PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet...

152
Parlament Ewropew 2014-2019 Dokument ta' sessjoni A8-0203/2016 9.6.2016 RAPPORT dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal- Kumitat tan-NU dwar is-CRPD (2015/2258(INI)) Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali Rapporteur: Helga Stevens Rapporteurs għal opinjoni (*): Martina Anderson, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern Rosa Estaràs Ferragut, Kumitat għall-Petizzjonijiet (*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura RR\1097687MT.doc PE578.465v02-00 MT Magħquda fid-diversità MT

Transcript of PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet...

Page 1: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

Parlament Ewropew2014-2019

Dokument ta' sessjoni

A8-0203/2016

9.6.2016

RAPPORTdwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD(2015/2258(INI))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Helga Stevens

Rapporteurs għal opinjoni (*):Martina Anderson, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern Rosa Estaràs Ferragut, Kumitat għall-Petizzjonijiet

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

RR\1097687MT.doc PE578.465v02-00

MT Magħquda fid-diversità MT

Page 2: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

PR_INI

WERREJ

Paġna

NOTA SPJEGATTIVA............................................................................................................36

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN...................................................................................................................................................40

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI...........................................47

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI...............................................51

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI...................................................................................................................................56

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI.............................64

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-PETIZZJONIJIET......................................................70

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU.......................................79

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL.........................................................................................................85

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN........................................90

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP..................................................................93

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI.....................98

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

PE578.465v02-00 2/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 3: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD(2015/2258(INI))

Il-Parlament Ewropew,

– wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 9, 10, 19, 168 u 216(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikoli 2 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (is-CRPD) tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità1,

– wara li kkunsidra l-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità tat-2 ta' Ottubru 2015 dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea2,

– wara li kkunsidra l-Lista ta' kwistjonijiet adottati mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tal-15 ta' Mejju 2015 b'rabta mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea3,

– wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jistabbilixxi arranġamenti interni għall-implimentazzjoni mill-Unjoni Ewropea kif ukoll ir-rappreżentanza tagħha relatata mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità,

– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) tan-NU,

– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tan-NU għall-Kura Alternattiva tat-Tfal4,

– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-

1 ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.2 CRPD/C/EU/CO/1.3 CRPD/C/EU/Q/1.4 A/RES/64/142.

RR\1097687MT.doc 3/98 PE578.465v02-00

MT

Page 4: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/20061,

– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol2,

– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi konġunti C-335/11 u C-337/11 HK Danimarka, u fil-kawżi C-363/12 Z u C-356/12 Glatzel,

– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tat-28 ta' April 2015 mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019: "Inżommu d-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tal-aġenda tal-UE"" (JOIN(2015)0016),

– wara li kkunsidra l-proposta tat-2 ta' Diċembru 2015 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615),

– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2015 bit-titolu "Tweġiba tal-Unjoni Ewropea għal-lista ta' kwistjonijiet b'rabta mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità" (SWD(2015)0127),

– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-5 ta' Ġunju 2014 tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) mill-Unjoni Ewropea" (SWD(2014)0182),

– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2011 bit-titolu "Inizjattiva ta' Negozju Soċjali: Il-ħolqien ta' klima favorevoli għall-intrapriżi soċjali, il-partijiet interessati ewlenin fl-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni" (COM(2011)0682),

– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2010 bit-titolu "Strateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli" (COM(2010)0636),

– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 20163,

1 ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.2 ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.3 Testi adottati, P8_TA(2016)0059.

PE578.465v02-00 4/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 5: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar il-ħolqien ta' suq tax-xogħol kompetittiv tal-UE għas-seklu 21: it-tlaqqigħ tal-ħiliet u l-kwalifiki mad-domanda u l-opportunitajiet ta' mpjieg, bħala mod kif nirkupraw mill-kriżi1,

– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar l-intraprenditorija soċjali u l-innovazzjoni soċjali fil-ġlieda kontra l-qgħad2,

– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2013-2014)3,

– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi4,

– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-20 ta' Mejju 2015 tal-Parlament Ewropew dwar il-Lista ta' Kwistjonijiet adottata mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'rabta mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea5,

– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013 dwar l-impatt tal-kriżi fuq l-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli6,

– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-20207,

– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol8,

– wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond tas-Servizz ta' Riċerka Parlamentari Ewropew bit-titolu "L-implimentazzjoni tal-UE tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD)",

– wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli,

– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-2014,

– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/8/2014/AN dwar il-Kummissjoni,

– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2015 li ġej tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,

1 Testi adottati, P8_TA(2015)0321.2 Testi adottati, P8_TA(2015)0320.3 Testi adottati, P8_TA(2015)0286.4 Testi adottati, P8_TA(2015)0261.5 Testi adottati, P8_TA(2015)0208.6 ĠU C 75, 26.2.2016, p. 130.7 ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.8 ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.

RR\1097687MT.doc 5/98 PE578.465v02-00

MT

Page 6: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

– wara li kkunsidra l-istudju ta' Diċembru 2015 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali dwar "Il-vjolenza fuq tfal b'diżabilità: leġiżlazzjoni, politiki u programmi fl-UE",

– wara li kkunsidra l-istatistika dwar id-diżabilità tal-Eurostat tal-2014 dwar l-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-faqar u l-inugwaljanzi tad-dħul,

– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0203/2016),

A. billi, bħala ċittadini sħaħ, il-persuni b'diżabilità għandhom drittijiet ugwali u huma intitolati għal dinjità indiskutibbli, trattament ugwali, għajxien indipendenti, awtonomija, appoġġ minn sistemi ta' fondi pubbliċi u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;

B. billi huwa stmat li hemm madwar 80 miljun persuna b'diżabilità fl-Unjoni Ewropea, u li minn dawn madwar 46 miljun huma nisa u bniet, ammont li jirrappreżenta madwar 16 % tal-popolazzjoni totali tan-nisa fl-UE, fatt li juri li d-diżabilità fl-Unjoni Ewropea hija ogħla fost in-nisa milli fost l-irġiel; billi n-nisa b'diżabilità spiss ikunu vittmi ta' diskriminazzjoni multipla, iħabbtu wiċċhom ma' ostakli sostanzjali fit-twettiq tad-drittijiet u l-libertajiet bażiċi tagħhom bħad-dritt għall-aċċess għall-edukazzjoni u l-impjiegi, u billi dan jista' jwassal għal iżolazzjoni soċjali u trawmi psikoloġiċi; billi n-nisa jiġu wkoll affettwati b'mod sproporzjonat mid-diżabilità bħala indukraturi tal-membri tal-familja b'diżabilità;

C. billi t-TFUE jobbliga lill-Unjoni tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità meta jiġu ddefiniti u implimentati l-politiki u l-attivitajiet tagħha (l-Artikolu 10) u jagħti s-setgħa li tiġi adottata leġiżlazzjoni li tindirizza tali diskriminazzjoni (l-Artikolu 19);

D. billi l-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilità u jipprevedu l-parteċipazzjoni ugwali ta' persuni b'diżabilità fis-soċjetà;

E. billi s-CRPD huwa l-ewwel trattat internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem irratifikat mill-UE, li ġie ffirmat mit-28 Stat Membru u rratifikat minn 27 Stat Membru; billi l-Istat Membru li għadu ma għamilx hekk għandu jiffinalizza r-riformi tiegħu bl-għan li jiġi rratifikat is-CRPD;

F. billi din hi l-ewwel darba li l-UE ġiet immonitorjata minn korp tan-NU fit-twettiq tal-obbligi internazzjonali tagħha fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-osservazzjonijiet konklużivi tas-CRPD tan-NU ippubblikati fl-2015 rigward l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fl-UE bagħtu messaġġ qawwi dwar l-impenn tal-UE

