TGĦALLMU MIN NEMLU - nadurparish.com · PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex...

1
PARROĊĊA TASAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 Dar Parrokkjali: 21560501 www. nadurparish.com 19 taAwwissu, 2018 AVVIŻI OĦRAJN: MANIFESTAZZJONI MARJANA: nhar it-Tlieta 21 taAwwissu fMarsalforn. Tibda fis- 7.00p.m. bir-rużarju u dri wara, il-quddiesa. Jitlaq it-trasport minn San Blas fis- 6.30p.m. L-GĦAQDA ARMAR TRIQ IT-TRAMUNTANA: se torganizza quddiesa fil-beraħ nhar l- Erbgħa 22 taAwwissu fi Triq it-Tramuntana quddiem l-istatwa tal-Madonna tar-Raġġi fit-8.00p.m. fl-okkażjoni tal-festa tal-Imqaddsa Verġni Marija Reġina. Il-quddiesa ser tkun offruta bsuffraġju taruħ Kan. Dun Ġużepp Portelli li kien residen fit-triq tagħna, Marija Grima u għall-benefauri mejn kollha tal-istess triq. Tingħata ira tal- okkażjoni. Il-KUMITAT TAL-BANDA MNARJA: se jorganizza tombla kbira fil-pjazza nhar l-Erbgħa 22 taAwwissu fis-7.30p.m. Ikun hemm trasport minn kullimkien. L-GĦAQDA TAN-NAR SAN PIETRU U SAN PAWL: se torganizza ġita għal Kemmuna nhar l-Erbgħa 22 taAwwissu. Id-dgħajsa tlaq mill-Imġarr fil-5.30p.m. Mal-wasla, għawma fil-Blue Lagoon, appezers, għawm u BBQ (chicken/pork). Nirritornaw fil- 11.00p.m. Il-prezz tal-kbar €25 u tat-al €15. Għal aktar dealji stgħu ċċemplu fuq 99803133 / 99821364 / 79306476. Tilfux din il-lejla mill-isbaħ. L-istess għaqda se torganizza wkoll majjalata nhar il-Ħadd 26 taAwwissu fis-7.00p.m. fi Ġnien il-Kunsill. Il-prezz tal-kbar €12 u tat-al (taħt l-10 snin) €6. Ikun hemm il-mużika live minn Freddie Portelli (il-Gozo Boy). Biex bbukkjaw ċemplu fuq 99803133 / 99821364 / 79306476. L-GĦAQDA ARMAR DIĊEMBRU 13: se torganizza Country Night BBQ fi Ġnien il-Kunsill nhar il-Ġimgħa 24 taAwwissu fis-7.30p.m. Misedna speċjali Marisa DAmato. Il-bilje jinkisbu mingħand il-membri tal-kumitat jew ċemplu fuq 99101957 / 79279305. Ingħaqdu magħna u eħdu gost żgur. Sissa 314 persuna taw €50 għall-bini taċ-Ċentru Ħdud u Fes: 5:15am; 6:30am; 8:00am; 9:15am; 10:30am; 11:45am; 5:00pm; 7.00pm. Matul il-Ġimgħa: 5:15am; 6:00am; 7:00am; 7:45am; 9:00am; 5:30pm; 7:15pm. Is-Sibt filgħaxija: 6:00pm; 7:30pm SORIJIET: 6:30am; il-Ħadd: 6:15am; 10:15am (bl-Ingliż) KNISJA TAL-QALB TAĠESÙ: 11:30am; il-Ħadd: 7:00am KAPPELLA TAKENUNA: il-Ħadd: 7.15am. ĦIN TAL-QUDDIES Meta konna fl-iskola primarja kienu jirrakkontawlna dik l- istorja li tgħid li xħin ġie s-sajf, in-nemlu ġabar l-ikel għax-xitwa filwaqt li l-werżieq qagħad jgħanni u ma ħaseb għalxejn. Ġiet l- ewwel xita fl-aħħar tas-sajf u n-nemel inġabar fdaru jiekol minn dak li ġabar. Il-werżieq tkaxkar mal-wied. It-tagħlima hija ovvja. Fil-ħajja trid tħejji ruħek, sewwa għall- istat tal-ħajja u anke għal- laqgħa mal-Mulej. Il-ħajja tagħna l-bnedmin tant hija prezzjuża li biha nistgħu nwequ tant proġe u anke nistgħu ninvestu fil-futur maAlla. Huwa faċli li ninsew dan u jiġrilna bħas-sultan. Isimgħu storja oħra: Filgħaxija wara ċ-ċena s-sultan sejjaħ lill-buffu egħu biex idaħħqu ſtit. Il-buffu qasmu bid-daħq lis-sultan. Tant ħa pjaċir is- sultan li qalal-kuruna minn fuq rasu u taha lill-buffu egħu. Qallu, Din il-kuruna ha biss lil xi ħadd li jkun buffu aktar minnek”. Għaddew is-snin u s-sultan kien agunija fis-sodda. Il-buffu mar jarah. Is-sultan, bejn nifs u ieħor qal lill- buffu, Sejjer fuq l-aħħar vjaġġ u nħoss li ma ħejjejt xejn għall-vjaġġ”. Qallu l- buffu, Mela hu din il-kuruna għax sibt buffu ikbar minni. Bniedem li se jivjaġġa mingħajr ma ħejja xejn għall-vjaġġ”. Nitgħallmu min-nemla u mill-buffu. L-Arċipriet TGĦALLMU MIN-NEMLU

Transcript of TGĦALLMU MIN NEMLU - nadurparish.com · PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex...

