur il-morda.

4

5

Itma lil min hu bil-ġuħIsqi lil min hu bil-għatx

Libbes lil min hu għeri Agħti kenn lil min m'għandux

Page 25: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

21

7. Idfen il-mejtin.

2 Ngħinu u nagħtu l-ikel u l-ħajja lil min hu fqir

9. Itlob lil Alla għall-ħajjin u għall-mejtin

10 Agħti parir lill-ħosbeninGħallem lil min ma jafx

Page 26: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

22

Nov '18

Francis Sultana, isem rinomat fil-qasam tal-arti u d-disinn fix-xena internazzjonali, għandu wkoll rabta speċjali man-Nadur. Fil-fatt huwa kien wieħed mill-benefatturi ewlenin fil-bini tal-kappella taċ-Ċimiterju tal-Ħniena Divina. Dan l-aħħar Francis ġie wkoll maħtur bħala Ambaxxatur tal-Kultura għal Malta.

Xtaqna li f’din il-ħarġa ddedikata lil dan il-proġett li sar mill-parroċċa, ninkludu wkoll xi tweġibiet li ġentilment għoġbu jibagħtilna dan l-imprenditur li ħalla n-Nadur fil-bidu taż-żogħżija tiegħu biex jimraħ fis-settur artistiku li tant kien jattirah u għalkemm laħaq quċċati u kiseb suċċessi professjonali, qatt ma nesa l-għeruq li nissluh u rabbewh.

M. X’inhi r-rabta tiegħek man-Nadur?

T. Il-ġenituri tiegħi t-tnejn kienu min-Nadur u parti kbira mill-familja ta’ ommi għadha toqgħod in-Nadur. Jiena għext hemm sakemm spiċċajt l-iskola sekondarja fejn kont nattendi l-Liċeo ta’ Għawdex fil-belt Victoria.

M. Kif tbiddlet ħajtek minn meta ħallejt ix-xtut ta’ Għawdex?

T. Ħajti nbidlet b’mod li stajt niffaċilita u nwettaq fir-realtà l-ħolm u l-aspirazzjonijiet li kelli bħala żagħżugħ meta kont qed nikber u kont għadni ngħix in-Nadur. Il-karriera tiegħi saret suċċess li wassal għal ħajja aktar straordinarja għax il-passjoni tiegħi għall- arti u d-disinn saret forza li mexxietni matul ħajti u għadha dak il-fattur li jagħti tifsira lill-ħajti.

M. X’kienet ir-reazzjoni tiegħek għall-ħatra riċenti bħala Ambaxxatur tal-Kultura għal Malta? Kif qed tippjana li twettaq l-impenn ta’ dan ir-rwol?

T. Il-ħatra ta’ Ambaxxatur tal-Kultura għal Malta għalija fissret unur kbir. Naf li kieku ommi kienet għadha ħajja kienet tkun kburija ħafna. Din is-sena ser inkun qed niffoka fuq it-tnedija tal-MICAS (Malta International Contemporary Art Space) (Spazju Kontemporanju Artistiku Internazzjonali ta’ Malta) li ser ikun l-ewwel Mużew tal-Arti Kontemporanja stabbilit f’Malta. Il-mużew li qed jiġi ristrutturat ġewwa il-Furjana għandu jinfetaħ għall-pubbliku lejn l-aħħar tal-2021. Dan, bla dubju ta’ xejn, ser ikun l-aktar proġett importanti marbut mar-rwol tiegħi għaliex ser imur oltre mill-arti kontemporanja b’mod li ser jinkludi annex għad-disinn u l-arkitettura u qed naħdmu wkoll fuq programmi edukattivi u kif nippromwovu t-tkabbir tal-ekonomija kulturali tagħna.

M. Kif tara l-futur tal-lokalitajiet Għawdxin, speċjalment dak tan-Nadur, fil-kuntest tad-dinja mgħaġġla tal-lum? Għad hemm lok tal-ambjent u l-atmosfera rurali tal-irħula tagħna?

T. Is-sbuħija ta’ Għawdex illum jinsab fil-karatteristiċi rurali li jappellaw wisq meta tqis il-kambjamenti li saru f’Malta u nittamaw li dawn il-karatteristiċi jiġu kkonservati. Għadni niftakar li meta kont ngħix Għawdex kont inħoss li jien maqtugħ mid-dinja imma fl-istess waqt naf li ħajja aktar mgħaġġla ma kinitx ’il bogħod! Din il-kwalità ta’ ħajja hija imprezzabbli.

M. Għandek xi messaġġ li tixtieq tgħaddi lill-qarrejja tagħna?

T. Dak li jien ħadt min-Nadur kienet trobbija sabiħa f’raħal li ħallieni nikber u naħseb aktar ’l barra. Il-liberaliżmu ta’ dakinhar għadu evidenti sal-lum. Huwa raħal li jaħseb fil-futur iżda jħoss sens ta’ dover lejn il-passat u t-tradizzjonijiet tiegħu u dan huwa ferm importanti fiż-żminijiet tal-lum. In-Nadur għalija kien u jibqa’ post verament speċjali.....insomma l-kelma ‘Nadur’ fiha nnifisha ‘li tara’ għalija tfisser kollox.....ħallieni nagħmel proprju hekk!

FRANCIS SULTANA RABTA SPEĊJALI MAN-NADUR

Page 27: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

23

Il-perit Edward Scerri rebaħ premju prestiġġjuż (Special Commendation Award in Public Open Spaces) permezz tal-proġett taċ-ċimiterju l-ġdid tal-Ħniena Divina fin-Nadur. Dan il-premju ntrebaħ fil-Malta Architect Awards ta’ din is-sena waqt serata li nżammet fil-lukanda Hilton f’San Ġiljan nhar il-5 t’Ottubru 2018. Din kienet it-tielet sena li ġiet organizzata din il-kompetizzjoni miftuħa għall-professjoni tal-periti li tiġi organizzata mill-Awtorità tal-Ippjanar u l-kumpanija iMNG. Il-pe-rit Scerri rebaħ premju ieħor fl-istess kategorija bi proġett ta’ seba’ ġonna u belvederes li saru fix-Xagħra.

Il-ġurija internazzjonali mmexxija mill-Perit Vincent Cassar, iċ-Chairman tal-Planning Board tal-Awtorità tal-Ippjanar, fil-mo-tivazzjoni tal-premju semmiet li filwaqt li tifhem li proġett bħal dan iqajjem kwistjonijiet ambjentali, tifhem ukoll li dan it-tip ta’ żvilupp irid ikun imbiegħed mill-abitat u li fil-fehma tal-ġurija d-disinn adottat fis-sit magħżul irnexxielu joħloq proġett li jintegra sew mal-ambjent tal-madwar bid-disinn u l-profil tiegħu.

Il-proġett taċ-ċimiterju kien inbeda fi żmien l-Arċipriet Mons. Salv Muscat u tkompla u tlesta fi żmien l-Arċipriet preżenti Mons. Jimmy Xerri. Huwa sar biex isolvi problema ta’ nuqqas ta’ oqbra li kienet ilha tinħass għal diversi snin minħabba li ċ-ċimiterju ta’ Kenuna ingħalaq bil-bini residenzjali.

Dan il-premju, filwaqt li jonora lil min iddisenjah, huwa ta’ sodisfazzjoni kbir għall-parroċċa tagħna għaliex jirrikonoxxi l-i-sforz kollettiv tagħna li nagħmlu proġett daqstant utli u fuq kollox jeleva proġett li sar fir-raħal tagħna mill-parroċċa tagħna fuq l-istess livell ta’ proġetti ta’ importanza nazzjonali. Dan meta wieħed iqis li b’kollox kien hemm 68 proġett esebiti għall-kunsiderazzjoni.

Minn dawn il-paġni nixtiequ nestendu l-awgurji tagħna lil Perit Scerri għal dawn l-unuri importanti li rebaħ.

Premju prestiġġjuż għall-perit Edward Scerri permezz tal-proġett taċ-Ċimiterju tal-Ħniena Divina

Il-Perit Scerri flimkien ma’ bintu Maria. Fl-isfond jidher ritratt tal-proġett taċ-ċimiterju tan-Nadur esebit ma’ uħud mill-progetti l-oħra

fosthom dak tal-Pjazza tal-Funtana tat-Tritoni.

L-għoti tal-premju lil Perit Edward Scerri waqt is-serata tal-Malta Architect Awards 2018

Page 28: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

24

Nov '18

Spiritwalità

RIFLESSJONIFUQ L-OPRI TAL-ĦNIENA

Angelo Xuereb

Il-ħniena lejn il-proxxmu tista’ tieħu diversi forom. Fil-ħajja ta’ kuljum insibu diversi sitwazzjonijiet u tbatijiet. U dawn iridu risposta differenti. Għalhekk insibu li hemm erbatax-il opra tal-ħniena jiġifieri seba’ li jmissu lill-ġisem u seba’ li jmissu lir-ruħ. Dan ma jfissirx li ma hemmx modi oħra kif tgħin lill-proxxmu fid-dinja tal-lum.

L-opri tal-ħniena li jmissu lill-ġisem

1. Itma lil min hu bil-ġuħ.2. Isqi lil min hu bil-għatx.3. Libbes lil min hu għarwien.4. Ilqa’ lil min hu bla dar.5. Żur il-morda.6. Żur il-ħabsin.7. Idfen il-mejtin.

L-opri tal-ħniena li jmissu lir-ruħ

1. Agħti parir lill-ħosbenin.2. Għallem lil min ma jafx.3. Widdeb il-midinbin.4. Farraġ lill-imnikktin.5. Aħfer il-ħtijiet.6. Stabar b’min idejqek.7. Itlob lil Alla għall-ħajjin u l-mejtin.

L-opri tal-ħniena jfissru li n-nisrani għandu jimpurtah minn dak li qiegħed jiġri madwaru mhux biex joqgħod jikkumenta imma biex jgħin. Meta nagħmlu dawn l-opri ta’ ħniena nkunu qegħdin nimxu kemm fuq it-tagħlim kif ukoll fuq l-eżempju li tana Kristu. Jekk naqraw il-Vanġelu naraw kemm kien iħenn billi jfejjaq il-mard tal-ġisem u tar-ruħ u kemm kien jgħallem.

Iżda l-aqwa opra ta’ ħniena għamilha meta miet fuq is-salib għalina. Il-bniedem kien miġġieled ma’ Alla permezz tad-dnub u Kristu offra ħajtu biex tiġi s-salvazzjoni. Ġesù miet u aħna ħadna l-ħajja.

L-opri ta’ ħniena skont l-ispirtu ta’ Kristu huma meta wieħed jagħmilhom bla ebda interessi jiġifieri ma jkun jistenna xejn lil min ikun għen, mal-bnedmin tad-dinja kollha u saħansitra mal-għedewwa tiegħu.