PE578.465v02-00 6/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 7: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

għall-ugwaljanza u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u pprevedew sett ta' linji gwida għal miżuri leġiżlattivi u ta' tfassil ta' politika li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE;

G. billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ssaħħaħ il-fatt li s-CRPD hija vinkolanti fuq l-UE u l-Istati Membri tagħha matul l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE, peress li s-CRPD hija "parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea" li għandha "supremazija fuq l-istrumenti tal-leġiżlazzjoni sekondarja"1;

H. billi l-prinċipji tas-CRPD imorru ħafna lil hinn mid-diskriminazzjoni, billi juru t-triq lejn it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem mill-persuni kollha b'diżabilitajiet u mill-familji tagħhom, f'soċjetà inklussiva;

I. billi l-persuni b'diżabbiltajiet jikkostitwixxu grupp varjat, u billi n-nisa, it-tfal, in-nies aktar anzjani u l-persuni bi ħtiġijiet ta' appoġġ kumplessi jiffaċċjaw diffikultajiet addizzjonali u bosta forom ta' diskriminazzjoni;

J. billi d-diżabilità tista' tiġi kkawżata minn degradazzjoni gradwali u xi kultant inviżibbli tal-istat tas-saħħa ta' individwu, kif inhu fil-każ ta' persuni b'mard newrodeġenerattiv jew rari, li jista' jkollu effetti negattivi fuq il-ħajja indipendenti ta' tali persuna;

K. billi madwar 80 % tal-persuni b'diżabilità jgħixu f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi l-UE tappoġġa l-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità fil-livell internazzjonali, u hija l-akbar donatur fid-dinja tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA);

L. billi t-tfal b'diżabilità huma 17-il darba aktar probabbli li jgħixu f'istituzzjoni minn sħabhom mingħajr diżabilità, fejn ir-riskju ta' vjolenza, negliġenza u abbuż huwa ħafna ogħla milli kieku jgħixu d-dar2;

M. billi t-tfal b'diżabilità għandhom id-dritt li jgħixu mal-familja tagħhom jew f'ambjent tal-familja li jkun għall-aħjar interess tagħhom; billi membri tal-familja spiss ikollhom inaqqsu jew iwaqqfu l-attivitajiet professjonali tagħhom biex jieħdu ħsieb membri tal-familja b'diżabilità;

N. billi l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tenfasizza l-ħtieġa li tiġi inkorporata perspettiva tal-ġeneri fl-isforzi kollha u li tiġi promossa t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

O. billi t-trattament ugwali u miżuri u politiki pożittivi għan-nisa b'diżabilità u l-ommijiet ta' tfal b'diżabilità huma dritt tal-bniedem fundamentali u obbligu etiku;

P. billi n-nisa u l-bniet b'diżabilità huma esposti għal diversi dimensjonijiet ta' diskriminazzjoni fil-ħajja tagħhom ta' kuljum; din tista' tieħu diversi forom – fiżika, emozzjonali, sesswali u ekonomika – u tinkludi l-vjolenza domestika, il-vjolenza min-naħa ta' persuni li jagħtu l-kura, il-vjolenza sesswali u l-vjolenza istituzzjonali;

Q. billi n-nisa b'diżabilità għandhom probabilità akbar li jbatu minn vjolenza domestika u 1 QtĠ, il-Kawżi Magħquda C-335/11 u C-337/11 tal-11 ta' April 2013, HK Danmark, paragrafi 29-30; QtĠ, Kawża C-363/12 Z, 18 ta' Marzu 2014, paragrafu 73; QtĠ, Kawża C-356/12 Glatzel, 22 ta' Mejju 2014, paragrafu 68.2 Rapport tal-FRA: Vjolenza kontra t-tfal b'diżabilità: leġiżlazzjoni, politiki u programmi fl-UE, http://fra.europa.eu/sites/default/files/fra_uploads/fra-2015-violence-against-children-with-disabilities_en.pdf

RR\1097687MT.doc 7/98 PE578.465v02-00

MT

Page 8: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

attakki sesswali li allegatament idumu aktar u huma aktar intensi milli għan-nisa mingħajr diżabilità1;

R. billi n-nisa b'diżabilità, speċjalment il-migranti, huma f'riskju akbar ta' faqar u esklużjoni soċjali minħabba d-diskriminazzjoni multipla;

S. billi d-diżabilità hija kawża u tista' tkun konsegwenza tal-faqar u madwar 30 % tal-popolazzjoni ta' persuni mingħajr dar għandhom diżabilità u jinsabu f'riskju li jiġu injorati2; billi l-ħarsien soċjali pprovdut mill-istat b'mod partikolari għandu rwol sinifikanti fil-prevenzjoni tal-faqar fost il-persuni b'diżabilità u billi, skont data tal-2012, madwar 68,5 % tal-persuni b'diżabilità jgħixu fil-faqar kieku ma kienx għall-kontributi soċjali li jirċievu mill-istat3;

T. billi huwa imperattiv li jiġu infurzati l-liġijiet eżistenti tal-UE u l-għodod tal-politika sabiex isir użu massimu mill-implimentazzjoni tas-CRPD;

U. billi għadd ta' Stati Membri li rratifikaw is-CRPD għad iridu jistabbilixxu jew jinnominaw il-korpi għall-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-Konvenzjoni skont l-Artikolu 33 tagħha; billi l-ħidma ta' dawn il-korpi diġà stabbiliti, b'mod partikolari l-monitoraġġ skont l-Artikolu 33(2), qed tixxekkel min-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji u umani, u n-nuqqas ta' bażi legali soda għan-nomina tagħhom;

V. billi wieħed mill-aktar pilastri fundamentali għal persuni b'diżabilità hija l-parteċipazzjoni u l-aċċess għas-suq tax-xogħol, li għadha problematika, b'58,5 % meta mqabbla mat-80,5 % tal-persuni mingħajr diżabilità, u b'hekk ħafna persuni b'diżabilità jixxekklu milli jgħixu ħajja attiva u indipendenti;

W. billi r-rata ta' impjieg għan-nisa bla diżabilità hija 65 %, meta mqabbla ma' 44 % għan-nisa b'diżabilità; billi n-nisa b'diżabilità ta' spiss jiġu ddiskriminati meta mqabbla mal-irġiel b'diżabilità f'dak li jirrigwardja l-aċċess għall-impjiegi u l-edukazzjoni; billi r-rata għolja tal-qgħad fost il-persuni b'diżabilità għadha inaċċettabbli; billi n-nisa u l-bniet b'diżabilità jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet ikbar biex jidħlu fis-suq tax-xogħol; billi l-ostakli għall-mobilità u d-dipendenza akbar fuq il-membri tal-familja u fuq l-indukraturi tagħhom jeħtieġ li jingħelbu sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tan-nisa b'diżabilità fl-edukazzjoni, fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja soċjali u ekonomika tal-komunità;

X. billi l-impjieg imħallas huwa essenzjali biex il-persuni b'diżabilità jkun jista' jkollhom ħajja indipendenti u jkunu jistgħu jappoġġaw il-familji u d-djar tagħhom; billi n-nisa u l-bniet b'diżabilità spiss jitħallsu inqas milli jistħoqilhom; billi dan il-grupp ta' nies vulnerabbli hu aktar suxxettibbli li jbati mill-faqar u jinsab f'riskju akbar ta' esklużjoni soċjali;

1 Rapport tal-FRA, Vjolenza kontra n-nisa: stħarriġ mal-UE kollha. Riżultati ewlenin: http://fra.europa.eu/sites/default/files/fra-2014-vaw-survey-main-results-apr14_en.pdf2 Van Straaten et al. (2015). Ħtiġijiet ta' kura rrappurtati minn persuni Netherlandiżi mingħajr dar li għandhom jew m'għandhomx diżabilità intellettwali ssuspettata: studju ta' segwitu ta' 1,5 sena. F': Health Soc Care Community 2015 Ottubru 1. Epub 2015 Ottubru 1.3 EU-SILC 2012.

