Download - NOVEMBRU 2016 - WordPress.com...Permezz tal-kuxjenza tal-Knisja, li żviluppat daqshekk matul il-Konċilju, permezz tal gradi differenti ta’ din il-kuxjenza, fl-oqsma kollha ta’

Transcript

NOVEMBRU 2016

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

2 SIGNUM FIDEI

In Loving Memory of the Maltese Brothers who Passed away in the last 100 years.

Bro. James Calleja 31st January 2011 Bro. Philip Anthony Cauchi 13th February 1984 Bro. George Gardner Scicluna 13th February 1945 Bro. Norbert Farrugia 15th Februry 2007 Bro. Aloysius Darmanin 1st March 1974 Bro. Vincent Farrugia 8th March 2001 Bro. Anthony Farrugia 17th April 1985 Bro. Felix Agius 28th April 2002 Bro. Roger James Mangion 8th May 1970 Bro. Peter Galea 9th May 1998 Bro. Louis Camilleri 29th May 2011 Bro. Edward Henry Grech 10th June 1981 Bro. Patrice Francois Gambin 16th June 1966 Bro. Victor Privitera 18th July 2008 Bro. Alfred Spiteri 20th July 1992 Bro. Francis Muscat 2nd August 1987 Bro. William Xavier Seychell 10th August 1947 Bro. Charles Gatt 20th August 1992 Bro. Wilfred Albert Gros 13th October 1972 Bro. William Raphael Tabone 13th October 1977 Bro. Domnic Rosso 10th November 2011 Bro. Hilary Clews 21st November 1998 Bro. Sylvestre Antione Borg 25th November 1915 Bro. Robert of Mary Pace 3rd December 1970 Bro. Michael Buttigieg 8th December 1997 Bro. Joseph Prosper Scicluna 8th December 1967

May they rest in peace, Amen

SIGNUM FIDEI 3

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Il-Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa u tal-Isqfijiet tagħna għal dan ix-xahar: 1. Biex il-pajjiżi li jirċievu numru kbir ta’ immigranti jsibu l-għajnuna fl-isforzi tagħhom ta’ solidarjetà.

2. Biex fil-parroċċi, is-saċerdoti u l-lajċi jikkollaboraw għas-servizz tal-kommunità bla ma jaqgħu għat-tentazzjoni tal-qtigħ ta’ qalb.

3. Għall-moribondi, biex iħossu maġenbhom il-preżenza ta’ Marija, fis-siegħa tal-mewt. Dati importanti għax-xahar ta’ NOVEMBRU: 1 ta’ Novembru : Festa tal-Qaddisin Kollha 2 ta’ Novembru : L-Għid tal-Erwieħ 6 ta’ Novembru : Festa tal-Beati Brothers Martri ta’ Spanja

13 ta’ Novembru : Quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Addolorata b’suffraġju għall- Brothers u l-membri tal-familja Lasalljana, fl-10 ta’ filgħodu

9 ta’ Novembru : Konsagrazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran. 16 ta’ Novembru : Festa tal-Beatu Bro. Aurelio Maria u sħabu martri 17 ta’ Novembru : Dedikazzjoni tal-Knisja ta’ S. Ġwann Bta. De la Salle 20 ta’ Novembru : Festa ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien 27 ta’ Novembru : L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Novembru issa hija aċċessibbli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- NOVEMBRU 2016 - 2011 -

EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH.

San Ġwann Battista De La Salle

4 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 1 ta’ Novembru Solennità tal-Qaddisin Kollha

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 7: 2-4,9-14 Rajt kotra kbira li ħadd ma jista’ jgħoddha. 2. Salm 23: 1-6 Dan huwa n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej. 3. 1Ġwanni 3: 1-3 Naraw ’l Alla kif inhu. 4. Mattew 5: 1-12a Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. SOLENNITÀ TAL-QADDISIN KOLLHA Fiċ-ċelebrazzjoni tal-lum, festa tal-Qaddisin Kollha, inħossu partikolarment

ħajja fina r-realtà tal-komunjoni tal-qaddisin, il-familja kbira tagħna, iffurmata mill-membri kollha tal-Knisja, kemm aħna li għadna pellegrini hawn fl-art, kif ukoll dawk – f’għadd immensament akbar – li diġà ħallewha u marru s-sema. Ilkoll magħqudin, u din tissejjaħ “il-komunjoni tal-qaddisin”, jiġifieri l-komunità ta’ kull min hu mgħammed.

Fil-liturġija, il-Ktieb tal-Apokalissi jiddeskrivi karatteristika essenzjali tal-qaddisin u jgħid hekk: huma bnedmin kollha kemm huma ta’ Alla. Jippreżentahom bħala għadd bla qies ta’ “magħżulin”, lebsin l-abjad u mmarkati bis-siġill ta’ Alla (cfr. 7,2-4. 9-14). Permezz ta’ dan id-dettall, b’lingwaġġ allegoriku, jintwera lilna li l-qaddisin huma ta’ Alla b’mod sħiħ u esklussiv, huma propjetà tiegħu. U xi jfisser li f’ħajtek u fil-persuna tiegħek ikollok is-siġilll ta’ Alla? Jgħidulna mill-ġdid l-Appostlu Ġwanni: ifisser li f’Ġesù Kristu aħna sirna verament ulied Alla (cfr. 1 Ġw. 3, 1-3).

Aħna konxji minn dan ir-rigal kbir? Ilkoll aħna ulied Alla! Niftakru li fil-Magħmudija rċevejna “s-siġill” tal-Missier Ċelesti tagħna u sirna wliedu? Biex ngħiduha bi kliem sempliċi: aħna nġibu l-kunjom ta’ Alla, kunjomna hu Alla, għax aħna wliedu. Din hi l-vokazzjoni għall-qdusija! U l-qaddisin li qed infakkru llum huma propju dawk li għexu fil-grazzja tal-Magħmudija tagħhom u

Nota importanti: Bejn nofsinhar tal-1 ta’ Novembru u l-jum tal-għada tista’ tinkiseb indulġenza plenarja b’suffraġju għall-mejtin. Biex tingħata din l-indulġenza jridu jiġu osservati xi punti:

a) żjara f’xi knisja. b) reċità tal-Missierna, Kredu u talba għall-Papa. c) qrara u tqarbina.

Bejn l-1 u t-8 ta’ Novembru tingħata indulġenza plenarja lil min imur fiċ-ċimiterju u jitlob għall-mejtin.

SIGNUM FIDEI 5

żammew sħiħ “is-siġill” billi ġabu ruħhom ta’ ulied Alla, ippruvaw jixbħu lil Ġesù; u issa waslu fid-destinazzjoni tagħhom “qed jaraw ’l Alla kif inhu”.

It-tieni karatteristika tipika tal-qaddisin hi li huma eżempji li għandna nimitawhom. Noqogħdu attenti: mhux biss dawk li huma kanonizzati, imma l-qaddisin, biex ngħidu hekk, “tad-dar ta’ ħdejna”, li bil-grazzja t’Alla għamlu ħilithom kollha biex jipprattikaw l-Evanġelju fil-ħajja ordinarja ta’ kuljum. Anki aħna ltqajna ma’ wħud minn dawn il-qaddisin: forsi kellna lil xi ħadd minnhom fil-familja tagħna jew fost ħbiebna jew fost in-nies li nafu. Għandna nkunu grati lejhom, u fuq kollox, għandna nkunu grati lejn Alla li rregalaholmlna, li qiegħdhom qrib tagħna bħala eżempji ħajjin li minnhom “nittieħdu” l-mod ta’ kif ngħixu u mmutu fidili lejn il-Mulej Ġesù u l-Evanġelju tiegħu. Kemm konna nafu u kemm nafu nies tajbin, u ngħidu: “Imma dal-bniedem qaddis!”, ngħiduha b’mod spontanju. Dawn huma l-qaddisn “tad-dar ta’ ħdejna”, dawk mhux kanonizzati imma jgħixu magħna.

Meta nimitaw il-ġesti ta’ mħabba u ta’ ħniena tagħhom inkunu qisna qed inżommu ħajja l-preżenza tagħhom f’din id-dinja. Fil-fatt, dawn il-ġesti evanġeliċi huma l-uniċi li jirreżistu l-qerda li tnissel il-mewt: att ta’ tenerezza, għajnuna ġeneruża, ftit ħin nisimgħu, żjara, kelma tajba, tbissima ... F’għajnejna dawn jistgħu jidhru affarijiet mingħajr tifsira, imma f’għajnejn Alla huma eterni, għax l-imħabba u l-kompassjoni huma aktar qawwija mill-mewt.

Il-Verġni Marija, reġina tal-qaddisin kollha, tgħinna niksbu aktar fiduċja fil-grazzja t’Alla biex nimxu b’ħerqa kbira fil-ħajja tal-qdusija. Inħallu f’idejn Ommna Marija il-ħidma tagħna ta’ kuljum u nitolbuha wkoll għall-għeżież mejtin tagħna, b’tama minn qalbna li jum wieħed, niltaqgħu flimkien, ilkoll fil-komunjoni glorjuża tas-sema.

Il-Papa Franġisku, Anġelus fl-1 ta’ Novembru 2015

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med 183; silta mit-3 punt What inspired the saints to suffer so much in this life in order to enjoy a blessed eternity afterward is the example of the Savior. They were convinced, as Saint Paul says, that they must always bear in their bodies the mortification of Jesus Christ, so that the life of Jesus might also appear in their mortal bodies, knowing that he who raised Jesus from the dead will also raise his elect with him and place them all in his presence. Because of this confidence, continues Saint Paul, they preferred to be separated from their bodies in order to enjoy the presence of the Lord. This is why their whole ambition was to be pleasing to him, convinced that because all those whom God has predestined must in this life be conformable to the image of his Son and take him as the model of their conduct, all also must appear before the tribunal of Jesus Christ, so that each one may receive what is due to the good or evil actions he performed while clothed in the body. This is why, as long as the saints were in their bodies as in a tent, they sighed beneath its weight, because they desired that whatever was material in them might be absorbed in life.

6 SIGNUM FIDEI

TALBA Alla l-Missier, għajn ta’ kull qdusija,

il-ħidma tiegħek tidher fil-qaddisin tiegħek, is-sbuħija tal-verità tiegħek tidher fil-fidi tagħhom. Agħmel li aħna li nixtiequ ngawdu l-ferħ tagħhom,

nimtlew bl-Ispirtu li bierek il-ħajja tagħhom u b’hekk kif naqsmu magħhom f’din id-dinja l-fidi tagħhom

nagħarfu l-paċi ta’ saltnatek. Dan nitolbuk bi Kristu Sidna,

Ammen.

Missierna ...

L-Erbgħa, 2 ta’ Novembru L-Għid tal-Imwiet

Ta’ min jiftakar bejn nofsinhar tal-lum u l-ġurnata ta’ għada

tista’ tintrebaħ Indulġenza Plenarja kull darba.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

għtihom O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom. Jistrieħu fis-sliem. Ammen.

Permezz tal-Kostituzzjoni Appostolika tal-10 ta’ Awwissu 1915 kull presbiteru jista’

jqaddes tliet quddisiet. L-ewwel quddiesa ad mentem celebrantis; it-tieni pro

omnibus fidelibus defunctis; it-tielet ad mentem Summi Pontificis. M’għandux ikun

hemm aktar minn quddiesa waħda fl-istess knisja u fl-istess ħin.

Illum kull saċerdot jista’ jqaddes tliet quddisiet. Jitqaddsu b’dawn l-intenzjonijiet skont il-Liturġija:

1. skont l-intenzjoni tas-saċerdot, 2. għall-erwieħ kollha tal-purgatorju, u 3. skont l-intenzjoni tal-Papa.

Qari: Is-saċerdot jagħżel il-qari skont kif jixtieq hu.

A

SIGNUM FIDEI 7

IL-FIDILI MEJTIN KOLLHA Fit-2 ta’ Novembru, il-Knisja turi, b’mod speċjali, is-simpatija tagħha ma’

wliedha li qed jiġu ppurifikati fil-purgatorju. Dan il-jum huwa magħruf ukoll bħala l-Għid tal-Imwiet.

Il-Knisja fuq l-art tonora b’rispett kbir lill-mejtin tagħha, u billi huwa ħsieb qaddis u siewi li titlob għall-mejtin biex jinħelsu minn dnubiethom, (2 Mark 12: 46) toffri suffraġi għalihom.

Sa mill-bidunett, l-insara kellhom ġranet fis-sena li fihom kienu jiftakru b’mod iktar mis-soltu fil-mejtin tagħhom.

Fis-sena 800, kien sar ftehim bejn il-monasteri ta’ San Gall u ta’ Reichenaw li fl-14 ta’ Novembru ta’ kull sena ssir tifkira tar-reliġjużi mejtin taż-żewġ komunitajiet, u kull saċerdot iqaddes tliet quddisiet.

Fis-sena 998, San Odilo, abbati tal-monasteru ta’ Cluny, ordna li l-membri tiegħu josservaw it-2 ta’ Novembru bħala Jum it-Tifkira tal-Insara mejtin kollha.

Dan il-jum ta’ tifkira daħal f’monasteri oħra. Fl-1008, Liegi fil-Belġju, kienet l-ewwel djoċesi li addottat dan l-użu. Minn hemm baqa’ dejjem jixtered bla ma qatt ġie impost uffiċjalment mill-Knisja.

Fil-Gwerra l-Kbira, il-Papa Benedettu XV, fl-10 t’Awwissu 1915, estenda dan l-użu mal-Knisja tal-Punent u ddikjara li kull saċerdot jista’ joffri tliet quddisiet.

Riflessjoni: Permezz tal-kuxjenza tal-Knisja, li żviluppat daqshekk matul il-Konċilju, permezz tal-gradi differenti ta’ din il-kuxjenza, fl-oqsma kollha ta’ ħidma li fihom il-Knisja tfisser ruħha u ssib lilha nfisha u titwettaq, aħna għandna l-ħin kollu nimxu lejh “li hu r-ras”, “li minnu ġej kollox u aħna neżistu għalih”, li hu fl-istess ħin “it-triq, il-verità”, “il-qawmien u l-ħajja”, li min jara lilu jara l-Missier, li kellu jitlaqna – għax kellu jmut fuq is-salib u wara jitla’ s-sema – sabiex l-Ispirtu Difensur jiġi fuqna u jkompli jiġi bħala Spirtu ta’ verità. Fih huma “t-teżori kollha tal-għerf u x-xjenza” u l-Knisja hija ġismu. Il-Knisja hija “fi Kristu bħal sagrament jew sinjal u strument ta’ għaqda intima ma’ Alla u fl-unità kollha tal-ġens tal-bnedmin” u l-għajn ta’ dan kollu huwa Hu, Hu nnifsu, il-Feddej!

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II, silta mill-Enċiklika Redemptor Hominis

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.185, it-2 punt

There is for us an element of obligation to pray often to God for the suffering souls in purgatory. First, God has abandoned them to his divine justice for as long as he wills, according to the gravity of their sins and the little care they took in this world to do penance for them. God does not allow them after death any other means than the suffrages of the faithful who are still in this life, which they can apply to the holy souls by prayers, by fasting and other penances, by alms, by the holy Sacrifice of the Mass, or by any other works of satisfaction that there might be. Second, we are united with these holy souls by an external union, because we are all members of the Church and of Jesus Christ. We are also united with them in

8 SIGNUM FIDEI

Jesus Christ through sanctifying grace, which we share with them. These two kinds of union ought to inspire us with sentiments of compassion for these suffering souls.

TALBA Alla Missier,

aħna noffrulek il-pjagi divini ta’ Kristu, ibnek, għall-erwieħ tal-purgatorju,

sabiex inti titħallas kif jixraq fil-ġustizzja tiegħek għad-djun tagħhom u tqegħidhom fil-ferħ etern tiegħek.

Nitolbuk biex permezz ta’ din il-fidwa ta’ ibnek issaffi lil dawk l-erwieħ li għadhom jissaffew fil-purgatorju

u twassalhom fil-hena ta’ dejjem. Ftakar ukoll fl-erwieħ tagħna,

fil-ġenituri mejtin tagħna, fl-erwieħ li m’għandhomx min jitlob għalihom

u f’dawk l-erwieħ kollha li jeħtieġu t-talb tagħna. Marija, għajnuna tal-insara,

idħol għalihom int u wassalhom fit-tgawdija ta’ dejjem. Ammen.

Missierna ...

Il-Ħamis, 3 ta’ Novembru

San Martin De Porres - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 3: 3-8a Dak kollu li għalija kien qligħ, jien għaddejtu bħala telf minħabba Kristu. 2. Salm 104: 2-7 Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu ’l-Mulej! 3. Luqa 15: 1-10 Ikun hemm ferħ fost l-anġli ta’ Alla għal midneb wieħed li jindem. SAN MARTIN DE PORRES (1579-1639) - reliġjuż Dan il-qaddis ġie mniżżel fir-reġistru tal-magħmudija bħala “iben missier mhux

magħruf” għax Ġwanni de Porres, nobbli Spanjol u gvernatur futur tal-Panama, irrifjuta li jagħraf lil ibnu meta ra l-kulur sewdieni tal-ġilda tiegħu.

SIGNUM FIDEI 9

Għal diversi snin Martin għex fil-faqar ma’ ommu Anna Velasquez, mara sewda li ma kinitx miżżewġa. Dan kollu għen lit-tifel biex isir umli u baqa’ hekk għomru kollu.

Fl-aħħar Martin rebaħ qalb missieru li beda jieħu interess fl-edukazzjoni tiegħu u daħħlu jitgħallem is-sengħa ta’ barbier.

Iżda l-ġuvnott induna li kellu sejħa reliġjuża. Id-Dumnikani laqgħuh bħala ajk u terzjarju u kien biss wara disa’ snin li pprofessa bħala membru sħiħ. Kien bniedem tal-għaġeb għas-sempliċità, l-innoċenza u l-fidi tiegħu. Kellu devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija u l-Passjoni ta’ Kristu; kien iħobb jgħin lill-fqar, li kienu jmorru għandu bi ħġarhom.

Billi kien jifhem fil-mediċina, kien idur bil-morda bi mħabba kbira. Lil dawk ta’ ġilda ta’ kulur skur, kien jgħallimhom il-fidi nisranija, kien jurihom li għandhom dinjità ta’ bnedmin u ta’ wlied Alla u li kienu daqs razez oħra inklużi l-Ispanjoli.

Martin kien jieħu ħsieb anke tal-annimali u fl-istampi narawh jiġbor il-ġrieden mill-kxaxen tal-knisja, jeħodhom barra, jitmagħhom u jwissihom biex ma jagħmlux ħsara lill-uċuħ tar-raba’ u biex ma jmorrux fi knejjes.

Meta darba naqas l-ikel mill-kunvent għax ma kellhomx flus biex jixtru, Martin offra lilu nnifsu lill-pirjol biex ibiegħu bħala lsir u b’hekk idaħħal xi ħaġa tal-flus. Naturalment is-superjur tiegħu ma aċċettax, imma ma setax ma jammirax il-ġenerożità kbira tiegħu.

Martin ma ried javvanza b’ebda kariga fil-kunvent iżda baqa’ sa mewtu jieħu ħsieb l-infermerija. Kien jgħakkes lil ġismu b’sawm u b’penitenzi ħorox, u donnu qatt ma kien jaqta’ mit-talb, l-iżjed bil-lejl, u mit-talb kiseb għerf spiritwali hekk kbir li għaġġeb saħansitra lill-għorrief.

San Martin de Porres miet fit-3 ta’ Novembru 1639 fl-għomor ta’ 70 sena. Għall-umiltà u l-ħlewwa tiegħu, dan ir-reliġjuż Dumnikan ġibed il-qlub tal-popli,

l-aktar dawk tal-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel. Kien iddikjarat qaddis mill-Papa San Ġovanni XXIII fis-6 ta’ Mejju 1962. Hu l-

qaddis patrun tal-parrukkiera u tal-ġustizzja interrazzjali. Riflessjoni: Fiż-żewġ każi tar-ragħaj li jmur ifittex lin-nagħġa u l-mara li tilfet id-drakma meta jtemmu b’suċċess it-tfittxija jagħmlu festa u jridu lil kulħadd jifraħ magħhom. Din hija l-liġi tal-ħniena divina ta’ Alla meta midneb jirritorna lura, meta jiena u inti nerġgħu nirfsu l-għatba tas-salvazzjoni tagħna. Araw b’liema mħabba jħobbna Alla: m’hemmx għajjat u storbju għall-iżbalji tagħna, hemm biss il-ferħ tar-ritorn tal-midneb li però importanti li jindem bis-serjetà. Għalfejn inti tibqa’ ’l bogħod jew tistħi tirritorna lejn Alla, hu x’inhu t-toqol tal-iżball tiegħek?

Mitt Minuta mal-Mulej, (Pub. Dumnikana) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 56, l-1 punt

Because you are God’s ministers in the work that you have to do, you ought to cooperate with him and enter into his plan to procure the salvation of the children entrusted to you, especially the ones most inclined to lead a wayward life. Today’s

10 SIGNUM FIDEI

Gospel tells you that you must watch over these more closely than over those who spontaneously embrace what is right and practice piety. This our Lord teaches when he tells us the parable of the Good Shepherd, who, when one of his one hundred sheep went astray, left the ninety-nine others alone to go searching for the one that was lost. You must do all you can to help those come back to God who might be subject to some vice, because, as Jesus Christ says, it is not the will of your Father, who is in heaven, that even a single one of these little ones would perish. Because he is the one who employs you to guide them in the way of salvation, see to it that none of them goes astray, or if some do, that they come back without any delay. Your duty is to make them follow the right path.