Naraw lill-proxxmu tagħna qisu Kristu

Meta nagħmlu xi opra ta’ ħniena mal-proxxmu tagħna rridu naraw fih lil Kristu. Ta’ min jinnota li wieħed mill-modi ta’ preżenza ta’ Kristu fid-dinja huwa fil-proxxmu. Huwa stess qalilna fil-Vanġelu li ser inkunu ġġudikati fuq l-opri ta’ ħniena: “Tassew, ngħidilkom, kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25, 40). Proprju dan ser ikun il-ġudizzju lit-tajbin. U lill-ħżiena ser ikun talli ma għamlux opri ta’ ħniena: “Tassew, ngħidilkom, dak li ma għamiltux ma’ wieħed minn dawk iż-żgħar, anqas miegħi ma għamiltuh. U dawn imorru fit-tbatija ta’ dejjem u l-ġusti fil-ħajja ta’ dejjem” (Mt 25, 46).

Jekk inqallbu l-Vanġelu nsibu diversi tagħlim li jagħtina dawl fuq l-opri tal-ħniena. Insibu l-parabbola tal-Għani u Lazzru. Il-għani kien mehdi fih innifsu billi jagħmel pranzijiet u jilbes ilbies mill-isbaħ filwaqt li ma kienx jagħti kas tal-fqir li kellu wara l-bieb. Ġesù jikkundanna bl-aħrax dan l-istil ta’ ħajja.

Insibu l-parabbola tas-Sammaritan it-tajjeb. Dan ġabar mit-triq wieħed Lhudi ferut li kien safa l-mira tal-ħallelin. Ġabru u ħadu f’lukanda u ħallashielu. Ta’ min jinnota li s-Sammaritani u l-Lhud ma kinux jitħamlu ma’ xulxin. Iżda s-sammaritan it-tajjeb ma mexiex mal-kurrent iżda għamel ħniena ma’ wieħed barrani.

Fl-istorja tal-Knisja nsibu diversi qaddisin li kkonċentraw fuq xi waħda mill-opri tal-ħniena u fuqha bnew ħajjithom. Fosthom insibu lil Santa Teresa ta’ Calcutta li għaddiet ħajjitha taħdem fost l-aktar foqra. Għalkemm hija esperjenzat il-faqar tal-Indja kienet ukoll konxja li fis-soċjetà materjalista tal-Punent hemm ġuħ, għera u għatx bi stil differenti. L-istil tagħha kienet li tagħti dinjità lil kulħadd.

F’pajjiżna fost ħafna li spikkaw fl-opri tal-ħniena nsibu lil San Ġorġ Preca. Kien konvint li t-tagħlim huwa l-għajn

Ir-reliġjon nisranija hija mibnija fuq il-ħniena. Sidna Ġesù Kristu stess qalilna: “Ħennu bħalma Hu ħanin Missierkom”

(Lq 6, 36).

Page 29: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

25

ta’ kull ġid u għal dan il-għan iddedika ħajtu u waqqaf is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija. Ma nistgħux ma nsemmux lis-Serv ta’ Alla Dun Mikiel Attard, iben tal-parroċċa tagħna, li ddedika ħajtu għal opra ta’ direzzjoni spiritwali u kien jisma’ kontinwament lil dawk li għaddejjin minn xi problema.

Nistgħu nħennu fl-ambjent tagħna

Biex nibdew nagħmlu opri ta’ ħniena ma hemmx bżonn nitbegħdu minn xtutna iżda nġibu ruħna bi stil ta’ veri nsara filwaqt li meta naraw li xi ħadd għandu bżonn tal-għajnuna ngħinuh. L-ewwel nett irridu nitbegħdu minn stil ta’ konsumiżmu u rimi ta’ ikel u ħela ta’ ilma filwaqt li ħwejjeġ li jkunu għadhom tajbin nagħtuhom għall-missjoni jew lil xi għaqda li tqassamhom lil dawk li jeħtiġuhom.

Jekk xi ħadd ikun għaddej minn xi problema ngħinuh milli nistgħu avolja l-problema jkun forsi ġabha b’idejh. Għal dawk li ngħalqu f’ħabs ta’ nuqqas ta’ tama u forsi ta’ solitudni jew f’xi vizzju flok nikkundanawhom inħobbuhom u ngħinuhom joħorġu minn dan id-dlam tagħhom.

Opra oħra ta’ ħniena hija dik li naħfru l-ħtijiet. Forsi aktar faċli li tgħin lil min huwa fil-bżonn milli taħfer lil min naqsek

f’xi ħaġa. Niftakru li anki aħna għandna n-nuqqasijiet u d-dnubiet tagħna u rridu min jagħdirna u jaħfrilna. Opra oħra ta’ ħniena hija t-tagħlim. Ta’ min isemmi li kulħadd jista’ jgħallem anki billi kultant fid-diskursati li jkollu jżerżaq xi tagħlima jew riflessjoni li jkun għamel.

L-aħħar opra ta’ ħniena li tmiss lir-ruħ hija li nitolbu għall-ħajjin u l-mejtin. Nitolbu għall-ħajjin biex Alla jgħinhom fil-ħtiġijiet tal-ġisem u tar-ruħ u għall-mejtin sabiex dawk li mietu fil-grazzja ta’ Alla, imma jridu jissaffew, Alla jagħtihom il-ġenna.

Ma ttrattajtx l-opri kollha kemm huma: Iżda nkun nonqos jekk ma nsemmix l-opri ta’ ħniena mal-morda. Il-mard huwa prova qawwija għal dak li jimrad u l-familjari tiegħu u għalhekk l-għajnuna anki żgħira togħġob wisq lil Alla. Min irid jimxi fuq il-passi ta’ Kristu għandu jiflihom kollha u jara Alla xi jrid minnu li jagħmel. Mhux kulħadd huwa msejjaħ għall-istess ħaġa filwaqt li kull persuna qiegħda tgħix f’sitwazzjonijiet differenti.

Fuq kollox l-erbatax-il opra ta’ ħniena nistgħu ngħidu li huma mibnija fuq ir-regola tad-deheb li tgħid: “Agħmel lill-ħaddieħor dak li trid li jagħmlu lilek u la tagħmilx lill-oħrajn dak li ma tridx li jagħmlu lilek”.

Quddies fil-Parroċċa għal matul ix-xahar ta’ Novembru:Il-Ħamis 1 ta' Novembru: Il-Qaddisin KollhaQuddiesa fiċ-Ċimiterju Ta' Kenuna fis-6.30am.

Il-Ġimgħa 2 ta' Novembru: L-Erwieħ Kollha

Knisja Parrokkjali: fil-5.15am, fis-6.00am, fis-7.00am, fit-7.45am, fid-9.00am, fid-9.30am u fil-11.30am, fl-4.30pm u fis-6.30pm.

Ċimiterju ta' Kenuna: Quddiesa u Tberik tal-Oqbra fis-6.30am.

Ċimiterju tal-Ħniena Divina: Quddiesa u Tberik tal-Oqbra fl-4.00pm.

It-Tlieta 20, ta' Novembru: Quddiesa fil-5.00pm fiċ-Ċimiterju tal-Ħniena Divina.

Stedina speċjali għat-tfal flimkien mal-familja tagħhom.Trasport jitlaq fl-4.30pm minn ħdejn il-Knisja tal-Qalb ta' Ġesù.

Ċimiterju tal-Ħniena Divina: L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa quddiesa fl-4.00pm.Ċimiterju Ta' Kenuna: Is-Sibt, it-Tnejn u t-Tlieta quddiesa fis-6.30am u l-Ħadd fis-7.15am.

Page 30: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

26

Nov '18

Nies li taw kontribut fil-komunità tagħna

Storja, Kultura u Attwalità

Kien joqgħod fi Triq il-Knisja numru 66 ftit 'l isfel mill-knisja tal-Qalb ta’ Ġesù. Kien is-sagristan ta’ din il-knisja, kien deffien u kien jaqdi f’dak kollu li kien ikun hemm bżonn fin-Nadur.

Dan Salvu l-Kapriċċ kien jgħix ma’ oħtu Pawla. Kien rabba tifel li kien jismu Fonzu, iben ta’ familja Maltija. Fonzu miet żgħir u Salvu kien ikollu t-tifel tal-ġara tiegħu li kien jgħinu fix-xogħol

tiegħu. It-tifel tal-ġara spiċċa biex baqa’ jgħix miegħu għax Salvu kien jieħu ħsiebu peress li ommu kienet mardet.

Salvu kellu bagħla li kien jarma bil-karru. Kien iħobb jilbes Bombay hat u żraben minn tas-suldati Ingliżi, kif naraw fir-ritratti tiegħu.

Fil-Ħdud, kien jarma żiemel iswed li kien isejjaħlu Lucky. Ma kienx tiegħu imma hu kien joħorġu. Kien ipoġġilu bandiera Ingliża u rixa fuq il-kappestru u jmur idur dawra bih. Dan kien il-passatemp tiegħu.

Ix-xogħol prinċipali ta’ Salvu kien ta’ deffien. Meta kien imut xi ħadd, nies il-mejjet jew mejta, kienu jiġu jħabbtulu l-bieb. Fis, kien imur il-Qala jfittex lil sieħbu r-Raff biex jordna t-tebut u jaħseb għar-reffiegħa. Kien idur il-qassisin biex jaħsbu għall-funeral. Kien jitlob l-għajnuna ta’ Toni l-Ormok li kien deffien ix-Xagħra. Dawn in-nies li semmejna kulħadd kien isibhom bil-laqam tagħhom.

Kien jieħu ħsieb iċ-ċimiterju ta’ Kenuna. Kien iżommu f’kundizzjoni tajba ħafna. Kien inaddaf, jieħu ħsieb il-pjanti, jieħu ħsieb il-kappella. Jipprepara l-oqbra għad-dfin. Id-dfin dari kien differenti mil-lum. Ħafna kienu jmutu fi djarhom u jittieħdu għad-dfin fl-istess jum. Id-deffien kien jogħqod mal-mejjet jistenna li jgħaddu 24 siegħa. Min jaf kemm għadda ljieli mal-mejtin fil-kamra li hemm fiċ-ċimiterju, fir-rokna fuq in-naħa tal-lemin. Hemm kien jogħqod miegħu Toni tax-Xagħra. Kienu jgħaddu l-lejl mal-mejjet jew mejta u kmieni filgħodu jistennew lil qraba. Jekk jiddawru jidfnu mingħajrhom. Kienet ħajja iebsa għalihom id-deffiena ta’ dari.

Fix-xahar ta’ Novembru, ix-xahar tal-Erwieħ, kien jiġbor lin-nies u jeħodhom purċissjoni għaċ-ċimiterju għall-ħabta

tal-Imwiet. Kien ikollu fanal u qanpiena f’idu. Matul it-triq kien jirreċita r-Rużarju. Meta kienet tkun ix-xita, Salvu ma kienx jaqta’ qalbu, jibqa sejjer xorta. Il-purċissjoni timxi saċ-ċimiterju u jieqfu quddiem ix-xatba. Kien jixgħel ix-xemgħa ta’ madwar iċ-ċimiterju, kien jerfa' tifla jew tifel biex jixgħel ix-xemgħa. Ikomplu r-rużarju bit-tfal akkumpanjati minn ommijiethom mwerwrin mill-erwieħ f’dak id-dlam ċappa. Imbagħad filgħodu kien imur jitfi x-xemgħa waħdu.