PE578.465v02-00 8/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 9: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

Y. billi l-UE, bħala parti mis-CRPD, għandha d-dmir li tiżgura l-involviment mill-qrib u l-parteċipazzjoni attiva tal-persuni b'diżabilità u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u fil-proċessi kollha ta' teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet marbuta mal-persuni b'diżabilità;

Z. billi l-miżuri ta' awsterità applikati mill-Istati Membri rriżultaw fi tnaqqis fis-servizzi soċjali, fl-appoġġ għall-familji u fis-servizzi bbażati fil-komunità u kkawżaw effetti negattivi sproporzjonati fuq il-livell ta' għajxien tal-persuni b'diżabilità, b'mod partikolari t-tfal b'diżabilità u l-familji tagħhom;

AA. billi l-Kummissjoni rtirat il-proposta tagħha għad-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità u, għalhekk, l-ugwaljanza tad-drittijiet tal-ommijiet u l-missirijiet, it-tfal u l-adulti mhumiex indirizzati biżżejjed sal-lum fil-politika dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-UE;

AB. billi d-Direttiva 2011/24/UE dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali ma tipprojbixxix b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' diżabilità;

AC. billi, minħabba t-tibdil demografiku u soċjali, hemm domanda akbar għal ħaddiema domestiċi u indukraturi, u b'mod partikolari għal ħaddiema domestiċi u indukraturi għall-familji; billi l-indukrar tal-persuni b'diżabilità u tal-persuni dipendenti normalment isir min-nisa fil-familja, u dan spiss iwassalhom għall-esklużjoni mis-suq tax-xogħol;

AD. billi lill-Kumitat għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità fl-Osservazzjonijiet Konklużivi tiegħu dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea jirrakkomanda li l-Unjoni Ewropea tintegra l-perspettiva tad-diżabilità fil-politiki u l-programmi tagħha dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll il-perspettiva tal-ġeneri fl-istrateġiji tagħha dwar id-diżabilità, u li tiżviluppa azzjonijiet pożittivi, tistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ u finanzjament għall-ġbir tad-data u għar-riċerka dwar in-nisa u l-bniet b'diżabilità; billi jirrakkomanda wkoll li l-Unjoni Ewropea tipprovdi protezzjoni effettiva mill-vjolenza, l-abbuż u l-isfruttament, li l-politika dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tindirizza l-bżonnijiet tat-tfal u l-adulti b'diżabilità, inklużi tal-indukraturi tagħhom, u li jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu r-rati għoljin ta' qgħad fost il-persuni b'diżabilità, li fil-maġġoranza tagħhom huma nisa;

AE. billi, fir-reazzjonijiet tagħha għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta' Settembru 2011 dwar ''L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew"1, li ġiet adottata mill-Kummissjoni fit-13 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li tiġi żgurata katina mingħajr interruzzjoni ta' servizzi aċċessibbli għal kulħadd (trasport, akkomodazzjoni, kejtering u attrazzjonijiet), u, għal dan l-għan, hija bdiet timplimenta azzjonijiet biex titqajjem kuxjenza, jittejbu l-ħiliet fis-settur tat-turiżmu u fl-aħħar mill-aħħar tiżdied il-kwalità tal-faċilitajiet turistiċi għal dawk bi bżonnijiet speċjali jew b'diżabilitajiet;

AF. billi l-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità, b'diversità funzjonali u b'mobilità mnaqqsa fl-oqsma tat-trasport, il-mobilità u t-turiżmu jitqabblu ma' opportunitajiet ta' innovazzjoni

1 ĠU C 56E, 26.2.2013, p. 41.

RR\1097687MT.doc 9/98 PE578.465v02-00

MT

Page 10: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

kummerċjali għas-servizzi tat-trasport u l-mobilità u jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet fejn kulħadd jirbaħ f'li jaqdu l-persuni b'kull tip ta' diżabilità (inklużi, iżda mhux limitati għal, persuni b'mobilità mnaqqsa (PMM), nies neqsin mid-dawl, persuni torox u b'diffikultajiet ta' smigħ, persuni bl-awtiżmu u persuni b'diżabilitajiet intellettwali jew psikosoċjali) kif ukoll l-utenti l-oħra kollha ta' dawn is-servizzi, fl-ispirtu ta' "disinn għal kulħadd";

Prinċipji ġenerali u obbligi

1. Ifakkar li l-inklużjoni sħiħa tal-persuni b'diżabilità mhix biss dritt u benefiċċju mistħoqq għall-individwi kkonċernati, imma wkoll ass għas-soċjetà b'mod ġenerali peress li din tibbenefika mill-valur u l-ħiliet differenti li dawn il-persuni jġibu magħhom;

2. Jissottolinja li l-persuni kollha b'diżabilità għandhom id-dritt li jgħixu f'soċjetà li fiha jgawdu l-opportunitajiet indaqs flimkien mal-oħrajn, biex b'hekk tiġi żgurata l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà;

3. Jenfasizza l-fatt li l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità fis-soċjetà, irrispettivament mill-istatus soċjoekonomiku, politiku jew kulturali ta' pajjiż, mhijiex biss kwistjoni ta' żvilupp iżda anke ta' drittijiet tal-bniedem;

4. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-diżabilitajiet qed isiru dejjem aktar komuni hekk kif il-popolazzjoni tixjieħ;

5. Iqis li l-UE għandha tkun minn ta' quddiem nett fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tagħhom; jilqa' l-fatt li, għall-ewwel darba, it-twettiq tal-obbligi internazzjonali tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem ġie rieżaminat minn korp tat-trattat tan-NU; jikkunsidra li l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD dwar l-implimentazzjoni tas-CRPD min-naħa tal-UE, ippubblikati fl-2015, jirrappreżentaw sinjal importanti tal-impenn tal-UE lejn l-ugwaljanza u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u joffru gwida għal azzjonijiet leġiżlattivi u politiċi fl-isfera kollha ta' kompetenza tal-UE;

6. Jappoġġa l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jintegraw il-perspettiva tan-nisa u l-bniet b'diżabilità fil-politiki, il-programmi u l-istrateġiji tagħhom dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-perspettiva tal-ġeneri fl-istrateġiji tagħhom dwar id-diżabilità; jitlob, ulterjorment, li jiġu stabbiliti mekkaniżmi biex jiġi revedut regolarment il-progress li jkun sar;

7. Jitlob lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u biex jiżguraw li l-Konvenzjoni tiġi rispettata fil-leġiżlazzjonijiet futuri kollha.

8. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallokaw ir-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom skont is-CRPD u l-Protokoll Fakultattiv tiegħu;

9. Jiddispjaċih ħafna li ma kienx hemm biżżejjed konsultazzjoni formali mill-UE ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità fit-tħejjijiet tagħha għall-proċess ta' rieżami mill-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD fl-2015 u fl-abbozz tar-rapport

PE578.465v02-00 10/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 11: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

ta' progress tagħha; jitlob li l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità jieħdu sehem attiv fil-laqgħat tas-CPRD bħala parti indipendenti inkluż billi jieħdu sehem f'delegazzjonijiet uffiċjali tal-UE għal rieżamijiet futuri;

10. Jistieden lill-Kummissjoni tikkonsolida u tagħmel proposta għal djalogu strutturat ġenwin bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni b'diżabilitajiet, inklużi fondi xierqa sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa u ugwali minn persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom;

11. Jenfasizza l-importanza ta' konsultazzjoni sistematika u mill-qrib bejn l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-persuni b'diżabilità, dawk li jfasslu l-politiki, in-negozji u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fir-rigward tal-inizjattivi l-ġodda kollha, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet relatati mal-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, l-isport u ż-żgħażagħ;

12. Jappella għat-tisħiħ tal-entitajiet eżistenti li jaħdmu favur l-ugwaljanza sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tas-CRPD; ifakkar lill-UE u lill-Istati Membri tagħha dwar ir-rekwiżit li jimpenjaw ruħhom b'mod sinifikanti mas-soċjetà ċivili u, b'mod partikolari, ma' organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità;

13. Jitlob lill-UE biex tirratifika l-Protokoll Fakultattiv għas-CRPD;

14. Iħeġġeġ li jsiru reviżjoni u evalwazzjoni komprensivi u trasversali tal-leġiżlazzjoni eżistenti u futura tal-UE u tal-programmi ta' finanzjament, inklużi perjodi ta' programmar futuri, bl-għan li jkun hemm konformità sħiħa mas-CRPD billi, b'mod kostruttiv, jiġu involuti l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b'diżabilità u l-membri tal-Qafas tal-UE għas-CRPD (minn hawn 'il quddiem il-"Qafas tal-UE"), inkluż l-integrazzjoni tad-diżabilità fil-politiki u strateġiji ta' leġiżlazzjoni kollha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jintegraw id-diżabilità fil-leġiżlazzjoni, fil-politiki u fl-istrateġiji kollha;

15. Jitlob għall-inklużjoni tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità fl-aġenda soċjoekonomika globali tal-UE, b'mod partikolari l-Istrateġija Ewropa 2020 u s-Semestru Ewropew; jirrakkomanda l-adozzjoni ta' Patt għad-Diżabilità biex jiġi żgurat li d-drittijiet ta' persuni b'diżabilità jiġu integrati permezz ta' inizjattivi tal-UE;

16. Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, meta tkun qed tevalwa s-sitwazzjoni soċjali tal-Istati Membri (rapporti għal kull pajjiż u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż), tiffoka wkoll fuq il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni ta' persuni b'diżabilità bħala parti mill-impenn komuni tal-UE favur il-bini ta' Ewropa mingħajr ostakli;

17. Jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE, b'mod partikolari l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, għandhom jimpenjaw ruħhom biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni eżistenti u futura kollha tkun verifikata abbażi tad-drittijiet tal-bniedem u taderixxi għal kollox mas-CRPD;

18. Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lista ta' leġiżlazzjoni bl-għan li tipproponi aġġornament tad-dikjarazzjoni ta' kompetenza fid-dawl tal-Osservazzjonijiet Konklużivi, li għandu jerġa' jsir perjodikament bil-parteċipazzjoni formali tal-

RR\1097687MT.doc 11/98 PE578.465v02-00

MT

Page 12: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

organizzazzjonijiet tad-diżabilitajiet u tal-Parlament Ewropew;

19. Jistieden lill-Kummissjoni tqis, f'dan ir-rigward, il-bżonn li jiġi żviluppat qafas tal-UE li jiggarantixxi l-implimentazzjoni effettiva tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, il-promozzjoni tal-awtonomija personali tagħhom, l-aċċessibilità, l-aċċess għall-impjieg, l-inklużjoni soċjali u l-ħajja indipendenti, u l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' diskriminazzjoni;

20. Jikkondividi t-tħassib tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD b'rabta man-nuqqas ta' strateġija ċara min-naħa tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità;

21. Jistieden lill-istituzzjonijiet biex jieħdu azzjoni b'mod eżemplari fir-rigward tal-politika ta' integrazzjoni;

22. Jistieden lill-Kummissjoni tuża r-reviżjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità biex tiżviluppa partenarjat komprensiv miftuħ għad-dimensjoni tas-sessi fl-istrateġija tal-UE tas-CRPD, inklużi għall-impenji ta' azzjoni esterna bi skeda ċara għall-implimentazzjoni, u punti ta' riferiment u indikaturi speċifiċi u preċiżi;

23. Jiddeplora d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni li l-persuni b'diżabilità għad iridu jħabbtu wiċċhom magħhom illum; jistieden lill-Kummissjoni timmassimizza s-sinerġiji bejn l-Istrateġija tal-UE dwar id-Diżabilità 2010 - 2020 u d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tan-NU u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal bl-għan li jiġi żgurat li d-drittijiet rikonoxxuti jitgawdew b'mod sostanzjali u jiġu effettivament eżerċitati, inkluż permezz tal-armonizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv u permezz ta' azzjoni kulturali u politika;

24. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi kjarifika dwar id-definizzjoni wiesgħa ta' diżabilità fil-livell tal-UE;

25. Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-Gwida għall-Kunsiderazzjonijiet Soċjali fl-Akkwist Pubbliku biex tenfasizza l-obbligi soċjali, iżda biex tindika wkoll l-opportunitajiet u l-benefiċċji tal-investiment f'servizzi ta' appoġġ bi kwalità għolja għal persuni b'diżabilità;

26. Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-linji gwida għall-valutazzjoni tal-impatt u timmodifikahom biex jinkludu lista aktar komprensiva ta' kwistjonijiet biex tivvaluta aħjar il-konformità mal-Konvenzjoni;

Drittijiet speċifiċi

27. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu miżuri biex jiġġieldu l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, inklużi d-diskriminazzjoni multipla, id-diskriminazzjoni b'assoċjazzjoni u intersezzjonali abbażi tad-diżabilità, b'mod speċjali għan-nisa u t-tfal b'diżabilità, persuni anzjani u individwi li għandhom bżonnijiet ta' appoġġ kumplessi, inklużi dawk b'diżabilitajiet intellettwali u psikosoċjali u dawk li d-diżabilitajiet tagħhom jinbidlu maż-żmien;

PE578.465v02-00 12/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 13: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

28. Jiddeplora bil-qawwa l-fatt li l-Kunsill għadu m'adottax il-proposta għal direttiva tal-2008 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni, irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jagħmel dan mill-aktar fis possibbli;

29. Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex jintegraw id-drittijiet tan-nisa u t-tfal b'diżabilità, inkluż Aġenda dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u biex jiżguraw li s-subien u l-bniet u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom jiġu kkonsultati fuq il-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw lit-tfal, permezz ta' assistenza xierqa skont l-età u d-diżabilità tagħhom;

30. Jenfasizza li, biex tiġi garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal b'diżabilità, huwa meħtieġ li jingħata appoġġ xieraq lill-familji tagħhom billi jissaħħu u jkompli jsir xogħol fuq l-istrumenti leġiżlattivi disponibbli għall-UE, bħal pereżempju l-istrument li jipprovdi liv tal-ġenituri għal dawk il-ġenituri bi tfal b'diżabilità;

31. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-persuni kollha b'diżabilità jkunu jistgħu jgawdu mid-dritt ta' moviment liberu li għandhom iċ-ċittadini kollha tal-UE billi fil-leġiżlazzjoni attwali u futura tinkludi l-garanzija ta' opportunitajiet indaqs, drittijiet fundamentali, aċċess ugwali għas-servizzi u għas-suq tal-impjiegi, u l-istess drittijiet u obbligi fl-aċċess għas-sigurtà soċjali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li fih ikunu koperti, bi qbil mal-prinċipju ta' trattament ugwali u ta' nondiskriminazzjoni; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri, f'termini ta' ugwaljanza fl-impjiegi, jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar it-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa (tfassil mill-ġdid) (2006/54/KE);

32. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġati l-bniet u n-nisa migranti b'diżabilità sabiex dawn jiżviluppaw ħiliet li jagħtuhom opportunitajiet biex jiksbu impjieg xieraq;

33. Jenfasizza li sabiex tinkiseb ħajja awtonoma u indipendenti għall-persuni b'diżabilità, speċjalment għan-nisa, l-assistenza (personali jew pubblika) hija mezz li jappoġġa lilhom u lill-familji tagħhom, billi jagħmilha possibbli li dawn ikollhom aċċess għal postijiet tax-xogħol u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u jappoġġahom f'każ ta' tqala u maternità;

34. Itenni l-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilità fl-ambjenti privati u istituzzjonali, u jistieden lill-Istati Membri jipprovdu servizzi ta' appoġġ li jkunu aċċessibbli għan-nisa u l-bniet b'kull tip ta' diżabilità; jirrakkomanda li l-UE ssir parti mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) bħala pass ulterjuri fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilità;

35. Ifakkar fl-importanza tad-dritt fundamentali li l-persuni b'diżabilità jipparteċipaw fil-proċessi ta' politika u fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar id-diżabilità fil-livelli kollha, kif enfasizzat mis-CRPD; jenfasizza li n-nisa u l-bniet b'diżabilità, inklużi dawk minn gruppi emarġinati u dawk vulnerabbli li jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni multipla, għandhom jiġu abilitati u mogħtija s-setgħa biex jipparteċipaw fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet sabiex ikun żgurat li l-interessi u d-drittijiet tagħhom jiġu espressi, appoġġati u protetti, filwaqt li tiġi żgurata perspettiva tal-ġeneru ġenwina fil-livell

RR\1097687MT.doc 13/98 PE578.465v02-00

MT

Page 14: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

lokali; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu servizzi u faċilitajiet adattati adegwatament li jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fl-involiment u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom, u biex jinvestu f'teknoloġiji assistivi u adattabbli u fl-inklużjoni elettronika;

36. Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu miżuri effikaċi sabiex isaħħu l-ħajjiet tan-nisa b'diżabilità skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD fir-rigward tar-rieżami tal-implimentazzjoni tas-CRPD min-naħa tal-UE;

37. Jinsab imħasseb dwar il-fatt li t-trobbija tat-tfal b'diżabilità hija kompitu li jaqa' prinċipalment fuq in-nisa;

38. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jqajmu kuxjenza dwar is-CRPD u jiġġieldu kontra l-preġudizzji u jippromwovu fehim aħjar tal-persuni kollha b'diżabilità sabiex id-deċiżjonijiet jittieħdu abbażi tal-ħtiġijiet reali tagħhom;

39. Jappoġġa l-inizjattivi mmirati sabiex jagħmlu lis-soċjetà konxja tad-diffikultajiet li jġarrbu l-persuni b'diżabilità u li huma mmirati wkoll sabiex jagħmlu lill-persuni b'diżabilità aktar konxji tal-potenzjal tagħhom u tal-kontributi li jistgħu jagħmlu, fost affarijiet oħra, permezz ta' programmi edukattivi speċifiċi fl-iskejjel; jenfasizza li l-importanza tas-CRPD fundamentalment tinsab f'li tinġieb bidla fl-attitudnijiet kulturali billi jiġi rikonoxxut li huma l-ostakli fl-ambjent soċjali u dak ekonomiku li fil-fatt iġibu lin-nies fi stat ta' diżabilità aktar milli d-diżabilità fil-persuna;

40. Jitlob lill-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri biex iħejju strateġiji ta' sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, jiffaċilitaw it-taħriġ tal-persunal fit-trasport u t-turiżmu f'sensibilizzazzjoni u b'rabta mal-ugwaljanza tad-diżabilità, u jinkoraġġixxu l-kollaborazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajba fost organizzazzjonijiet Ewropej li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità u korpi pubbliċi u privati responsabbli mit-trasport; iħeġġeġ li l-materjal ta' taħriġ ikun disponibbli wkoll f'formati aċċessibbli;

41. Jenfasizza li l-impjegati tal-kumpaniji tal-ajru għandhom jingħataw taħriġ rigoruż sabiex il-linji tal-ajru jkunu jistgħu jipprovdu servizzi adegwati għal persuni b'diżabilità; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li l-persunal ikun jista' juża s-siġġijiet tar-roti mingħajr ma jagħmlilhom ħsara;

42. Jilqa' l-proposta għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità1 u huwa impenjat li jiġi adottat malajr bil-ħsieb li tiġi żgurata l-aċċessibilità ta' prodotti u servizzi, inkluż il-bini li fih huma pprovduti dawn is-servizzi, flimkien ma' mekkaniżmi ta' infurzar u lmenti nazzjonali effettivi u aċċessibbli; ifakkar li huwa meħtieġ approċċ komprensiv għall-aċċessibilità u għal miżuri biex jiġi ggarantit li dawk b'kwalunkwe forma ta' diżabililtà jgawdu minn dan id-dritt skont l-Artikolu 9 tas-CRPD;

43. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità, li huwa strumentali biex jindirizza l-kwistjonijiet kollha relatati mal-aċċessibilità tal-PMM fl-oqsma tat-trasport, il-mobilità u t-turiżmu, u jiġi żgurat li s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u fuq l-ilma, speċjalment fir-rigward tal-possibilità ta' aċċess fuq l-istazzjonijiet pubbliċi kollha u ferroviji taħt l-art u l-ferroviji, websajts, servizzi bbażati fuq apparat mobbli, Smart Ticketing u informazzjoni f'ħin

1 COM(2015)0615.

PE578.465v02-00 14/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 15: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

reali, u t-terminals self-service, magni tal-biljetti u magni tar-reġistrazzjoni użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri jkunu kompletament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

44. Jirrikonoxxi li n-negozji ż-żgħar u ta' daqs medju se jibbenefikaw meta jikkonformaw ma' rekwiżiti standard tal-UE, minflok ma jkollhom jadattaw għal regoli nazzjonali diverġenti; jiddispjaċih, madankollu, li prodotti u servizzi turistiċi tat-turiżmu ta' natura transkonfinali ma jaqgħux taħt il-proposta għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità; jenfasizza li ma ttiħdux aktar azzjonijiet fil-livell tal-UE fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi tat-turiżmu sabiex gradwalment tiġi armonizzata klassifikazzjoni tal-lukandi, filwaqt li jitqiesu l-kriterji tal-aċċessibilità;

45. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu aktar biex jippromwovu r-riċerka u l-iżvilupp, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibilità ta' teknoloġiji ġodda u innovattivi għall-persuni b'diżabilità;

46. Jistieden lill-Kummissjoni, meta tipprepara atti leġiżlattivi futuri f'oqsma rilevanti, pereżempju fl-aġenda diġitali, tqis il-fatt li l-aċċessibilità hija importanti fl-ambjent fiżiku hekk kif inhi fl-ICT;

47. Iħeġġeġ lill-Istati Membri, meta japplikaw il-prinċipju tal-aċċessibilità, jiżguraw l-applikazzjoni tad-"diżinn universali" għall-proġetti ta' bini eżistenti u ġodda, postijiet tax-xogħol u, b'mod partikolari, bini pubbliku, pereżempju l-bini tal-iskejjel iffinanzjati minn fondi pubbliċi;

48. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jaħdmu mal-Parlament biex jaslu, b'mod ċar u effettiv, għal direttiva dwar l-aċċessibilità tas-siti web tal-entitajiet tas-settur pubbliku, b'ambitu wiesa' u mekkaniżmu b'saħħtu ta' infurzar skont il-proposta għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità u s-CRPD, sabiex tiżgura li 80 miljun persuna b'diżabilitajiet u 150 miljun anzjan fl-UE jgawdu minn aċċess ugwali għal siti web u servizzi pubbliċi online;

49. Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, jiżguraw li n-numru ta' emerġenza 112, disponibbli fl-UE kollha, ikun aċċessibbli bis-sħiħ, bl-użu tal-aktar teknoloġija moderna u affidabbli fil-livell nazzjonali u fir-roaming, b'mod partikolari għal ċittadini torox u b'diffikultajiet ta' smigħ, u b'hekk jiġu evitati mwiet u korrimenti bla bżonn; jenfasizza l-ħtieġa għall-implimentazzjoni ta' miżuri fil-livell nazzjonali, inter alia biex tiġi żgurata l-kompatibilità madwar l-Istati Membri, inklużi punti ta' emerġenza aċċessibbli fil-livell nazzjonali;

50. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li s-servizzi tas-saħħa elettroniċi u mobbli, l-applikazzjonijiet u t-tagħmir, inklużi n-numru ta' emerġenza 112, li jrid ikun jista' jintuża faċilment kullimkien madwar l-Ewropa, u s-sistema ta' lokalizzazzjoni ta' emerġenza avvanzata (AML), ikunu kompletament aċċessibbli għall-pazjenti b'diżabilità u l-persuni li jindukrawhom, u biex jisfruttaw ulterjorment il-potenzjal tat-telemediċina biex jitjiebu l-aċċess u l-kura f'dan il-kuntest;

51. Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-appoġġ u dispożizzjonijiet speċifiċi għal persuni b'diżabilità f'xenarji umanitarji, b'mod partikolari t-tfal, u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi investimenti u finanzjament ta' appoġġ għall-persuni b'diżabilità f'każijiet

RR\1097687MT.doc 15/98 PE578.465v02-00

MT

Page 16: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

ta' emerġenza, inkluż data diżaggregata skont is-sess u l-età;

52. Jissottolinja l-fatt li l-kunflitti li għaddejjin u d-diżastri naturali huma wkoll fatturi li jikkontribwixxu għat-tkattir kontinwu tal-għadd ta' persuni b'diżabilità;

53. Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-esperti fis-CRPD biex l-UE tkun aktar aċċessibbli u inklussiva sabiex jinkiseb approċċ għad-diżabilità bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem f'sitwazzjonijiet ta' riskju u emerġenza, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri 2015-2030; iħeġġeġ bil-qawwa l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b'diżabilità, li jsofru minn diskriminazzjoni doppja, fil-politiki tal-UE tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati; jenfasizza li dawn il-miżuri għandhom jipprovdu tweġiba xierqa għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità u jqisu l-ħtieġa għal miżuri ta' akkomodazzjoni raġonevoli bbażati fuq il-bżonnijiet; jinkoraġġixxi aktar integrazzjoni tal-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità fir-rispons umanitarju mogħti mill-Istati Membri u mill-UE;

54. Jitlob li l-UE tieħu r-riedni fil-promozzjoni tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilitajiet fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri u fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli mal-pajjiżi sħab tagħha, mal-organizzazzjonijiet reġjonali u fil-livell globali;

55. Jistieden lill-Kummissjoni tadotta pjan ta' implimentazzjoni f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Frar 2015 dwar il-ġestjoni tad-diżastri li tkun inklussiva fil-konfront ta' persuni b'diżabilità u tal-Qafas ta' Sendai;

56. Itenni l-importanza tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-ġestjoni tad-diżastri li tinkludi l-persuni b'diżabilità fil-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u fl-Istati Membri; jitlob għal żieda ta' sensibilizzazzjoni, u l-għoti ta' informazzjoni, għall-persuni b'diżabilità u s-servizzi ta' emerġenza u tal-protezzjoni ċivili dwar l-inizjattivi għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u biex jingħata appoġġ psikoloġiku lil persuni b'diżabilità fil-fażi ta' rkupru mid-diżastri;

57. Jissottolinja l-importanza li jingħata appoġġ speċjali lil persuni b'diżabilitajiet f'sitwazzjonijiet ta' wara l-emerġenza;

58. Jirrikonoxxi li l-membri vulnerabbli tas-soċjetà jkomplu jiġu emarġinati jekk ikollhom diżabilità, u jisħaq li l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE għandhom itejbu l-isforzi tagħhom biex jakkomodaw bis-sħiħ il-forniment ta' drittijiet u servizzi għall-persuni kollha b'diżabilità, inklużi l-persuni mingħajr stat, in-nies mingħajr saqaf fuq rashom, ir-rifuġjati u l-persuni li jfittxu asil u persuni li jappartjenu għal minoranzi; jenfasizza l-bżonn li tiġi integrata d-diżabilità fil-politiki tal-migrazzjoni u tar-refuġjati tal-UE;

59. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 11 tas-CRPD, biex meta jagħmlu proposti għall-kwistjoni tar-refuġjati, għal finanzjament jew għal miżuri oħra ta' appoġġ, jipprevedu kura speċjali għall-persuni b'diżabilità;

60. Jenfasizza li l-UE għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-persuni kollha b'diżabilità li jkunu ċċaħħdu mill-kapaċità ġuridika tagħhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet kollha mħaddna fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fil-leġiżlazzjoni tal-UE, inkluż l-aċċess għall-ġustizzja, għal prodotti u servizzi, u għall-

PE578.465v02-00 16/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 17: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

operazzjonijiet bankarji, l-impjiegi, u l-kura tas-saħħa, kif ukoll id-dritt tal-vot u d-drittijiet tal-konsumatur;

61. Jirrikonoxxi li s-CRPD uriet li hija strument pożittiv u ewlieni għall-promozzjoni tar-riforma tal-liġi u tirrikjedi lill-Istati Membri jerġgħu jeżaminaw kif il-persuni b'diżabilità huma perċepiti; jiddispjaċih, madankollu, dwar l-isfidi diffiċli li persuni b'diżabilità għadhom iħabbtu wiċċhom magħhom f'oqsma strateġiċi bħall-ġustizzja kriminali u l-parteċipazzjoni politika; iqis li l-aċċess sħiħ u komplut għas-sistema politika mill-persuni kollha b'diżabilitajiet huwa prijorità; jirrikonoxxi li dan l-aċċess għandu jkun aktar minn sempliċiment aċċess fiżiku biex wieħed ikun jista' jivvota, u li għandu jinkludi firxa wiesgħa ta' inizjattivi biex il-proċess demokratiku jinfetaħ għaċ-ċittadini kollha; huwa tal-opinjoni li dan għandu jinkludi materjal elettorali f'verżjonijiet Braille u li jinqraw faċilment, assistenza kompluta lill-persuni b'diżabilità tul il-proċeduri ta' votazzjoni, il-promozzjoni ta' votazzjoni bil-posta u bi prokura meta possibbli, u t-tneħħija tal-ostakli għal dawk iċ-ċittadini b'diżabilità li jixtiequ jikkandidaw irwieħhom għall-elezzjoni, kif ukoll l-indirizzar tar-regoli eżistenti dwar il-kapaċità ġuridika u l-impatt tagħhom fuq l-abilità tal-individwi biex jipparteċipaw bis-sħiħ fil-proċess demokratiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità u tad-Direttiva 2010/64/UE dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali u d-Direttiva 2012/13/UE dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali, u b'mod partikolari d-Direttiva 2013/48/UE dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà, jiġu implimentati sew u bis-sħiħ, speċjalment fil-każ ta' persuni b'diżabilità;