Page 1: TGĦALLMU MIN NEMLU - nadurparish.com · PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 • Dar Parrokkjali: 21560501 • www. nadurparish.com ta ’

PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 • Dar Parrokkjali: 21560501 • www. nadurparish.com

19

ta

’ Aw

wis

su, 2

01

8

AVVIŻI OĦRAJN:

MANIFESTAZZJONI MARJANA: nhar it-Tlieta 21 ta’ Awwissu f’Marsalforn. Tibda fis-7.00p.m. bir-rużarju u dritt wara, il-quddiesa. Jitlaq it-trasport minn San Blas fis-6.30p.m.

L-GĦAQDA ARMAR TRIQ IT-TRAMUNTANA: se torganizza quddiesa fil-beraħ nhar l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu fi Triq it-Tramuntana quddiem l-istatwa tal-Madonna tar-Raġġi fit-8.00p.m. fl-okkażjoni tal-festa tal-Imqaddsa Verġni Marija Reġina. Il-quddiesa ser tkun offruta b’suffraġju ta’ ruħ Kan. Dun Ġużepp Portelli li kien residenti fit-triq tagħna, Marija Grima u għall-benefatturi mejtin kollha tal-istess triq. Tingħata tifkira tal-okkażjoni.

Il-KUMITAT TAL-BANDA MNARJA: se jorganizza tombla kbira fil-pjazza nhar l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu fis-7.30p.m. Ikun hemm trasport minn kullimkien.

L-GĦAQDA TAN-NAR SAN PIETRU U SAN PAWL: se torganizza ġita għal Kemmuna nhar l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu. Id-dgħajsa titlaq mill-Imġarr fil-5.30p.m. Mal-wasla, għawma fil-Blue Lagoon, appetizers, għawm u BBQ (chicken/pork). Nirritornaw fil-11.00p.m. Il-prezz tal-kbar €25 u tat-tfal €15. Għal aktar dettalji tistgħu ċċemplu fuq 99803133 / 99821364 / 79306476. Titilfux din il-lejla mill-isbaħ. L-istess għaqda se torganizza wkoll majjalata nhar il-Ħadd 26 ta’ Awwissu fis-7.00p.m. fi Ġnien il-Kunsill. Il-prezz tal-kbar €12 u tat-tfal (taħt l-10 snin) €6. Ikun hemm il-mużika live minn Freddie Portelli (il-Gozo Boy). Biex tibbukkjaw ċemplu fuq 99803133 / 99821364 / 79306476.

L-GĦAQDA ARMAR DIĊEMBRU 13: se torganizza Country Night BBQ fi Ġnien il-Kunsill nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Awwissu fis-7.30p.m. Mistiedna speċjali Marisa D’Amato. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-kumitat jew ċemplu fuq 99101957 / 79279305. Ingħaqdu magħna u tieħdu gost żgur.

S’issa 314 persuna taw €50 għall-bini taċ-Ċentru

Ħdud u Festi: 5:15am; 6:30am; 8:00am; 9:15am; 10:30am; 11:45am; 5:00pm; 7.00pm. Matul il-Ġimgħa: 5:15am; 6:00am; 7:00am; 7:45am; 9:00am; 5:30pm; 7:15pm. Is-Sibt filgħaxija: 6:00pm; 7:30pm SORIJIET: 6:30am; il-Ħadd: 6:15am; 10:15am (bl-Ingliż) KNISJA TAL-QALB TA’ ĠESÙ: 11:30am; il-Ħadd: 7:00amKAPPELLA TA’ KENUNA: il-Ħadd: 7.15am.

ĦIN TAL-QUDDIES

Meta konna fl-iskola primarja kienu jirrakkontawlna dik l-

istorja li tgħid li xħin ġie s-sajf, in-nemlu ġabar l-ikel għax-xitwa

filwaqt li l-werżieq qagħad jgħanni u ma ħaseb għalxejn. Ġiet l-

ewwel xita fl-aħħar tas-sajf u n-nemel inġabar f’daru jiekol minn

dak li ġabar. Il-werżieq tkaxkar mal-wied.

It-tagħlima hija ovvja. Fil-ħajja trid tħejji ruħek, sewwa għall-

istat tal-ħajja u anke għal-

laqgħa mal-Mulej. Il-ħajja

tagħna l-bnedmin tant hija

prezzjuża li biha nistgħu

nwettqu tant proġetti u anke

nistgħu ninvestu fil-futur ma’ Alla. Huwa faċli li ninsew dan u

jiġrilna bħas-sultan. Isimgħu storja oħra:

Filgħaxija wara ċ-ċena s-sultan sejjaħ lill-buffu tiegħu biex

idaħħqu ftit. Il-buffu qasmu bid-daħq lis-sultan. Tant ħa pjaċir is-

sultan li qala’ l-kuruna minn fuq rasu u taha lill-buffu tiegħu.

Qallu, “Din il-kuruna tiha biss lil xi ħadd li jkun buffu aktar

minnek”. Għaddew is-snin u s-sultan

kien agunija fis-sodda. Il-buffu mar

jarah. Is-sultan, bejn nifs u ieħor qal lill-

buffu, “Sejjer fuq l-aħħar vjaġġ u nħoss

li ma ħejjejt xejn għall-vjaġġ”. Qallu l-

buffu, “Mela hu din il-kuruna għax sibt

buffu ikbar minni. Bniedem li se jivjaġġa

mingħajr ma ħejja xejn għall-vjaġġ”.

Nitgħallmu min-nemla u mill-buffu.

L-Arċipriet

TGĦALLMU MIN-NEMLU