TALBA O Mulej,

f’dawn iż-żminijiet meta s-suppervja tal-bniedem qiegħda tnessi l-preżenza tiegħek, fakkarna fl-għeġubijiet li int wettaqt bl-għajnuna tal-qaddej umli tiegħek

Martin de Porres. Nitolbuk sabiex id-dinja kollha tagħraf

lil San Martin de Porres speċjalment fil-virtù eċċezzjonali tal-umiltà,

li dan il-qaddis kien tant jipprattika. Dan nitolbuh bi Kristu Sidna,

Ammen.

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 4 ta’ Novembru San Karlu Borromeo – isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Filippin 3: 17 – 4,1 Nistennew jiġi lis-salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu. 2. Salm 121: 1-5 Sejrin ferħana f’dar il-Mulej. 3. Luqa 16: 1-8 Ulied din id-dinja jimxu bil-għaqal aktar minn ulied id-dawl ma’ min hu tal-qatgħa tagħhom.

SIGNUM FIDEI 11

SAN KARLU BORROMEO (1538-1584) - isqof San Karlu twieled fit-2 ta’ Ottubru 1538, f’familja nobbli u aristokratika f’Arona,

qrib Milan, fl-Italja. Ta’ 21 sena, fl-1559, kien diġà laħaq avukat fil-Liġi Ċivili u fil-Liġi Kanonika. Fl-

1560, il-Papa Piju IV, ħu ommu, għamlu amministratur tal-Istati tal-Vatikan. Iddeċieda li jagħti ħajtu għal Alla, wara l-mewt għalgħarrieda ta’ ħuh.

Sar saċerdot f’Lulju tal-1563 u f’Diċembru tal-istess sena, ġie kkonsagrat isqof. Ta’ 26 sena, fl-1564, ġie maħtur kardinal-arċisqof ta’ Milan. Meta l-Konċilju ta’ Trento reġa’ fetaħ f’Jannar 1562, San Karlu ħadem bil-kbir għas-suċċess tiegħu.

Fl-1566, San Karlu talab u bil-permess tal-Papa Piju V, li kien għadu kif laħaq, reġa’ mar jgħix fl-arċidjoċesi tiegħu f’Milan. Hemm intefa’ b’ruħu u ġismu fix-xogħol enormi li kienet titlob minnu l-arċidjoċesi.

Bena bosta knejjes, waqqaf is-seminarju tal-belt u oħrajn żgħar ’l hawn u ’l hinn, u s-seminarju għall-kleru Svizzeru. Fetaħ 740 ċentru tad-duttrina, u beda l-iskejjel elementari fil-parroċċi. Waqqaf ħafna istituzzjonijiet soċjali u kulturali. Laqqa’ sitt Konċilji Provinċjali u ħdax-il sinodu djoċesan, l-aħħar wieħed ftit xhur qabel miet.

Meta faqqgħet l-epidemija tal-pesta f’Milan, bejn l-1576 u l-1578, baqa’ fil-belt iqarben, ifarraġ u jgħin lill-morda b’idejh stess. Iż-żelu li kellu kien bla tarf.

Ġieli pprietka tliet darbiet kuljum, allavolja kien itemtem, matul iż-żjarat pastorali tiegħu.

Miet f’Milan, fit-3 ta’ Novembru 1584, fl-età ta’ 46 sena, meta kien għadu kif spiċċa jagħmel l-irtir annwali tiegħu.

Ġie kkanonizzat mill-Papa Pawlu V, fl-1610. Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tieni Ktieb, Kap. VIII: Għerf kbir għandu min jaf jgħammar ma’ Ġesù; u għaqal kbir min jaf iżomm ruħu ħabib ta’ Ġesù. Kun umli u bis-sabar tiegħek, u Ġesù jgħammar fik. Kun devot u miġbur, u Ġesù jibqa’ miegħek. Ma tridx wisq biex tbiegħed minnek lil Ġesù u l-grazzja tiegħu: biżżejjed ixxoqq qalbek għall-ħwejjeġ tad-dinja. U jekk tilħaq tbiegħdu minnek u titilfu, għand min tmur, lil liema ħabib tfittex? Ifhimha tajjeb bla ħabib ma tistax tgħix fil-hena; u jekk Ġesù ma jkunx l-aqwa ħabib tiegħek, ma jkollokx ħlief swied ta’ qalb u dwejjaq. Ta’ iblah mela tkun tagħmel, jekk tafda jew tifraħ b’ħaddieħor, barra minnu. Aħjar ikollok kontra tiegħek id-dinja kollha, milli tonqos lil Ġesù. F’kelma waħda, fost dawk kollha li huma għal qalbek, ħobb l-ewwel wieħed u l-aktar lil Ġesù. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 187, silta mit-2 punt

It is not enough to be detached to be able to work effectively for the Church and for the salvation of our neighbor. We must also steadfastly apply ourselves to prayer and mortification. Saint Charles did so diligently, even though he was constantly preoccupied by the good of his diocese. He prayed twice a day without fail, and he

12 SIGNUM FIDEI

was so absorbed in his prayer that when one of the disorderly religious whom he was trying to reform fired a musket at him while he was at prayer with his household, he was not in the least disturbed and continued to pray. He often grieved before God for the salvation of the people of his diocese and frequently even spent part of the night in prayer. If something important for the good of the Church arose, he prayed throughout the whole night.

TALBA Inħobbok Mulej,

u l-unika xewqa tiegħi hi li nħobbok sal-aħħar nifs ta’ ħajti.

Inħobbok, O Mulej ta’ mħabba infinità, u nippreferi mmut inħobbok

milli ngħix sekonda waħda biss mingħajr imħabba lejk. O Mulej,

jekk fommi ma jistqarrx kull ħin li jien nħobbok, inkun nixtieq li almenu qalbi

tistqarrlek dan kull darba li jiena nieħu n-nifs. San Ġwann Marija Vianney

Missierna ...

Is-Sibt, 5 ta’ Novembru San Żakkarija u Santa Eliżabetta

Santa Silvja Santa Bertilla - verġni

Il-Qaddisin kollha tal-Kumpanija ta’ Ġesù Il-Beata Franġiska t’Amboise – reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Filippin 4: 10-19 Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini. 2. Salm 111: 1-2.5-6.8a u 9 Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej. 3. Luqa 16, 9-15 Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru?

SIGNUM FIDEI 13

SANTA BERTILLA (?692) - verġni Santa Bertilla twieldet għand waħda mill-famiji magħrufin u rrispettati fit-

territorju ta’ Soissons (Franza) fi żmien ir-renju ta’ Dagobert I. Kibret imdawra mal-ħażen, qerq u bluha tad-dinja kollha u bil-ħerqa kollha fittxet biex teħles minn dan kollu, Bla ma indenjat ruħha tinforma lill-ġenituri tagħha b’din id-deċiżjoni, ikkonsultat ma’ Sant Ouen, l-isqof ta’ Rouen, li inkuraġġieha b’din is-soluzzjoni u taha parir biex titlob għall-perseveranza.

Maż-żmien, meta l-ġenituri saru jafu bix-xewqa tagħha, Alla inklinahom biex ma jopponux jew ifixkluha f’din id-deċiżjoni tagħha. Bagħtuha Jouarre, monasteru ħdejn Meaux, li ma kienx ilu li nfetaħ taħt id-dominju ta’ San Kolumban.

Hemm ġiet milqugħa b’ferħ kbir u ġiet imħarrġa bi prattiċi l-aktar stretti ta’ ħajja monastika stretta. B’umiltà u b’ubbidjenza perfetta ma’ kulħadd, dehret ħabiba ta’ kull min kien fil-bżonn. Tant tat ruħha b’karità u tagħlim li ma damitx ma ġiet magħżula bħala prijura biex tassisti ’l-badessa fl-amministrazzjoni.

Meta Santa Batildis, il-mara Ingliża ta’ Clovis II, reġgħet waqqfet il-kunvent ta’ Chelles, talbet lill-badessa ta’ Jouarre biex tforni lill-komunità b’numru ta’ sorijiet li l-aktar li kellhom esperjenza u tal-aħjar standard morali. Il-badessa kkonformat għat-talba tagħha u Bertilla, li kienet waħda milli ntbagħtet, ġiet imlaħħqa l-ewwel badessa.

Il-fama ta’ din il-qaddisa u l-atti tad-dixxiplina fil-komunità tagħha, ġibdet ħafna vokazzjonijiet barranin. Hawnhekk irtirat ir-reġina armla Batildis, li ħadet il-ħwejjeġ reliġjuzi mingħandha u għexet ħajja ta’ ubbidjenza u umiltà.

Reġina oħra, Hereswita, l-armla tar-Re Ethelhere ta’ East Angela rtirat hemm ukoll. Imma l-qaddisa Badessa Bertilla dehret l-aktar umli anke fost dawn l-irġejjen tant umli.

Santa Bertilla mexxiet il-komunità bl-istess saħħa u diskrezzjoni sa ma mietet fis-sena 692.

Riflessjoni: Min ikun jixtieq jagħmel progress fis-servizz lejn Alla, kuljum għandu jibda l-ġurnata b’ħerqa ġdida, kemm jista’ jkun iżomm lilu nnifsu fil-preżenza t’Alla u ma jkollu l-ebda ħsieb ieħor fl-azzjonijiet tiegħu ħlief id-Divin Unur. San Karlu Borromeo Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 61, silta mit-2 punt

This is why you must regard yourselves as people to whom the deposit of the faith has been confided, so that you can pass it on to them (the children). This is the good that God has placed in your hands and of which he has made you the manager. In the account God will require of you, will he not find many of the children ignorant of the principal mysteries of religion? If he does, you will be more to blame than they are, because by your negligence you have caused this ignorance in these children. Faith, according to Saint Paul, is communicated only through hearing, and what is heard is nothing less than the word of Jesus Christ.

14 SIGNUM FIDEI

TALBA Agħtina, mela li nifhmu sewwa kull ma ngħidu,

dawwal il-fehma tagħna, agħmel li nibżgħu għall-ġieh tal-ħwejjeġ

li nitkellmu fuqhom, imliena bil-fidi fil-verità.

Agħmel li ngħidu dak li nemmnu. San Ilarju, isqof u duttur tal-Knisja.

Missierna ...

Il-Ħadd, 6 ta’ Novembru It-Tnejn u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2Makkabin 7: 1-2, 9-14 Is-sultan tad-dinja għad iqajjimna għall-ħajja ta’ dejjem. 2. Salm 16: 1.5-6,8b u 15 Meta nqum nithenna bid-dehra tiegħek. 3. 2Tessalonikin 2:16 – 3: 5 Il-Mulej isaħħaħkom f’kull għemil u kelma tajba. 4. Luqa 20: 27-38 Mhuwiex Alla tal-mejtin, iżda tal-ħajjin.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

M’hawn xejn eħfef milli titkellem fuq xi ħaġa li ħadd ma jaf xejn dwarha. Dejjem tista’ tivvinta xi banalità biex timla l-vojt, kif jagħmlu s-saduċej f’dan il-vanġelu.

Diġa diffiċli tirraġuna fuq ir-realtà, aħseb u ara fuq id-dinja l-oħra. Il-prudenza titlob ftit rispett u deċenza imma sa minn dejjem it-twemmin serju u t-tpaċpiċ fil-vojt jitħalltu biex jippruvaw jiddeskrivu dak li ħadd ma ra. Irridu nammettu li la l-argumenti filosofiċi li jippruvaw juru li parti minna tibqa’ tgħix, la r-reliġjonijiet differenti li jippruvaw isalvawna mill-baħħ li donnha titfagħna fih il-mewt, u lanqas l-esperjenzi paranormali ma jagħtuna soluzzjoni.

Anke jekk ikunu tassew argument serji u rispettabbli ma jissodisfawx il-mistoqsija fundamentali li sa minn dejjem għamel il-bniedem. Forsi għalhekk Ġesù juri serjetà kbira, kważi jitħassarna, minħabba l-kurżità tagħna. Ir-risposta li jagħti għall-każ stramb li jġibulu s-saduċej hija eżemplari; jaffronta l-kwistjoni billi jinqata’ mit-tilwima bejn is-setet, jogħla sew ’il fuq mill-argument materjali u jerġa’ jieħu l-problema fiċ-ċentru tagħha stess, li hu l-istess misteru ta’ Alla. B’dan l-argument Ġesù jrid jurina kif hu Dak li jagħti s-sens lil kollox li jista’ jitfa’ dawl anki fuq dik li hi xi ħaġa mingħajr sens bħal mhi l-mewt. Hu Dak biss li hu l-bidu u l-għassies tal-ħajja, li jista’ jiggarantixxi l-fidwa ta’ kull

SIGNUM FIDEI 15

eżistenza mill-ħakma tal-mewt: hu Dak biss li qiegħed lil hinn minn kull realtà tad-dinja jista’ jkellimna fuq x’hemm wara l-mewt mingħajr inganni.

Meta’ Ġesù jgħid li fid-dinja l-oħra nkunu bħall-anġli, ma jridx inaqqas il-valur tal-ġisem u ta’ dak li hu assoċċjat miegħu bħal ma huma s-sesswalità u ż-żwieġ, imma jrid ifehemna li dawn id-dimensjonijiet umani għalkemm fundamentali, huma biss sinjal tal-limitazzjoni tagħna, li l-mewt hi inevitabbli u għalhekk inħossu l-bżonn li npattu għaliha billi niġġeneraw ħajjiet ġodda.

Fil-futur kull limitu għad jingħeleb u Alla għad jeqred il-mewt: l-umanità kollha imġedda u mimlija bil-ħajja u l-libertà divina, għad tgawdi l-istat li ma jitħassarx kif naraw f’Ġesù rxoxt. Għalhekk m’hemmx bżonn ta’ iktar fantasija, biżżejjed il-fidi fil-Mulej biex naraw minn issa dak li għad insiru.

Hekk jitwettaq dak li kiteb l-isqof Franċiż Fēnelon: “Il-ħajja mhix ħlief ħolma kontinwa u l-mument tal-mewt ikun bħal meta f’daqqa waħda tistenbaħ.”

Hekk ħajjitna tieħu d-dawl sew mill-passat kif ukoll mill-futur; imġeddin mill-fidi fil-Missier nimxu bit-tama lejn is-sebħ tal-Glorja divina li joffrilna l-Iben t’Alla fil-preżent fil-ħajja mdawla bl-imħabba fl-Ispirtu ta’ Ġesù rxoxt.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 175, silta mit-2 punt

How happy we ought to consider ourselves to have received through Saint Denis the beginning of the true faith and our knowledge of the God whom we must adore! What honor we must pay this saint, especially today when the Church celebrates his feast! What gratitude must we show him for having procured for us so great a blessing! Yet it would be of little use to be enlightened by the light of faith if we did not live according to the Christian spirit and if we did not observe the maxims of the holy Gospel. The main purpose of faith is to lead us to practice what we believe. This made Saint James say that faith is dead which is not accompanied by good works. You believe, he adds, that there is one God; you do well; the devils also believe this, but we are justified by our works, not by faith alone. Be convinced that the main conversion is that of the heart and that without it the conversion of the mind is quite sterile. This is why if you strive to strengthen your faith, let it be in order to increase your piety.

TALBA Mulej tieghi

Ghad li ma jisthoqqlix u ghad li jien bniedem midneb,

Int bghattli dan il-farag mis-sema. Jien nroddulek mill-gdid lura,

hu hsiebu inti, nkella nhossni qiesni halliel

li nisraq it-tezor tieghek biex inzommu ghalija.

San Bonaventura

Missierna ...

16 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 7 ta’ Novembru San Willibrord - isqof

Il-Beatu Franġisk Palau ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi - presbiteru Il-Beatu Grazzja ta’ Kotor - reliġjuż Il-Beata Maria Assunta - reliġjuża

Il-Beatu Antonio Baldinucci

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Titu 1: 1-9 Aħtar presbiteri f’kull belt, skont ma ordnajtlek. 2. Salm 23: 1-6 Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej. 3. Luqa 17: 1-6 Jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek: ‘Jisgħobbija,’ aħfirlu. SAN WILLIBRORD (658-739) - isqof ta’ Utrecht Twieled fin-Northumbria, fit-tramuntana tal-Ingilterra fis-sena 658. Ta’ seba’

snin, insibuh jitgħallem fil-Monasteri ta’ Ripon, immexxi minn San Wilfrid. Wara mar l-Irlanda ma’ San Egbert u ma’ San Wigbert. Ordnat saċerdot ta’ 30 sena fis-sena 688, telaq sentejn wara ma’ 11-il

Benedittin lejn il-Friżja, fl-Olanda, fejn ipprietka u kkonverta bosta pagani. Fit-22 ta’ Novembru 695, fil-Bażilka ta’ Santa Ċiċilja in Trastevere, ġewwa

Ruma, f’jum il-festa tagħha, il-Papa San Serġju I ikkonsagra isqof lil Willibrord u tah l-isem ta’ Klement.

Willibrord waqqaf is-sedje tiegħu f’Utrecht, li tagħha kien l-ewwel isqof, u ddedika l-katidral tiegħu lis-Ssmu.Salvatur, bħall-Katidral tal-Lateran ta’ Ruma u dak ta’ Canterbury fl-Ingilterra. Waqqaf ukoll il-monasteru ta’ Echternach fil-Lussemburgu u pprietka wkoll fid-Danimarka u fil-gżira ta’ Heligoland.

Kull fejn mar waqqa’ l-idoli u bena knejjes insara. Kien mgħejjun mill-appostlu tal-Ġermanja, San Bonifaċju, Benedittin Ingliż

bħalu u mfaħħar ħafna mid-duttur tal-Knisja San Beda, Benedittin Ingliż ieħor. Willibrord, l-Appostlu tal-Olanda, miet ta’ 81 sena fil-monasteru ta’ Echternach

fil-Lussemburgu, fis-7 ta’ Novembru 739 u ġie midfun hemmhekk. Illum insibu r-relikwi tiegħu fil-katidral kattoliku ta’ Utrecht fl-Olanda, iddedikat lilu.

Huwa l-qaddis patrun tal-Olanda u tal-Lussemburgu. Riflessjoni: Għax hu Alla, għax hu l-ħniena, u għax il-ħniena li l-ewwel attribut ta’ Alla. Hi l-isem ta’ Alla. Ma hemm l-ebda sitwazzjoni li ma nistgħux noħorġu minnha, m’aħniex ikkundannati biex negħrqu fir-ramel li jinżel bina, fejn aktar ma nitħarrku aktar ninżlu ’l isfel. Ġesù jinsab hemm, inewlilna idu, lest biex jaqbadna u jiġbidna ’l barra mill-ħama, mid-

SIGNUM FIDEI 17

dnub, anki mill-abiss tal-ħażen li fih waqajna. Irridu biss nagħrfu l-istat li aħna fih, inkunu onesti magħna nfusna, ma noqogħdux nilagħqu l-ġrieħi tagħna. Nitolbu l-grazzja li nagħrfu li aħna midinbin, responsabbli ta’ dak il-ħażen. Aktar ma nagħrfu li aħna fil-bżonn, aktar ma niregħxu u numiljaw ruħna, iżjed tilħaqna malajr it-tħaddina tal-Grazzja tiegħu. Ġesù qed jistenniena, jinsab hemm qabilna, qed inewlilna idu, għandu sabar kbir magħna. Alla hu fidil.

Il-Papa Franġisku, L-Isem ta’ Alla huwa Ħniena Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4, silta mit-2 punt

It is said of Saint John that he preached penance for the remission of sins, because it is penance that procures the remission of sins for those who have offended God. Saint Peter said to the Jews in the Acts of the Apostles, Do penance, and be converted, so that your sins may be forgiven. For such is the specific end of this virtue; it alone can appease the heart of God irritated against sinners. God tells us this in Ezechiel, saying that if the wicked man does penance for all the sins he has committed, keeps all my precepts, and acts according to equity and justice, I will no longer remember all his iniquities, and they will no more be imputed to him. Saint Peter, preaching to the Jewish people to make known to them the truths of the Gospel, told them, Do penance to obtain the remission of your sins.

TALBA

Mulej, Alla tiegħi, jisgħobbija b’qalbi kollha

minn dnubieti ta’ ħajti kollha. Jisgħobbija, Mulejja, għall-ġenna li tlift u għall-infern li rbaħt;

imma fuq kollox jisgħobbija għax rgħextek u offendejtek, li inti kollok tjieba u ħniena.

Inħobbok, Mulejja, inħobbok fuq kollox. Mil-lum ’il quddiem, bl-għajnuna mqaddsa tiegħek,

ma nidneb qatt u qatt iżjed, u la mmur fejn dari nidneb,

naħrab ukoll dak kollu li dari waqqagħni fid-dnub.

Missierna ...

18 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 8 ta’ Novembru Il-Beata Eliżabetta tat-Trinità – verġni

Il-Beatu Ġwann Duns Scotus - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Titu 2: 1-8.11-14 Ngħixu bit-tjieba, u nistennew it-tama hienja u d-

dehra tal-glorja tal-kbir Alla u salvatur tagħna, Ġesù Kristu.

