ŻGĦAŻAGĦ MISSJONI - nadurparish.com · PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex...

1
PARROĊĊA TASAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 Dar Parrokkjali: 21560501 www. nadurparish.com 21 taOubru, 2018 Bħalissa hemm mijiet taisqfijiet u żgħażagħ mid-dinja kollha fRuma, jiddiskutu fuq ir- rwol taż-żgħażagħ fil-Knisja u fid-dinja tal-lum. Fil-ħafna diskussjonijiet li saru sissa ħarġu xi affarijiet interessan. Se nsemmilkom ſtit minnhom: Filwaqt li xi wħud qalu li rridu nisimgħu liż-żgħażagħ oħrajn emfazzaw iktar li rridu nxandrulhom lil Kristu. Qabel il-vokazzjoni jrid ikun hemm it-tħabbir tal-Vanġelu. Is-sempliċità taħajja u fidi ħajja. Għoddaimportan għaż-żgħażagħ: talb, silenzju għar-riflessjoni, l-Ewkarisja, il- qrar, dixxerniment. Importan li ż-żgħażagħ jagħmlu laqgħa personali maKristu. Għalkemm il-fidi għandha d-dimensjoni soċjali u polika tagħha, f ħafna żgħażagħ hemm rejecon għall-ideoloġiji u l-polika. Fl-istess ħin jixequ jgħixu fidi awtenka billi jibdlu d-dinja għall-aħjar. Bl-esperjenzi missjunarji li jagħmlu ż-żgħażagħ jinħoloq spazju fejn il-fidi u l- vokazzjoni kber. Hawnhekk insemmi li Papa Franġisku fil-messaġġ għall-jum missjunarju tadis-sena semma li meta ż-żgħażagħ jagħmlu esperjenza missjunarja iktar ikun hemm ċans li huma jidħlu għall-vokazzjoni saċerdotali u missjunarja. Fil-parroċċa tagħna għandna l-barka bil-ħidma fil-Mużew, iċ-Ċentru Parrokkjali u l- għaqdiet favur l-adolexxen u ż-żgħażagħ tagħna. Fis-Sinodu ssemmew il-gruppi żgħar fejn min jakkumpanja u jifforma, jismau jara xinhu importan għaż-żgħażagħ. Minn hawn nixeq mill-ġdid nirringrazzja lill-mijiet tapersuni li għamlu l-offerta ta50ewro għall-bini taċ-ċentru. L-għotja tagħkom turi li temmnu fil-ħidma li qed issir maż- żgħażagħ. L-Arċipriet AVVIŻI OĦRAJN: FESTA TASAN DIMITRI: dan il-Ħadd 21 taOubru se ġi ċċelebrata l-festa tal-Qaddis Dimitri fl-Għarb, fil-kappella ddedikata lilu. Se jkun hemm avitajiet għall-familja kollha mill-11.00a.m. l quddiem. DAR DUN FRANĠISK GRIMA: se jagħmlu żjara lill-assoċjazzjoni Oasi nhar il-Ħamis 25 taOubru. Jiltaqgħu ħdejn iċ-Ċentru fid-9.30a.m. Min hu interessat jinkiteb fl-Uffiċċju Parrokkjali. GĦARAJJES FMALTA: il-laqgħat għall-għarajjes fMalta se jibdew nhar il-Ħamis 25 taOubru fDar San Ġużepp, Santa Venera, Malta. Il-laqgħa bda fis-7.00p.m. Inħeġġu lill-ġenituri li jaqraw dan l-avviż u li għandhom uliedhom għarajjes fMalta, biex jekk huma interessa, jieħdu sehem. Il-laqgħat se jitmexxew minn Dun Anton Theuma. FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TASAN KORONATU: ser ġi organizzata ikla buffet fTaKenuna Restaurant nhar il-Ħadd 11 taNovembru fnofsinhar. Il-prezz tal-kbar €20 u tat-al €10. Bilje jinkisbu mill- Uffiċċju Parrokkjali. Telefown: 21551649 jew mowbajl 79551778 u 79237505. LEĦEN: l-abbona ta’ ‘Leħenli jixequ jġeddu l-abbonament għas- sena 2019 permezz tal-Uffiċċju Parrokkjali huma mitluba li jġibu magħhom l-applikazzjoni li dher fil-Leħenu l-ħlas tal-abbonament ta€40. ĠABRA GĦALL-HOSPICE MOVEMENT: il-ġabra li saret fl-aħħar weekend taSeembru brisq il-Hospice Movement fil-parroċċi tGħawdex, kienet ta15,785ewro. Huma jirringrazzjaw lill-parroċċi għall-għajnuna u l-ospitalità tal-komunità Għawdxija. Sissa 365 persuna taw €50 għall-bini taċ-Ċentru Ħdud u Fes: 5:15am; 6:30am; 8:00am; 9:15am; 10:30am; 11:45am; 4:30pm; 7.00pm. Matul il-Ġimgħa: 5:15am; 6:00am; 7:00am; 7:45am; 9:00am; 4:30pm; 6:30pm. Is-Sibt filgħaxija: 5:00pm; 6:30pm SORIJIET: 6:30am; il-Ħadd: 6:15am; 10:15am (bl-Ingliż) KNISJA TAL-QALB TAĠESÙ: 11:30am; il-Ħadd: 7:00am KAPPELLA TAKENUNA: il-Ħadd: 7.15am. ĦIN TAL-QUDDIES ŻGĦAŻAGĦ BMISSJONI

Transcript of ŻGĦAŻAGĦ MISSJONI - nadurparish.com · PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex...

PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 • Dar Parrokkjali: 21560501 • www. nadurparish.com

21

ta

’ Ott

ub

ru, 2

01

8

Bħalissa hemm mijiet ta’ isqfijiet u żgħażagħ mid-dinja kollha f’Ruma, jiddiskutu fuq ir-

rwol taż-żgħażagħ fil-Knisja u fid-dinja tal-lum. Fil-ħafna diskussjonijiet li saru s’issa ħarġu

xi affarijiet interessanti. Se nsemmilkom ftit minnhom:

Filwaqt li xi wħud qalu li rridu nisimgħu liż-żgħażagħ oħrajn emfatizzaw iktar li rridu

nxandrulhom lil Kristu. Qabel il-vokazzjoni jrid ikun hemm it-tħabbir tal-Vanġelu.

Is-sempliċità ta’ ħajja u fidi ħajja.

“Għodda” importanti għaż-żgħażagħ: talb, silenzju għar-riflessjoni, l-Ewkaristija, il-

qrar, dixxerniment.

Importanti li ż-żgħażagħ jagħmlu laqgħa personali ma’ Kristu.

Għalkemm il-fidi għandha d-dimensjoni soċjali u politika tagħha, f’ħafna żgħażagħ

hemm rejection għall-ideoloġiji u l-politika. Fl-istess ħin jixtiequ jgħixu fidi awtentika

billi jibdlu d-dinja għall-aħjar.

Bl-esperjenzi missjunarji li jagħmlu ż-żgħażagħ jinħoloq spazju fejn il-fidi u l-

vokazzjoni tikber. Hawnhekk insemmi li Papa Franġisku fil-messaġġ għall-jum

missjunarju ta’ dis-sena semma li meta ż-żgħażagħ jagħmlu esperjenza missjunarja

iktar ikun hemm ċans li huma jidħlu għall-vokazzjoni saċerdotali u missjunarja.

Fil-parroċċa tagħna għandna l-barka bil-ħidma fil-Mużew, iċ-Ċentru Parrokkjali u l-

għaqdiet favur l-adolexxenti u ż-żgħażagħ tagħna. Fis-Sinodu ssemmew il-gruppi żgħar

fejn min jakkumpanja u jifforma, jisma’ u jara x’inhu importanti għaż-żgħażagħ.

Minn hawn nixtieq mill-ġdid nirringrazzja lill-mijiet ta’ persuni li għamlu l-offerta ta’

50ewro għall-bini taċ-ċentru. L-għotja tagħkom turi li temmnu fil-ħidma li qed issir maż-

żgħażagħ.

L-Arċipriet

AVVIŻI OĦRAJN:

FESTA TA’ SAN DIMITRI: dan il-Ħadd 21 ta’ Ottubru se tiġi ċċelebrata l-festa tal-Qaddis Dimitri fl-Għarb, fil-kappella ddedikata lilu. Se jkun hemm attivitajiet għall-familja kollha mill-11.00a.m. ’l quddiem.

DAR DUN FRANĠISK GRIMA: se jagħmlu żjara lill-assoċjazzjoni Oasi nhar il-Ħamis 25 ta’ Ottubru. Jiltaqgħu ħdejn iċ-Ċentru fid-9.30a.m. Min hu interessat jinkiteb fl-Uffiċċju Parrokkjali.

GĦARAJJES F’MALTA: il-laqgħat għall-għarajjes f’Malta se jibdew nhar il-Ħamis 25 ta’ Ottubru f’Dar San Ġużepp, Santa Venera, Malta. Il-laqgħa tibda fis-7.00p.m. Inħeġġu lill-ġenituri li jaqraw dan l-avviż u li għandhom uliedhom għarajjes f’Malta, biex jekk huma interessati, jieħdu sehem. Il-laqgħat se jitmexxew minn Dun Anton Theuma.

FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ SAN KORONATU: ser tiġi organizzata ikla buffet f’Ta’ Kenuna Restaurant nhar il-Ħadd 11 ta’ Novembru f’nofsinhar. Il-prezz tal-kbar €20 u tat-tfal €10. Biljetti jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali. Telefown: 21551649 jew mowbajl 79551778 u 79237505.

LEĦEN: l-abbonati ta’ ‘Leħen’ li jixtiequ jġeddu l-abbonament għas-sena 2019 permezz tal-Uffiċċju Parrokkjali huma mitluba li jġibu magħhom l-applikazzjoni li tidher fil-’Leħen’ u l-ħlas tal-abbonament ta’ €40.

ĠABRA GĦALL-HOSPICE MOVEMENT: il-ġabra li saret fl-aħħar weekend ta’ Settembru b’risq il-Hospice Movement fil-parroċċi t’Għawdex, kienet ta’ 15,785ewro. Huma jirringrazzjaw lill-parroċċi għall-għajnuna u l-ospitalità tal-komunità Għawdxija.

S’issa 365 persuna taw €50 għall-bini taċ-Ċentru

Ħdud u Festi: 5:15am; 6:30am; 8:00am; 9:15am; 10:30am; 11:45am; 4:30pm; 7.00pm. Matul il-Ġimgħa: 5:15am; 6:00am; 7:00am; 7:45am; 9:00am; 4:30pm; 6:30pm. Is-Sibt filgħaxija: 5:00pm; 6:30pm SORIJIET: 6:30am; il-Ħadd: 6:15am; 10:15am (bl-Ingliż) KNISJA TAL-QALB TA’ ĠESÙ: 11:30am; il-Ħadd: 7:00amKAPPELLA TA’ KENUNA: il-Ħadd: 7.15am.

ĦIN TAL-QUDDIES

ŻGĦAŻAGĦ B’MISSJONI