L EttEL TQARBINA AVVIŻI OĦRAJN - nadurparish.com · PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL...
Transcript of L EttEL TQARBINA AVVIŻI OĦRAJN - nadurparish.com · PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL...
PARROĊĊA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL In-Nadur Għawdex Uffiċċju: 21551649 • Dar Parrokkjali: 21560501 • www. nadurparish.com
20
ta’
Mej
ju, 2
01
8
AVVIŻI OĦRAJN:
IL-KUMITAT TAL-BANDA: javża li nhar il-Ħamis 7 ta’ Ġunju ser jorganizza ġita għall-Belt Valletta fejn ser immorru naraw ix-xow tal-Valletta Peagent of the Sea. Il-karozza titlaq minn quddiem il-każin tal-banda fis-2.30p.m. għall-vapur tat-3.00p.m. Biljetti mill-banka tal-lottu jew xi mingħand xi membru tal-kumitat. Nhar il-Ħamis 24 ta’ Mejju, il-kumitat ser jorganizza tombla fil-każin, fis-7.30p.m.
ATTIVITÀ DUN FRANĠISK GRIMA: Nhar il-Ħamis 24 ta' Mejju, ser issir lezzjoni ta' tisjir ma' Romeo Pace fejn ser jurina kif jagħmel il-lasagna. Il-lezzjoni tibda fid-9.30a.m. fid-dar Dun Franġisk, Triq it-Tiġrija, Nadur.
TIFKIRA TA' SAN PIJU TAL-PJAGI: It-tifkira tat-twelid se ssir nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju, fil-Knisja tal-Kapuċċini. Mistieden kulħadd flimkien mal-Gruppi ta’ Talb ta’ San Piju. Tluq fis-6.00p.m. Jingħad ir-Rużarju bl-Adorazzjoni u ssir il-Quddiesa. Dwar it-trasport ċemplu lil Marija Xuereb fuq 2155 2178/ 79592548 sa nhar l-Erbgħa.
IL-KUMMISSJONI DJOĊESANA FAMILJA: qed torganizza laqgħa ta’ formazzjoni bis-suġġett: Uliedna, t-teknoloġija u s-social media. Il-laqgħa ser tinżamm fl-Istitut tal-Familja, nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju fis-7.30p.m. u ser titmexxa minn Dun Anton Theuma. Mistieden kulħadd, speċjalment ġenituri u carers ta’ tfal żgħar u adolexxenti. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.
ĦIN TAL-QUDDIES
Nhar il-Ħadd 27 ta’ Mejju se jkollna l-Ewwel Tqarbina tat-tfal. B’kollox se jkun hawn 37 tifel u tifla li jirċievu lil Ġesù fl-Ewkaristija għall-ewwel darba. Il-jum tal-Ewwel Tqarbina huwa wieħed
importanti ħafna fil-ħajja tat-tfal. Minkejja l-ħafna preparazzjonijiet li jkollna għall-Ewwel Tqarbina nitlobkom lilkom ġenituri u “carers” li tibqgħu ffokati fuq dak li hu l-iktar sabiħ u sagru. Għalhekk:- Uru lit-tfal li l-Ewkaristija hu l-ikbar
rigal li nistgħu nirċievu; “Ħejju ruħkom u qerru intom ukoll ma’ wliedkom. Għallmu lit-tfal biex xħin jitqarbnu jgħidu xi talb personali lil Ġesù. Ħudu sehem dejjem fil-quddiesa ta’ Jum il-Mulej.
L-Arċipriet
S’issa 273 persuna taw €50 għall-bini taċ-Ċentru
Ħdud u Festi: 5:15am; 6:30am; 8:00am; 9:15am; 10:30am; 11:45am; 5:00pm; 7.00pm Matul il-Ġimgħa: 5:15am; 6:00am; 7:00am; 7:45am; 8:30am; 9:30am; 5:30pm; 7:15pm Is-Sibt filgħaxija: 6:00pm; 7:30pm ĊIMITERJU: Mit-Tnejn sas-Sibt fis-7:15am SORIJIET: 6:30am; il-Ħadd: 6:15am; 10:15am (bl-Ingliż) KNISJA TAL-QALB TA’ ĠESÙ: 6:15am; 11:30am; il-Ħadd: 7:00am.
PAWLU VI U L-ISQOF ROMERO Il-Papa Pawlu VI u l-Isqof Romero se
jkunu kanonizzati qaddisin fix-xahar ta' Ottubru li ġej. Pawlu VI, li kien ta d-dinjità ta' Bażilika lill-Knisja tagħna, huwa marbut mal-ġrajja kbira tal-Konċilju Vatikan II, li kien intemm fi żmienu, fl-1965. L-Isqof Romero kienu sparawlu u qatluh waqt li kien qed iqaddes f'El Salvador.
L-EWWEL TQARBINA
GĦAT-TFAL TAL-EWWEL TQARBINA Infakkrukom li nhar l-Erbgħa, 23 ta' Mejju ser ikun hemm il-Qrar għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina u għall-ġenituri tagħhom. Tkun ħaġa xierqa li l-ġenituri jkunu ta' eżempju għal uliedhom. Il-Qrar ikun fis-6.00p.m. fil-knisja fejn ikun hemm konfessuri disponibbli. Il-Ħamis, 24 ta' Mejju fil-knisja ser ikun hemm l-aħħar prova tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Xieraq li jkunu fil-ħin jiġifieri fis-6.00p.m.