2. Salm 36: 3-4.18 u 23.27 u 29 Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej. 3. Luqa 17: 7-10 Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu. BEATA ELIŻABETTA TAT-TRINITÀ (1880 -1906) - Soru Karmelitana Hija twieldet filgħodu fit-18 ta’ Jannar 1880, f’kamp/sptar tal-militar, ladarba

missierha kien kaptan fl-Armata Franċiża. Missierha kien Il-Kaptan Francois Joseph Catez u ommha, Maria Rolland.

Tgħammdet nhar it- 22 ta’ Lulju, nhar il-festa ta’ Santa Marija Maddalena u ġiet imsejħa Maria Ġużeppa Eliżabetta.

Meta miet missierha, kellha 7 snin u dan ġegħelha taħseb fil-fond u fit-tul fuq l-eternità. Fl-Ewwel Tqarbina fis-19 ta’April 1891, Ġesù daħal fiha bil-qawwa kollha biex qatt ma joħroġ minnha.

Ta’ 14-il sena ħasset ġibda kbira li tidħol soru. Sakemm ġiet biex tidħol il-Karmelu, ma nqatgħetx mid-dinja: tagħti kunċerti mill-aqwa tal-pjanu - rebħet l-ewwel premju f’kompetizzjoni fil-pjanu ma’ Franza kollha. Kellha edukazzjoni mill-aħjar, intelliġenti u matura. Kienet tgħin ħafna fix-xogħol tal-parroċċa: il-katekiżmu, tmexxi u ddoqq l-orgni mal-kor li kellha. Kummenti tan-nies u żgħażagħ li kienu jafuha kienu, kemm kienet ħelwa u fuq tagħha.

Batiet ħafna meta ġiet biex tħalli lil ommha biex tidħol fil-Karmelu. Kull ġurnata kienet mixja aktar ’il quddiem fl-għaqda tagħha mat-Tliet Persuni

tat-Trinità. Din l-għaqda hekk kbira, bdiet wara li qrat il-ħajja u t-tagħlim ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù. Kien għalhekk li għażlet l-isem tat-Trinità meta daħlet soru.

Bdiet tbati bil-marda Addison li kienet tħalliha batuta ħafna. Fil-21 ta’ Novembru 1904, għamlet talba lis-Ssma. Trinità, sentejn biss qabel

ma mietet. Ftit qabel ma mietet kitbet lil oħtha Margerita, fis-sajf tal-1906: ‘‘Kif issib il-

Ġenna fuq l-Art’’. Fid-9 ta’ Novembru 1906, ittajret għal għand it-Trinità! Eliżabetta baqgħet tissemma bħala Eliżabetta tat-Trinità.

SIGNUM FIDEI 19

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II ibbeatifikaha nhar il-25 ta’ Settembru 1984, u l-Papa Franġisku kkanoniżżaha nhar is-16 ta’ Ottubru 2016.

Riflessjoni, mil-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, Kap. XVIII: Sinjur, la darba int sofrejt daqshekk f’ħajtek, l-aktar biex tkompli r-rieda ta’ Missierek, hu xieraq li jien, midneb kif jien, nieħu paċenzja billi jiġrili, kif jogħġob lilek u li jien nerfa’ t-toqol ta’ din ħajti kollha miżerji, sakemm trid int. Għax għalkemm din il-ħajja jidhrilna li hi qalila, bil-grazzja tiegħek issir għalina ta’ mertu kbir; u bl-eżempju tiegħek u tal-qaddisin tiegħek, il-ħila tagħna, għalkemm ċkejkna, titwettaq u moħħna jaqla’ dawl akbar. Anzi dil-ħajja aktar hi hienja milli kienet fil-liġi l-antika, meta l-bwieb tas-smewwiet kienu għadhom magħluqa, u sa t-triq tal-ġenna kienet donnha miksija bid-dlamijiet, u ftit nies kienu jħabbtu rashom fuq is-saltna tas-smewwiet. Għaliex anqas it-tajbin stess ta’ dak iż-żmien li kellhom isalvaw, ma kienu jistgħu jidħlu ġewwa s-saltna tas-sema qabel il-passjoni u l-mewt imqaddsa tiegħek. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 182; silta mit-3 punt

You will never do anything that can promote your own salvation and that of your neighbor without the world’s opposing it. Suffer these contradictions with courage; remain steadfast in the practice of what is right, in spite of all the obstacles you may encounter. God will bless all you do with zeal for love of him, and you will be victorious over those who will oppose what you are doing for God. Do not bother to please those whom Jesus Christ could not please and who are his declared enemies. Often say with Saint Paul, If I were pleasing men, I would not be worthy to be a servant of Jesus Christ.

TALBA

O Alla tiegħi, Trinità li nadura, għinni biex ninsa għal kollox lili nnifsi

ħalli nistabbilixxi ruħi fik, ħiemda bla ma nitħarrek

bħallikieku ruħi ġa qiegħda fl-eternità! Jalla xejn ma jtellifni l-paċi tiegħi

jew joħroġni minnek. Ammen.

Santa Eliżabetta tat-Trinità

Missierna ...

20 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 9 ta’ Novembru San Teodoru Tyro - martri

Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Eżekjel 47: 1,2,8,9,12 Rajt l-ilma ħiereg mit-tempju. jew 1Korintin 3: 9b-11,16-17 Intom it-tempju ta’ Alla. 2. Salm 45: 2-3,5-6,8-9 Tifraħ il-belt ta’ Alla. 3. Ġwanni 2: 13-23 Ġesù tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu. ID-DEDIKAZZJONI TAL-BAŻILIKA TAL-LATERAN It-tradizzjoni tgħidilna li bħal-lum, sa mis-seklu 12, isir l-anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-bażilka li l-Imperatur Kostantinu kien bena fuq l-għolja tal-Lateran. Għall-ewwel din il-festa kienet issir f’Ruma biss, imbagħad bdew jagħmluha wkoll dawk kollha li jużaw ir-rit Ruman, bħala xiehda ta’ ġieħ lill-bażilka li hi “l-Omm u r-ras tal-knejjes kollha tal-Belt u tad-Dinja” kif ukoll bħala sinjal ta’ mħabba u għaqda mal-katedra ta’ Pietru, li, skont Injazju ta’ Antijokja, “tippresiedi fuq il-ġemgħa kollha magħquda fl-imħabba.”

SAN TEODORU TYRO (†c.306) – martri San Teodoru twieled f’Amasea, Pontu, fil-Lvant tal-Ewropa, minn familja

nobbli. Meta kien għadu daqsxejn ta’ żagħżugħ issieħeb fl-armata Imperjali. Fil-bidu tas-sena 306, l-imperatur ħareġ editt li l-insara kollha, jridu joffru

sagrifiċċju lill-allat, u Teoduru, li kien għadu kemm ingħaqad mal-armata, immarċja magħhom sa Pontu, fejn imbagħad, hemm, kellu jagħżel bejn apostasija jew mewt.

Huwa ddikjara quddiem il-kmandant tiegħu, li hu kien lest li jiġi mqatta’ biċċiet u joffri kull parti minn ġismu ’l-Ħallieq tiegħu, Dak li miet għalih.

Il-kmandant dehrlu li jekk jieħdu bil-ħlewwa kien lest li jibdillu fehmtu, allura għall-ewwel ħallih bi kwietu, u qagħad jaħseb x’jista’ jagħmel biex żgur ibiddel fehmtu.

Teodoru iżda, meta sab ruħu f’dik il-libertà, approfitta ruħu, u mingħajr ma pprova jinħeba, qabbad in-nar u ħaraq it-tempju ta’ wieħed mill-allat.

Xorta waħda l-imħallef talbu bil-ħniena biex jirrinunzja l-fidi tiegħu, u jsalva ħajtu; iżda Teodoru radd is-salib u wieġeb: “Sakemm nibqa’ nieħu nifs, jien nistqarr isem Kristu”.

Wara li tawh torturi ħorox l-imħallef ġagħlu jipprova jifhem x’għajb ġabu fih Kristu. “Dan l-għajb”, wieġbu Teodoru, “ jien u kull min isejjaħ ismu, lest iġarrbu bil-ferħ”.

SIGNUM FIDEI 21

Ġie kkundannat biex jiġi maħruq. Hekk kif il-fjamma bdiet togħla, wieħed nisrani ra lir-ruħ tiegħu tielgħa, bħal berqa, lejn is-smewwiet.

Riflessjoni: Nixtiequ nistaqsu lilna nfusna: imma fl-aħħar, x’sa jseħħ mill-poplu ta’ Alla? X’ħa jiġri minn kull wieħed u waħda minna? X’għandna nistennew? L-Appostlu Pawlu għamel il-qalb lill-insara tal-komunità ta’ Tessalonika, li kienu jagħmlu dawn l-istess mistoqsijiet, u wara l-argumentazzjoni tiegħu stqarrew dan il-kliem li hu fost l-isbaħ fit-Testment il-Ġdid: “Hekk inkunu dejjem mal-Mulej” (1 Tess. 4:17). Hu kliem sempliċi, imma mimli b’tama hekk kbira! Hemm tifsira kbira f’dak li jgħid Ġwanni fil-ktieb tal-Apokalissi, meta jerġa’ jaqbad l-intuwizzjoni tal-profeti, u jfisser id-dimensjoni aħħarija, defenittiva, fit-termini ta’ “Ġerusalemm il-ġdida, nieżla mis-sema mingħand Alla, imħejjija bħal għarusa mżejna għall-għarus tagħha” (Apok. 21:2). Dan hu li hemm jistenniena! Din, mela, hija l-Knisja: hi l-poplu ta’ Alla miexi wara l-Mulej Ġesù u li qed jitħejja jum wara l-ieħor għal-laqgħa miegħu, bħal għarusa ma’ għarustha. U dan mhux biss mod ta’ kif ngħidu l-affarijiet: din sa tkun festa tat-tieġ vera u propja! Iva, għax Kristu, li sar bniedem bħalna u għamilna lkoll ħaġa waħda miegħu, bil-mewt u l-qawmien tiegħu, tassew tgħarras magħna u minna bħala poplu għamel l-għarusa tiegħu.

Il-Papa Franġisku, Udjenza Ġenerali, 15 t’Ottubru 2014

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 62, silta mit-2 punt

Not only do you live in a house of prayer but also your body is a house of prayer. Do you not know, as Saint Paul says, that your body is the temple of the Holy Spirit, who dwells in you, who has been given to you by God, and that you are no longer your own since you have been bought at a great price? From this Saint Paul concludes, Glorify God, therefore, and bear him in your body. This is true if your body is a house of prayer. In this same spirit and in this sentiment, Saint Paul in another passage implores you, by the mercy of God, to offer God your body as a living sacrifice, holy and acceptable in his eyes.

TALBA Mulej Ġesù Kristu sawwab fuqna l-grazzja tiegħek,

biex minnek nitolbu u minnek nirċievu il-milja tal-ħajja vera.

Itlob lill-Missier għalina sabiex jagħtina l-fidi vera, u b’hekk nidħlu

fil-ħajja ta’ dejjem. Dan jista’ jseħħ bil-għajnuna tiegħek,

li int il-bidu u t-tmiem, jistħoqlok kull tifħir, Alla tal-għaġeb, li ħadd ma jista’ jfisser,

għal kemm itul ż-żmien. Ammen.

Sant’Antnin ta’ Padova

Missierna ...

22 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 10 ta’ Novembru San Iljun il-Kbir - Papa u duttur tal-Knisja

Sant’Andrija Avellino - konfessur

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filemon 7-20 Ilqgħu, mhux iktar bħala lsir, imma bħala ħuk għażiż. 2. Salm 145: 7-10 Hieni min f’Alla ta’ Ġakobb isib l-għajnuna tiegħu. 3. Luqa 17: 20-25 Is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda.

SANT’ANDRIJA AVELLINO (1521-1608) - konfessur Twieled Castronovo, fin-Naplitan. Tawh l-isem ta’ Lancellotto. Wara li beda l-

iskola beltu, mar jistudja letteratura u filosofija Venezja. Billi kien sabiħ, ried jilbes ta’ abbati biex iħares is-safa’.

Ħa t-tonsura u mar Napli jistudja l-liġi ċivili u kanonika. Hawn ħa d-dottorat, ħa l-quddies u beda jaħdem fil-qorti ekkleżjastika.

Waqt li darba kien jiddefendi kawża qal gidba. Malajr intebaħ bil-periklu tal-karriera tiegħu, qatagħha li jħalliha u li jagħti ruħu għall-ministeru saċerdotali.

Bil-ħeġġa tiegħu għamel ġid hekk kbir lill-erwieħ, li fl-1556 il-Kardinal Ribiba fdalu f’idejh ir-riforma tas-Sorjiet Benedittini ta’ Baiano.

Hawn il-ħidma tiegħu ma kellhiex suċċess minħabba r-reżistenza ta’ bosta sorijiet u ħbieb tagħhom li kienu jżuruhom, hekk li fl-aħħar l-arċisqof ta’ Napli kellu jagħlaq il-kunvent.

Sadattant, Dun Lancellotto, diżgustat mid-dinja, xtaq jingħaqad aktar ma’ Alla u jsir reliġjuż. Daħal mal-kjeriċi regulari Teatini, imwaqqfin Napli minn San Gejtanu xi 30 sena qabel.

Kellu 35 sena, u mal-bidla ta’ ħajtu biddel ismu u ħa l-isem ta’ Andrija. Baqa’ erbatax-il sena Napli, fejn għall-ħeġġa tiegħu fil-ħajja spiritwali tar-ruħ ħatruh l-ewwel majjistru tan-novizzi u mbagħad superjur.

Fost dawk li hu ħareġ kien hemm il-Patri Scupoli, l-awtur tat-‘‘Taqbida tar-Ruħ’’. Iż-żelu tiegħu għar-riforma ġie magħruf minn bosta, fosthom il-Kardinali Aresio u San Karlu Borromeo.

Dan talbu fl-1570 biex jiġi jiftaħ kunvent Milan. Warajh fetaħ dar oħra Pjaċenza, fejn ikkonverta bosta nisa nobbli, li xi wħud minnhom saru sorijiet. Fl-1582 mar lura Napli, fejn reġa’ sar superjur tal-kunvent ta’ San Pawl.

Minn hawn fetaħ djar oħra tat-Teatini f’bosta djoċesijiet oħra tal-Italja. Il-prietki tiegħu kisbu bosta konverżjonijiet ta’ midinbin kbar.

Jingħad li għamel bosta mirakli f’ħajtu: fosthom il-każ ta’ wieħed li ma kienx jemmen bil-Preżenza Reali, u li wara li tqarben għar-rispett uman ħeba l-ostja ġol-maktur li mbagħad sabu mċappas bid-demm.

SIGNUM FIDEI 23

Mar iqerr għand il-qaddis, li ppublika l-fatt bla ma semma l-isem tal-penitent. Fl-1590 il-Papa Girgor XIV ried jaħtru isqof, iżda l-qaddis tant talbu biex iħallih sempliċi membru li l-Papa ħallieh.

Fl-10 ta’ Novembru, ta’ 87 sena, il-qaddis tah attakk apopletiku waqt li kien ser jibda jqaddes, u miet waranofsinhar.

Riflessjoni: Nifhem, u naf mill-esperjenza, li “s-saltna ta' Alla qiegħda ġewwa fina” (Lq. 17, 21). Ġesù ma għandu ebda bżonn ta’ kotba u lanqas ta’ dutturi biex jgħallem l-erwieħ; Hu, id-duttur tad-dutturi, jgħallem mingħajr il-ħoss ta’ kliem. Qatt ma smajtu jitkellem, iżda nħoss li qiegħed ġewwa fija, f'kull waqt: imexxini, inebbaħni x'għandi ngħid jew nagħmel. Sewwasew fil-ħin li neħtieġhom, niskopri dwal li nkun għadni ma rajtx; u mhuwiex l-aktar sikwit waqt l-orazzjoni li jkunu l-aktar abbundanti, imma aktarx f'nofs il-ħidmiet tal-ġurnata tiegħi ...

Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Storja ta' Ruħ

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 67, silta mill-1 punt

For this present life, you must not be concerned about anything except to make God reign in your heart by his grace and by the fullness of his love. It is for God that you ought to be living; it is the life of God that ought to be the life of your soul. You nourish the life of your soul with God’s life by being occupied with his holy presence as much as you are able. What characterizes the life of the saints is their continual attention to God; this ought also to be true of souls consecrated to God, who seek only to do his holy will, to love him, and to cause him to be loved by others. This must be your entire preoccupation on earth; to accomplish this ought to be the goal of all your work.

TALBA

Missier, f’idejk nintelaq jiena. Agħmel minni dak li jogħġbok.

Niżżikħajr għal dak kollu li tagħmel bija: jien lest għal kollox, nilqa’ kollox.

Agħmel biss li r-rieda tiegħek isseħħ fiha, u fil-ħlejjaq kollha tiegħek.

Ma nixtieq xejn aktar, Mulej. F’idejk jien nitlaq ruħi;

nagħtihielek bl-imħabba kollha ta’ qalbi, għax jien inħobbok, Mulej,

u għalhekk inħoss il-ħtieġa li nagħti lili nnifsi lilek, li nintelaq f’idejk għal kollox u b’kunfidenza bla tarf,

għax int Missieri. Charles de Foucauld

Missierna ...

24 SIGNUM FIDEI

Nitolbu għal Bro. Domnic Rosso (2011) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Novembru San Martin ta’ Tours - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġwanni 2: 4-9 Min jibqa’ fit-tagħlim, għandu l-Missier u l-Iben fih.

2. Salm 118: 1,2,10,11,17,18 Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej.

3. Luqa 17: 26-37 Hekk ikun il-Jum li fih jidher Bin il-bniedem.

SAN MARTIN TA’ TOURS (316-397) – isqof San Martin huwa ċertament wieħed mill-qaddisin l-iktar meqjuma mill-poplu

nisrani. Twieled fil-belt ta’ Sabarja fil-Pannonja, fl-Ungerija tal-lum madwar is-sena 316.

Imma l-familja marret tgħix f’Pavia, l-Italja ta’ Fuq, u bħal missieru Martinu li kien għadu pagan, sar suldat, anki kontra qalbu. Jingħad li kien fil-belt ta’ Amiens fi Franza ta’ Fuq, meta ta nofs il-mantell tiegħu lil wieħed fqir, li kien iterter bil-bard. Kien għadu katekumenu, imma ma damx ma sar nisrani. Aktar tard ħalla l-armata u sar dixxiplu ta’ San Ilarju, isqof ta’ Poitiers.

Ikkonverta lil ommu u oħrajn li saru nsara u f’Illyricum (fl-eks-Jugoslavia) tant ħadha kontra l-ereżija Ariana, li ġie flaġellat. Imkeċċi minn Milan, mill-Isqof Arjan Auxentius, mar jgħix ta’ eremit fil-gżira żgħira ta’ Gallinarja, qrib Ġenova.

Imma fis-sena 360, irritorna Poitiers, u ftit wara, waqqaf il-monasteru ta’ Ligugé, l-ewwel monasteru fi Franza, li wara sar monasteru Benedittin, u llum jinsab għand il-Benedittini ta’ Solesmes. Wara għaxar snin Ligugé, fis-sena 371, inħatar isqof ta’ Tours, fejn wera ruħu l-veru ragħaj tal-erwieħ.

Ukoll bħala isqof, baqa’ jgħix ħajja ta’ patri, anzi kien joqgħod barra minn Tours, f’post jismu Marmoutier, li ma damx ma sar abbazija famuża li għadha teżisti sal-lum. Ħadem kemm felaħ, mhux biss kontra l-ereżija ta’ Arju, imma wkoll kontra l-Prixxiljanisti, u skont Sulpicius Severus, li kiteb ħajtu, ipprietka wkoll f’Touraine Chartres, Pariġi, Autun, Sens u Vienna, fejn iltaqa’ ma’ San Pawlinu, isqof ta’ Nola, u fejqu mill-mard tal-għajnejn. Bħal Sant’Ambroġġ, San Martin ma riedx li Prixxiljanu u sħabu l-eretiċi jieħdu l-piena tal-mewt, imma l-Imperatur Maximus, imġiegħel minn Ithacius, isqof ta’ Ossanova, qatgħalhom rashom.

SIGNUM FIDEI 25

San Martin miet fit-8 ta’ Novembru 397, seba’ xhur wara Sant’Ambroġġ, imma l-festa tiegħu ssir fil-11 tax-xahar, il-jum tad-difna tiegħu f’Tours. L-Isqof San Brizju, li laħaq floku f’Tours, bena kappella fuq qabru, li l-lum hi bażilika sabiħa ta’ Tours, li tħares il-fdal tiegħu.

Hu l-ewwel qaddis li mhux martri li ġie meqjum fil-Knisja tal-Punent. Lilu huma ddedikati mijiet ta’ knejjes, fosthom l-abbazija famuża ta’ Pannonhalma fl-Ungerija u l-katidral ta’ Lucca l-Italja.

San Girgor, li kien ukoll isqof ta’ Tours, 200 sena wara San Martin, ifaħħru bħala l-qaddis ta’ bosta mirakli.