Fix-xahar tal-mejtin, kien ikun hemm nofsttanhar quddies għall-mejtin. Il-quddies kien ikun kull siegħa. Bejn quddiesa u oħra, l-abbati kien imur għand ta’ Kustanz u jġib kafe' u żewġ krustini lil qassis. L-abbati ma’ kienx imur skola f’dik il-ġurnata.

Kien iwassal l-Arċipriet bil-bagħla tiegħu bil-vjatku ikun xħin ikun il-ħin.

Kien imur għall-majjistra, jew Pawla jew Ġanna meta jkun hemm bżonnhom. Dawn ma kienx ikollhom trasport. Salvu kien iwassalhom kull fejn jgħidulu. U meta titwieled it-tarbija Salvu kien iwassalhom il-knisja għall-magħmudija li kienet issir fl-istess ġurnata. Il-majjistra bit-tarbija, il-missier u l-parrini kienu jirkbu fuq il-karettun tiegħu li kien miksi b’tapit u kien jeħodhom il-knisja għall-magħmudija.

Salvu kien is-sagristan tal-Knisja ż-żgħira, il-knisja ta’ Karkanja, il-knisja tal-Qalb ta’ Ġesu’. Kien jiftaħ il-knisja għall-quddiesa tal-ewwel li fi żmien il-kaċċa kienet tkun fit-3 ta’ filgħodu. Fis-2.30am kien imur jgħajjat lil Pace, it-tifla tal-qariba tiegħu. Pace twieldet f’Mejju tal-1945, eżatt meta spiċċat il-gwerra. Ommha riedet issemmiha Maria 'mma l-kappillan insista li ssemmiha Paċifika. Hekk sar. Ommha ma kienitx taf tgħid dan l-isem u damu tlett xhur ma jafux kif se jgħajtu lil din it-tarbija. Fl-aħħar il-kappillan qalilhom jagħjtulha Pace għall-ħeffa u hekk baqgħet. Għalkemm kien hemm problema għax Pace jista’ jkun ukoll kunjom. Din kienet tgħinu jlesti għall-quddiesa li għaliha kienu jattendu ħafna kaċċaturi. Peress li l-quddiesa kienet bil-Latin, Salvu kien iqabbad lil Pace taqra l-qari bil-Malti. Din kienet togħqod bil-wieqfa f’nofs il-knisja u taqra b’vuċi għolja. Għadhom sal-lum il-kaċċaturi ta’ dak iż-żmien ifakkruha f’dan l-episodju li ma jintesiex. Il-quddiesa tal-kaċċaturi kien iqaddisha qassis Malti, Dun Pawl ta’ Cini li kien jiġi n-Nadur għall-kaċċa u kien joqħqod fid-dar maġenb id-dar tal-Kapriċċ. Kien ikollu abbati li kien jagħtih sold talli jgħin il-quddiesa. Filgħaxija kien ikun hemm il-barka kuljum. Tal-barka l-abbati kien jaqla' ħames xelini fix-xahar. Dan qaluli l-abbati stess. Qassis ieħor li għamel żmien jieħu ħsieb il-knisja tal-Qalb ta’ Ġesu' kien Dun Salv Curmi.

Salvu kien dejjem ferrieħi. Qatt ma kont tarah irrabjat.

Ngħożżu l-memorja KollettivaIl-KapriċċSalvu Cauchi

Page 31: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

27

Storja, Kultura u Attwalità

Kien iħobb jiċċajta u jagħamel l-bużullotti. Xħin kien ikun jaħdem ir-raba Ta' Xħajma u jara l-karozza ġejja mimlija bit-tfal tan-Nadur sejrin l-iskola r-Rabat kien jagħmel kuntrumbajsa biex idaħħaqhom. Darba għamel ċajta lil ġara tiegħu li kienet tibża’ mit-twiebet. Salvu kellu daqsxejn ta’ karru li fuqu kien iġorr it-twiebet li kien jordna mingħand tal-

Ġirbi. Il-ġara meta kienet tarah ġej bit-twiebet kienet tagħlaq għajnejha sakemm jgħaddi minn quddiemha. Darba, Salvu għadda bil-mod, waqaf quddiemha u ma għamilx ħoss.

Xħin deherilha li għadda kixfet għajnejha u xħin rat it-tebut quddiemha għajtet għajta kbira. Inħasdet għall-aħħar. Salvu kien iħobb iqabbel. Dejjem jivvinta xi erba’ versi. Waħda tifla minn Ta’ Ħida kien jgħidilha:

Nata Koronata, issuq ir-rata Tifla mħajma, tgħaddi minn ta’ Xħajma.

Barra x-xogħol ta’ deffien u ta’ sagristan kien irabbi l-bhejjem u jaħdem ir-raba ta’ wara l-knisja ta’ Karkanja. Kien raġel bieżel u jlaħħaq ma’ kollox.

Kien tip ta’ bniedem li kulħadd kien jafu u li kien jgħin lil kulħadd.

Salvu twieled fit-13 ta' Jannar 1894 u miet fl-1982.

Ħafna nies min-Nadur jiftakru dak il-karattru ħelu li kien iħobb jgħin u jagħmel pjaċiri lil kulħadd.

Bħalissa l-artist Justin Falzon qiegħed jaħdem fuq inċiżjoni li se tkun turi l-parti ta’ wara tal-artal fil-Knisja parrokkjali. Il-parroċċa kkummissjonat lil dan l-artist biex jagħmel numru limitat ta’ mitt inċiżjoni, li se jkunu numerati u ffirmati. Hawnhekk se nagħtukom xi tagħrif li tana Justin innifsu, dwar kif issir inċiżjoni:

- L-artist jibda billi jagħmel skizzi (sketches) tal-ewwel impressjoni ta’ kif se tkun l-inċiżjoni.

- Isir disinn tajjeb bil-lapes fuq karta ta’ kif se tkun l-inċiżjoni.

- L-Artist jipprepara r-ram, isir it-tindif fuq il-biċċa tar-ram li se tinħadem fuqha l-inċiżjoni.

- L-artist jipprepara verniċ iswed fuq il-wiċċ tar-ram. Xħin jinxef il-verniċ isir id-disinn bil-lapes fuq il-wiċċ tar-ram.

- Bi strument ippuntat l-artist jibda jigref id-disinn li jkun għamel fuq il-biċċa tar-ram.

- Imbagħad din titpoġġa fl-aċidu, u l-aċidu jiekol fejn ikun sar id-disinn.

- Wara li r-ram jitnaddaf mill-aċidu, l-artist jagħmel il-linka fuq ir-ram u permezz tal-Etching Press jipprintja l-ewwel impressjoni.

- Meta l-artist ilesti ix-xogħol ta’ fuq ir-ram, ikun imiss li ssir l-edizzjoni.

- Kull inċiżjoni li tiġi stampata trid tkun numerata u ffirmata mill-artist.

Il-prezz ta’ kull inċiżjoni se jkun 100 Ewro. Min irid jordna minn qabel: kellmu lil Frances Camilleri fl-uffiċċju parrokkjali.

INĊIŻJONI ĠDIDA JUSTIN FALZON

Antonia Sammut

Page 32: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

28

Nov '18

Storja, Kultura u Attwalità

Karmnu Falzon, li huwa magħruf bil-laqam ‘ta’ Burbunja’, twieled fin-Nadur nhar is-27 ta’ Mejju 1935 u llum jgħodd 83 sena. Sa minn meta kien għadu ċkejken kien involut ħafna fil-knisja u l-ħidma fil-parroċċa tan-Nadur, kif għadu sal-lum. Nhar it-Tlieta 18 ta’ Settembru 2018 żortu f’daru fi Triq Grunju, u, imdawwar b’inkwatri mal-ħajt b’xeni min-Nadur li jixhdu l-imħabba tiegħu lejn ir-raħal, u bi ftit birra quddiemna fit-tazza, staqsejtu xi ftit mistoqsijiet sabiex jaqsam miegħi memorji mill-aktar għeżież tiegħu fuq l-istorja tal-parroċċa tan-Nadur. L-intervista li tikkonċentra l-aktar fuq iż-żmien ta’ bejn it-Tieni Gwerra Dinjija u tmiem il-parrokat tal-Arċipriet Mikiel Portelli fl-1982, ġiet editjata għall-fini tal-kjarezza u t-tul. Il-laqmijiet li jissemmew matul l-intervista huma intenzjonati biss bħala mezz ta’ identifikazzjoni u ma hemm l-ebda offiża intenzjonata. It-tipa fil-korsiv hija kummenti miżjuda minni biex jgħinu lill-qarrej jifhem aħjar.

Żmien it-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945)Jiena l-Gwerra niftakarha għalkemm kont għadni żgħir. Kelli erba’ ħuti oħra, tnejn akbar u tnejn iżgħar minni. Konna noqgħodu fi Triq il-Mitħna l-Qadima, ftit bogħod minn hawn. Niftakar li waqt il-gwerra l-irġiel kienu jorqdu fis-sagristija tal-qassisin (ta’ Nofsinhar) u n-nisa kienu jorqdu fis-sagristija tal-Arċipriet (tat-Tramuntana). Ommi kienet teħodni magħha fis-sagristija tan-nisa għax jien kont għadni żgħir ħafna, forsi kelli dawk il-ħames snin. Darba kont imradt bid-deni u ommi ġabitni lura d-dar mis-sagristija u poġġietni fuq it-tiben. Hawnhekk fil-qrib kien hawn xelter quddiem id-dar ta’ Dun Pawl u Dun Anton Meilak.

Niftakar inċident ta’ meta għadda ajruplan bil-lejl u

tefa’ xi seba’ ballal u hawnhekk regħdu. Konna reqdin u l-ħġieġ ġie kollu fuq wiċċna. Imbagħad ħriġna u l-qamar kien kwinta u l-ħġieġ kien kollu jleqq fid-dija tiegħu. U kien hemm waħda mara li bdiet tgħajjat. Ġie s-surġent, li kien in-nannu ta’ Dun Piet Sammut, raġel kbir u f’saħħtu. Staqsieha: ‘Miet xi ħadd?’ Weġbitu: ‘Ħadd ma miet imma d-dar waqqgħuhieli!’ Dawn kienu l-Ġermaniżi, għax it-Taljani kienu jibżgħu.

Ġuħ kien hawn, imma min kellu r-raba kien dejjem daqsxejn aħjar. Aħna konnu mmorru bil-qamħ bil-lejl fil-mitħna tal-Qala ħalli nitħnuh. Konna mmorru bil-lejl naħseb biex forsi ma jarawniex l-ajruplani li kienu jduru.

Aktar tard meta bdejt nitfarfar kont bdejt immur l-iskola u bqajt immur sal-fifth grade meta kelli xi erbatax-il sena. Kienu jgħallmuna affarijiet bażiċi bħall-arithmetic, dictation u hekk. Dak iż-żmien jekk ma tkunx se tkompli l-iskola, kont tasal s’hawn u daqshekk. Imbagħad bdejt naħdem fir-raba ma’ missieri.

