Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28
description
Transcript of Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28
![Page 1: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/1.jpg)
Qari mill-Ktieb ta’
Bin SirakSir 17, 20-28
Dur lura lejn l-Għoli, u warrab mill-ħażen.
![Page 2: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/2.jpg)
Lil dawk li jindmu Alla jħallihom jerġgħu lura, u jsaħħaħ lil dawk li ma jkunux jifilħu jżommu aktar. Erġa’ lura lejn il-Mulej, u d-dnub ħallih warajk, u warrab dak li
![Page 3: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/3.jpg)
jfixklek. Dur lura lejn l-Għoli, u warrab mill-ħażen, u obgħod għall-aħħar dak li hu ta’ min jistmerru. Lill-Għoli min se jfaħħru f’Art l-Imwiet minflok il-ħajjin li
![Page 4: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/4.jpg)
jroddulu ħajr? Għall-mejjet bħalkieku ma kien xejn, intemm radd il-ħajr; min hu ħaj u f’sikktu jfaħħar il-Mulej. Kemm hi kbira l-ħniena tal-Mulej, u
![Page 5: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/5.jpg)
l-maħfra tiegħu għal dawk li jerġgħu lura lejh!
![Page 6: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/6.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
![Page 7: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/7.jpg)
Salm Responsorjali
R:/ Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej
![Page 8: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/8.jpg)
Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura,
li għandu d-dnub tiegħu mistur!
![Page 9: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/9.jpg)
Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej,
u ma għandu ebda qerq f’qalbu!
![Page 10: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/10.jpg)
R:/ Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej
![Page 11: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/11.jpg)
Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek,
u l-ħażen tiegħi ma ħbejthulekx.
![Page 12: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/12.jpg)
Jien għedt: “Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti.”
U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi.
![Page 13: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/13.jpg)
R:/ Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej
![Page 14: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/14.jpg)
Għalhekk kull min hu twajjeb
lilek jitlob fi żmien in-niket.
Jekk ifuru ilmijiet kotrana, lilu qatt ma jilħquh.
![Page 15: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/15.jpg)
R:/ Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej
![Page 16: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/16.jpg)
Int kenn għalija, mit-taħbit tħarisni,
iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien tiegħek.
![Page 17: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/17.jpg)
“Ngħallmek u nurik it-triq li għandek tieħu;
inwissik, u nżomm għajnejja fuqek.”
![Page 18: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/18.jpg)
R:/ Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej
![Page 19: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/19.jpg)
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah
Gesú Kristu, li għad li kien għani, ftaqar minħabba
fikom, sabiex intom tistagħnu permezz tal-faqar tiegħu.Hallelujah, Hallelujah
![Page 20: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/20.jpg)
Qarimill-Evanġelju skont
San MarkMk 10, 17-27
R:/ Glorja lilekMulej
Mur bigħ li għandek! Ejja u imxi warajja!
![Page 21: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/21.jpg)
F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien se jaqbad it-triq, mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu:
“Mgħallem tajjeb,
![Page 22: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/22.jpg)
x’għandi nagħmel biexnikseb il-ħajja ta’ dejjem?”Ġesù qallu:“Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb? Ħadd ma hu tajjeb
ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la
![Page 23: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/23.jpg)
toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ
lil missierek u ’l ommok.”U dak wieġbu u qallu:
“Mgħallem, jiena dan
![Page 24: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/24.jpg)
kollu ili nħarsu minn żgħożiti.”
Imbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu:
“Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek,
agħtih lill-fqar, u jkollok
![Page 25: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/25.jpg)
teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja.”
Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid.Ġesù mbagħad ħares ħarsa
![Page 26: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/26.jpg)
madwaru u qal lid-dixxipli tiegħu:
“Kemm hi iebsa għall-għonja li jidħlu fis-Saltna ta’ Alla!”
Id-dixxipli stagħġbu għal din il-kelma, imma Ġesù
![Page 27: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/27.jpg)
raġa’ qalilhom:“Kemm hi iebsa, uliedi,
li wieħed jidħol fis-Saltna ta’ Alla!
Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli
wieħed għani jidħol
![Page 28: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/28.jpg)
fis-Saltna ta’ Alla.”Huma stagħġbu wisq aktar, u bdew jgħidu wieħed lil ieħor:“Mela min jista’ jsalva?”Ġesù ħares lejhom u qalilhom:
![Page 29: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/29.jpg)
“Għall-bniedem dan ma jistax ikun, imma għal
Alla iva; għax għal Alla kollox jista’ jkun.”
![Page 30: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/30.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
![Page 31: Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 17, 20-28](https://reader036.fdocuments.net/reader036/viewer/2022081505/56816611550346895dd9580b/html5/thumbnails/31.jpg)
ĦSIEB