Riflessjoni: Dan għandha tkun ir-reviżjoni tal-ħajja tagħna kull ħin. Għandna nifhmu li l-Mulej kisbilna l-fidwa u s-salvazzjoni ta’ wlied id-dawl. Ġesù kiseb rebħa billi ħallas permezz tad-demm tiegħu innoċenti. Dak li nistgħu nagħmlu aħna huwa biss li nitilfu din is-salvazzjoni bl-għażliet żbaljati u kumpromettenti tagħna.

Mitt Minuta mal-Mulej, (Pub. Dumnikana)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 1, silta mill-1 punt

Speaking of the Last Judgment …, Jesus Christ says that all people will see the Son of Man coming on a cloud with great power and majesty. The regal aspect in which Jesus Christ will appear and the great power he will display when he comes to judge the world ought to make us fear his coming. This is what Saint Jerome says, commenting on these words of the Prophet Malachy: Who can think of the day of his coming? If no one dares think of the day of the Last Judgment, because of the majesty and power of him who will be the judge, who will be able to endure the strictness of his judgment? This will be all the more difficult, he adds, because the One who will act as witness will also be the One who will judge; this is what ought to lead us to dread this judgment all the more.

TALBA

l-aktar qaddis, ħallieq, feddej, konsolatur u salvatur tagħna.

Ħalli ssaltan fina bil-grazzja tiegħek, u tħaffifna biex naslu għas-saltna tiegħek, fejn hemm naraw id-dehra ċara tiegħek,

l-imħabba perfetta tiegħek, l-għaqda hienja miegħek,

u t-tgawdija bla tmiem tiegħek, Ammen.

San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

26 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 12 ta’ Novembru San Teodoru Studita - abbati San Ġozafat - isqof u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġwanni : 5-8 Aħna fid-dmir li nilqgħu lil ħutna, ħalli b’hekk nissieħbu magħhom

fil-ħidma għat-tixrid tal-verità.

2. Salm 111:1-6 Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej.

3. Luqa: 18: 1-8 Alla jagħmel ħaqq lill-magħżulin tiegħu li jgħajtulu lejl u nhar.

SAN ĠOŻAFAT (1580-1623) – isqof martri Ġożafat twieled fil-Litwanja. Meta kellu 15-il sena l-“Unjoni ta’ Brest – Litowski”

ħadet xi 10 miljuni nsara li ma baqgħux leali lejn il-patrijarka ortodoss ta’ Kostantinopli u reġgħu ngħaqdu mas-Santa Sede.

Għalkemm Ġożafat kien qed jaħdem ma’ negozjant, ħass ġibda għall-ħajja reliġjuża u ta’ 24 sena, daħal patri Bażiljan f’Vilna.

Wara li ġie ordnat saċerdot, laħaq abbati, koadjutur u fl-aħħar, ta’ 38 sena, arċisqof ta’ Polzk. Fit-tilwim bejn in-nies tal-“Unjoni” u l-aħwa mifruda, Ġożafat wera ħerqa kbira biex jikkonverti erwieħ għall-għaqda ma’ Ruma.

Huwa kien jipprietka u jqarar fi knejjes, sptarijiet, ħabsijiet u f’għelieqi. Dan il-“Ħalliel tal-Erwieħ” (kif kien imlaqqam) ikkonverta ħafna personaġġi għoljin fosthom il-Patrijarka ta’ Moscow.

Għall-kleru tiegħu Ġożafat għamel sinodi regolari, kiteb regolamenti u katekiżmu. Kien jgħix ħajja mortifikata ħafna.

Il-ħidma kollha frott ta’ San Ġożafat qanqlet l-għira tal-għedewwa li fl-aħħar tawh il-martirju. Iżda l-konverżjonijiet komplew jiżdiedu aktar wara mewtu.

Riflessjoni: Il-preżenza tal-insara fil-ġemgħat tal-bnedmin għandha tkun imħeġġa b’dik l-imħabba li biha Alla ħabbna u jixtieq li nħobbu lil xulxin bl-istess imħabba (ara 1 Ġw. 4,11). Tassew, l-imħabba nisranija tinfirex fuq kulħadd, mingħajr għażla ta’ razza, kundizzjoni soċjali jew reliġjuża; ma tistenna ebda qligħ jew gratitudni. Bħalma Alla ħabbna bi mħabba mingħajr ħlas, hekk il-fidili, bl-imħabba tagħhom, juru ħerqa għall-bniedem, waqt li jħobbuh sewwa sew kif Alla fittex il-bniedem. Għalhekk, bħalma Kristu ġera mal-ibliet u mal-irħula kollha waqt li fejjaq kull dgħufija u mard b’sinjal tal-wasla tas-Saltna t’Alla (ara Mt. 9, 35; Atti 10,38), hekk ukoll il-Knisja tingħaqad, bl-ulied tagħha, mal-bnedmin ta’ kull kundizzjoni, iżda l-iżjed mal-fqar u mal-imnikktin u bil-qalb kollha tintefaq għalihom. Fil-fatt, hi tieħu sehem fil-ferħ u fin-niket tagħhom, tagħraf l-aspirazzjonijiet u l-misteri tal-ħajja, tbati magħhom fl-ansjetà tal-mewt. Lil

SIGNUM FIDEI 27

dawk li qegħdin ifittxu l-paċi, hi tixtieq tweġibhom bi djalogu ta’ aħwa, waqt li tnewlilhom is-sliem u d-dawl tal-Vanġelu.

Il-Beatu Papa Pawlu VI, Ad Gentes Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 192, silta mill-1 punt

See how important it is for you to know Holy Scripture well, because Saint Paul assures us that whoever ignores it will be ignored and that this knowledge makes a person strong in the faith and in the practice of good. As the same Saint Paul says, this is what teaches salvation through faith in Jesus Christ, what is inspired by God and useful for instruction, reproof, correction, and for training in piety and justice, so that the man of God may be perfect and well equipped for all sorts of good work. This was the benefit Saint Catherine drew from reading Holy Scripture. It is important that you obtain the same benefit from the same source, for you are commissioned by God to instruct, reprove, correct, and lead to piety the children who are entrusted to you.

TALBA Mulej,

jiena nithenna li naf li xejn ma jiġi bejni u bejnek,

imqar meta nħossni waħdi jew nkun f’qagħda ħażina, meta nkun marid jew ħosbin.

Ukoll meta jaħbtu għaliha jew ninsab imbeżża’, “imħabbtek tinsab aktar fil-fond

mill-qiegħ ta’ kull abbiss minn tiegħi.” (Corrie Ten Boom) Mulej,

int ġarrabt ħafna taħwid ta’ din id-dinja, imma int tbaxxejt biex tkun tista’ terfagħna.

Kun dejjem magħna. Brother Nicholas Hutchinson

Missierna ...

28 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 13 ta’ Novembru It-Tlieta u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Malakija 3: 19-20a Għalikom titla’ x-xemx tal-ġustizzja. 2. Salm 97 :5-9bċ Il-Mulej jagħmel ħaqq mill-popli. 3. 2Tessalonikin 3: 7-12 Jekk xi ħadd ma jridx jaħdem, dan anqas ma għandu

jiekol. 4. Luqa 21: 5-19 Jekk tibqgħu sħaħ sal-aħħar issalvaw ħajjitkom.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Li l-Vanġelu – bxara tajba ta’ Ġesù – iħabbar futur fejn “iqum ġens kontra ġens u saltna kontra saltna ... jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom”, (Lq. 21:10-11) hi ħaġa stramba ħafna imma forsi għal dinja bħal tagħna hemm bżonn ta’ aħbar li tixxokkja. Dinja li taħseb li għandha kollox taħt kontroll li tipprevedi kull riskju u tqis dak kollu li jista’ jiġri. Dinja li nsiet li hemm il-mewt għal kulħadd u li s-sistema mondjali rregolata b’tant impenn, hija destinata li titfarrak.

Din l-aħbar inkwetanti hi neċessarja għax dawn il-ġrajjiet li jitkellem dwarhom il-Vanġelu huma realtajiet ta’ ‘qabel tal-aħħar’ fil-fatt l-aħħar ġrajja fl-istorja ta’ kull wieħed u waħda minna għad tkun il-miġja ta’ Bin il-Bniedem li għad iġibilna s-salvazzjoni aħħarija bil-maħfra divina li għad tifdi l-ħolqien mill-abbiss tal-ħażen li waqgħet fih. Tajjeb niftakruh dan biex dawn l-affarijiet li għad jiġru ma jbeżżgħuniex, biex ma nċedux għall-iskorraġġament, biex nibqgħu nafdaw dejjem u nipperseveraw fil-fedeltà anke waqt il-provi ibsin tal-ħajja.

Il-Vanġelu tal-lum ifakkkarna li l-paċenzja u l-perseveranza ta’ dawk li jemmnu tippermetti lil Alla li jsalvalhom ruħhom. Flimkien ma’ din il-virtù umli u soda, dawk li jemmnu huma msejħa wkoll biex jiddixxernu f’din id-dinja li rriduċiet il-verità għal opinjoni, u li hi msaħħra bl-apparenzi u li għamlet il-vanità l-istil tal-ħajja; f’dinja bħal din faċli titqarraq. Għall-insara l-kriterju tad-dixxerniment kien, u jibqa’ dejjem Ġesù.

L-ewwel dixxipli meta kienu jaħsbu fuq kliemu, mewtu u l-qawmien tiegħu, kien jirnexxielhom jagħtu sens lil dak id-dramm tal-biża’ li t-tiġrif tat-tempju kien ifisser għal-Lhud bħalhom: dik il-ġrajja fakkrithom li Ġesù kien ħabbar iż-żmien li l-fidili kienu se jqimu lil Alla fl-ispirtu u l-verità, b’hekk issir inutli l-istruttura tal-ġebel u tinbidel f’dik tal-laħam li hi qalb il-bniedem kif kienu qalu l-profeti.

Anki t-twissija ta’ Ġesù kontra dawk li jgħidu “jien hu” u “ż-żmien wasal” għandha l-iskop li ssaħħaħ il-fidi Fih bħala l-uniku Mulej, u tqaċċat kull forma ta’ idolatrija li tipprova tpoġġi lilha nnifisha bħala l-unika mixja tal-istorja.

Biżżejjed inħarsu lejn l-idejoloġiji li ddominaw is-seklu li għadda - komuniżmu, faxxiżmu u kapitaliżmu, u dawk li huma fis-seħħ fi żmienna, il-konsumiżmu, l-

SIGNUM FIDEI 29

atejiżmu, il-fundamentaliżmu reliġjuż u t-terroriżmu. “Tmorrux warajhom” hija l-eżortazzjoni ċara ta’ Ġesù li tgħodd ħafna għal-lum fi żmien fejn la m’hemmx twemmin f’Alla hemm it-twemmin f’kull ħaġa oħra.

Ġesù jħabbar ir-rebħ tal-inġustizzja u l-ħażen mhux biex jaqtgħalna qalbna imma biex ifakkarna li hu stess jaf x’inhu ġej, wegħedna wkoll li “xagħra waħda minn raskom ma tintilifx”. (Lq. 21:18) B’hekk jurina li d-destin tagħna u tad-dinja hu Ġesù Kristu.

Meta nipperseveraw fil-fidi u niddixxernu l-istorja bħala fidili, aħna niġu msejħa nħabbru t-tama anki fejn jirrennja l-ħażen. It-tama ta’ min jaf li bil-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù s-setgħa t’Alla fuq id-dinja hi inevitabbli; it-tama ta’ min jaf li għandu l-ispirtu tal-verità li jiġġudika kollox mingħajr ma jiġi ġġudikat minn ħadd; it-tama ta’ min jaf li Ġesù għad jiġi warajhom, biex jagħti sens lid-destin glorjuż tal-ħolqien.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 78, silta mit-2 punt

You have been called, just as the holy Apostles were, to make God known, and you need great zeal for this. Ask God for a share in the zeal of Saint Andrew. Regard him as your model, and proclaim Jesus Christ and his holy maxims without growing weary. For this purpose, you need to have learned these truths from Jesus Christ by often being in his company through your diligence in prayer. This is where, after you have studied your responsibility to instruct others, you must not spare anything in you to procure the glory of God in every kind of way.

TALBA

Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur.

Fawwar il-qalb tiegħi bl-ispirtu u l-ħajja tiegħek. Idħol ġewwa fija

u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien, b’mod li l-ħajja tiegħi

tkun tirrifletti lilek biss. Iddi minn ġo fija,

kun ġo fija nnifsi b’mod li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha

tħoss il-preżenza tiegħek ġo fija. Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili,

imma lilek biss! Il-Kardinal John Henry Newman

Missierna ...

30 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 14 ta’ Novembru San Nikola Tavelić u sħabu - martri San Ġużepp Pignatelli - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 1: 1-4; 2: 1-5a Ġib quddiem għajnejk fiex waqajt u indem. 2. Salm 1: 1-4, 6 Lir-rebbieħ nagħtih jiekol mis-siġra tal-ħajja. 3. Luqa 18: 35-43 “Xi tridni nagħmillek?” – “Li nara, Mulej!” SAN ĠUŻEPP PIGNATELLI (1737-1811) - reliġjuż Dan il-qaddis jokkupa post importanti fl-istorja tal-kumpanija ta’ Ġesù (Ġiżwiti),

anzi ġie msejjaħ it-tieni fundatur tagħha. Hu twieled fi Spanja minn familja nobbli ta’ nisel Taljan.

Ta’ 16-il sena daħal mal-Ġiżwiti u kien ordnat saċerdot fl-1762 (ta’ 25 sena), u beda jgħallem fil-kulleġġ ta’ Saragoża.

Meta fl-1767 il-Ġiżwiti ġew imkeċċija minn Spanja, hu mar Korsika flimkien ma’ ħuh Nikola, ġiżwita bħalu. Minn hemm kienu wkoll imkeċċijin u għalhekk mar f’Ferrara li kien fl-istat tal-Papa. Fl-għoxrin sena ta’ wara li l-Ġiżwiti kienu soppressi minn Klement XIV fl-1773, Dun Ġużepp Pignatelli għex f’Bolonja u ddedika lilu nnifsu fl-istudju tal-istorja tal-ordni u jgħin spiritwalment u materjalment (mill-ġid tal-familja tiegħu) lill-membri li kienu qabel ġiżwiti.

Kien bniedem ta’ fiduċja sħiħa f’Alla. Kien jgħid din it-talba kuljum:"Missier, ma nistax ngħid x’se jiġrili llum għax ma nafx. Ħaġa waħda naf bi żgur, li xejn mhu se jiġrili li inti ma tafx bih u tkun tridu għall-ġid tiegħi, għax inti missieri u jiena ibnek. Dan hu biżżejjed għalija biex naċċetta kollox minn idejk."

Beda fis-skiet iħejji għat-twelid mill-ġdid tal-kumpanija. Fl-1797 - waqt li baqa’ fl-Italja - ingħaqad (si aggregò) ma’ dawk il-ġiżwiti li, billi kienu jgħixu f’pajjiżi suġġetti għar-Russja fejn l-editt tal-Papa ma ġiex esegwit, baqgħu fl-ordni.

Fl-1799 ħallewh jorganizza bħal novizzjat u kompla jaħdem bla heda fit-twaqqif mill-ġdid tal-kumpanija; dan seħħ għas-saltna ta’ Napli fl-1804, u Dun Ġużepp Pignatelli kien maħtur l-ewwel provinċjal ta’ Napli u mbagħad tal-Italja kollha.

Miet ta’ 74 sena fit-28 ta’ Novembru 1811. Iddikjarah qaddis Piju XII fl-1954. Riflessjoni: Alla juri fiduċja kbira fina għax flok ma jneħħi l-ostakli minn quddiemna, jagħtina l-għajnuna kollha biex inkunu nistgħu nirbħu u nimmaturaw bid-deċiżjonijiet tagħna (ġieli tqal) li Hu jgħinna nagħmlu. Hekk, ikun qed “jaħdem id f’id ma’ dawk li jħobbuh” (Rum. 8:28). Kieku kien Alla li jibgħat il-mard, Ġesù ma kienx ifejjaqhom. Imma hu ried jurina li l-Missier jippreferi jarana b’saħħitna. Għalhekk, min-naħa tagħna, nagħmlu tajjeb

SIGNUM FIDEI 31

immorru għand it-tabib jew il-counsellor. U nistgħu wkoll induru lejn Kristu bl-imħabba nitolbuh ifejjaqna. L-aħħar kelmiet ta’ Ġesù skont San Mark kienu: “(Dawk li jemmnu) jqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiequ” (Mk. 16:18).

Fr. Harry Formosa, Sibt ’l Alla fid-Deżert

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med 15, l-1 punt The blind man whom Jesus Christ cures in today’s Gospel and whom he had previously asked: What do you wish me to do for you?, is a figure of those people whose superiors are forced to ask them what is agreeable to them and who want to examine what they are going to be asked to do before showing that they are disposed to do it. There are three kinds of such self-willed religious. Some examine the order given; before obeying they must know what the superior intends to command them, so that they can consider whether it is acceptable to them, whether it will be too much trouble for them, or whether they have some condition to propose to make the execution easier and more convenient for them. They also have a number of other reflections to make, all completely natural. Truly obedient people examine nothing and pay attention to nothing except that they must obey. Faith has full charge of their minds and forbids all these considerations.

TALBA

“Hieni l-bniedem li jsib l-għaxqa tiegħu fil-liġi tal-Mulej u li jaħseb lejl u nhar fuqha.” Salm 1

Kemm inħossni nistrieħ li nħalli ’l qalbi tobdi l-liġi tiegħek. Għax għandek biss insib l-għerf

biex ma naqax fis-sakra ta’ din id-dinja li ma tixrobx ħlief il-pjaċiri,

biex tirnexxi fil-ħajja bit-tajjeb jew bil-qerq. Nixtieq li jiena nafda fik

Mulej. Nisma’ u nagħti kas ta’ leħnek biss

u nibqa’ fidil Lejk għax int biss il-Mulej!

U b’hekk biss nista’ ngħix il-vera ‘ħajja’

li ngħixha kuljum taħt il-kenn tal-imħabba tiegħek li fik insib l-għaxqa tiegħi.

Brother Louis Camilleri

Missierna ...

32 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 15 ta’ Novembru San Albertu l-Kbir - isqof u duttur tal-Knisja

Il-Beata Madalena Morano - verġni Il-Beata Marija tal-Passjoni - fundatriċi tal-Franġiskani Missjunarji ta’ Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 3: 1-6,14-22 Jekk xi ħadd jismagħni u jiftaħli l-bieb, jiena nidħol għandu u niekol miegħu. 2. Salm 14 : 2-5 Lir-rebbieħ nagħtih li joqgħod maġenbi fuq it-tron tiegħi. 3. Luqa 19: 1-10 Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf. SAN ALBERTU L-KBIR (1206-1280) - isqof u duttur Twieled fuq ix-xtut tad-Danubju, fil-Ġermanja, u kien bniedem ta’ intelliġenza

mhux komuni. Studja fl-Università ta’ Padova fejn iltaqa’ mal-Beatu Ġordanu tas-Sassonja u tħajjar jingħaqad mad-Dumnikani.

Kien mibgħut ikompli l-istudji tiegħu f’Cologne u mbagħad intbagħat jgħallem sakemm, fl-1245, intbagħat fl-università famuża ta’ Pariġi. Fost l-istudenti famużi tiegħu jispikka San Tumas t’Akwinu.

Fl-1248 kien maħtur reġġenti tad-dar tal-istudji f’Cologne. Sar il-provinċjal tal-ordni tiegħu fil-Ġermanja, mar Ruma biex jiddefendi l-Patriijiet Mendikanti kontra l-attakki tal-kleru sekulari, u fl-1260 kien magħżul isqof ta’ Regensburg. Irriżenja sentejn wara, u għadda l-biċċa kbira tal-bqija ta’ ħajtu fid-dar tal-istudji f’Cologne.

Għalkemm kellu parti attiva fil-konċilju ta’ Lyons hu mar ukoll Pariġi biex jiddefendi xi kitbiet ta’ San Tumas meta dawn ġew attakkati.

Albert beda jissejjaħ "Il-Kbir" jew "Id-Duttur Universali" f’ħajtu stess u x-xogħlijiet stampati tiegħu jimlew 38 volumi (quarto). Fihom insibu trattati fuq il-Loġika, Metafiżika, Matematika, Etika u Xjenza Fiżika, barra minn xogħlijiet bibliċi u teoloġiċi, kif ukoll prietki. Imma l-fama prinċipali tiegħu ġejja minħabba l-applikazzjoni tiegħu tal-metodi ta’ Aristotli u l-prinċipji għall-istudju tat-Teoloġija; hu kien il-pijunier ewlieni u prekursur tas-sistema skolastika li twasslet għall-perfezzjoni permezz tal-istudent tiegħu San Tumas.

San Albert miet fl-età ta’ 74 sena f’Cologne fl-1280 u kien ibbeatifikat fl-1622. Kien iddikjarat qaddis meta ġie ddikjarat Duttur tal-Knisja minn Piju XI fl-1931.

Piju XII fl-1941 iddikjarah patrun ta’ dawk li jistudjaw ix-xjenzi naturali. Il-kulleġġ tad-Dumnikani fil-Belt hu ddedikat lil dan il-qaddis.