62. Jiddeplora b'mod qawwi l-fatt li bosta Stati għadhom jiċħdu jew jillimitaw il-kapaċità ġuridika ta' persuni b'diffikultajiet intellettwali billi jirrikorru għall-qrati; jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom b'mod pożittiv fil-kwistjoni tal-kapaċità legali billi jxaqilbu lejn inklużjoni b'appoġġ aktar milli lejn esklużjoni awtomatika;

63. Jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet li l-persuni b'diżabilitajiet għadhom qed iħabbtu wiċċhom magħhom fl-aċċess għall-ġustizzja; ifakkar li d-dritt għall-aċċess għall-ġustizzja huwa dritt fundamentali u element essenzjali tal-istat tad-dritt; jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni sabiex jipprovdu akkomodazzjoni proċedurali sħiħa u biex jaġġustaw proċeduri għal dawn il-persuni; iqis li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tinkludi programmi ta' taħriġ speċifiku dwar is-CRPD fil-Programm tal-UE fil-qasam tal-Ġustizzja għall-2014-2020; jissuġġerixxi li l-qrati tal-UE għandhom japplikaw ir-regoli u l-istruzzjonijiet interni tagħhom b'mod li jiffaċilità l-aċċess għall-ġustizzja għal persuni b'diżabilitajiet, u li r-Rakkomandazzjonijiet Ġenerali tal-Kumitat dwar is-CRPD għandhom ukoll jitqiesu fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja;

64. Jirrikonoxxi d-diversi modi li bihom il-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti tista' tikkontribwixxi fl-implimentazzjoni u s-sostenn tal-obbligi internazzjonali tal-partijiet involuti fis-CRPD; jiddispjaċih, b'rabta ma' dan, għall-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tagħti segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-18 ta' Diċembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni dwar l-

RR\1097687MT.doc 17/98 PE578.465v02-00

MT

Page 18: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

implikazzjonijiet transfruntiera tal-protezzjoni legali tal-adulti.

65. Jissottolinja l-vjolenza, l-intimidazzjoni u l-abbuż sesswali fl-iskola, fid-dar jew fl-istituzzjonijiet, li għalihom huma aktar vulnerabbli t-tfal b'diżabilità; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jintervjenu b'mod aktar effikaċi u jiġġieldu kontra l-vjolenza fuq tfal b'diżabilità permezz ta' miżuri speċifiċi u ta' servizzi ta' appoġġ aċċessibbli;

66. Jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri effettivi għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra t-tfal b'diżabilità, liema miżuri jimmiraw għall-familji, il-komunitajiet, il-professjonisti u l-istituzzjonijiet; jinnota li l-iskejjel jaqdu rwol kruċjali fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u jenfasizza l-ħtieġa ta' mekkaniżmi xierqa li jippermettu l-inklużjoni fl-iskejjel regolari u li jiżguraw li l-edukaturi u l-għalliema jiġu mħejjija u mħarrġa kif għandu jkun biex jagħrfu u jirreaġixxu għall-vjolenza kontra t-tfal b'diżabilità;

67. Jitlob ukoll lill-Istati Membri jiżguraw li t-trattament involontarju u r-reklużjoni ma jkunux permessi mid-dritt b'konformità mal-istandards internazzjonali l-iktar riċenti;

68. Iħeġġeġ li l-prinċipju tal-moviment liberu taċ-ċittadini b'diżabilità fi ħdan l-UE jiġi garantit permezz tat-tneħħija tal-ostakli kollha għal din il-libertà li għadhom fostna;

69. Jenfasizza li l-libertà tal-moviment taċ-ċittadini Ewropej għandha tiġi garantita għall-persuni b'diżabilità, ħaġa li tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tas-sitwazzjoni u tad-drittijiet soċjali tagħhom (l-Artikolu 18 tas-CRPD);

70. Jiddispjaċih li l-Kunsill m'aċċettax l-inklużjoni tad-dokumenti relatati mad-diżabilità fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini u tan-negozji permezz tas-simplifikazzjoni tal-aċċettazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-UE;

71. Jilqa' l-proġett pilota Karta Ewropea tad-Diżabilità; jiddispjaċih li l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-proġett tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità kienet waħda limitata, proġett li, permezz ta' miżuri prattiċi, jiffaċilita l-mobilità u r-rikonoxximent reċiproku tad-drittijiet taċ-ċittadini b'diżabilità fl-Istati Membri;

72. Jenfasizza li biex jiġi ggarantit ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità huwa meħtieġ li tingħatalhom il-libertà li jagħżlu kif jgħixu u kif l-aħjar jużaw il-potenzjal tagħhom, billi, pereżempju, jagħmlu aktar użu minn arranġamenti bħalma huma l-persuni li jagħtu l-kura;

73. Jiddeplora bis-sħiħ il-kundizzjonijiet diżastrużi li fihom tqiegħdu persuni b'diżabilità f'xi Stati Membri, u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu dak kollu li hu possibbli biex jikkonformaw mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 3 tagħha, li jipprojbixxi trattament inuman u degradanti;

74. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu ħsieb b'mod aħjar il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità, u jqisu dawn il-ħtiġijiet b'mod konsistenti meta jirrevedu r-regolamenti tal-UE, bħal dawk dwar id-drittijiet tal-passiġġieri b'modi differenti ta' trasport (ir-Regolamenti (KE) Nru 1107/2006 u (KE) Nru 261/2004 dwar it-trasport bl-ajru, ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 dwar it-trasport ferrovjarju, ir-Regolament (UE)

PE578.465v02-00 18/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 19: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

Nru 1177/2010 dwar it-trasport bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u r-Regolament (UE) Nru 181/2011 dwar it-trasport b'xarabank u b'kowċ), u meta jfasslu leġiżlazzjoni, pereżempju dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tal-ivvjaġġar b'iktar minn mezz wieħed tat-trasport; jenfasizza li l-UE impenjat ruħha favur Ewropa mingħajr ostakoli fl-2010 fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020;

75. Jistieden lill-UE ssaħħaħ il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri u tarmonizza l-ħidma tal-korpi nazzjonali għall-infurzar, u jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni tal-UE maħsuba biex ittejjeb l-aċċessibilità tat-trasport fil-livell lokali, reġjonali u statali għal skopijiet ta' trasport u turiżmu (inklużi karozzi tal-linja u taksis, it-trasport pubbliku urban u t-trasport bil-ferrovija, bl-ajru u bil-baħar, inklużi wkoll stazzjonijiet, ajruporti u portijiet) u biex jiġu indirizzati l-ostakli għal Ewropa mingħajr ostakoli, pereżempju billi jissaħħu l-kompetenzi tal-korpi ta' infurzar rilevanti taħt il-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri sabiex tkun żgurata l-effikaċja u drittijiet ugwali għall-passiġġieri b'diżabilità kollha madwar l-UE, inkluż fir-rigward tal-aċċessibilità u l-istandardizzazzjoni, l-armonizzazzjoni, ir-rekwiżiti tekniċi, l-inċentivi għall-kumpaniji, il-politika tat-trejdunjins u l-ftehimiet kollettivi;

76. Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara r-responsabilitajiet ta' kull wieħed mill-atturi involuti fl-għoti ta' kura għall-PMM, b'mod partikolari fir-rigward ta' trasferimenti bejn mezzi differenti tat-trasport, u tipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni ta' assoċjazzjonijiet għall-persuni b'diżabilità u r-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri;