L-arċipriet Kan. Ġużepp Cassar (a. 1927-1950) u żmienu

Kien bniedem dixxiplinat ħafna (filwaqt li Karmnu jdawwar rasu b’sens ta’ esaġerazzjoni!) u kien igawdi mir-rispett tan-nies. Dak iż-żmien in-nies kienu jirrispettaw u joqgħodu għall-arċipriet u l-qassisin. Kien minn Ta’ Sannat u kellu toqgħod miegħu oħtu wkoll. Ħadem u stinka ħafna għan-Nadur. Kien miet Ruma fl-1950 u mbagħad ġabuh minn Malta.

Jien kont dħalt abbati ta’ ħdax-il sena. Kien għallimni ngħin il-quddiesa Anġlu ‘tan-Niksu.’ L-ewwel quddiesa li ħriġt bħala abbati fiha niftakar kienet nhar is-solennità tal-Qaddisin Kollha fl-1 ta’ Novembru u l-quddiesa saret fuq l-artal tal-Erwieħ. Kont inqum ngħinu fil-quddiesa tal-ewwel dejjem jien. F’April din kienet tkun fit-3.30am, speċjalment għall-kaċċaturi. Dejjem jien kont ngħinu u lili kien iġibni ħafna.

Cassar kien jibgħatni mal-erbat irjieħ tan-Nadur

MILL-MEMORJI TA’ KARMNU FALZON

In-Nadur lejn nofs is-seklu għoxrin kif jiftkaru Karmnu. Ritratt meħud minn

Espedito Muscat

Page 33: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

29

Storja, Kultura u Attwalità

sabiex navża lin-nies li se jiġi s-saċerdot iqararhom jew iqarbinhom, naħa, naħa, daqqa taċ-Ċentru tar-raħal, daqqa ta’ San Blas u daqqa ta’ Ħida u r-Ramla. Xi kultant, forsi darba kull tliet xhur, konna noħorġu bil-vjatku solenni, bil-bandiera quddiem, b’sitt fanali u l-umbrella fuq is-saċerdot bis-sagrament. In-nies kienu jkunu avżati minn qabel u jippreparaw billi jixgħelu x-xemgħat, waħda kull naħa tal-kurċifiss. Imbagħad il-flus li kienu jagħtuna n-nies konna ngħadduhom lill-arċipriet. Dawn konna ngħadduhom, jistaqsini kemm konna li ħadna sehem fil-vjatku u jaqsamhom bejnietna. Lili kien jagħtini daqshom darb’oħra għax jien kont immur navża lin-nies. Kont naqla’ skont kemm indaħħlu flus. Lili kien jagħtini xi 15-il xelin u ġie li anke tani lira. Kienu flus tajbin. Kien hawn wieħed kien jgħidli: ‘Inti qed taqla’ flus aktar minn missierek ġol-knisja!’

Allura darba morna bil-vjatku għand wieħed xiħ jgħidulu ‘tal-lenċ’. Jiena ma niftakarx x’jismu għax kulħadd b’dan il-laqam kien isibu. Kien għadu kemm beda jqaddes Dun Ġużepp ta’ Wenza (Muscat) (Ġie ordnat saċerdot fl-1948). U l-arċipriet bagħat lilu biex iqarben lil dan ix-xiħ li kien joqgħod fi Triq il-Knisja, ftit ‘l isfel mill-knisja ta’ Karkanja (Il-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù). Meta wasalna nsibuh bis-sigarru mqabbad f’ħalqu. Naħseb li kien ilu mqabbad mhux ħażin. U kif Dun Ġużepp mar iqarbnu, dan ix-xiħ ġibidlu waħda (dagħalu)! Oħt ix-xiħ bdiet tgħidlu: ‘Ikkumpatieh, ikkumpatieh!’ U Dun Ġużepp

beda bħal jirrabja u jgħid: ‘L-arċipriet għalhekk bagħtni hawn għax kien jaf dan x’jagħmel!’ Jiena ma naħsibx li dan ix-xiħ kien jagħmel hekk għax kellu kontra l-knisja.

Xi ħadd li jkun ġdid u għandu bżonn tas-servizz tat-tqarbin jew qrar fid-dar kien jgħidli ħalli ninforma lill-arċipriet. Ġie li kien jiktibli għand min irrid immur. Darba kien ried jibgħat saċerdot għand xi ħadd bil-laqam ta’ guxò, iżda din kienet miktuba ‘għoxo’. Qalli: ‘Aqraha.’ (biex jara kienx kapaċi jaqraha). U jien qrajtha: ‘oxo’. U hu beda jirrabja u qalli: ‘U x’oxo, oxo! Guxò!’ Imma jiena l-‘għ’ ma ħassejthiex hux (filwaqt li jitbissem għal dan il-mument)

Kienu wkoll imutu ħafna trabi. Dawk li kienu jmutu d-dar immorru għalihom id-dar. It-trabi kienu jerfugħhom l-abbatini. Iżda dawk li kienu jmutu l-isptar (trabi u adulti) kienu jiġu akkumpanjati mill-qassis tar-Rabat sa tax-Xħajma minn fejn imbagħad jilqagħhom saċerdot min-Nadur, akkumpanjat minn abbati, hekk kif jibda t-territorju tal-parroċċa. Kienu jħallsu lira għal tarbija, xelin kull wieħed

bejnietna l-abbatini. Il-funerali kien jieħu ħsiebhom Dun Karm Falzon ‘tax-Xirmi’, u kienu jinġarru minn wieħed jgħidulu ‘l-Kapriċċ’ (ara artiklu separat f’din il-ħarġa). Imbagħad il-funerali qabel kienu jinżlu għall-mejjet sa fejn ‘tal-Bexxiex’.

Nhar ta’ Ħadd kien jiġbor it-tfal tar-raħal għall-katekiżmu. Dan kien isir eżattament wara l-għasar u kienu joħorġu l-abbatini kollha. Skont kemm ikunu: ġie li kienu jimlew żewġ bankijiet sħaħ. Darba waħda aħna l-abbatini ma konniex qed inġibu ruħna tajjeb. Waqt il-katekiżmu dar fuqna u qalilna: ‘Intom se tieqfu, abbatini?’ Dan quddiem knisja nies taf! U baqa’ jipprietka. Imbagħad kif spiċċa qalilna: ‘L-abbatini titħarrkux minn hemm.’ Imbagħad kif dħalna ġewwa, tista’ tlesti wiċċek taf għax idejh kienu bl-electric (jiġifieri kienu ħfief biex jagħti xi daqqtejn bihom). L-Arċipriet kien jgħallimna fuq il-kmandamenti u hekk. Dak iż-żmien il-mużew tas-subien kien għadu ma jeżistix, iżda kien hawn iċ-Ċirklu.

Jien kont naqdieh ħafna lil Cassar. Apparti milli navża n-nies għall-qrar u t-tqarbin fid-djar madwar ir-raħal kollu, kont ngħinu wkoll fil-ġbir li kien isir. Meta tkun ġejja l-Imnarja kienu joħorġu jiġbru bieb bieb il-prokuratur (Dun Karm Falzon), l-arċipriet (Dun Ġużepp Cassar) u d-dekan (Dun Franġisk Camilleri) ma’ xulxin. Jien kont noħroġ magħhom u nkun ftit qabilhom inħabbat il-bibien u navża lin-nies li ġejjin jiġbru għall-festa. Fl-Għid għat-tberik kien joħroġni tliet darbiet bħala sinjal li kien jirrispettani.

Darba fil-Kwaranturi niftakar li kont għent disa’ quddisiet wara xulxin. Allura filgħodu kont għent il-kantata li kienet tkun f’xi nofsillejl. Imbagħad għent tat-tlieta ta’ filgħodu. Imbagħad kien iqaddes tnejn oħra biex jeħilsu l-bdiewa u hekk u għenthom ukoll. Imbagħad jien kont ngħin quddiesa oħra dejjem. U l-abbatini kienu baqgħu reqdin u kelli ngħin il-quddies l-ieħor ukoll! Disa’ quddisiet.

L-arċipriet kien jaħdem tajjeb ħafna mad-Dekan u Dun Karm Falzon. Ġie li anke kont tarahom jagħmlu xi passiġġata flimkien. Kulma jagħmlu dejjem flimkien. Cassar kien imidd idejh u jaħdem. Kont tarah kulfejn qed isir xi xogħol. Għadni niftakar meta kien qed isir ix-xogħol fuq iz-zokklatura tal-knisja u hu kien ikun hemm. Jien dejjem kont inkun miegħu. Dejjem miegħu. Fil-knisja, qabel sar l-irħam kien jintrema d-damask. Ma tantx kien ikun hemm nies jarmawh: ‘il-Babbu’ u ‘l-Grott’. Kien jintrema b’sellum twil u d-damask kien tqil għaliex wara kellu nforra, qisha nċirata. Il-knisja kienet tkun sabiħa ħafna bih.

Karmnu bil-forċina mal-istatwa ta' San Pietru u San Pawl, fil-purċissjoni tal-Imnarja. Ritratt meħud

minn Nannette Pisani

L-arċipriet Kan. Ġużepp Cas-sar li mexxa l-parroċċa bejn l-1927 u l-1950 u li tiegħu u ta' żmienu Karmnu fadallu

ħafna memorji.

Page 34: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

30

Nov '18

Storja, Kultura u Attwalità

Meta qassis kien jiġi biex iqaddes dan kien jidħol fis-sagristija ħalli jaħsel idejh. Kien hemm arzella fil-ħajt u ġo fiha kien hemm qisha funtana b’ħawt tal-ġebel sabiħ ħafna. Biex ikun hemm l-ilma lest, aħna konna mmorru fejn ‘tal-Bozz’ (fejn illum qed jinbena l-mużew il-ġdid tal-bniet) għax hemm kien hemm vit. Konna nimlew il-kitla u nieħdu lilma l-knisja u nferrugħ hemm ħalli l-qassis isib l-ilma u jaħsel idejh. Illum din il-funtana ma nafx x’sar minnha.

Darba niftakar li kienet il-Gandlora. Fil-Gandlora kienet issir purċissjoni mill-knisja tan-Nadur sas-santwarju tal-Kunċizzjoni tal-Qala. U ħdejn tas-sorijiet tal-Qala (Franġiskani) kien hemm vit. U, jien ta’ tifel li kont, tani l-għatx u mort nixrob ftit. U nisma’ ħoss: ‘Pssssst’, u ndur u nara lill-arċipriet Cassar jagħmilli sinjal b’sebgħu biex nersaq lejh. Qalli: ‘Dak x’fettillek waqt il-purċissjoni mort tixrob?’ Għidtlu: ‘Għax tani l-għatx’. Qalli: ‘Ejja ħa nneħħihulek l-għatx!’ u tani erba’ daqqiet fuq wiċċi (filwaqt li Karmnu qarras wiċċu bħallikieku qed jerġa’ jħosshom mill-ġdid wara sebgħin sena!). Kien dixxiplinat ħafna.

In-nies kienu jmorru quddiesa kuljum u jattendu għall-qrar ta’ spiss. Illum dan naqas. Lanqas għadek tara nies iqerru

wisq. Kulħadd jitqarben bla ma jqerr! Anke l-aktar bniedem ġust fid-dinja wkoll jiżbalja seba’ sarbiet kuljum! Qabel titqarben trid tkun imqarar.