Riflessjoni, ‘X’jgħidilna Kristu’: Qatt m’int waħdek. Jiena ninsab dejjem miegħek, ngħinek tħoll il-problemi tiegħek. Kull pass li tagħti nimxi miegħek. L-ebda bniedem ma jista’ qatt jagħtik il-ħbiberija

SIGNUM FIDEI 33

perfetta li noffrilek jien. Jiena nafek wisq aħjar milli inti taf lilek innifsek. Tittrattanix bħala barrani. Ejja għandi mingħajr ma tibża’ jew titħasseb. Afda fl-imħabba u fil-ħniena tiegħi. Jiena nħobb iżjed insejjaħlek ħabib milli qaddej.

Fr. Anthony J Paone SJ; Ħobżna ta’ Kulku

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 196, silta mill-1 punt Consider Jesus Christ as the Good Shepherd of the Gospel, who seeks the lost sheep, puts it on his shoulders, and carries it back to restore it to the fold. Because you are taking his place, consider that you are obliged to do the same thing. Ask him for the grace needed to procure the conversion of hearts. You must, then, be very devoted to prayer to succeed in your ministry. You must constantly represent the needs of your disciples to Jesus Christ, explaining to him the difficulties that you have experienced in guiding them. Jesus Christ, seeing that you regard him as the one who can do everything in your work, whereas you are an instrument that must be moved only by him, will not fail to grant you what you ask of him.

TALBA

fuq Salm 26 “Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi”

O Kristu tiegħi! Dawl tad-dinja,

ferrex ir-raġġi tad-dawl tiegħek, raġġi tal-paċi,

u saħħan lil qalbi u lil sħabi bil-preżenza tiegħek. Għinni, ħalli nħallik tidħol f’qalbi bid-dawl tiegħek

u hekk id-dellijiet u d-dlamijiet jitkeċċew minn ġo fija, u minn ġo sħabi

u b’hekk inkun nista’ nerġa’ nibda mill-ġdid

ġurnata oħra. Bro. Louis

Missierna ...

34 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 16 ta’ Novembru San Ġeltrude - verġni

Santa Margarita tal-Iskozja San Rokku Gonzalves – Ġiżwita, u sħabu martri

Il-Beatu Brother Aurelio Maria u sħabu martri - frère

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 4: 1-11 Qaddis il-Mulej, Alla li jista’ kollox, li kien, u li hu, u li ġej! 2. Salm 150, 1-6 Qaddis, Qaddis, Qaddis il-Mulej, Alla li jista’ kollox. 3. Luqa 19: 11-28 Għax ma mortx tqiegħed flusi l-bank? IL-BEATU BROTHER AURELIO MARIA U SĦABU TA’ ALMERIA (†1936-37) Il-belt ta’ Almeria tinsab fir-reġjun ta’ Andalusia, fin-naħa ta’ nofsinhar lvant tal-

kosta ta’ Spanja. Il-Brothers fetħu skola hemmhekk, wara li fl-1904 ġew imkeċċija minn Franza u

l-kolonji tagħha, wara l-liġi ta’ Combes. Fit-22 ta’ Lulju 1936, ħames Brothers ġew arrestati fil-bini tal-iskola u mitfugħa

l-ħabs. Tnejn oħra ġew arrestati fit-triq waqt li kienu sejrin jimpustaw xi ittri lill-qraba tagħhom. Brothers Analio, Edmigio u Valerio baqgħu miżmuma l-ħabs għal tliet ġimgħat u wara ġew trasferiti f’bastiment tal-faħam li kien mibdul bħala ħabs. Fil-lejl tat-30 t’Awwissu ġew meħuda ħdejn bir u b’riġlejhom marbuta wara daharhom, kienu maqtula b’tir f’rashom. Wara, ġisimhom kien mitfugħ f’bir. Meta nstabu l-fdalijiet tagħhom, minn testijiet li saru skoprew li Br. Valerio ġie mitfugħ ħaj ġol-bir.

Brothers Teodomiro u Evencio kienu ilhom sitt ġimgħat morda ġo ċella, meta ħaduhom barra l-belt u b’pistola ma’ rashom interrogawhom. Wara ttieħdu fl-istess bastiment tal-faħam u fit-8 ta’ Settembru ġew xkubettjati f’post imwarrab.

Lid-direttur, Br. Aurelio, u lil Br. Josè dawruhom f’diversi ħabsijiet sakemm fl-aħħar sparawlhom fl-iskola tagħhom u tefgħuhom ukoll f’bir.

Dawn is-seba’ Brothers ġew ibbeatifikati nhar l-10 ta’ Ottubru 1993, flimkien ma’ żewġ isqfijiet.

Bejn l-1934 u l-1939, ġew maqtula 165 Brother mill-1432, li kien hemm ġewwa Spanja. Dan għaliex kienu għalliema reliġjużi.

Riflessjoni: Qatt ħsibt li ħajtek hi misteru kbir? Inti ġejt fid-dinja mingħajr ħadd ma talbek permess. La l-ġenituri tiegħek li nissluk u lanqas Alla li ġiebek permezz tagħhom. L-iktar ħaġa importanti f’ħajtek, l-eżistenza tiegħek, ma kellek ebda għażla fuqha biex taċċettaha jew tirrifjutaha. U mhux biss, imma inti ser tibqa teżisti għall-eternità, għax tibqa’ teżisti wkoll wara mewtek.

SIGNUM FIDEI 35

Għal min ma jħobbx lil ħajtu din tista’ tkun piż enormi. Jiena naraha tagħmel ħafna sens meta nirrifletti li Alla wellidni għax iridni, anke jekk jiena twelidt “bi żball”. U la riedni, dan ifisser li jafni u jħobbni. Għax Alla ma jagħmel xejn bi żball jew b’kumbinazzjoni. Kull ma jagħmel Alla jagħmlu għax irid, u għax iħobb.

Fr. Harry Formosa, Sibt ’l Alla fid-Deżert Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 189, silta mill-1 punt

You, enrolled in the army of Jesus Christ, are in his service and, as it were, on his payroll. Do you have the service of God as much at heart as Saint Martin did? Are you also as charitable toward the poor as he was, even though he was still only a catechumen? Every day you are with the poor, and you are commissioned by God to clothe them with Jesus Christ and with his Spirit. Have you been careful, before undertaking such a holy ministry, to be clothed with him in order to communicate this grace to them? For, says Saint Paul, no one knows who God is except the Spirit of God, and this Spirit of God, he adds, penetrates everything, even the deepest and most hidden mysteries in God. Pray, therefore, to the Spirit of God to make known to you the gifts that God has given you, as Saint Paul says, so that you may announce them to those whom you are commissioned to instruct, not with discourses that use human wisdom but with what the Spirit of God inspires in his ministers.

TALBA

Sinjur Alla, O Missier, li twiegħed il-premju lil min jibda tajjeb u li tagħtih biss lil min jispiċċa tajjeb,

indokra l-ħbieb kollha tiegħek bl-ispirtu tal-biża’ tiegħek

jew bl-ispirtu tal-imħabba tiegħek, biex huma jipperseveraw sal-aħħar

fl-għemil it-tajjeb u fil-grazzja tiegħek.

San Ġorġ Preca

Missierna ...

36 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 17 ta’ Novembru Santa Eliżabetta tal-Ungerija - patruna tal-Ordni Franġiskan Sekular

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 5: 1-10 Il-Ħaruf kien maqtul u b’demmu kiseb lilna poplu minn kull ġens. 2. Salm 149: 1-6a, 9b Għamiltna għal Alla tagħna, saltna u qassisin. 3. Luqa 19: 41-44 Mhux li għaraft imqar int ukoll x’inhu ta’ ġid għalik! Mill-istorja tal-istitut: Kien fl-1937, li twettqet ix-xewqa ta’ De La Salle - hu dejjem kellu x-xewqa li jmur Ruma - meta l-fdalijiet tiegħu ġew meħuda Ruma u tqiegħdu fil-knisja tal-istitut. Il-knisja tinsab fin-nofs tad-dar ġenerali f’Ruma u nbniet fl-1936. Kien fis-17 ta’ Novembru tal-1951, meta l-knisja ġiet sollennament iddedikata lill-fundatur. F’din is-sena kienu qed isiru ċelebrazzjonijiet speċjali f’għeluq it-300 sena mit-twelid ta’ San Ġwann Battista De La Salle. Fid-dar ġenerali tiġi ċċelebrata l-liturġija solenni ta’ din l-okkażjoni. SANTA ELIŻABETTA TAL-UNGERIJA (1207-1231) S. Eliżabetta hi l-patruna tat-Terzjarji Franġiskani u tal-Karitajiet kollha kattoliċi.

Eliżabetta kienet bint is-sultan Andrea II tal-Ungerija, iżda rċeviet l-edukazzjoni tagħha fil-qorti tat-Turinġja fil-Ermanja. Minn tfulitha kienet devota u tgħin kif tista’ lill-proxxmu.

Bilkemm kellha 14-il sena meta żżewġet lill-futur Lwiġi (Ludvig) IV tat-Turinġja. Kellha tlett itfal. Il-ħajja miżżewġa tagħhom, minkejja li kienet waħda qasira, kienet għal Eliżabetta perjodu ta’ hena kbir.

F’dan iż-żmien l-ewwel Patrijiet Franġiskani daħlu fil-pajjiżi Ġermaniċi, u nġibdet tant mill-ispirtu Franġiskan, li qanqal f’din id-dukessa żagħżugħa x-xewqa għal ħajja (ta’ tgħakkis) mortifikata.

Il-ħajja tagħha nbidlet meta f’daqqa meta żewġha li kienet tant tħobb miet fi triqtu għall-Palestina biex jieħu sehem fil-Kruċjata (1227), 18-il ġurnata wara t-twelid tat-tielet tarbija tagħha Ġertrude.

Eliżabetta, li issa kellha 20 sena, waqgħet f’faqar kbir għax il-qraba tagħha (min-naħa ta’ żewġha?) ċaħħdu lil din l-armla żagħżugħa minn kull kenn u mezzi għaliha u għal uliedha. Hi kellha tmur minn post għal ieħor tittallab il-karità, imma l-virtujiet tagħha kienu akbar mill-isfortuni tagħha.

Irrifjutat li terġa’ tiżżewweġ. Daħlet terzjarja Franġiskana. Xejn ma seta’ jtellef jew inaqqas il-ġentilezza jew it-tjubija tagħha, lanqas is-severità eċċessiva tas-saċerdot li għażlet bħala direttur spiritwali tagħha.

SIGNUM FIDEI 37

Fl-aħħar, kisbet lura xi ftit mill-ġid li kellha u permezz tiegħu ħasbet għall-futur ta’ wliedha imma qassmet il-bqija tas-sehem tagħha f’opri ta’ karità.

Waqqfet sptar f’Marburg u għaddiet il-bqija ta’ ħajjitha ddur bil-morda u tgħin lill-fqar.

Mietet fis-16 ta’ Novembru 1231 ta’ 24 sena. Il-virtujiet tagħha tant impressjonaw lin-nies ta’ żmienha li erba’ snin biss wara mewtha kienet ikkanonizzata "bħala t-tieni Santa Klara."

Riflessjoni: Kull persuna hija tempju ta' Alla: x'kobor u xi sfida! Il-ħajja tat-talb ta' Ġesù hija bħaċ-ċavetta li ddaħħalna fit-talba tal-Knisja. Rajna li meta Kristu ħa sehem fil-kult tal-poplu tiegħu (li s-soltu nsejħu liturġija) huwa b'hekk għaqqdu aktar mill-qrib fl-għotja tiegħu nnifsu bħala vittma b'mod sħiħ u proprju: jiġifieri fit-tifsira ta' radd-il ħajr tal-ħolqien lill-Ħallieq. Hu b'hekk ukoll li seħħet il-bidla mill-qiegħ bejn il-liturġija tat-Testment il-Qadim u lliturġija tat-Testment il-Ġdid.

Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 62, silta mit-2 punt

Do you not know, as Saint Paul says, that your body is the temple of the Holy Spirit, who dwells in you, who has been given to you by God, and that you are no longer your own since you have been bought at a great price? From this Saint Paul concludes, Glorify God, therefore, and bear him in your body. This is true if your body is a house of prayer. In this same spirit and in this sentiment, Saint Paul in another passage implores you, by the mercy of God, to offer God your body as a living sacrifice, holy and acceptable in his eyes. Do you sometimes reflect on what a blessing it is for you that the Holy Spirit dwells in your body as in his temple and that he prays in you and for you?

TALBA

Sinjur Alla, inti kkmandajtna biex inkunu qaddisin;

mela, ladarba kkmandajtna biex inkunu qaddisin, mingħajr ebda dubju

żgur li inti tagħtina l-grazzja tiegħek, li mingħajrha xejn ma nistgħu nagħmlu;

nitolbuhielek, persważi li inti tagħti l-ispirtu t-tajjeb lil min jitlobhulek,

meta bniedem missier għalkemm ħażin jaf jagħti lil uliedu dak li hu tajjeb;

u nitolbuhielek fl-isem tas-sinjur tagħna Ġesù Kristu, li mmeritahielna bit-tixrid ta’ demmu.

Ammen. San Ġorġ Preca

Missierna ...

38 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Novembru Santa Filippina Duchesne

Il-Beata Solomea minn Krakow – verġni Dedikazzjoni tal-Bażiliki ta’ San Pietru u San Pawl Appostli

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 10: 8-11 Jien ħadt il-ktejjeb u blajtu. 2. Salm 118:14,24,72,103,111,131 Kemm hi ħelwa l-wegħda tiegħek! 3. Luqa 19: 45-48 Id-dar tiegħi għamiltuha għar tal-ħallelin. DEDIKAZZJONI TAL-BAŻILIKI TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL Ebda post ieħor fil-Belt Eterna ma kien miżmum b’daqstant imħabba u għożża

mill-insara tal-bidu daqs il-qabar ta’ San Pietru fuq l-għolja tal-Vatikan u l-qabar ta’ San Pawl fit-Triq li tieħu lejn Ostja barra l-ħitan tal-belt.

Matul is-seklu tnejn, l-oqbra modesti oriġinali ġew mibdula f’żewġ monumenti imżejna, li mbagħad anki dawn fil-bidu tas-seklu erbgħa nbidlu f’żewġ bażiliċi bil-ġenerożità tal-Imperatur Kostantinu.

Minflok il-bażilika Kostantinjana fis-seklu 16 inbniet waħda ġdida u ħafna akbar, fuq il-qabar tal-ewwel Papa San Pietru. L-aqwa artisti tar-Rinaxximent, Bramante, Mikelanġlu, Bernini u oħrajn, taw is-sehem tagħhom biex isebbħu din il-Bażilika ta’ San Pietru li kienet ikkonsagrata minn Urbanu VIII fit-18 ta’ Novembru 1626.

Il-bażilka ta’ San Pawl, li oriġinarjament inbniet fis-seklu erbgħa, baqgħet tista’ tgħid bla mibdula sal-1823, meta ħakimha nar kbir u kważi qeridha għal kollox. Hija nbniet mill-ġdid u kienet ikkonsagrata minn Piju IX fl-10 ta’ Diċembru 1854, quddiem l-isqfijiet kollha li kienu nġabru jumejn qabel għad-dikjarazzjoni tad-Domma tal-Immakulata.

Il-Knisja dejjem tikkomemora lill-Prinċpijiet tal-Appostli Pietru u Pawlu flimkien minħabba s-sehem tagħhom, komplimentari li taw għall-ħajja tagħha u anki għax skont tradizzjoni qadima mietu wkoll flimkien.

Illum infakkru l-konsagrazzjoni ta’ żewġ bażiliki ewlenin f’Ruma ddedikati lil dawn iż-żewġ appostli kbar, differenti fil-karattru, imma li kienu aħwa fl-istess fidi.

Riflessjoni: “Il-Papa Pawlu VI kien qabad dak li San Pawl żviluppa meta dan iddefinixxa l-Knisja bħala l-inkarnazzjoni dejjiema ta’ Kristu, bħala l-organiżmu ħaj ta’ Kristu. Pawlu fehemha tabilħaqq mhux bħala istituzzjoni jew bħala organizzazzjoni, imma bħala organiżmu ħaj, li fih aħna lkoll naġixxu flimkien u għal xulxin, għax hija magħquda permezz ta’ Kristu.”

Il-Papa Benedittu XVI – ‘Dawl id-Dinja’

SIGNUM FIDEI 39

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 62, silta mill-1 punt

Entering the Temple of Jerusalem, Jesus Christ found people there who were selling and buying, thus profaning the Temple of the living God. He drove them out, telling them that his house is a house of prayer and that they are making it a den of thieves. You are here in a house of prayer, and prayer ought to be your principal occupation. God’s Spirit will not reside here, and God will not pour out his blessings here, except insofar as it will be a house of prayer. When you lose the spirit and the love of prayer, God will look upon you with displeasure as someone who is both unworthy of a work that is his own work and like those who make his house a den of thieves.

TALBA

U int Missier, minn lejn il-ħlejqa ċkejkna tiegħek,

kenninha taħt id-dell tiegħek; tarax fija xejn ħlief

lill-maħbub tiegħek, li FIH inti qgħedt l-għaxqa tiegħek kollha.

Santa Elizabetta tat-Trinità

Missierna ...

Is-Sibt, 19 ta’ Novembru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

San Rafel Kalinowski ta’ San Ġużepp - presbiteru Santa Matilde - verġni

Santa Anjeże ta’ Assisi - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 11: 4-12 Iż-żewġ profeti kienu jaħqru lil min jgħammar fuq l-art. 2. Salm 143: 1-2.9-10 Imbierek il-Mulej, il-blata tiegħi. 3. Luqa 20: 27-40 Mhuwiex Alla tal-mejtin, iżda tal-ħajjin.

40 SIGNUM FIDEI

SAN RAFIEL KALINOWSKI (1835-1907) Rafel-Ġużeppi Kalinowski twieled fil-belt ta’ Vilnius, kapitali tal-Litwanja, fl-

1835, minn familja aristokratika. Sal-1863 kien kaptan fl-armata Russa u membru tal-akkademja militari ta’ San Pietruburgu.

Wara r-rivoluzzjoni Pollakka kontra r-Russi, telaq kollox, u wara għaxar snin fil-ħabs is-Siberja, u erba’ snin Pariġi, fejn kien is-surmast tal-Venerabbli Augustus Czartoryski, daħal mal-Karmelitani Skalzi, u ta’ 47 sena, fl-1882, ġie ordnat saċerdot mill-kardinal ta’ Dunajewski. (Augustus Czartoryski kien Prinċep Pollakk li wara sar Sależjan, devot kbir tal-Madonna, speċjalment ix-xbieha ta’ Marija “Ostra Drama”, meqjuma ħdejn il-knisja tal-Karmelitani Skalzi ta’ Vilnius).

Waqqaf diversi kunventi tal-ordni tiegħu fil-Polonja, kiteb dwar il-Karmelitani Pollakki, kien ħabib u l-missier tal-fqar u l-morda, u l-ħabib tal-qalb ta’ San Albert Chmielowski, Terzjarju Franġiskan u fundatur tal-patrijiet u s-sorijiet Terzjarji Franġiskani “Albertini”.

Miet ta’ 72 sena fil-belt ta’ Wadowice, fil-15 ta’ Novembru, 1907. Il-fdal tiegħu jinsab però meqjum fil-belt ta’ Czerny, fil-Polonja fejn kien superjur, u preċiżament fil-kappella ta’ San Ġwann tas-Salib, tal-Patrijiet Karmelitani Skalzi.

Il-Papa Ġovanni Pawlu II (li twieled Wadowice, fejn miet il-qaddis, fl-20 ta’ Mejju, 1920) mar jikkanonizzah fis-17 ta’ Novembru, 1991, wara San Ġwann tas-Salib, l-ewwel qaddis ikkanonizzat tal-Patrijiet Karmelitani Skalzi.

Riflessjoni: B'kull mod li r-ruħ tfittex tiekol minn dan l-ikel (l-Ewkaristija), dejjem issib għaxqa u faraġ fis-Sagrament Imqaddes ... Ma hemm ebda ħtieġa, ebda xogħol u ebda persekuzzjoni, li ma nistgħux inġarrbu bħala ħaġa ħafifa, jekk nibdew nitgħaxxqu bil-ħwejjeġ tiegħu u nimmeditaw fuqhom. Ingħaqdu mal-Mulej, uliedi, biex titolbu lill-Missier li jagħtikom l-Għarus tagħkom illum, ħalli ma tidhrux mingħajru f'din id-dinja, u dan sakemm iddumu ħajjin. Huwa biżżejjed li jibqa' moħbi taħt ix-xbihat tal-ħobż u tal-inbid biex jagħti qies sewwa lill-hena kbira tagħkom.

Santa Tereża ta’ Ġesù Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 188, silta mit-2 punt

Reflect that Jesus Christ is truly present in the Most Blessed Sacrament reserved in churches. This is why we are still more especially bound to recognize the presence of God in these holy places. God chose them in order to be honored there with

19 ta’ Novembru 1888 F’din il-ġurnata saret il-beatifikazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle, f’Ruma – fost dawk preżenti kien hemm Brother Miguel Febres Cordero. Brother Miguel kien ukoll ikkanonizzat nhar il-21 t’Ottubru,1984.

SIGNUM FIDEI 41

special worship and is pleased to give graces more abundantly to those who ask for them with sincere devotion.

