FESTA LI TKOMPLI - nadurparish.com · PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex...

1
PARROĊĊA TASAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 Dar Parrokkjali: 21560501 www. nadurparish.com 7 taLulju, 2019 FESTA LI TKOMPLI Mill-ġdid nirringrazzjaw lil dawk il-mijiet ta’ persuni li ħadmu u stinkaw favur il-festa. Il-festa ma sseħħx biss b’dak li jsir fuq barra u fil-knisja. Il-festa hija ġrajja li tmissna fil-fond tal-qalb tagħna. Is-sodisfazzjon ma jkunx biss għax “irnexxiet”, imma wkoll għax aħna nieħdu gost li niċċelebraw flimkien u niltaqgħu mal-Mulej flimkien, bħala komunità. Issa l-festa se tkompli għax aħna kontinwament ngħixu mal-Mulej li huwa l-festa tagħna. Dan l-aħħar temmejt naqra ktieb tat-tabiba Taljana Chiara Castellani, liema ktieb għandu t-titlu, “Savana—On the Road”. Castellani għaddiet snin twal taħdem fir-Repubblika Demokratika tal-Congo. Fi tmiem il-ktieb għamlet riflessjoni: “Personalment naħseb li n-nuqqas ta’ twemmin f’Alla, li jinkarna fil-ġrajjiet tal-bniedem fuq l-art, ifisser li wieħed isofri l-kontradizzjonijiet tal-istorja, mingħajr ma jkun kapaċi jtihom skop u mingħajr ma jislet tama minnhom.” Issa qegħdin fis-sajf, għal ħafna minna huwa żmien li jkollna iktar ħin għall-mistrieħ, għall-baħar, għall-qari u għal xi vaganza. Huwa żmien tajjeb ukoll biex naħsbu fuq kemm u kif Alla jaħdem fl-istorja tagħna. Il-festa trid tkompli. Issa huwa ż-żmien biex inkomplu naraw u nkomplu ngħixu ħajjitna kollha għad-dell tal-Mulej, għax aħna msejħin għall-ħajja miegħu. Filwaqt li l-festa tagħna tkompli, Chiara Castellani ssemmi wkoll dak li hija ssejjaħlu “l-eżodu bibliku” ta’ dawk l-eluf li jaqsmu l-baħar għax imġegħlin “biex jeħilsu mill-gwerer, mill-vjolenza u mill-mard.” Filwaqt li għalina s-sajf jiġi biex niksbu l-forza mill-ġdid, ma ninsewx lil dawk li qed jitħabtu biex litteralment iżommu fuq wiċċ l-ilma. Ħadd ma jlumni jekk ngħid li dawn ukoll għandhom dritt li jgħixu l-ħajja bħallikieku tkun festa. Insellem lil kulħadd. U mill-ġdid grazzi ta’ kulma tagħmlu biex nagħmlu mill-ħajja tagħna fil-Knisja festa kontinwa. L-Arċipriet AVVIŻI OĦRAJN: IL-KUMITAT TAL-BANDA: se jagħmel tombla kbira nhar il-Ħamis 11 taLulju fil-pjazza San Pietru u San Pawl. Il-ħin ikun fis-7.30pm. se jorganizza ġita għall-Fiera l-Kbira nhar is-Sibt 13 taLulju. Tluq mal-vapur tal-4.30pm. Bilje mill-banka tal-lou jew mingħand xi membru tal-kumitat. NIRRINGRAZZJAW lil ħafna volunera li jagħmlu ħafna xogħol minn wara l-kwin. Illum minn din il-folja tal-bullen nirringrazzjaw lil Nancy Portelli li għat-eni darba rregalat se folders ġodda għall-kor Jubilate Deo. Nirringrazzjaw ukoll lil Maria Bugieg li ħadet l-inkarigu li bdel il-jackets li fihom ġi arkivjata l-mużika tal-istess kor. L-GĦAQDA ARMAR DIĊEMBRU 13: tavża li fil-loerija li għamlu tal-inkwatru taSan Pietru u San Pawl, telgħet fih Valerie Said li toqgħod ix-Xagħra, bin-numru tal-bilje 388 (AB 686927) kulur aħdar. Ħin tal-Quddies SHUTDOWN TAR-RADJU Id-direzzjoni taRadju Luminarja tavża li r- radju komunitajru tagħna se jkun magħluq mis-7 taLulju u jiſtaħ mill-ġdid fis-17 taAwwissu li ġej. Lil dawk kollha li jgħinu fir-radju nawgurawlhom ſtit jiem tamistrieħ mistħoqq. Ħdud u Fes: 5:15am; 6:30am; 8:00am; 9:15am; 10:30am; 11:45am; 5:00pm; 7.00pm. Matul il-Ġimgħa: 5:15am; 6:00am; 7:00am; 7:45am; 9:00am; 5:30pm; 7:15pm. Is-Sibt filgħaxija: 6:00pm; 7:30pm SORIJIET: 6:30am; il-Ħadd: 6:15am; 10:15am (bl-Ingliż) KNISJA TAL-QALB TAĠESÙ: 11:30am; il-Ħadd: 7:00am KAPPELLA SANTA TEREŻA TAKALKUTTA: il-Ħadd: 7.15am.

Transcript of FESTA LI TKOMPLI - nadurparish.com · PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex...