L-arċipriet Mons. Kan. Mikiel Portelli (a. 1951-1982) u żmienu

L-arċipriet Portelli kien iħobbhom ħafna t-tfal. Kien jaħdem bla heda. Kien jiġborhom u jgħallimhom, jagħmlilhom il-pasturi, jibni l-presepju, itellgħalhom rigali. Kien dilettant ħafna. Ġie li kien jagħmlilna xi tombla wkoll! Il-flus li jiġbor imbagħad kien

jużahom biex jixtrilna l-affarijiet u hekk. Il-pasturi tiegħu kienu sbieħ ħafna. Fil-ġnien tad-dar parrokkjali (li hu ma kienx jgħix fiha) kien ikabbar ħafna fjuri sbieħ għall-knisja bħad-dalji.

Fi żmien kien hawn l-inkwiet tal-Bażilika. In-nies riduha bil-kbir għax naħseb li kienet diġà ġiet imwiegħda lilhom.

Mhux il-qassisin biss. Anke n-nies riduha. L-arċipriet Portelli wkoll kien iridha daqs in-nies jew iżjed, imma bħala arċipriet kellu jaħdem għaliha, filwaqt li joqgħod attent biex iżomm il-paċi u ma jagħtix in-nar. Festa ma kinitx issir. Kienet issir biss ġewwa, qisha l-quddiesa tal-Ħadd. Darba kienu wkoll għamlu għall-isqof u mbagħad ma telax aktar. Lanqas il-Grizma tal-Isqof ma baqgħet issir. F’dan iż-żmien twaħħal l-irħam. Kienu ġew it-Taljani jibdew iwaħħluh huma u mbagħad komplewh nies bħal Dun Martin (Portelli). Jien kont immur mal-arċipriet niġbor il-flus għall-irħam. Kien hemm diversi nies li ħallsu pilastru waħedhom.

Kien jagħmel il-pasturi. Fil-knisja kien għad ma jsirx presepju dak iż-żmien. Iżda niftakar li Leli ‘ta’ Ġejġa’ kellu ħanut fi Triq il-Kbira (Triq Diċembru Tlettax) u fil-bieb kellu pasturi sbieħ. Ma tantx kienu jkunu għoljin biex tixtrihom – 3 soldi-il wieħed. Jiena għadni sal-lum nagħmel presepju sabiħ ħafna bil-ġebel. L-għar ikun mibni b’ġebel żgħir u nibnieh bis-sengħa. Darba ġie wieħed bil-mowbajl jagħmel id-dawl fis-saqaf tal-għar ħalli jara hemmx xi ħaġa ta’ sapport għal dan il-ġebel! Fil-Ġimgħa l-Kbira għandi sett statwi ta’ Spanja u narmah hawn (fl-intrata tad-dar).

Iżda l-ħin kien tar u minn barra l-bieb tad-dar instema’ ħorn ta’ karozza. Kien ġie ħabib tal-qalb sabiex imorru jduru dawra. Karmnu għamel sinjal li ried ikompli miegħu u jiena serraħtlu moħħu li kien qalli ħafna affarijiet interessanti u li għal-lum kien biżżejjed. Sellimt lilu u lil martu Marija li baqgħet tinsisti miegħi u tistaqsini jekk kellix bżonn xi ħaġa oħra, iżda jiena ħriġt bil-mod ma’ Karmnu naħseb fuq dak li kien qalli, u fuq kemm id-dinja ta’ Karmnu nbidlet mit-Tieni Gwerra Dinjija sal-lum.

Intervista minn

Daniel Meilak B.A. (Hons), M.A. (History) (Melit.)

Karmnu kien fil-qalba tal-ċelebrazzjonijiet li saru meta l-Kolleġġjata tan-Nadur ġiet mgħollija għad-dinjita ta' Bażilika fl-1967

L-arċipriet Mons. Kan. Mikiel Portelli li mexxa l-parroċċa mill-1951 sal-1982 li fi żmienu kien hemm il-perjodu tal-protesta

minħabba l-Bażilika

Sett ta' Kurċifiss u żewġ gandlieri li kien jintremaw meta s-saċerdot kien iqarben lil xi persuni f'darhom. Kollezzjoni privata.

Page 35: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

31

Intervista minn

Daniel Meilak B.A. (Hons), M.A. (History) (Melit.)

Page 36: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

32

Nov '18

Storja, Kultura u Attwalità

Fil-ktieb tiegħu “MEMORY AND IDENTITY”, il-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II jgħid li “iżżomm il-memorja hu importanti għall-identità Nisranija tiegħek għax min jitlef il-memorja ta’ minn fejn ġej u fejn sejjer jitlef l-identità nisranija tiegħu”. (John Paul II Memory and Identity, Conversation at the Dawn of a Millenium).

Dak li jgħid Ġwanni Pawlu II dwar il-memorja jgħodd kemm għal individwu kif ukoll għal Poplu u Nazzjon sħiħ. Hemm ċirkustanzi li jibqgħu stampati fil-memorja tagħna, memorji li ħallew impressjoni tajba u sabiħa u dawn avolja jgħaddu s-snin minn fuqhom mhux għalkemm jintesew.

Fost tant ċirkustanzi kbar li ġraw matul is-snin, speċjalment li ġew fl-aħħar 50 sena fil-Parroċċa tagħna, hemm żewġ okkażjonijiet li għalkemm tgerbu minn fuqhom tant snin, għadhom ħajjin f’moħħna u jġibulna nostalġija meta niftakru fihom.

L-okkażjonijiet li huma mniżżlin b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Parroċċa, kienu l-Għoti tal-Bażilka lill-Kolleġġjata tagħna u l-Festi Ċentinarji li ċċelebrajna fis-sena ta’ wara, is-sena 1968 u li bihom fakkarna kemm l-għoti ta’ dan l-Unur mistħoqq u t-Tifkira tad-dsatax-il mitt sena mill-Martirju tal-Missirijiet Universali tal-Knisja Kottolika u Patruni speċjali tagħna San Pietru u San Pawl. Żewġ ċirkustanzi li jfakkruna fil-Papa Pawlu VI li minn hawn u ftit ieħor ser jiġi ddikjarat Qaddis.

Kien il-Papa Pawlu VI li 50 sena ilu ddikjara s-sena 1967/68 bħala SENA TAL-FIDI fil-Knisja Kattolika kollha biex fiha jfakkar il-Martirju tal-Appostli San Pietru u San Pawl. Sintendi jekk fil-Knisja kollha saru festi u kommemorazzjonijiet ċentinarji ma setax jonqos li l-Parroċċa għażiża tagħna, ferħana bit-titlu tal-Bażilka, tagħmel festi speċjali li, akkost ta’ tant snin li għaddew minn dakinhar, għadhom ħajjin f’moħħna u f’qalbna.

Fis-sena 1967, meta l-Kolleġġjata tagħna ġiet imgħollija għad-dinjità ta’ Bażilka, kienu ġew organizzati f’temp ta’ ftit jiem festi sbieħ, iżda l-Paroċċa riedet li l-festa tas-sena 1968 tkun festa tassew kbira u allura sa minn wara dik il-festa ġew imwaqqfa tliet kumitati apposta biex dan isir. Kumitat fi ħdan il-Bażilka għall-Festi Interrni, Kumitat għall-Festi esterni u kumitat biex titwaqqaf Banda lokalment. Kumitati li ħadmu bi sħiħ tul dik is-sena kollha ħalli dik il-festa tkun dak li kienet, Festa tassew kbira u li mhux għalkemm tintesa minn moħħna. Dawn il-kumitati kollha u preparazzjonijiet qajmu ħeġġa kbira flin-Nadur.

Il-poplu kien kontinwament mgħarraf b’kull ma kien qed jiġi ppreparat. U allura minn dak li kien qed jiġi mogħti u minn dak li kien qiegħed jara madwaru, il-Poplu Naduri kien jitħeġġeġ u kontinwament jistaqsi. Madwar il-festi tal-Milied sirna nafu li kien ġej ukoll Kardinal biex jagħlaq dawn il-festi ċentinarji. Ħutna Nadurin imxerrdin ma’ diversi Pajjiżi wkoll xtaqu jaqsmu magħna dan l-avveniment, u għalhekk ġew orġanizzati chartered planes biex setgħu jiġu, waqt li mill-bogħod fejn kienu, għamlu ġabriet b’risq il-Bażilka u għall-ispejjeż ta’ dawn il-festi; oħrajn offrew lil Banda Mnarja stendardi tan-Nazzjonijiet fejn kienu msiefrin.

Il-Kumitat entużjażmat tal-Banda Mnarja xtara mhux biss is-sit fejn kellu jibni l-Każin, imma mal-medda taż-żmien f’dik l-istess sena nxtraw l-istrumenti li ġew mbierkin mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Isqof NIkol Cauchi nhar il-Ħadd, 5 ta’ Novembru 1967, f’ċerimonja apposta li nżammet fil-Pjazza Arċ. Martin Camilleri; It-tagħlim u provi fil-bidu kienu jsiru f’garage tas-Sur Ġużeppi Grech fi Triq Xandriku meta madwar 50 raġel u ġuvni Nadurin ġew imħarrġa fl-arti mużikali. Iktar tard dawn marru fl-Iskola Primarja minn fejn fl-aħħar bdejna nisimgħu l-ewwel daqq ta’ marċijiet li kienu qegħdin jippreparaw għad-debut tal-Banda Mnarja f’Ġunju ta’ dik is-sena. Dan ukoll qajjem ħafna entużjażmu fil-Parroċċa, tant li n-Nadurin kkontribwew bi ħġarhom għall-ispejjeż kbar li kien qed jagħmel il-Kumitat tal-Banda.

Stediniet oħra saru lil Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu li silifna wkoll ir-Relikwija Insinji tad-Driegħ ta’ San Pawl għal dawn il-Festi, il-Kapitlu Katidrali ta’ Għawdex, Kapitli tal-Kolleġġjati kollha, flimkien mall-Komunitajiet Reliġjużi fid-Djoċesi li kellhom imexxu flimkien mal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex il-funzjonijiet kollha fil-Bażilka matul il-15-il jum tal-Festi.

Iktar tard il-poplu ġie infurmat ukoll li barra l-Baned kważi kollha Għawdxin li kellhom jieħdu sehem fil-Festi, ġew mistiedna erba' baned oħra Maltin li kienu: il-Banda La Vallette u dik King’s Own tal-Belt Valletta, il-Banda Duke of Connaught ta’ B’Kara u San Ġorġ ta’ Ħal-Qormi li kellhom programmi u marċijiet fl-aħħar jiem tal-Festa.

Ma’ dawn, sirna nafu wkoll li għall-Akkademja Mużiko Letterarja li kellha ssir fis-27 ta’ Ġunju, kellu jiġi l-Kor tal-Ħamrun, Malta biex flimkien mal-Kappella Camilleri, janimaw din l-Akkademja, li fiha wkoll diversi kelliema ġew mistednin ħalli jagħmlu diskorsi.