TALBA

“Aħna nħobbuha billi nimitawha – speċjalment fl-umiltà u fil-ġabra fit-talb … Irridu nżommu ħarsitna msammra fuqha,

qalbna dejjem mimlija biha, moħħna dejjem grat

lejn il-grazzji li tagħtina. Fidili dejjem lejha.”

San Rafiel Kalinowski

Missierna ...

Il-Ħadd, 20 ta’ Novembru Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2Samwel 5: 1-3 Lil David dilkuh sultan fuq Iżrael. 2. Salm 121: 1,2,4,5 Sejrin ferħana f’dar il-Mulej. 3. Kolossin 1: 12-20 Daħħalna fis-saltna ta’ ibnu l-maħbub. 4. Luqa 23: 35-43 Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-saltna tiegħek. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

“Salva” hi l-kelma prinċipali tal-Vanġelu tal-lum. “Salva lilek innifsek” jirrepetuha tlitt darbiet il-kapijiet, is-suldati u saħansitra wieħed mill-ħallelin, lil Ġesù msallab. Frażi li fiha t-togħma morra tal-isfida, tal-inbix lil Ġesù.

Kif fil-fatt m’hemmx dubju li Ġesù ġie mwarrab minħabba l-mibegħda u l-għira tal-kapijiet reliġjużi, hemm il-probabbiltà li kieku Hu wera l-qawwa tiegħu, kien jikkonvinċihom u jemmnuh: fuq kollox mhux dejjem kienu jistaqsuh għal sinjal mis-sema imma jibqgħu bla sodisfazzjon? Nistgħu inkunu ċerti li dan l-akkaniment kontrih kien jieqaf? Fuq kollox il-poplu mhux hekk kien qiegħed jistenna: il-miraklu l-iżjed loġiku li Ġesù jinżel mis-salib? Kif seta’ jġiegħelhom jirrikonoxxuh bħala re tagħhom jekk anqas kien kapaċi jsalva lilu nnifsu? Forsi l-għajjat mimli mibgħeda u sarkażmu jaħbi fih ir-rabja u d-delużjoni ta’ min kien

42 SIGNUM FIDEI

iħossu tradut min dak ir-Rabbi li bl-għemil tal-għaġeb bil-kliem mimli ħlewwa u bil-ħajja straordinarja tiegħu kien tagħhom x’jifhmu li bidla fil-mixja tal-istorja kienet possibbli.

Imma fid-dinja m’hemmx mogħdrija għal min ma jirnexxix. Ma jingħaddux dawk li matul l-istorja eżaltaw lil tiranni, ħakkiema u sfruttaturi għax kienu rebbieħa, bħalma ma jingħaddux dawk li vilment infexxew kontra t-telliefa anki dawk twajba u ġusti. Anke fid-dinja tagħna tal-lum, għalkemm mingħaliha li tgħallmet ma tafdax qawwiet b’saħħithom wara l-waqa’ tal-ideoloġiji, marida bi ħsieb dgħajjef, ixxandar saħansitra r-rebħa tal-istupidi mbasta huma rebbieħa... anki jekk forsi biss fuq it-televixin!

Immorru lura għall-Vanġelu, anke jekk it-traġedja qiegħda sseħħ waqt dak it-tgħajjir, Luqa jibqa’ jsostni li dak ir-raġel imdendel mas-salib hu re u mhux re tas-soltu imma l-uniku sovran ta’ veru li qatt deher fid-dinja.

Fil-fatt mill-perspettiva evanġelika l-veru re mhux dak li jiddomina lill-oħrajn, imma dak li jitbaxxa biex jaħslilhom saqajhom; mhux dak li jgħix minn fuq daharhom imma dak li jsir ħobż biex jaqtgħalhom il-ġuħ, mhuwiex dak li jippretendi l-ħajja u l-ġid tas-sudditi biex isalva lilu nnifsu imma jagħti ħajtu u ġidu b’abbundanza liema bħalha.

Ir-regalità ta’ Ġesù tidher fil-milja tagħha propju fuq is-salib għax hemmhekk il-ħeġġa li Alla għandu għall-bniedem tidher b’mod sħiħ meta l-mibgħut t’Alla jaċċetta li jintilef hu mbasta jġib lura l-ulied mitlufin f’dar il-Missier.

Nistgħu ngħidu, għalkemm hi ħaġa assurda, illi Ġesù kien ikkundannat mhux biss mill-kefrija tal-bnedmin imma mill-istess imħabba kbira li għandu fih, li ġġiegħelu jagħti kollox mingħajr kundizzjonijiet. Meta jiġri dan fuq il-Kalvarju, l-umanità għall-ewwel darba, tista’ tikkontempla l-glorja ta’ wiċċ Alla, tal-maesta tiegħu li mis-salib tiddi fuq id-dinja.

Għalhekk xi ħadd wieħed biss, ikkundannat ieħor, il-ħalliel it-tajjeb, jista’ jifhem id-dramm li kien qiegħed iseħħ fuq dik l-għolja. Hu ma jistenniex salvazzjoni li jaf li ma tistħoqqlux; ma jiskandalizzax ruħu għall-mod kif iġib ruħu Alla; ma jirribellax għal-loġika misterjuża tas-salib. Anzi billi jibqa’ koerenti mal-għażliet li kien għamel matul ħajtu, jirnexxielu jirbaħ il-ġenna fl-aħħar mument. U dan jagħmlu bl-istqarrija umli ta’ ħtijietu, billi jirrikonoxxi li l-ħażin u t-tajjeb mhumiex l-istess ħaġa u billi jsejjaħ l-isem ta’ Ġesù b’fiduċja sħiħa. B’hekk il-ħalliel isir l-ewwel mudell ta’ fidi nisranija, l-ewwel mifdi tal-istorja tagħna, l-ewwel sudditu fidil ta’ dak ir-re, Ġesù s-sieħeb fqir imma rjali tal-istess kastig tiegħu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 175, silta mit-2 punt

Yet it would be of little use to be enlightened by the light of faith if we did not live according to the Christian spirit and if we did not observe the maxims of the holy Gospel. The main purpose of faith is to lead us to practice what we believe. This made Saint James say that faith is dead which is not accompanied by good works. You believe, he adds, that there is one God; you do well; the devils also believe this, but we are justified by our works, not by faith alone. Be convinced that the main

SIGNUM FIDEI 43

conversion is that of the heart and that without it the conversion of the mind is quite sterile. This is why if you strive to strengthen your faith, let it be in order to increase your piety.

TALBA

Inti ssaltan Ġesù fuqi Inti ssaltan Ġesù fuq l-intelliġenza tiegħi. Bik hija tintrefa’ fuq dak kollu li hu uman,

saħansitra fil-ħtieġa tagħha, għax tkun imdawla bil-fjamma tiegħek divina.

Inti ssaltan Ġesù u r-rieda mqaddsa tiegħek

issaħħaħ lil tiegħi, bħal fortizza qatt merbuħa, u tagħmilha qawwija biex tieqaf il-ħażin

u ma tisma’ qatt mill-ispirtu infernali.

Inti ssaltan Ġesù, bil-qalb tiegħek adorabbli tiegħi jkun kollu tiegħek, o Ġesù ħelu, u jekk xi ġibdiet ħżiena jitturmentawni, ħarsa lejn qalbek tiswa aktar mid-dinja.

Inti ssaltan Ġesù fuq l-imsejken ġismi.

Inti tgħinni biex nirbaħ, O ħlewwa bla qies, il-pjaċiri qarrieqa li jridu jkaxkruni u minnek nitgħallem kif inħobb.

Inti ssaltan Ġesù għax timlieni bit-tama li fil-ġenna l-ħlas tiegħi jkun li nħobbok.

Iva nemmen u nittama li dan iż-żmien ta’ ħidma jkollu bħala ksib il-hena ta’ dejjem.

Inti ssaltan Ġesù fuq ta’ madwari kollha, inkellimhom fuqek biex jingħaqdu ħalli

jerbħulek irwieħ dejjem lesti biex jiċħdu l-pjaċir u l-ġid, sabiex lilek

l-unur, jagħtu ġieh. Miktuba minn żgħażugħ

Missierna ...

44 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 21 ta’ Novembru Il-Preżentazzjoni tal-Imqaddsa Verġni Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Żakkarija 2: 14-17 Għajjat bil-ferħ, Sijon, għax il-Mulej ġej. 2. Salm Luqa 1:46-55 Hienja int, Verġni Marija, li ġibt fid-dinja ’l Bin il-Missier etern. 3. Mattew 12: 46-50 Medd idu lejn id-dixxipli u qal: dawn huma ommi u ħuti.

Mill-Istorja tal-Istitut: Bħal-lum fl-1691, San Ġwann Battista De La Salle flimkien ma’ Brother Nicholas Vuyart u ma’ Brother Gabriel Drolin, inġabru fl-oratorju mingħajr ma kienu jafu l-Brothers l-oħra, u għamlu wegħda li jibqgħu magħqudin flimkien fis-soċjetà, akkost li jmorru jittalbu u jgħixu bil-ħobż biss. Din il-wegħda saret fi żmien li l-fundatur kien qed jara li n-novizzi ma komplewx fil-vokazzjoni, li ma kienx qed ikun hemm vokazzjonijiet ġodda, li l-għalliema fl-iskejjel l-oħra qajmu kampanja kontra tiegħu. F’mument hekk ta’ dlam għamel Att ta’ Fidi f’Alla flimkien mat-tnejn l-oħra.

IL-PREŻENTAZZJONI TAL-MQADDSA VERĠNI MARIJA L-għaref duttur tal-Knisja, San Ġwann Damaxxenu jalludi fil-ktieb tiegħu “De

Fide Orthodoxa” għat-tradizzjoni li Marija ġiet ippreżentata fit-tempju ta’ Ġerusalemm mill-ġenituri tagħha, meta kienet għadha tifla żgħira. Fil-Knisja Orjentali , din il-festa hija sollennità importanti.

Il-Papa Girgor XI ta permess li ssir din il-festa fl-1372, waqt li fl-1585, il-Papa Franġiskan Konventwali Sistu V daħħalha fil-Kalendarju Universali. Issir fil-21 ta’ Novembru, biex tfakkar id-dedikazzjoni tal-knisja ta’ “Santa Marija Nova”, f’Ġerusalemm fis-sena 543.

Infakkru għalhekk kif Marija Santissima Immakulata, imqanqla mill-Ispirtu s-Santu, ikkunsagrat ruħha lil Alla. Hu għalhekk jum speċjali għall-erwieħ ikkonsagrati.

Hemm altar tal-Preżentazzjoni fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, b’mużajk mill-isbaħ, fuq kwadru ta’ Francesco Romanelli. Taħt l-altar jinsab meqjum il-fdal tal-Papa San Piju X.

Riflessjoni: Sinifikattiv huwa barra minn dan l-oraklu ta’ Żakkarija, ikkwotat fir-rigward tad-

dħul ta’ Ġesù f’Ġerusalemm (cf. Mt. 21,5; Gv. 12,15). Fih il-motiv tal-ferħ jidher fil-miġja tas-sultan messjaniku: «Iċċellebra bil-kbir, bint Sion, qum u ifraħ, bint

SIGNUM FIDEI 45

Ġerusalemm! Ara, għandek ġej is-sultan tiegħek. Huwa hu ġust u rebbieħ, umli… se jħabbar l-paċi lill-ġnus » (Żk. 9, 9-10). Fl-aħħarett, mill-posterità numeruża, sinjal ta’ barka divina, il-Ktieb ta’ Iżaija jwassal għall-aħbar ta’ ferħ għal Sion il-ġdida: «Ifraħ, o sterili li għadek ma wellidtx, infexx f’għajta ta’ ċelebrazzjoni u ta’ ferħ, inti li ma ġarrabtx in-niket, għaliex ferm iktar numerużi huma l-ulied tal-abbandunata mill-ulied tal-miżżewġa, jgħid il-Mulej» (Iż 54, 1). It-tliet motivi tal-istedina għall-ferħ: il-preżenza feddejja ta’ Alla f’nofs il-poplu tiegħu, il-miġja tas-sultan messjaniku u l-fertilità gratwità u soprabbundanti, isibu f’Marija l-attwazzjoni tagħhom sħiħa. Dawn jilleġittimizzaw is-sinifikat mimli tifsir, attribwit mit-tradizzjoni lit-tislima tal-anġlu. Dan, waqt li jistedinha biex tagħti l-kunsens tagħha għat-twettiq tal-wegħda messjanika u waqt li jħabbrilha d-dinjità l-iktar għolja ta’ Omm il-Mulej, ma setax ma jħeġġiġhiex biex tifraħ. Infatti, bħal ma jfakkar il-Konċilju, «biha, il-bint nobbli ta’ Sion, wara stenniha twila tal-wegħda, jitwettqu ż-żminijiet u tiġi stabbilita l-Ekonomija l-ġdida, meta l-Iben ta’ Alla ħa minnha n-natura umana, biex jeħles bil-misteri ta’ ġismu lill-bniedem mid-dnub».

Katekeżi minn San Ġwanni Pawlu II, Papa

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.191, it-tielet punt

The sojourn of the Most Blessed Virgin in the Temple resulted in making her heart a holy temple for the Lord and a sanctuary for the Holy Spirit. This is also what the Church sings about her on this holy day, that she is the temple of the Lord and the sanctuary of the Holy Spirit. Because of this she is the only one who has pleased God in so perfect and exalted a manner that there never has been any creature who has been like her. She is that daughter whom the Lord, according to the words of Genesis, prepared for his Son as the day of the Lord drew near, as told by a Prophet. This is why God prepared her beforehand and made her a holy victim whom he consecrated to himself... Honor the Most Blessed Virgin today as the tabernacle and the living temple that God built, adorned by God’s own hands. Pray to her to obtain for you from God the grace that your soul may be so well adorned and so well disposed to receive the word of God and to communicate it to others that you may become through her intercession a tabernacle of the divine Word.

TALBA O Verġni qaddisa, Omm Alla, liema faraġ kbir Alla wera fik!

Għaliex bi grazzja kbira huwa ħares lejn l-umiltà u x-xejn tiegħek, u hekk fakkarna li minn issa ’l quddiem

ma jistmerrx iżda jħares bil-grazzja lilna, bnedmin fqar, fuq l-eżempju tiegħek. Ammen.

Martin Luteru

Missierna ...

46 SIGNUM FIDEI

Nitolbu għal Bro. Hilary Aquilina Clews (1998) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

It-Tlieta, 22 ta’ Novembru Santa Ċiċilja – verġni u martri

San Salvatore Lilli u sħabu - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 14: 14-19 Midd il-minġel tiegħek u aħsad, għax waslet is-siegħa

biex taħsad, għax il-ħsad tal-art misjur sewwa. 2. Salm 95 : 10-13 Il-Mulej ġej biex jagħmel ħaqq mill-art. 3. Luqa 21: 5-11 Ma tibqax ġebla fuq oħra. SANTA ĊEĊILJA - martri tat-2 seklu Santa Ċeċilja kienet mill-belt ta’ Ruma. Sa minn ċkunitha bdiet tħobb lil Ġesù,

u iktar ma kibret, iktar kienet issir tħobbu. Kienet għadha daqsxejn ta’ tfajla meta offrietlu ħajjitha u l-verġinità tagħha. Iżda biex tobdi lill-ġenituri tagħha, iżżewġet lil żagħżugħ nobbli pagan, jismu Valerjanu.

Ftit wara ż-żwieġ, ikkonvertietu u hu kkonverta lil ħuh, Tiburzju. It-tnejn inqabdu li kienu nsara u ġew ikkundannati għall-mewt flimkien ma’

uffiċjal jismu Maximus. Santa Ċeċilja ddispjaċiha ħafna li kellhom imutu fil-fjur ta’ ħajjithom, iżda fl-

istess ħin ferħet li mietu martri għal Ġesù. Hi stess difnithom. Ftit ġranet wara, hi wkoll mietet martri, wara agunija ta’ tlett ijiem, minħabba

ferita li sofriet bid-daqqa tal-mannara fuq għonqha. Din hi storja sabiħa ta’ mara nisranija li ħarset xbubitha u tat ħajjitha għall-

imħabba ta’ Kristu. Fl-1599, il-Kardinal Sfondarati ordna li jinfetaħ il-qabar u l-ġisem deher intatt

għal kollox. Il-ġisem kien imlibbes libsa ndurata bid-deheb, jistrieħ fuq il-ġenb tal-lemin, id-dirgħajn mitluqin minn tulhom, wieħed fuq l-ieħor, l-għonq maqtugħ; il-posa tal-ġisem kien bla dubju, dak ta’ tfajla żagħżugħa, waqt l-aħħar mumenti ta’ ħajjitha.

SIGNUM FIDEI 47

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, L-Ewwel Ktieb, kap. 24: F’kulma tagħmel, ftakar f’mewtek. Ġib quddiem għajnejk li għad trid tidher

quddiem imħallef tal-ħaqq, li għalih xejn mhu moħbi. Imħallef, li ma ddawrux b’rigali, u lanqas skużi, ma tgħaddihx bi tkewtil; imma jagħmel il-ħaqq minnek bis-sewwa.

O midneb, kemm int ta’ min jibkik għall-ġenn tiegħek! X’beħsiebek twieġbu lil dak Alla, li jaf bid-dnubiet tiegħek, int li tibża’ terfa’ għajnejk lejn wiċċ ta’ bniedem imqarras? Għaliex mela ma tibdiex taħseb minn issa għall-ġurnata tal-ġudizzju? Dakinhar ma ssibx min jaqbeż għalik u jgħattilek; imma kulħadd ikollu l-piż tiegħu nnifsu x’jerfa’ u jkun biżżejjed għalih. Issa l-ħidma tiegħek tkunlek ġid; issa l-biki tiegħek jiswielek: issa l-ilfiq tiegħek mismugħ, u l-indiema ta’ qalbek tista’ tpatti għal dnubietek u ssaffilek ruħek.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 1, silta mit-2 punt

It is not only the wicked who need to be afraid of the Last Judgment because of the evil life they have led. It will be a harrowing experience for the good as well as the wicked, says Saint Augustine. For, asserts Saint Jerome, there will be few, in fact there will be none, in that general gathering who will not deserve to be reproved with severity and anger by the Judge. This is why, he adds, there is no soul that does not fear God’s judgment, for the stars themselves, meaning the saints, will not be pure in his presence. It will be very difficult, this holy doctor continues, to find anyone pure and irreproachable enough to appear before this Judge with assurance and dare to say, who will convict me of sin? Because of this, says Saint Ephrem, all creatures will be penetrated with fear, and all the legions of holy angels will shudder8 on the great day of the Lord’s vengeance.

TALBA

Mulej Alla, x’dinjità kbira sawwabt fuqna l-bnedmin,

għaliex aħna biss kapaċi nafuk u nħobbuk, ħallieq twajjeb tagħna;

u aħna biss imsejħa biex naqsmu miegħek l-għerf u l-imħabba

fil-ħajja ta’ Alla nnifsu. Ammen

Missierna ...

48 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 23 ta’ Novembru San Klement I-Papa u martri

San Kolumbjanu - abbati Il-Beatu Mikiel Pro - presbiteru u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 15: 1-4 Huma jgħannu l-kantiku ta’ Mosé u l-kantiku tal-Ħaruf. 2. Salm 97 : 1-3,7-9 Kbar u tal-għaġeb l-għemejjel tiegħek, Mulej Alla li tista’ kollox. 3. Luqa 21: 12-19 Kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi. Imma xagħra waħda minn raskom ma tintilifx. SAN KOLUMBJANU (540-615) – abbati Twieled Leinster fl-Irlanda madwar is-sena 540 u daħal patri f’Bangor, l-Irlanda,

taħt l-Abbati San Comgall, mnejn wara ħajja monastika ħarxa ta’ 30 sena, bil-permess ta’ San Comgall, telaq missjunarju fi Franza madwar is-sena 585. Waqqaf l-ewwel monasteru f’Annegray, u wara f’Luxeuil u f’Fontaines.

Malajr twaqqfu monasteri oħra fi Franza, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Italja. Ir-regola tà dan il-fundatur qaddis, u l-ikbar missjunarju Irlandiż fl-Ewropa, kienet ħarxa wisq iktar minn ta’ San Benedittu, u baqa’ josserva l-Għid u l-Liturġija “Ċelitika”, bħal Ġwanni l-Battista, ħadha bl-aħrax kontra l-iskandli tar-Re Teodoriku II tal-Burgundie, li fis-sena 610, keċċa ’l-missjunarji Irlandiżi.

Bħal San Pawl, Kolumbanu sofra l-għarqa, imma milqugħ mir-Re Teodobert II ta’ Neustria fil-belt ta’ Metz u mir-Re Agilulf tal-Lombardija, ipprietka l-ewwel, qalb il-Ġermaniżi qrib Bregenz u l-Għadira Kostanz, imbagħad l-Italja, fejn waqqaf l-Abbazija famuża ta’ Bobbio, fejn miet ta’ madwar 75 sena fil-21 ta’ Novembru, 615, u fejn jinsab meqjum il-fdal tiegħu.

Fost id-dixxipli tiegħu nsemmu biss lil San Gallo, fundatur tal-Abbazija (illum Katidral) ta’ dan l-isem fl-Isvizzera, li maż-żmien saret ċentru mill-aqwa ta’ arti, letteratura u mużika. Imma minħabba l-ħruxija tar-Regola ta’ San Kolumbanu, il-monasteri tal-ordni tiegħu lkoll spiċċaw biex ħaddnu r-Regola Benedittina.