Page 1: FESTA LI TKOMPLI - nadurparish.com · PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 • Dar Parrokkjali: 21560501 • www. nadurparish.com ta ’ FESTA

PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 • Dar Parrokkjali: 21560501 • www. nadurparish.com

7 t

a’ L

ulj

u, 2

01

9

FESTA LI TKOMPLI Mill-ġdid nirringrazzjaw lil dawk

il-mijiet ta’ persuni li ħadmu u stinkaw

favur il-festa. Il-festa ma sseħħx biss

b’dak li jsir fuq barra u fil-knisja.

Il-festa hija ġrajja li tmissna fil-fond

tal-qalb tagħna. Is-sodisfazzjon ma

jkunx biss għax “irnexxiet”, imma

wkoll għax aħna nieħdu gost li

niċċelebraw flimkien u niltaqgħu

mal-Mulej flimkien, bħala komunità.

Issa l-festa se tkompli għax aħna

kontinwament ngħixu mal-Mulej li

huwa l-festa tagħna. Dan l-aħħar

temmejt naqra ktieb tat-tabiba

Taljana Chiara Castellani,

l i e m a k t i e b

għandu t-titlu,

“ S a v a n a — O n

t h e R o a d ” .

C a s t e l l a n i

għaddiet snin

twal taħdem

fir-Repubblika

Demokratika

tal-Congo. Fi

tmiem il-ktieb

g ħ a m l e t

r i f l e s s jo n i :

“ P e r s o n a l m e n t

naħseb li n-nuqqas ta’ twemmin

f ’Al la , l i j inkarna f i l -ġraj j ie t

tal-bniedem fuq l-art, ifisser li wieħed

isofri l-kontradizzjonijiet tal-istorja,

mingħajr ma jkun kapaċi jtihom skop

u mingħajr ma jislet tama minnhom.”

Issa qegħdin fis-sajf, għal ħafna

minna huwa żmien li jkollna iktar ħin

għall-mistrieħ, għall-baħar, għall-qari

u għal xi vaganza. Huwa żmien tajjeb

ukoll biex naħsbu fuq kemm u kif Alla

jaħdem fl-istorja tagħna. Il-festa trid

tkompli. Issa huwa ż-żmien biex

inkomplu naraw u nkomplu ngħixu

ħajjitna kollha għad-dell tal-Mulej,

għax aħna msejħin għall-ħajja

miegħu.

Filwaqt li l-festa tagħna tkompli,

Chiara Castellani ssemmi wkoll dak li

hija ssejjaħlu “l-eżodu bibliku” ta’

dawk l-eluf li jaqsmu l-baħar għax

imġegħlin “biex jeħilsu mill-gwerer,

mill-vjolenza u mill-mard.” Filwaqt li

għalina s-sajf jiġi biex niksbu l-forza

mill-ġdid, ma ninsewx lil dawk li qed

jitħabtu biex litteralment iżommu fuq

wiċċ l-ilma. Ħadd ma jlumni jekk

ngħid li dawn ukoll għandhom dritt li

jgħixu l-ħajja bħallikieku tkun festa.

Insellem lil kulħadd. U mill-ġdid

grazzi ta’ kulma tagħmlu biex

nagħmlu mill-ħajja tagħna fil-Knisja

festa kontinwa. L-Arċipriet

AVVIŻI OĦRAJN:

IL-KUMITAT TAL-BANDA: se jagħmel tombla kbira nhar il-Ħamis 11 ta’ Lulju fil-pjazza

San Pietru u San Pawl. Il-ħin ikun fis-7.30pm. se jorganizza ġita għall-Fiera l-Kbira nhar is-Sibt 13 ta’ Lulju.

Tluq mal-vapur tal-4.30pm. Biljetti mill-banka tal-lottu jew mingħand xi membru tal-kumitat.

NIRRINGRAZZJAW lil ħafna voluntiera li jagħmlu ħafna xogħol minn wara l-kwinti. Illum minn din il-folja tal-bullettin nirringrazzjaw lil Nancy Portelli li għat-tieni darba rregalat sett folders ġodda għall-kor Jubilate Deo. Nirringrazzjaw ukoll lil Maria Buttigieg li ħadet l-inkarigu li tibdel il-jackets li fihom tiġi arkivjata l-mużika tal-istess kor.

L-GĦAQDA ARMAR DIĊEMBRU 13: tavża li fil-lotterija li għamlu tal-inkwatru ta’ San Pietru u San Pawl, telgħet fih Valerie Said li toqgħod ix-Xagħra, bin-numru tal-biljett 388 (AB 686927) kulur aħdar.

Ħin tal-Quddies

SHUTDOWN TAR-RADJU

Id-direzzjoni ta’ Radju Luminarja tavża li r-radju komunitajru tagħna se jkun magħluq mis-7 ta’ Lulju u jiftaħ mill-ġdid fis-17 ta’ Awwissu li ġej. Lil dawk kollha li jgħinu

fir-radju nawgurawlhom ftit jiem ta’ mistrieħ mistħoqq.

Ħdud u Festi: 5:15am; 6:30am; 8:00am; 9:15am; 10:30am; 11:45am; 5:00pm; 7.00pm. Matul il-Ġimgħa: 5:15am; 6:00am; 7:00am; 7:45am; 9:00am; 5:30pm; 7:15pm. Is-Sibt filgħaxija: 6:00pm; 7:30pm SORIJIET: 6:30am; il-Ħadd: 6:15am; 10:15am (bl-Ingliż) KNISJA TAL-QALB TA’ ĠESÙ: 11:30am; il-Ħadd: 7:00amKAPPELLA SANTA TEREŻA TA’ KALKUTTA: il-Ħadd: 7.15am.