Ċentinarji tas-Sena 1968Eku tal-Festi

Page 37: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

33

Storja, Kultura u Attwalità

Ix-xhur gerbu u n-Nadur libes il-libsa tal-Festa, l-Emigranti Nadurin bdew jaslu bit-tużżani, il-Bażilka tlibbset il-libsa tal-Festa u nhar is-Sibt 15 ta’ Ġunju, waslet fostna fuq Yacht apposta r-Relikwija tad-Driegħ ta’ San Pawl li mill-Imġarr twasslet fin-Nadur f’pellegrinaġġ Aux Flambeaux.

Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju saret l-inawgurazzjoni tal-Banda Mnarja li fost l-entużjażmu tan-Nadurin u ta’ dawk kollha li telgħu fin-Nadur biex jaraw u jisimgħu din il-Banda ġdida, immarċjat mill-Pjazza Arċ. Martin Camilleri, Triq il-Kbira u l-Pjazza Prinċipali fejn tat merħba lil Mons. Isqof Nikol Cauchi, li f’dik il-lejla fetaħ il-Festi fil-Bażilka bi Translazzjoni Pontifikali.

Ta’ kuljum fil-Bażilka nżammu quddies Pontifikali jew Prelatizju bil-preżenza tar-Reliġjużi u l-Kapitli hawn fuq imsemmija. Banda barranija flimkien ma’ dik tan-Nadur, għamlu marċijiet f’kull rokna tal-Parroċċa.

Avveniment ieħor tant mistenni kien il-wasla tal-Emm. Tiegħu l-Kardinal Giuseppe Ferretto, li ġie milqugħ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex flimkien ma’ Rappreżentanza tal-kapitlu fl-Ajruport ta’ Ħal-Luqa, Malta u minn fejn baqa' ġej sa Għawdex, fejn ġie milqugħ mill-Membri tal-Kapitlu tagħna u Personalitajiet oħra Ċivili u Ekklesjastiċi; il-Banda Mnarja sellmitlu bl-Innu Pontifiċju fl-Imġarr. Minn hawn Hu ġie akkumpanjat sal-Parroċċa minn carcade twila tul it-triq kollha san-Nadur. Hawn il-Poplu Naduri kollu flimkien ma’ tant oħrajn tawh merħba kbira,sakemm akkumpanjat mill-Banda Mnarja, twassal sal-Bażilka, fejn Mons. Isqof Cauchi u Mons. Mikiel Portelli, Arċipriet tal-Bażilka, għamlu indirizzi ta’ merħba.

L-għada il-Ħamis 27 ta’ Ġunju, waqt li l-Emm.Tiegħu l-Kardinal bierek u assista għat-tqegħid tal-Ewwel Ġebla tal-Każin tal-Banda Mnarja mis-Sur Attard, Kummissarju għal Għawdex, assistejna għall-Akkademja Mużiko Letterarja presjeduta quddiem il-Bażilka, Akkademja li fiha barra il-kor tal-Ħamrun u l-Kappella Camilleri, saru diskorsi interessanti dwar San Pietru u San Pawl, kif ukoll il-Bażilka tagħhom. Għal din l-Akkademja kienu mistiedna rappreżentanza tal-Kapitli u Kleru Għawdxi kollu u folla kbira ta’ nies. Kien f’din l-okkażjoni li l-Emm. Tiegħu l-Kardinal wara diskors imqanqal, offra lill-Arċipriet Portelli Midalja Kommemorattiva ta’ dan iċ-Ċentinarju flimkien ma’ ittra mibgħuta mill-Q. T. l-Papa Pawlu VI biex jibqgħu tifkira taċ-Ċentinarju (Dawn illum jinsabu fl-Awla Kapitulari tal-Kolleġġjata). Iktar tard filgħaxija, l-Banda Ċittadina Leone tal-Belt Victoria esegwiet l-Innu Immortali “Su Su Fratelli” tal-Arċ. Toninu Camilleri.

Il-qofol grandjuż ta’ dawn il-Festi sintendi kien f’Jum il-Għid ta’ San Pietru u San Pawl, meta fl-Jum l-Imnarja filgħodu, l-Emm.T. l-Kardinal assistit mill-Kapitlu Katidrali u fil-preżenza tal-Isqfijiet ta’ Malta u t’Għawdex, rappreżentanza tal-Kapitli kollha, Reliġjużi lokali, u rappreżentanza tal-

Awtoritajiet Ċivili, mexxa l-Quddiesa Pontifikali li fiha għamel id-diskors tal-okkażjoni. Waranofsinhar fl-Iskola Primarja nżamm pranzu statali, waqt li barra kien hemm it-tiġrijiet tal-bhejjem.

Filgħaxija, Mons. Isqof Cauchi, assistit mill-Kapitlu tal-Lokal mexxa s-Sekondi Vespri fil-Bażilka u wara bdiet timmarċja l-Purċissjoni Pontifikali bl-Istatwa ta’ San Pietru u San Pawl, id-driegħ Mirakuluż ta’ San Pawl u rappreżentanza tal-Parrokat Għawdxi, Kapitli tad-Djoċesi u Reliġjużi.

L-E.T. l-Kardinal assista għal din il-Purċissjoni minn fuq iz-Zuntier tal-Bażilka, imma meta din waslet għat-tmiem, minn fuq it-taraġ prinċipali tal-Bażilka bl-Istatwa ta’ San Pietru u San Pawl warajh, Hu għamel kelmtejn tal-aħħar u ta l-Barka Apostolika mibgħuta mill-Papa għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet speċjali li l-Parroċċa tagħna organizzat ħalli tfakkar id-Dsatax-il Mitt sena mill-Martirju tal-Appostli. Kienet Purċissjoni tassew kbira u mżejna b’ħafna dinjitajiet li qatt ma rajna bħalha, kif ukoll fin-Nadur telgħu ħafna nies minn Malta u Għawdex li ammiraw il-Bażilka bil-libsa sabiħa tal-irħam li biha ġiet imżejna u ħadu sehem sħiħ fil-konklużjoni ta’ dawn il-festi.

Nispiċċa dan l-artiklu b’kumment li deher fil-Leħen Is-Sewwa tal-Ħamis, 4 ta’ Lulju 1968. “Il-preżenza tal-Kardinal Ferretto mistieden speċjali għal dawn il-Festi qajmet entużjazmu kbir f’Għawdex kollu li nhar l-Imnarja tela′ n-Nadur biex igawdi l-Festi kbar li saru…… Okkażjonijiet li ġabru folol kbar ta’ nies, l-ewwel ġebla tal-Każin il-ġdid tal-Banda l-ġdida tan-Nadur u l-Akkademja Mużiko Letterarja b’diskorsi tassew sbieħ li saret quddiem il-Knisja Monumentali…… Il-Purċissjoni tal-għeluq nhar l-Imnarja fil-għaxija kienet verament prominenti u eċċitanti bil-preżenza fiha ta’ diversi Kapitli tal-Kolleġġjati, Kappillani, Reliġjużi flimkien mal-Isqof u l-Kardinal. Kollox ma kollox, il-Festi Ċentinarji tan-Nadur kienu verament suċċess u li jibqgħu tifkira dejjiema fl-istorja ta’ għeluq is-Sena tal-Fidi”.

Il-Ħajja f’Għawdex ta‘ Lulju / Awwissu 1968, ikkummentat li: “‘Il-Festi Ċentinarji li saru din is-sena fin-Nadur biex ifakkru s-XIX il-mitt sena mill-Martirju ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawl tal-Parroċċa, u ta’ l-għeluq l-ewwel Ċentinarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Kolleġġjata u Bażilka ddedikata lilhom f’Għawdex, ntemmu b’suċċess u huma avveniment li jibqa′ mniżżel fl-Istorja ta’ Għawdex b’ittri tad-deheb”.

Għal din l-okkażjoni Ċentinarja kemm f’Ruma kif ukoll f’Malta u Għawdex ħarġu settijiet ta’ bolli kommemorattivi. F’Ruma kien hemm tnejn li jġibu l-figuri ta’ San Pietru u San Pawl, waqt li lokalment kellna mhux inqas minn sitta li fuqom kellhom episodji mill-ħajja tal-Appostli.

Mons. Ġużeppi Cauchi

Page 38: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

34

Nov '18

Storja, Kultura u Attwalità

Dr Coronato GrechMD.MMCFDIl- Mużika Pop fin-Nadur fl-isfond

tal-qagħda soċjali tas-Sittinijiet The Geese, Rubber Soul, Spider Trash Band It-tielet parti

Spider Trash BandWara ħafna taħriġ l-iSpider Trash Band ħarġu fuq pubbliċità fil-gazzetti minn Charles Spiteri1, li wkoll irranġalhom appuntament mal-Isqof Nikol Cauchi fejn sar ftehim biex il-grupp idoqq b’xejn f’attivitajiet ta’ karità. L-ewwel waħda kienet l-Għarb. Ir-ritratti tal-grupp mal-isqof kienu mxandra fuq il-gazzetti u anke dehru fuq it-televixin. Kienet pubbliċità tajba.

Din il-ħabta 1977-8, il-mużika popolari madwar id-dinja kienet qalbet ħafna fuq dik Disco2. Fost il-mużika ta’ dan it-tip li kienu jdoqqu l-iSpider Trash Band kien hemm That’s The Way I like It ta’ KC and the Sunshine Band, You Sexy Thing tal-Hot Chocolate, u Boogie night ta’ Earth Wind and Fire.

Sensibbilment, il-grupp kien idoqq mużika varjata u baqgħu jdoqqu wkoll mużika bħal ta’ qabel, inkluż tal-Credence Clearwater Revivial (Long as I can see the Light), Pink Floyd (Wish You Were Here) u tal-Beatles (Hey Jude u Let it Be).

Madankollu l-inviti li jdoqqu f’tiġijiet naqsu ħafna għax issa f’dawn l-okkażjonijiet iktar donnu kien ippreferit id-DJ idoqq id-diski; fil-fatt l-iSpider Trash Band daqqew f’tieġ wieħed biss, ix-Xagħra.

Kien għall-bidu tal-iSpider Trash Band li l-grupp għamlu biċċa mużika tagħhom u anke ħarġuha diska. Din kienet

1 Spiteri għadu attiv fil-ġurnaliżmu sal-lum.2 Fil-1977 ħareġ il-film ikoniku tad-Disco, Saturday Night Fever, b’diski ċelebri bħal Staying Alive, Night Fever u Disco Inferno.

double A side3 u ġġib l-ismijiet ‘Dejjem ta’ Xulxin’, kliem ta’ Charlie Cutajar u mużika ta’ Raymond Galea, u ‘Jiddispjaċini’ kliem u mużika ta’ John Farrugia. Ir-recording sar fi Smash Studio Raħal Ġdid, Malta. Dan ġara fuq l-inizjattivi tad-DJs Mario Laus u Norman Hamilton li darba kienu comperes fis-Song Festival ta’ Għajnsielem u semgħuhom idoqqu ‘Dejjem ta’ Xulxin’ li kienet ġiet it-tielet f’dan is-Song Festival. Fiċ-charts Maltin ta’ dik il-ħabta kienet telgħet sat-tieni post4. Barra dan, il-grupp ikkompona diversi materjal li kienu jdoqqu fil-kunċerti li jagħtu, imma li qatt ma rrekordjaw. Inkorraġiehom ħafna biex idoqqu l-mużika

tagħhom kien l-organizzatur George Said (id-Dias). Intant, fost l-iktar biċċiet li kienu ntogħġbu minn tagħhom, kien hemm Nuclear War u Evil Women5. Darba wieħed Ġermaniż li kien jismagħhom u impressjonawh, talabhom (u tawh) tape tal-mużika tagħhom u sa wegħedhom li anke jeħodhom idoqqu l-Ġermanja; imma minn dan ma ġara xejn.