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, It-Tieni Ktieb, kap. 8:

Id-dinja mingħajr Ġesù x’tista’ tieħu minnha? Tgħix mingħajr Ġesù miegħek hu infern qalil: tgħix b’Ġesù miegħek, ebda għadu ma jista’ għalik. Min jsib lil Ġesù jsib teżor ta’ ġid, u ta’ ġid akbar minn kull ġid ieħor. U min jitlef lil Ġesù jitlef wisq aktar milli kieku jitlef id-dinja kollha. L-akbar fqir hu dak li jgħix bla Ġesù miegħu, u l-aqwa għani, dak li jaf jinħabb ma’ Ġesù. Għerf kbir għandu min jaf jgħammar ma’ Ġesù; u għaqal kbir min jaf iżomm ruħu ħabib ta’ Ġesù. Kun umli u bis-sabar tiegħek, u Ġesù jgħammar fik. Kun devot u

SIGNUM FIDEI 49

miġbur, u Ġesù jibqa’ miegħek. Ma tridx wisq biex tbiegħed minnek lil Ġesù u l-grazzja tiegħu: biżżejjed ixxoqq qalbek għall-ħwejjeġ tad-dinja. U jekk tilħaq tbiegħdu minnek u titilfu, għand min tmur, lil liema ħabib tfittex? Ifhimha tajjeb bla ħabib ma tistax tgħix fil-hena; u jekk Ġesù ma jkunx l-aqwa ħabib tiegħek, ma jkollokx ħlief swied ta’ qalb u dwejjaq. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 44, silta mit-2 punt

Only the Spirit of God can give us a correct understanding of these maxims of the Gospel and inspire us to put them into practice, because they are above the level of the human spirit. How, indeed, can we ever realize that blessed are the poor, that we must love those who hate us and rejoice when we are calumniated and when people say all sorts of evil against us, that we must return good for evil, and so many other truths entirely contrary to what nature suggests, unless the Spirit of God teaches them to us?

TALBA Mexxini, Mulej, fis-sewwa tiegħek

minħabba l-għedewwa tiegħi; wittili t-triq tiegħek quddiemi.

Is-sewwa mhuwiex fuq fommhom, qalbhom bil-ħażen mimlija; ħalqhom bħal qabar miftuħ,

imellsu biss bi lsienhom. Ħa jieħdu, o Alla, il-ħlas li ħaqqhom;

ħa jaqgħu bit-tnassis tagħhom. Warrabhom għall-ħafna ħtijiet tagħhom, għax kontrik ħaduha.

Ħa jifirħu dawk li jafdaw fik, u jithennew għal dejjem; ħarishom, u bik jithennew dawk li jħobbu ’l ismek.

Għax int tbierek il-ġust, Mulej; int tħaddnu bħal tarka bi tjubitek. Salm 5; 9-13

Missierna ...

Il-Ħamis, 24 ta’ Novembru Sant Andrija Dung-Lac (presbiteru) u sħabu - martri tal-Vjetnam San Injazju Klement Delgado (isqof) u sħabu - martri tal-Vjetnam

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

50 SIGNUM FIDEI

Qari: 1. Apokalissi 18: 1-2.21-23; 19, 1-3.9a Iġġarrfet Babilonja l-kbira. 2. Salm 99 2.3.4.5 Henjin dawk li huma mistiedna għall-ikla tat- tieġ tal-Ħaruf! 3. Luqa 21: 20-28 Ġerusalemm tibqa’ tintrifes taħt saqajn il- ġnus sa ma jkun għadda żmien il-ġnus. SAN ANDRIJA DUNG-LAC U SĦABU – martri tal-Vjetnam Il-kanonizzazzjoni ta’ 117-il martri tal-Vietnam saret mill-Papa San Ġwanni

Pawlu II, fid-19 ta’ Ġunju 1988. Kienet waħda mhix tas-soltu fl-istorja tal-kanonizzazzjoni tal-qaddisin.

In-numru 117 kien l-ikbar għadd ta’ qaddisin martri li qatt ġew ikkanonizzati f’daqqa. Fosthom kien hemm tmien isqfijiet, ħamsin saċerdot, seminarista u lajċi. Minnhom, 96 kienu Vjetnamiżi, 11-il Spanjol u 10 Franċiżi. Kien hemm 35 partri mill-Ordni Dumnikana, 10 saċerdoti tas-Soċjetà Missjoni Estera ta’ Pariġi, oħrajn kienu minn fost il-kleru indiġenu u seminarista. Barra minn hekk fost il-lajċi kien hemm missirijiet ta’ familji, omm, sittax-il katekist, sitt suldati, erba’ tobba, ħajjat, bdiewa, sajjieda u kapijiet ta’ kommunitajiet insara.

Sitta minnhom inqatlu fis-seklu 18, waqt li l-oħrajn fis-seklu 19 bejn l-1835 u l-1862.

Ngħidu xi ħaġa fil-qosor fuq xi wħud minnhom: o San Andrija Dung Lac twieled fit-tramuntana tal-Vjetnam fl-1795, minn

ġenituri foqra pagani li fdawh f’idejn wieħed katekista. Meta kiber sar katekista, imbagħad sar saċerdot fl-1823, u ħadem f’bosta nħawi tal-pajjiż. Tefgħuh il-ħabs iktar minn darba. Miet martri fl-1839, fl-età ta’ 44 sena.

o San Vinċens Liem miet martri fl-1773. Kien l-ewwel wieħed fost il-Vjetnamiżi li ta ħajtu għal Kristu.

o San Tumas Tran Van Thien twieled fl-1820 fin-nofs tal-Vjetnam. Arrestawh meta kien seminarista u qatluh fl-1838, ta’ 18-il sena.

o San Manwel de Van Phung twieled fin-nofsinhar tal-Vjetnam, sar katekista u kien missier ta’ familja. Miet martri fl-1859.

o San Girolmu Hermosilla, patri Dumnikan Spanjol mar il-Vjetnam fl-1829, fejn inħatar Vigarju Appostoliku. Qatluh fl-1861.

o San Jean-Theophane Venard, Franċiż mis-Soċjetà tal-Missjoni Estera ta’ Pariġi, mar fil-Vjetnam fl-1854 u sofra l-martirju fl-1861 fl-età ta’ 32 sena.

Riflessjoni: Int Alla tiegħi, inti sultan għal dejjem, u s-saltna tiegħek mhix waħda mislufa. Meta fil-Kredu jingħad il-kliem: “is-saltna tiegħek ma jkollhiex tmiem”, tista' tgħid dejjem nimtela bl-hena. Infaħħrek, Mulej, u nbierkek, u l-ħwejjeġ kollha jfaħħruk għal dejjem, għax saltnatek tibqa' għal dejjem. Mela, la tħalli qatt, Mulej, li min jersaq ikellmek u

SIGNUM FIDEI 51

jfaħħrek, jaraha ħaġa tajba li jagħmel dan b'xofftejh biss. Din xi tridu tgħidu biha, insara, meta tgħidu li t-talb mentali mhux meħtieġ? Għalkemm jiena dak li jien, irrid kieku nsemma' leħni u nħaqqaqha ma' dawk li jgħidu dan. Tifhmu x'intom tgħidu meta tistqarru li mhux meħtieġ? Naħseb li żgur li le; u hekk, tridu li niġu mqarrqa lkoll kemm aħna.

S. Tereża ta' Ġesù

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 1, silta mit-3 punt

Saint Hilarion, bowed down beneath the weight of years and austerities, was seized with terror at the hour of his death. Saint Jerome, who had grown grey in solitude and in all sorts of penitential exercises, declares that he had restricted himself in this way and had condemned himself to a sort of prison out of fear of the Last Judgment. He tells us elsewhere that being, as he was, completely filled with sin, he hid himself day and night, fearing that he might hear the words, “Jerome, come forth!” and that he would then be forced to pay the last penny. Saint Ephrem, who led a solitary life from his childhood and who was so pure, so penitent, and so filled with the Spirit of God, says that his heart trembled and his whole body shook every time he reflected that all our thoughts, words, and actions will be made manifest on Judgment Day. Acknowledging that he was still guilty, he constantly feared to be judged in strict rigor, knowing that he had no excuse for his negligence.

TALBA Kemm inħossni nistrieħ

li nħalli ’l qalbi tobdi l-liġi tiegħek. Għax għandek biss insib l-għerf

biex ma naqax fis-sakra ta’ din id-dinja li ma tixrobx ħlief il-pjaċiri,

biex tirnexxi fil-ħajja bit-tajjeb jew bil-qerq. Nixtieq li jiena nafda fik Mulej.

Nisma’ u nagħti kas ta’ leħnek biss u nibqa’ fidil lejk

għax int biss il-Mulej! U b’hekk biss nista’ ngħix

il-vera ‘ħajja’ li ngħixha kuljum

taħt il-kenn tal-imħabba tiegħek li fik insib l-għaxqa tiegħi.

Bro. Louis

Missierna ...

52 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Novembru L-Istitut Lasalljan Joffri t-Talb ta’ Dan il-Jum għall-Vokazzjonijiet

Santa Katerina ta’ Lixandra Il-Beati Luigi u Maria Beltrame Quattrocchi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 20: 1-4.11 – 21, 2 Il-mejtin sar ħaqq minnhom fuq l-għemejjel tagħhom. Ġerusalemm il-ġdida, rajtha nieżla mis- sema. 2. Salm 83: 3.4.5-6a u 8a Din hi l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin. 3. Luqa 21: 29-33 Meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. SANTA KATERINA MINN LIXANDRA († 310) – verġni u martri Ma għandna ebda aħbar ta’ din il-qaddisa, la fil-letteratura u lanqas fil-liturġija,

ħlief minn żewġ dokumenti tardivi, il-Passio u l-Conversio, ta’ madwar is-seklu tmienja.

Skont dawn l-Atti tagħha, Katerina kienet ta’ nisel irjali ta’ Lixandra, kienet studjuża ħafna, u kienet semgħet bil-Kristjaneżmu.

L-ewwel lejl wara l-magħmudija kellha viżjoni, fejn saret għarusa mistika ta’ Ġesù quddiem il-Madonna.

Fil-persekuzzjoni ta’ Massenzju (Massiminu), imperatur ta’ Lixandra, Katerina, ta’ 18, marret iċċanfru għat-tiranija tiegħu. L-imperatur ma kellux il-ħila jweġibha, u sejjaħ 50 għaref biex iweġbuha. Dawn ikkonvinċew ruħhom bl-argumenti tagħha u l-imperatur inkurlat, ħaraqhom għax saru nsara.

Katerina ħarġet rebbieħa, u Massenzju, wara li sawwatha, qafilha ġo ħabs. Wara dan telaq; iżda meta reġa’ ġie lura, sab li martu Fawstina marret iżżur lil Katerina fil-ħabs, u saret nisranija flimkien ma’ 200 suldat tal-għassa. Ġew kollha maqtulin, u lill-qaddisa kkundannawha biex tiġi maqtula b’rota mdawra bl-imsiemer.

Meta ġew biex joqtluha, il-ktajjen tagħha nħallu u r-rota nkisret, waqt li l-imsiemer taru fl-arja u qatlu xi wħud li kienu preżenti. Fl-aħħar qatgħulha rasha.

Kienu l-monaċi li ġarrew il-ġisem tagħha fil-knisja li l-Imperatur Ġustinjanu kien bena għad unur tagħha, u minn dak iż-żmien il-monasteru beda jissejjaħ ta’ Santa Katerina.

Riflessjoni: Alla ta s-setgħa li jkunu wlied Alla, jiġifieri li jkunu mibdula f'Alla, lil dawk biss li huma mwielda mhux mill-ġisem ... lanqas mir-rieda naturali ... u inqas u inqas mir-rieda tal-

SIGNUM FIDEI 53

bniedem ... (Ġw. 1, 13), lil ebda wieħed minn dawn ma tahom is-setgħa li jkunu wlied Alla ... imma biss lil dawk li twieldu wlied Alla, jiġifieri lil dawk li, għax twieldu mill-ġdid permezz tal-grazzja, u li l-ewwel mietu għalkollox f'kollox f'dak li huwa tal-bniedem il-qadim, huma merfugħa ’l fuq aktar minnhom infushom għal dak li huwa sopranaturali u jirċievu mingħand Alla dan it-twelid ġdid u l-adozzjoni, li tmur 'l hemm minn dak kollu li qatt nistgħu nobsru aħna. Għax kif San Ġwann innifsu jgħid band'oħra: “Min ma jitwelidx mill-ġdid mill-ilma u l-Ispirtu s-Santu, ma jistax jara s-Saltna ta' Alla” (Ġw. 3, 5), li hija l-istat tal-perfezzjoni. U li titwieled mill-ġdid mill-Ispirtu s-Santu f'din il-ħajja jfisser li jkollok ruħ li tkun l-aktar li tixbah lil Alla fis-safa, hekk li fiha ma jkollha ebda taħlita ta' xi nuqqas jew ieħor biex fiha tkun tista' tinħadem trasformazzjoni safja, bis-saħħa tas-sehem tal-unjoni, għalkemm mhux b'mod essenzjali.

San Ġwann tas-Salib, Telgħa tal-Muntanja tal-Karmel

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 1, silta mill-1 punt

Speaking of the Last Judgment in today’s Gospel, Jesus Christ says that all people will see the Son of Man coming on a cloud with great power and majesty. The regal aspect in which Jesus Christ will appear and the great power he will display when he comes to judge the world ought to make us fear his coming. This is what Saint Jerome says, commenting on these words of the Prophet Malachy: Who can think of the day of his coming? If no one dares think of the day of the Last Judgment, because of the majesty and power of him who will be the judge, who will be able to endure the strictness of his judgment? This will be all the more difficult, he adds, because the One who will act as witness will also be the One who will judge; this is what ought to lead us to dread this judgment all the more.

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle

biex jagħti edukazzjoni nisranija lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek Brothers u għalliema, nisa u rġiel

li jingħataw b’qalbhom kollha biex jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen. Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Sylvestre Antoine Borg (1915) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

54 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 26 ta’ Novembru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

San Leonardu minn Portomaurizio - presbiteru San Ġwann Berchmans - reliġjuż

San Silvestru - abbati

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 22: 1-7 Lejl ma jkunx hemm iżjed, għax il-Mulej Alla jkun jiddi

uqhom. 2. Salm 94: 1-7 Maranata! Ejja, Mulej Ġesù! 3. Luqa 21: 34-36 Ishru biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri.

SAN LEONARDO TA’ PORTOMAURIZIO (1676-1751) Kien jismu Pietru Ġirolamo Casanova, u jissejjaħ hekk għax twieled

f’Portomaurizio, fuq il-Golf ta’ Ġenova (l-Italja). Ta’ 13-il sena ntbagħat fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti f’Ruma. Zijuh Wistin, li kien jgħix miegħu riedu jsir tabib, imma billi ma riedx, qatgħu mill-wirt.

Ta’ 21 sena (1697) ngħaqad mal-Franġiskani tal-Osservanza stretta f‘Ponticelli u ħa l-isem ta’ Leonardu. Kompla jistudja fil-Kulleġġ San Bonaventrua f’Ruma u kien ordnat saċerdot fl-1703 meta kellu 27 sena.

Emorraġija gastrika qawwija żammitu invalidu għal erba’ snin, imma ħa saħħtu kompletament meta għamel wegħda li jiddedika ħajtu kollha għall-konverżjoni tal-midinbin.

Mar fil-monasteru ta’ San Francesco del Monte, Firenze, fl-1709, u minn hemm beda l-missjonijiet tiegħu li kellhom suċċess kbir. Għal 44 sena ta missjonijiet mal-Italja kollha tan-nofs u t’isfel, u kien jipprietka lil eluf fil-pjazez.

Mhux biss irnexxielu jikkonverti midinbin kbar, imma wkoll jirrikonċilja partiti li kienu spiss fi ġlied bejniethom, u jerġa’ jqajjem il-ħeġġa reliġjuża tal-poplu kollu.

Hu xerred id-devozzjoni lejn it-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija, l-adorazzjoni lis-Sagrament tal-Altar, il-qima lejn il-Qalb ta’ Ġesù, u b’mod speċjali d-devozzjoni tal-Via Sagra. Huwa waqqaf mhux inqas minn 571 stazzjonijiet tal-Via Sagra fl-Italja, fosthom sett fil-Kolossew Ruman.

Darba ta missjoni ta’ ġimagħtejn fi Pjazza Navona, Ruma, li għaliha attenda l-Papa bil-kulleġġ tal-kardinali. Fl-1744 Papa Benedittu XIV bagħtu jipprietka missjoni u jġib il-paċi f’Korsika, imma l-ħidma tiegħu hemmhekk ma kellhiex suċċess għax in-nies ta’ Korsika ħarsu lejh aktar bħala għodda politika f’idejn il-Ġenoviżi li kienu jokkupaw il-gżira milli bħala missjunarju.

San Leonard ħalla għadd kbir ta’ kitbiet spiritwali bħala gwida għall-missjunarji u għal-lajċi, li jimlew 13-il volum u li ġew stampati diversi drabi u tradotti b’ilsna oħra.

SIGNUM FIDEI 55

Miet ta’ 75 sena fis-26 ta’ Novembru 1751 u ġie ddikjarat qaddis fl-1867. Hu patrun tal-missjonijiet parrokkjali.

Riflessjoni: Fil-ħarsa tiegħek (ta’ Ġesù) nara ċ-ċanfira siekta tiegħek għaċ-ċaħda tiegħi li nagħrfek, għall-iskandlu tiegħi quddiem l-impotenza tiegħek, għall-mistħija tiegħi quddiem l-umiljazzjoni tiegħek. Int ridt tkun magħdud fost l-ikbar kriminali, u min-naħa l-oħra jien nixtieq narak bħala s-sultan li tħawwel trijonfalment is-salib fuq il-quċċata tal-Kalvarju. O Alla, biegħed minni dak l-iskandlu. Naf: “Ishru u itolbu” hi t-tweġiba waħdanija li Alla jagħtini. Waqt li jdejn il-qattiela, ebsin u bla ħniena, joħduk biex tiġi msallab, għadni nisma' dik l-“Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib.” Alla tiegħi, se nitlob. Irrid inħares lejn s-sofferenzi tiegħek, inkejjel il-profonditajiet ta' mħabbtek, ninfed l-abbissi tal-umiljazzjoni tiegħek.

Beatu Titu Brandsma, Via Crucis.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 192, silta mit-2 punt

What an admirable thing it is, of what great help to those who wish to live in piety and in the practice of virtue, to meditate often on the holy and exalted maxims contained in Holy Scripture! They are far above all that the human mind can conceive by itself. Holy Scripture enlightens the mind with divine light, which, Saint John says, enlightens everyone who comes into this world. Because, according to Saint Paul, the precepts of the Lord are in Holy Scripture, meditation on them inspires us to practice them. Following Saint Catherine’s example, make use of this means to be sanctified. Often meditate on the words of Holy Scripture to be encouraged to do what is right and to be guided according to the spirit of your state.

TALBA Mulej tiegħi, Ġesù Kristu.

Inroddlok ħajr għall-imħabba u l-karità li wrejtni.

Huwa tassew sinjal tal-imħabba hekk kbira meta int Mulej twiddeb lill-qaddej tiegħek

għall-għemejjel ħżiena f’din il-ħajja milli tikkastigah fil-ħajja li ġejja.

Minħabba dnubieti jien lest li bil-ferħ inġarrab

kull tiġrib u kull għawġ, li int, O Alla

jogħġbok tippermettili. Ammen.

San Franġisk ta’ Assisi

Missierna ...

56 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 27 ta’ Novembru L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 2:1-5 Il-Mulej jiġma’ l-ġnus kollha fis-sliem tas-saltna ta’ dejjem. 2. Salm 121:1,2,4-9 Immorru ferħana f’dar il-Mulej! 3. Rumani 13:11-14a Is-salvazzjoni tagħna fil-qrib. 4. Mattew 24: 37-44 Ishru biex tkunu lesti.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu: Hi ħaġa komuni li biex intaffu t-toqol tal-ħajja, nirrikorru għad-distrazzjoni fid-

divertiment, nitfgħu ħarsitna band’oħra biex nagħmlu ħajjitna iktar faċli. Imma “d-distrazzjoni” hi perikoluża anke Ġesù jikkonfermalna dan fil-vanġelu tal-lum meta’ jfakkarna f’dak li ġralhom in-nies fi żmien Noe li “b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dulluvju u ġarr lil kulħadd” (Mt. 24:39), għax kienu mħabbtin b’ħajjithom, jiġifieri l-ikel, ix-xorb, iż-żwieġ - jum id-dulluvju ġie fuqhom għall-għarrieda allavolja kellhom ħjiel li kellu jiġri hekk minħabba s-sinjali li ġew qabel.

Fid-dinja tagħna l-ġid materjali qiegħed iġib miegħu dgħufija morali hekk kbira, tant; li ngħixu fid-distrazzjoni minflok f’dak li tassew jgħodd, saret realtà mifruxa u normali, qiegħda tindera u ġġiegħelna niddependu minnha.