Għalkemm ma baqgħux idoqqu f’tiġijiet, però kellhom ħafna appuntamenti f’diversi postijiet tad-divertiment Għawdex u kultant Malta. Fost il-postijiet li daqqew kien hemm ir-Rabat, fil-Flamingo, (l-ewwel darba li daqqew bħala Spider Trash Band), l-Astra, l-Aurora, it-Tokk (quddiem l-iskola sekondarja), fl-iskejjel sekondarji6

3 Kienu tawhom il-parir li jagħmlu double A side, għax iż-żewġ diski kienu tajbin u b’hekk id-DJs idoqquhom it-tnejn.4 U dan meta dak iż-żmien kien hemm gruppi tajbin bħal Black Train u t-Tramps.5 B’kollox kienu kkomponew disa’ kanzunetti, li barra dawk imsem-mija, kien hemm pereż. No Lies, Roll it Right, u It’s You.6 Darba, wara li daqqew fis-sala tal-iskola sekondarja fejn illum isiru

Spider Trash Band

Spider Trash Band idoqqu fil-Festival ta' Għajnsielem

Page 39: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

35

Storja, Kultura u Attwalità

f’ħafna skejjel u ċentri fl-irħula ta’ Għawdex, Marsalforn, ir-Rook, sintendi fin-Nadur, (partikularment fil-karnival u l-Imnarja), Kemmuna (fil-lukanda); u Malta, fil-YMCA il-Belt, fl-Istitut Kattoliku, u l-Marsa Sports Ground, fil-Malta Sajf Festival u darba daqqew7 fuq TVM.8

Darb’oħra daqqew fil-pjazza t-Tokk, ir-Rabat, f’kompetizzjoni ma’ band mix-Xagħra, Four Way, u rebħu u ħadu ċertifikat. Charlie kellu ħabta jqum minn fuq il-banketta biex idoqq id-drums iktar bis-saħħa, u dakinhar, f’ħin minn dawn, John neħħielu l-banketta minn warajh, imma Charlie mid-daħk tan-nies induna fl-aħħar sekonda, u evita li jaqa’.

Intant, matul it-tmien snin ta’ Spider Trash Band kien inevitabbli li ma jkunx hemm tibdil fil-membri. Għall-bidu kienu Charlie (dejjem drums), John, Raymond u Lorry (li kien reġa’ lura mis-safar wara ftit xhur). U hekk kienu meta rrekordjaw id-diska. Imma ftit wara Raymond emigra lejn l-Awstralja, u jerġa’ Lorry kellu jħalli għax sab xogħol Malta. Imma reġa’ daħal Peter Vella (dejjem base) u bħala trio (Charlie, John, Peter) damu l-biċċa l-kbira tal-fażi ta’ dan il-grupp. Inċidentalment it-taħriġ kien isir f’dar fi Triq Grunju, għal xi żmien iċ-Ċentru (fil-kantini), u mbagħad, il-biċċa l-kbira, fid-dar ta’ Charlie fi Triq Xandriku.

Imma, kif inevitabbli jiġri dejjem fl-istejjer tal-pop groups, inqala’ xi diżgwid fost il-membri. L-aħħar li daqqew bħala Spider Trash Band kien f’Marsalforn fl-Lulju, 1985.

Wara ftit Charlie ġie avviċinat biex idoqq ma’ grupp mir-Rabat, ir-Ride On, u hemm magħhom dam idoqq għal ħames snin. Allura, matul dawn is-snin, 1985 sal-1990, in-Nadur ma kellux pop group. Però r-Ride On ġieli daqqew fil-karnival tan-Nadur.

l-eżamijiet, u ta’ żgħażagħ moħħ ir-riħ li kienu, għamlu ċajta fuq l-istatwa ta’ Ninu Cremona li hemm fil-qrib. (Għamlulu organu sesswali tat-tafal. L-għada kmieni filgħodu, il-purtinara neħħietu bi xkupa). Dakinhar kienu daqqew mal-grupp Malti Xesame li kien għadu jibda.7 Jew aħjar il-mużika tagħhom għax huma kienu mima.8 Dakinhar hekk kif kienu ħerġin mill-bini, Lorry weġġa’ idu u l-grupp kellu jgħaddi l-isptar San Luqa.

Loose EndsGħalkemm Charlie kien kuntent mar-Ride On, però dejjem xtaq li jerġa’ jkollu grupp tiegħu min-Nadur. Għalhekk meta fl-1990 Raymond Galea kien ġie lura mill-Awstralja u ħuh Lorry kien reġa’ beda jaħdem Għawdex, reġgħu bdew id-diskussjonijiet. Avviċinaw lil Philip Camilleri min-Nadur li kien jaf idoqq il-kitarra, u dawn l-erbgħa flimkien qablu li jiffurmaw grupp ġdid. L-isem Loose Ends għażlu Raymond Galea9. Wara xitwa u rebbiegħa ta’ taħriġ fid-dar ta’ Philip, Triq Ħanaq, huma daqqew l-ewwel darba fil-Lejla Folkloristika u Ikla tradizzjonali tal-Imnarja ta’ dik is-sena. Dakinhar daqqew kanzunetta ġdida tagħhom ‘L-Għanja Nadurija’, kliem ta’ Charlie u mużika ta’ Raymond. Bdew tajjeb.

Il-parti kbira tal-mużika f’din il-fażi bikrija tal-Loose Ends, jiġifieri id-disgħinijiet kienet, barra dawk diġà msemmija kien hemm ta’ Tom Petty (Learning to Fly u Free Falling), Elton John (Crocodile Rock) u Ben E King (Stand by Me).

F’dawn iż-żminijiet kien hemm ukoll xi tibdil fil-membri. Philip telaq, minħabba x-xogħol wara madwar sentejn u floku daħal John Pace mix-Xewkija. Pace kien ex-Ride On li issa kienu spiċċaw. Imma wara xi sitt snin John Pace telaq u reġa’ daħal Philip u meta dan kellu jerġa’ jitlaq, għal xi ftit xhur kienu trio, (Charlie, Lorry u Raymond)10. Wara ftit però reġa’ daħal John Pace u minn dan iż-żmien, jiġifieri mill-1999 sal-lum baqgħu dejjem bl-istess format: Charlie, Lorry, Raymond u John.

F’dan iż-żmien it-tiġijiet u d-dances kienu ddominati mid-DJs. Pereżempju fl-1993, il-Loose Ends daqqew f’tieġ wieħed11. Madankollu matul is-snin daqqew f’ħafna postijiet xi wħud f’kunċerti ma’ gruppi oħra, pereż. ir-Rabat, (Astra, Aurora, Don Bosco, u Villa Rundle), każini tal-banda jew futbol, u bars f’ikliet u festi pereż.: ix-Xewkija, Ta’ Sannat u l-Qala12. Fin-Nadur għamlu żmien twil idoqqu dejjem fil-karnival u iktar riċenti fl-American Bar, Gebuba, Ta’ Nardu, u Xandrikufest.... u darba fil-Wine Festival. Daqqew ukoll ħdejn il-baħar pereż. Daħlet Qorrot, ir-Ramla u Mġarr ix-Xini kif ukoll fiż-żewg villeġġjaturi prinċipali, Marsalforn u x-Xlendi13 u fil-port tal-Imġarr.

F’Malta ħadu sehem kemm-il darba fil-Malta Sajf Festival, kif ukoll daqqew Paceville, Pembroke, Kennedy Grove u l-Qawra. Kienu jitilgħu magħhom Malta ħafna żgħażagħ fans.

9 Inċidentalmet, fl-1990, f’Londra kien ifforma grupp li sar popolari u li kellu dan l-isem, imma li apparentament Raymond ma kienx jaf bih.10 Dan it-tibdil kollu kien inevitabbli meta tqis li dawn il-membri ki-enu marbutin max-xogħol, familja u karigi oħra u l-grupp u l-mużika kien bħala passatemp u għal gost (għalkemm idaħħlu xi ħaġa wkoll).11 It-tieġ kien ta’ Joe Mejlak u Irene Muscat, it-tnejn min-Nadur. Joe llum għandu stazzjon meterjoloġiku fin-Nadur.12 Lejliet il-millenju sabhom għand Xerri il-Bukkett, il-Qala.13 Ix-Xlendi, fis-Sunshine Bar daqqew għal 18-il sajf konsekuttiv.

Kartolina tal-Milied tal-Loose Ends

Page 40: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

36

Nov '18

Ġieli wkoll daqqew f’parties kbar privati ġo farmhouses.

Però l-grupp huwa diżappuntat li f’dawn l-aħħar snin ma ġiex mistieden għall- avvenimenti f i n - N a d u r p a r t i k u l a r m e n t fil-Karnival meta huma kienu taw servizz għal dan l-avveniment għal tant snin. Fil-fatt kienu l-ewwel grupp li daqqew fil-karnival tan-Nadur, fil-pjazzetta, fl-1979. L - o r g a n i z z a t u r i donnhom jippreferu

joħorġu ħafna flus għall-barranin. Imbagħad, ngħiduha kif inhi, fl-iffullar, storbju, ħsejjes, għajjat, xorb, tbaħrid u ġenn li huwa l-karnival spontanju tan-Nadur, il-mużiċisti mistiedna altru li ma jridux idoqqu b’ħafna irfinar, anzi aktarx li jridu jgħollu l-volum kollu tal-apparat biex forsi jinstemgħu jew jisimgħu lil xulxin.

Ilum il-Loose Ends deħlin sew fiż-żmien14. U dan jidher fl-apparenza, partikularment ix-xagħar (jew aħjar in-nuqqas tiegħu) u ż-żaqq, (jew aħjar il-preżenza żejda). Madankollu l-mużika tajba għadha hemm u ladarba jdoqqu mill-qalb, jieħdu gost huma u min jismagħhom. Fost il-mużika li jdoqqu fil-preżent insibu Knocking on Heaven’s Door (Bob Dylan), Proud Mary (CCR), Smoke on the Water (Deep

14 Bħall-awtur, ilhom eliġibbli għall-‘karta anzjan’.

Purple), Candle in the Wind (Elton John) u Hey Joe (Jimi Hendrix).15 Fil-preżent it-taħriġ jagħmluh ix-Xewkija.

Intant, it-tibdil soċjali fin-Nadur għadu għaddej b’ritmu mgħaġġel ħafna. X’ser ikunu l-effetti soċjali tal-familji preżenti16, tal-influss qawwi tal-barranin, tal-medja soċjali17, u tan-nuqqas ta’ influwenza reliġjuża, diffiċli tgħid.

Jiġri x’jiġri, però, huwa probabbli ħafna li ma jerġax jitfaċċa, kmieni filgħodu, xi Bullews jgħajjat bil-pasti friski!

Ħajr lil: Roża Grech (omm l-awtur) Charlie Cutajar, Raymond Galea Joseph Muscat, Joseph Attard.

15 Kif jidher għadhom marbutin sewwa mal-passat.16 Tant żwiġijiet imfarrka, tant tqaliet barra ż-żwieġ, u tant tfal konfużi.17 Partikularment il-Facebook.

Loose Ends

L-Awtur mal-Loose Ends f'Xandriku Fest 2018

Page 41: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

37

Storja, Kultura u Attwalità

Ġużi Muscat

Bħalissa, Il-Kanonku Teżorier tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata tan-Nadur, Dun Anton Meilak, jinsab rikoverat fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara, Malta.

Id-Dar tal-Kleru tilqa’ saċerdoti djoċesani u reliġjużi li minħabba l-età, il-kundizzjoni ta’ saħħithom jew għax ikunu jgħixu weħidhom, ma jkunux jistgħu jkomplu jkunu ta’ servizz fil-komunità.

Kien Monsinjur Salvu Grima, li lura Malta wara snin ta’ ħidma fil-missjoni, xtaq li jkun hawn dar biex isservi bħala l-post ta’ mistrieħ u kenn għal saċerdoti anzjani. Il-ħolma tiegħu wettaqha f’Mejju tal-1964.

Dun Salv Grima twieled iż-Zejtun fil-11 ta’ Diċembru, 1909. Ġie ordnat Saċerdot fit-23 ta’ Diċembru, 1933, mill-Arċisqof Mawru Caruana fil-knisja ta’ San Pietru tas-Sorijiet Benedittini tal-Imdina. Mons. Grima miet fid-Dar tal-Kleru fis-27 ta’ Jannar, 1990.

L-imħabba lejn l-Ewkaristija u lejn is-Saċerdot kienu żewġ għanijiet ta’ ħajtu li hu ma firidhomx minn xulxin. Fis-Saċerdot kien jara lil Kristu. Imma b’differenza minn oħrajn, Mons Salvu Grima ħabb ukoll lis-Saċerdot marid u anzjan. Għalhekk lis-Saċerdot hu ried jagħtih għajnuna bil-mezzi kollha li Alla pprovdielu.

Fid-Dar tal-Kleru bħalissa hemm madwar 50 saċerdot. Kull filgħodu fid-9.30, dawk is-saċerdoti residenti fid-Dar tal-Kleru jinġabru fil-kappella biex jikkonċelebraw flimkien l-Ewkaristija. Minn xi ħin qabel, ħafna minnhom jitħejjew mill-carers u wħud minnhom iwassluhom fuq il-wheelchairs. Hemm oħrajn li jmorru mwieżna bl-għajnuna tal-bastun, jew b’xi siġġu mekkaniku li jaħdem bil-batterija.

Ġeneralment fil-knejjes tagħna, il-konċelebrazzjoni tieħu xejra ta’ sollennità. Iżda fid-Dar tal-Kleru, il-konċelebrazzjoni titmexxa bl-akbar sempliċità. Ma jkunux jistgħu jtawlu minħabba l-mard ta’ wħud mis-saċerdoti. Għal din ir-raġuni jkun hemm atmosfera sabiħa ta’ ġabra u talb bla xejn ma jtellef. Is-Saċerdoti li jieħdu sehem fil-Konċelebrazzjoni jiġu mlibbsa stola.

Wieħed mill-mumenti importanti tal-quddiesa hu t-Tqarbin. Bi tħejjija, iċ-ċelebrant prinċipali jistieden lis-Saċerdoti sħabu jagħtu l-Paċi lil xulxin. Jagħmlu dan il-ġest bil-qalb: min ixejjer b’idu, minn jieħu b’idejn ħaddieħor li jkun ħdejh, u minn jagħti t-tislima bil-fomm. Wara, iċ-ċelebrant imur fuq kull saċerdot bil-kalċi u ċ-Ċiborju biex huma stess, fejn jistgħu, jitqarbnu bil-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu.

Filgħaxija, uħud minnhom jerġgħu jinġabru fil-kappella għar-Rużarju Mqaddes quddiem is-Ssmu. Sagrament espost u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Ħolqa importanti fid-Dar tal-Kleru hi komunità ta’ sorijiet bl-isem: “Qaddejja taċ-Ċenaklu” li twaqqfet minn Monsinjur Salv Grima fl-1964 ukoll.

Iċ-Ċenaklu kien il-post li fih Ġesù waqqaf kemm l-Ewkaristija kif ukoll is-Saċerdozju. Dan l-isem ried ifisser il-vokazzjoni tagħhom. Jissejħu r-ruħ tad-Dar tal-Kleru għaliex huma janimaw din id-Dar bil-preżenza u bil-ħidma dedikata tagħhom.

Il-għaxar sorijiet li jiffurmaw din il-komunità huma uniċi fid-dinja, b’dawk fosthom kwalifikati bħala infermiera jieħdu ħsieb il-kura tas-saċerdoti u oħrajn impenjati fix-xogħol ta’ kuljum fid-dar. Hemm impjegati oħra tad-dar u xi voluntiera. Waħda mis-sorijiet fid-Dar tal-Kleru hija mir-Rabat ta’ Għawdex.

Il-missjoni tagħhom hija waħda spiritwali msejsa fuq il-vokazzjoni li tgħin lil dawk vulnerabbli, speċjalment is-saċerdot anzjan u marid.

Dawk li jixtiequ jmorru jżuru lil Kan Dun Anton Meilak, jaqbdu l-karozza tal-linja Nru 42 (Malta Public Transport) miċ-Ċirkewwa li tkun għal Belt iżda tgħaddi minn Fleur de Lys u l-Ħamrun. Xħin tkun fil-bidu tat-Triq Fleur de Lys, kif taqbeż dak li kien l-istazzjon tal-ferrovija, f’Birkirkara, inżel fil-Bus Stop jismu Spinelli, aqsam it-triq u fit-triq tal-faċċata tara d-Dar tal-Kleru quddiemek.

ID-DAR TAL-KLERU

Id-Dar tal-Kleru Martinu Camilleri (xellug) izur lil Dun Anton Meilak (lemin)

Page 42: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

38

Nov '18

Tel: 79558600.

Page 43: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

LUMINARIA Nov '18

39

Cadillac Garage Joe Camilleri Panel Beating

Spray PaintingRust Treatment

Colour MatchingCar Bench

Chassis Alignment

ANTHONY’S FURNITUREG˙al kull xorta ta’ xog˙ol fl-injam

Jawgura l-festa t-tajba lin-Nadurin kollha.“Mater Dolorosa”

Phone: 2155 2251 Triq Ta’ Grunju,Mobile: 9944 6107 Nadur, G˙awdex

VOgUEta’

Pjazza San Pietru u San Pawl,Nadur

Jawgura l-festa t-tajba lin-Nadurin kollha.

N.B. Qortin Str., Tel: 2155 1640, 2156 1021Nadur, Gozo. Mob: 9984 7071

CHARLES CAMILLERI & CO. LTD.Flat 19/20, NADUR HEIGHTS,

Our Lady of Fatima Street, Nadur - Gozo.

Plots g˙all-bejg˙: fil-Munxar, San Lawrenz, u fit-Triq tal-G˙ajnFlats g˙all-bejg˙: F’Marsalforn, Nadur, Triq tal-G˙ajn u San Lawrenz.Djar u Bungalows fin-Nadur u Triq tal-G˙ajnGarages fin-Nadur, Marsalforn, San Lawrenz u fit-Triq tal-G˙ajnG˙al kull tag˙rif, irrikorru fl-indirizz ta’ hawn fuq jewçemplu: 2155 6895

ITALJA - AWSTIJA24 - 31 ta’ Lulju

Milano-Desenzano-TorinoLago di Garda-DolomitiCinque Terre-Innsbruck

NuΩaw Hotel wa˙da fiç-çentru ta’ DesenzanoBreakfasts Buffet u Çeni

bix-xorb inkluΩ

Programmi: KDM TRAVEL, It-Tokk - VictoriaOrganiΩΩatur u Tour Leader: Paul M. Cassar,

60 Triq Vajrin©a, Victoria. Tel: 21551004 - 79021033

Email: [email protected]

ITALJA ÇENTRALI21 t’Awissu -

4 ta’ Settembru

Ruma-San Giov. Rotondo(P.Pio)Assisi- Pietrelcina-Lanciano

NuΩaw 2 hotels fiç-çentru ta’ Ruma u S.G.RotondoBreakfasts Buffet u Çeni

bix-xorb inkluΩ

Din-is-sena, il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl f’Melbourne, Awstralja, ġiet iċċelebrata nhar is-Sibt, 30 ta’ Ġunju waqt Dinner Dance li sar f’Taylors Lake.

Il-Ħadd, 1 ta’ Lulju, waranofsinhar, saret quddiesa fis-St. Bernadette’s Community Centre minn Fr Dennis Carabott u wara nżammet purċissjoni bl-istatwa ta’ San Pietru u San Pawl.

IL-FESTA TAL-IMNARJA F’MELBOURNE, AWSTRALJA – 2018

Page 44: LUMINARIA - nadurparish.com · LUMINARIA Nov '18 1 BORD EDITORJALI Ħarġa Nru. 130 Nov-Diċ 2018 • L-Erbgħa u Tletin Sena • Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa

Nov '18

Dan huwa l-ammont ta’ xita f’millimetri li tkejlet fin-Nadur mill-1 ta’ Ġunju, sat-30 ta’ Settembru, 2018:

Joe Meilak – 01/06/2018 Nadur Weather Observatory

ĠUNJU 2018 Total mill-1/9/2017

25 5.0 467.0

(18.39 pulzieri)

TOTAL: 5.0 mm (0.20 pulzieri)

SETTEMBRU 2018 Total mill-1/9/2017

20 1.6 1.6

21 6.4 8.0

24 2.8 10.8 mm (0.43 pulzieri)

TOTAL: 10.8 mm (0.43 pulzieri)

AWWISSU 2018 Total mill-1/9/2017

5 1.0 468.0

20 7.4 475.4

22 21.4 496.8mm (19.56 pulzieri)

TOTAL: 29.8 mm (1.17 pulzieri)

Noti:

· Dan is-sajf kien wieħed sħun, iżda ma kellniex sħana eċċessiva. Ftit kienu dawk il-jiem li t-temperatura qabżet it-32oC (90OF) fin-Nadur. L-iljieli kienu sħan b’temperatura ta’ 23-25oC (73-77oF) tul prattikament dawn l-erba’ xhur kollha.

· Bħala xita, Awwissu tana ammont mhux ħażin, meta normalment ma jtina kważi xejn. Forsi dan jindika li se jkollna staġun tax-xita tajjeb wara diversi snin ta’ nuqqas ta’ xita. Settembru ma tantx kien imxarrab, għax tana biss nofs l-ammont li niżel f’Awwissu. Nistennew u nittamaw li x-xhur tal-ħarifa u tax-xitwa li ġejjin jagħtuna ammont sostanzjali ta’ xita.

LULJU 2018 Total mill-1/9/2017

Xejn

TOTAL: 2.0 mm (0.08 pulzieri)