Lanqas Ernesto Balducci ma kien irnexxielu jipprevedi waqgħa morali daqshekk drastika meta qal “naħsbu li qegħdin bir-riħ fil-qala’ għax naċċettaw mingħajr kritika ta’ xejn, il-kliem li jkunu moda, l-għajta tal-gwerer, l-istrateġiji magħmula bl-addoċċ; hekk naħsbu li qegħdin nissodisfaw ix-xewqat tal-bniedem u nagħmlu dak li titlob il-kuxjenza, imma minflok dħalna f’nagħsa tqila.”

Din hi t-theddida ta’ ħajjitna: nagħsa fil-fond li minnha tistenbaħ biss xħin il-ħalliel, wara li jkun daħal mingħajr ostakli fl-intimità ta’ ruħek, ikun wettaq xogħlu, jiġifieri – ir-rovina tiegħek. Din hi ħaġa serja ħafna imma mhix iddisprata għaliex il-Kelma t’Alla li biha l-Knisja tħabbar il-bidu tal-Avvent, ma tixbah xejn lil dak it-theddid moralistiku li bih soltu nippruvaw inwissu lil min ma jridx jibdel ħajtu.

Hi qabel kollox aħbar sabiħa, l-istorja mqallba ta’ kull wieħed minna tibda b’laqgħa misterjuża u tkompli, anki jekk qalb ħafna diffikultaljiet, sejra lejn il-miġja glorjuża u definittiva – il-laqgħa ma’ min u l-miġja ta’ min? Ma’ Alla li hu fil-bidu tal-eżistenza tagħna jerġa’ jiġi fil-persuna ta’ Ġesù fl-aħħar taż-żmien: imbagħad id-diżgrazzji u l-problemi ma jaħsdux lil min ikun għaraf li l-eżistenza umana hi magħluqa fit-tgħannieqa ta’ Alla. It-twissija tat-tieni qari hi evidenti biex ma naħlux it-teżor prezzjuż tal-ħajja “bl-ikel żejjed u s-sokor, mhux biż-żina u t-tbaħrid, mhux bil-ġlied u l-għira...” (Rum. 13:13), għax dawn jistgħu

SIGNUM FIDEI 57

itellfuna dak l-aħħar appuntament li propju ma nistgħux nitilfu; dak mal-Mulej u mas-salvazzjoni li jagħtina.

Minn, La Realtà é Cristo, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 108, silta mill-1 punt

In all the difficulties Saint Thomas Aquinas met while studying or writing, he had recourse to prayer, and when this did not suffice to give him an understanding of what he wanted to know, he added fasting. By these two means, he acquired such great knowledge and became a miracle of learning. It is true that what you need to learn are the ordinary things about religion and salvation. Still, it will be difficult for you to possess them perfectly unless you employ the three means that Saint Thomas used to become learned; I mean books, prayer, and mortification. By these three means, God wishes you to learn in your state what you need to know and to teach others.

TALBA O Alla tagħna,

agħmel li t-tama tiegħek iġġibilna tant ferħ u paċi fil-fidi tagħna,

li l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu twarrab kull irbit u tibdlu f’tama.

Ammen. Manifikat

Missierna ...

It-Tnejn, 28 ta’ Novembru San Ġakbu mill-Marche - presbiteru

Santa Katerina Labourè

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 4: 2-6 Fuq in-nies miġmugħa tinfirex il-glorja. 2. Salm 121: 1-9 Immorru ferħana f’dar il-Mulej. 3. Mattew 8: 5-11 Għad jiġu ħafna mil-Lvant u mill-Punent u joqogħdu fis-saltna tas-smewwiet.

58 SIGNUM FIDEI

SANTA KATERINA LABOURÈ (1806-1875) – verġni Twieldet Yonne, u ta’ erbatax-il sena daħlet mas-Sorijiet tal-Karità Chatillon-

sur-Seine, ħdejn Pariġi (1820), fejn għaddiet ħajjitha ddur bil-morda fil-kunvent ta’ Rue de Bac.

Fl-1830, fil-kappella tal-kunvent, il-Madonna dehritilha għal tliet darbiet, u rrikmandatilha li tħabrek biex jagħmlulha midalja f’ġieħ il-ħniena tagħha bħala Omm Alla – dik il-midalja magħrufa bl-isem tal-“Midalja Mirakuluża”.

Dik is-sena stess (1830) saru 1,500 midalja. Il-konverżjoni tal-Lhudi Alfonse Ratisbonne fl-1842, permezz tal-midalja, meta

ra lill-Madonna bl-għamla tal-Midalja Mirakoluża fil-knisja ta’ San Andrea delle Frate, Ruma, kompliet tkattar id-devozzjoni lejn din il-midalja.

Mill-1832 sa mewtha, il-qaddisa għexet fil-kunvent ta’ Enghien-Reuilly, bħala purtinara u bħala infermiera max-xjuħ tal-isptar.

Il-funeral kien popolari, u tifel ta’ tnax, magħtub minn twelidu, fieq b’miraklu fuq qabarha ftit snin wara li difnuha.

Ibbeatifikata mill-Papa Piju XI, fl-1933. Il-Papa Piju XII ikkanonizzaha fis-27 ta’ Lulju 1947.

Xi tagħrif: Il-Lhudi Alfonse de Rotisbonne, imwieled fl-Alsace aċċetta li jilbes waħda minn dawn id-domni, u kellu wkoll l-esperjenza tal-viżjoni ta’ Marija. Ftit wara kkonverta, u sar kattoliku – li għamlet ħoss kbir fl-Ewropa. Sar saċerdot u anke waqqaf ordni ta’ patrijiet u sorijiet taħt l-isem ta’ Sion – imxerrdin mad-dinja. Fl-ewwel sitt snin minn meta bdiet tinxtered id-Domna Mirakoluża, kienu tqassmu 30,000 waħda. F’Malta kien San Ġorġ Preca li xerred id-devozzjoni lejn il-Madonna tad-Domna Mirakoluża u l-membri tas-Soċjetà tal-Museum baqgħu u għadhom ixerduha sal-lum. Fil-knisja tal-Mużew tad-Dar Ċentrali bnew kappella ddedikata lill-Madonna, fejn hemm statwa tassew sabiħa, ta’ kif Katerina Labourè rat il-Madonna fil-viżjoni. Riflessjoni: Mhux għalxejn Kristu qal illi “s-saltna tas-smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha u dawk li jitħabtu bis-sħiħ għaliha jaħtfuha”; u illi “wlied din id-dinja … jimxu bil-għaqal aktar minn wlied id-dawl”. Naċċettaw bil-qalb din iċ-ċanfira biex inkunu bħal dawk “li jitħabtu bis-sħiħ għal Alla” li bħalhom rajna ħafna drabi fl-istorja tal-Knisja u li għadna naraw sal-lum, u hekk ningħaqdu lkoll, bil-qalb u b’kuxjenza sħiħa ta’ dak li qegħdin nagħmlu, fil-missjoni kbira li għandna: li nxandru lil Kristu lid-dinja, li ngħinu lil kull bniedem biex jiġġedded fi Kristu, li ngħinu lill-ġenerazzjonijiet tal-lum ta’ ħutna, nisa u rġiel, popli, nazzjonijiet, stat, bnedmin pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw, pajjiżi għonja, f’kelma waħda kulħadd, ngħinu lil kulħadd biex isir jaf “l-għana ta’ Kristu għad li ebda moħħ ma jista’ jifhmu”, biex dan l-għana jingħata lil kulħadd u jsir il-ġid ta’ kull bniedem.

San Ġwanni Pawlu II, Papa, Il-Feddej tal-Bniedem

SIGNUM FIDEI 59

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 9, silta mit-2 punt

The centurion told Jesus that a single word of his would suffice to cure his servant. He confirmed this by his own behavior with regard to the soldiers in his command, to whom he needed to say only a word to be obeyed instantly. The conclusion to be drawn from this is that if some, out of purely human considerations, show themselves so submissive to another whom they regard as their leader, with how much greater reason must those who have consecrated themselves to God and who ought to act only according to his Spirit be obliged to fulfill on the spot whatever is enjoined on them by their superior? They ought to have nothing but God in view when so acting, because they ought to be convinced that it is God who commands them in the superior’s person. Does it take only a word or a sign from your superior to make you set everything aside or to undertake anything right away for the sole motive that this word is a word coming from God and that this sign is made by God?

TALBA O Alla, li tista’ kollox, etern, ġust u ħanin,

agħti lilna msejknin l-grazzja li nwettqu għalik biss dak kollu li nafu li inti trid

u li dejjem nixtiequ dak li jogħġob lilek. B’hekk, imnaddfa f’ruħna,

imdawwla f’moħħna u mħeġġa bin-nar tal-Ispirtu s-Santu

nkunu nistgħu nimxu fil-passi tal-Iben l-Għażiż,

il-Mulej tagħna Ġesù Kristu. U bil-grazzja tiegħek biss

inkunu nistgħu naslu għandek, l-Aktar Għoli,

li tgħix u ssaltan fi Trinità perfetta u f’għadqa sempliċi,

u li int imsebbaħ, Alla setgħani għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. San Franġisk ta’ Assisi

Missierna ...

60 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 29 ta’ Novembru San Saturninu - isqof u martri

Il-Beatu Dionisju tan-Natività - presbiteru u l-Beatu Redent tas-Salib - reliġjuż u martri

Il-Beatu Federiku minn Regensburg - reliġjuż Il-Beatu Bernardu Franġisk de Hoyos – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 11: 1-10 Fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej.

2. Salm 71: 2.7-8.12-13.17 Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja, u s-sliem kotran għal dejjem.

3. Luqa 10: 21-24 Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu.

SAN SATURNINU (†c.257) – isqof u martri Il-ħajja ta’ San Saturninu hi mdawra b’misteru. B’danakollu, tradizzjoni tardiva

tgħid li hu kien mibgħut minn Ruma fil-Gallja mill-Papa San Fabjan, għall-ħabta tas-sena 245, biex ixandar il-fidi lill-poplu ta’ dak il-pajjiż.

Fis-sena 250, hu waqqaf is-sedi tiegħu f’Toulouse u dawwar għat-twemmin nisrani għadd ta’ pagani permezz tal-predikazzjoni u l-mirakli tiegħu.

Jum minnhom, waqt li kien għaddej minn ħdejn wieħed mit-tempji ewlenin ta’ dik il-belt, il-qassisin pagani qabduh u kaxkruh ġewwa, u qalulu li jew hu kellu joffri sagrifiċċji lill-allat li ġew offiżi biex jikkalmahom jew inkella jkollu jmut.

Billi hu ma riedx assolutament jaċċetta din il-proposta tagħhom, huma għamlu għalih u fl-aħħar rabtulu riġlejh ma’ barri selvaġġ li kien ittieħed hemm għas-sagrifiċċju. Huma ħarġu l-bhima mit-tempju u l-martri kien imkaxkar warajha.

Hu miet ftit wara, imma l-ġisem tiegħu ġie mqatta’ bċejjeċ. Aktarx li dan ġara taħt Valerjanu, fis-sena 257.

Riflessjoni: X’naqsmu aħna? Tafuha din il-mistoqsija falza li saret lil Ġesù bil-ħsieb li jġarrbuh: “Il-proxxmu tiegħi min hu?” Bħallikieku t-tweġiba tiddependi minn xi teorija jew xi riċerka. Kristu, b’realiżmu kbir dawwar il-mistoqsija fuqhom: “Ta’ min jien proxxmu jien?” Ir-raġel li kien qed jivvjaġġa kien il-proxxmu tat-tlieta li huma: tal-qassis, tal-Levita u tas-Samaritan, iżda dan tal-aħħar biss ġab ruħu ta’ proxxmu. “Ma teżisti ebda soċjoloġija tal-proxxmu,” kiteb Paul Ricoeur, “Ix-xjenza tal-proxxmu mill-ewwel tiġi ostakolata mill-imġiba tal-proxxmu stess, għalhekk il-punt mhux jekk għandix proxxmu. Huwa jien li rrid nagħmel lili nnifsi proxxmu ta’ xi ħadd.”

Il-Kardinal Roger Etchegaray, Nimbotta ’l quddiem bħal ħmar ...

SIGNUM FIDEI 61

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 65, silta mill-1 punt Jesus Christ proposes to us an example of charity. There was a Samaritan who came upon a man lying half dead on the roadside; he bound up his wounds and left him with an inn-keeper to be cared for until he recovered completely. Our Savior, in detailing for us all that this charitable man did, gives us a clear picture of the kind of charity we ought to have for our Brothers and how closely we ought to be united with one another. This is one of the things we must take most to heart because, as Saint Paul says, if you do not have charity, whatever good you may do will profit you nothing.

Talba

lill-Ispirtu s-Santu O Spirtu s-Santu

kun int li tgħaqqad din ir-ruħ tiegħi m’Alla, kebbes fiha xewqat għalik ħerqana

u ħeġġiġha sħiħ bin-nar ħelu ta’ mħabbtek. Kemm inti twajjeb u bnin, O Spirtu s-Santu divin.

Ħa tkun dejjem imfaħħar u mbierek għall-imħabba kbira li ssawwab f’din ir-ruħ.

Santa Tereża ta’ Avila

Missierna ...

L-Erbgħa, 30 ta’ Novembru Sant’Andrija - appostlu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 10: 9-18 Il-fidi tiġi mis-smigħ, u s-smigħ permezz tax-xandir tal-kelma

ta’ Kristu. 2. Salm 18: 2-5 Mal-art kollha jasal leħinhom. 3. Mattew 4: 18-22 Minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.

62 SIGNUM FIDEI

SANT’ANDRIJA – appostlu tal-ewwel seklu Sant’Andrija, bħal missieru Ġona u ħuh San Pietru, kien sajjied, minn Betsajda.

Il-familja tiegħu kellha dar f’Kafarnaum, fejn Ġesù ġieli mar. Għall-ewwel kien dixxiplu ta’ Ġwanni l-Battista, u l-ewwel darba li ra ’l Ġesù

kien f’Betsajda, meta kien ma’ San Ġwann li kien qiegħed jgħammed. Dak il-ħin li kien għaddej Ġesù, San Ġwann qal: “Hekk hu l-Ħaruf t’Alla”.

Sant’Andrija, flimkien ma’ dixxiplu ieħor, mar ħdejn Ġesù, u Ġesù staqsieh x’kellu bżonn. Hu wieġbu li xtaq ikun jaf fejn joqgħod, u Ġesù qallu: “Ejja u ara”. Imbagħad Sant’Andrija u sieħbu, qattgħu l-kumplament tal-jum ma’ Ġesù.

Darba waħda Ġesù ltaqa’ ma’ Indri flimkien ma’ ħuh Xmun, waqt li kienu qed jistadu u qalilhom “Ejjew u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”. Marru, u minn dakinhar baqgħu dejjem ma’ Ġesù.

Meta Ġesù xabba’ bl-ikel ħamest elef ruħ, kien Sant’Andrija li qal lil Ġesù li kien hemm tifel li kellu ħames ħobżiet u żewġ ħutiet (Ġn. 6:9).

Wara l-mewt ta’ Ġesù, Sant’Andrija mar jipprietka l-Vanġelu fil-Greċja u fit-Turkija, u aktarx fil-Polonja u fir-Russja.

Sofra l-martirju f’Akajja, fi żmien il-persekuzzjoni ta’ Neruni. Ġie marbut ma’ salib forma ta’ X, biex idum iktar ma jmut. Infatti miet wara jumejn.

Ġismu ttieħed f’Kostantinopli fis-sena 357 u mqiegħed fil-knisja tal-Appostli, mibnija minn Kostantinu l-Kbir.

Sant’Andrija hu l-patrun tar-Russja u l-patrun tal-Iskozja. Hu l-patrun ukoll ta’ dawk li jikkultivaw il-vokazzjonijiet.

Riflessjoni: Aħna u nisimgħu l-Ewwel Qari, nafu nibqgħu mistagħġba biż-żelu u d-dinamiżmu missjunarju li kellu l-Appostlu Pawlu. “Kemm huma sbieħ riġlejn dawk li jħabbru l-ġid” (Rum 10:15)! Din għalina hi stedina biex irroddu ħajr għad-don tal-fidi li rċivejna minn dawn il-messaġġiera li għaddewhielna. Hi wkoll stedina biex nistagħġbu quddiem l-opra missjunarja li ġabet għall-ewwel darba – mhux wisq żmien ilu – il-ferħ tal-Vanġelu fuq din l-art maħbuba tal-Afrika Ċentrali. Hu sewwa, fuq kollox meta ż-żminijiet huma diffiċli, meta ma jonqsux il-provi u t-tbatijiet, meta l-futur hu inċert u nħossuna għajjenin, għax nibżgħu li m’aħniex ħa naslu, sewwa li ninġabru madwar il-Mulej, kif qed nagħmlu l-lum, biex nithennew bil-preżenza tiegħu, bil-ħajja ġdida u s-salvazzjoni li qed jipproponilna, bħal xatt ieħor li lejh jeħtieġ naqsmu. Dan ix-xatt l-ieħor hu bla dubju ta’ xejn il-ħajja ta’ dejjem, il-Ġenna fejn aħna mistennija. Din il-ħarsa lejn id-dinja li għad trid tiġi dejjem wiżnet il-kuraġġ tal-insara, tal-iżjed foqra, tal-iżjed ċkejkna, fil-pellegrinaġġ tagħhom fuq din l-art. Din il-ħajja ta’ dejjem mhix xi illużjoni, mhix xi ħarba mid-dinja; hi realtà qawwija li ssejħilna u timpenjana għall-perseveranza fil-fidi u fl-imħabba.

Il-Papa Franġisku, Omelija Novembru 2015

SIGNUM FIDEI 63

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 78, it-2 punt

Saint Andrew faithfully carried out what Jesus Christ had predicted to him when he called him to the faith, namely, that he would be a fisher of men, that is, he would win others to God and would attract them to Jesus Christ by the net of the apostolic grace that he would give him. He even had a share in this grace, as soon as he knew Jesus, and brought his brother, Saint Peter, to our Lord. This made Saint Peter Damian say that from the start of his apprenticeship in Christianity, this saint had already applied himself to effect good in souls and had already become a preacher of the truth, although he was barely a listener. This new disciple, not satisfied with taking care of his own salvation, was already trying to bring others to become disciples with him. After the descent of the Holy Spirit, this saint continued to exercise his zeal in many countries, because he knew that Jesus Christ had left his Apostles on earth for no other purpose than to preach his doctrine everywhere. You have been called, just as the holy Apostles were, to make God known, and you need great zeal for this. Ask God for a share in the zeal of Saint Andrew. Regard him as your model, and proclaim Jesus Christ and his holy maxims without growing weary.

TALBA Maħbub Ġesù,

agħmel li jiena nkun bħal dik id-daqsxejn ta’ ħmira li ma tidhirx,

iżda li jidher l-effett tagħha. Naqra ħmira tagħmel ħobża

bnina u sabiħa li thenni lil min jikolha. Iva, Mulej,

agħmel li nkun il-ħmira ta’ kull fejn inkun, ħmira li ma tidhirx iżda li tħalli effett

sabiħ, pożittiv u ta’ mħabba. Grazzi, Ġesù.

Ronnie Gauci Missierna ...

64 SIGNUM FIDEI

JGĦIX ĠESU’

F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

SIGNUM FIDEI 65

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen. Signum Fidei, Dar il-Frères,

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil: Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

66 SIGNUM FIDEI

Talba tal-Papa Franġisku għall-Ġublew tal-Ħniena (2015-2016)

Mulej Ġesù Kristu, int li għallimtna nħennu bħalma ħanin hu Missierna tas-Sema, u għidtilna li min jara lilek jara lilu: urina wiċċek u nkunu salvi. Ħarstek mimlija mħabba ħelset lil Żakkew u ’l Mattew mill-jasar tal-flus; lill-adultera u l-Maddalena milli jqiegħdu l-ferħ tagħhom biss fi ħlejqa; bikkiet lil Pietru wara t-tradiment, u wiegħdet il-Ġenna lill-ħalliel niedem. Agħmel li kull wieħed u waħda minna jisma’ tingħad lilu dik il-kelma li int lissint lis-Samaritana: Kieku kont taf id-don ta’ Alla! Int il-wiċċ li jidher tal-Missier li ma jidhirx, ta’ Alla li juri s-setgħa tiegħu fuq kollox bil-maħfra u l-ħniena: agħmel li l-Knisja tkun fid-dinja l-wiċċ tiegħek li jidher, int li int il-Mulej tagħha, rebbieħ fuq il-mewt u glorjuż. Int ridt li l-ministri tiegħek ikunu huma wkoll imlibbsa bid-dgħufija biex jistgħu jħossu għal dawk li qegħdin fl-injoranza u l-iżball; agħmel li kull min jersaq lejn wieħed minnhom iħossu milqugħ, maħbub u maħfur minn Alla. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u kkonsagrana lkoll bid-dilka tiegħu biex dan il-Ġublew tal-Ħniena jkun sena ta’ grazzja tal-Mulej u l-Knisja tiegħu b’ħeġġa mġedda tista’ twassal lill-foqra l-bxara t-tajba, tħabbar il-ħelsien lill-imjassrin u l-maħqurin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja. Dan nitolbuhulek bl-interċessjoni ta’ Marija, Omm il-Ħniena, int li tgħix u ssaltan flimkien mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.