77. Jenfasizza li l-aċċessibilità bla xkiel għas-servizzi tat-trasport, il-vetturi, l-infrastruttura u ċ-ċentri ta' konnessjoni intermodali, b'mod partikolari f'żoni rurali, hija essenzjali biex ikunu żgurati sistemi ta' mobilità ħielsa mid-diskriminazzjoni integrata; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-persuni b'diżabilità għandu jkollhom aċċess għall-prodotti u s-servizzi u li jeħtieġ li jsir sforz ulterjuri sabiex is-servizzi turistiċi u dawk tat-trasport, il-vetturi u l-infrastruttura jkunu aċċessibbli; jinnota li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa toffri l-possibilità li jiġu ffinanzjati miżuri fiż-żoni urbani u miżuri biex tittejjeb l-aċċessibilità għall-persuni b'xi tip ta' diżabilità, finanzjament li jista' jammonta għal massimu ta' 10 % tal-ispejjeż tal-adattament;

78. Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-fondi TEN-T, biex tippubblika l-progress li sar dwar il-miżuri u l-ammont ta' għajnuna mogħtija għall-adattament tal-infrastruttura għan-nies b'diżabilità taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u tipi oħra ta' finanzjament tal-UE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tieħu azzjoni sabiex tippromwovi involviment akbar fi proġetti mmirati lejn l-adattament ta' infrastruttura għal persuni b'diżabilità, inkluż, fost affarijiet oħra, sessjonijiet ta' informazzjoni u disseminazzjoni għal żviluppaturi potenzjali;

79. Jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' miżuri ta' finanzjament f'żoni urbani, fejn in-nies għandhom jaqilbu bejn il-modi differenti tat-trasport b'mod aktar frekwenti u fejn persuni b'xi tip ta' problemi ta' mobilità jħabbtu wiċċhom l-iktar ma' diffikultajiet;

80. Jenfasizza li formati konsistentement aċċessibbli għandhom ikunu fuq nett fl-aġenda tal-politiki tas-suq ta' mobilità diġitalizzata, u għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għall-persuni kollha bi kwalunkwe tip ta' diżabilità bl-użu ta' lingwi, formati u teknoloġiji

RR\1097687MT.doc 19/98 PE578.465v02-00

MT

Page 20: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

aċċessibbli u xierqa għal tipi differenti ta' diżabilità, inklużi l-lingwi tas-sinjali, il-Braille, is-sistemi ta' komunikazzjoni awmentattivi u alternattivi u mezzi aċċessibbli oħra, modalitajiet u formati ta' komunikazzjoni tal-għażla tagħhom, inklużi lingwi jew ritratti, sottotitoli u messaġġi testwali personali li jinqraw faċilment, għal informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, l-ibbukkjar u l-ħruġ ta' biljetti, filwaqt li jintuża aktar minn mezz sensorju wieħed; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fir-rigward ta' faċilitajiet ta' trasport u servizzi xierqa, tistabbilixxi mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' kontroll li jiżguraw li l-aċċessibilità u l-apparat ta' assistenza għal persuni b'diżabilità jiġu offruti wkoll fis-servizzi tat-trasport pubbliku fl-Istati Membri kollha;

81. Jenfasizza li l-persuni b'diżabilità għandhom ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar servizzi multimodali u transkonfinali li jipprovdu trasport bieb sa bieb b'tali mod li jkunu jistgħu jagħżlu bejn l-aktar servizz sostenibbli, l-irħas wieħed jew l-aktar wieħed rapidu, u jibbukkjaw u jħallsu għal dawn is-servizzi online;

82. Jitlob li l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar f'ħin reali tkun disponibbli sabiex, qabel ma jitilqu fuq vjaġġ, il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar interruzzjonijiet jew arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar;

83. Jenfasizza li l-persuni b'disabilità jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni f'formati u teknoloġiji aċċessibbli li jkunu adattati għat-tipi differenti ta' diżabilità, inklużi l-lingwi bis-sinjali, il-Braille, il-komunikazzjoni awmentattiva u alternattiva u mezzi, modi u formati oħra aċċessibbli ta' komunikazzjoni tal-għażla tagħhom, inklużi l-formati li jinqraw faċilment u l-użu ta' sottotitoli; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tinforza l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill jadotta mingħajr aktar dewmien id-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Ippubblikati għal Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li għandhom Diffikultà Jaqraw Materjal Stampat; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri konsistenti u effikaċi f'konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu;

84. Ifakkar li l-indipendenza, l-integrazzjoni u l-aċċess għal sistema ta' edukazzjoni u taħriġ inklużiva, għal ħajja ċivika u kulturali, għad-divertiment u l-isport huma drittijiet iggarantiti mill-Artikoli 19, 24 u 30 tas-CRPD; ifakkar li dawn id-drittijiet huma protetti taħt id-dritt tal-UE, b'mod partikolari fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' diżabilità u fuq il-bażi tal-prinċipju ta' parteċipazzjoni sħiħa u effikaċi, inkluża l-parteċipazzjoni demokratika u l-inklużjoni fis-soċjetà tal-persuni b'diżabilità (Artikolu 3 tas-CRPD); jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu, għaldaqstant, il-miżuri li għandhom l-għan li jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess effikaċi u ugwali mhux biss għall-oqsma ewlenin bħalma huma l-edukazzjoni inklużiva ta' kwalità, il-kultura u l-isport, iżda wkoll għal attivitajiet extrakurrikulari, bħalma huma t-teatru, il-lingwi u l-arti; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi indikaturi speċifiċi għad-diżabilità fl-istrateġija Ewropa 2020 meta tkun qed issegwi l-miri dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ.

85. Ifakkar fl-abbozz ta' Kumment Ġenerali tal-Kumitat tas-CRPD tan-NU dwar l-Artikolu 24 (id-"Dritt għal Edukazzjoni Inklużiva"), li jagħti d-dettalji tal-kontenut

PE578.465v02-00 20/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 21: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

normattiv tiegħu, l-obbligi tal-istati, ir-relazzjoni tiegħu ma' dispożizzjonijiet oħra tal-Konvenzjoni, u l-implimentazzjoni tiegħu fil-livell nazzjonali;

86. Ifakkar li l-programmi mmirati lejn iż-żgħażagħ għandhom jagħtu attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ b'diżabilità;

87. Jinnota li l-istrateġiji rigward iż-żgħażagħ wara l-2018 għandhom jintegraw il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ b'diżabilità;

88. Ifakkar li l-persuni b'diżabilità huma spiss esklużi jew m'għandhomx aċċess effikaċi għas-servizzi ta' edukazzjoni u taħriġ fejn proċessi edukattivi mfassla apposta li jqisu l-livell tagħhom ta' diżabilità huma meħtieġa biex jgħinuhom jilħqu l-potenzjal soċjali, ekonomiku u edukattiv sħiħ tagħhom; jenfasizza li għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-istudenti kollha li għandhom diżabilità jirċievu l-akkomodazzjoni raġonevoli meħtieġa biex igawdu d-dritt tagħhom għal edukazzjoni ta' kwalità li tkun inklużiva; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-gvernijiet reġjonali u lokali devoluti responsabbli jsaħħu l-programmi ta' taħriġ u l-opportunitajiet ta' żvilupp professjonali kontinwu għall-partijiet interessati rilevanti kollha involuti f'ambjenti ta' tagħlim mhux formali u informali, kif ukoll l-aċċess tagħhom għall-infrastrutturi tal-ICT sabiex jappoġġaw il-ħidma tagħhom ma' studenti b'diżabilità u jiġġieldu l-preġudizzju kontra l-persuni b'diżabilità, b'mod partikolari l-persuni b'diżabilitajiet psikosoċjali u intellettwali;

89. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw miżuri effikaċi sabiex jindirizzaw is-segregazzjoni u r-rifjut ta' studenti b'diżabilità fl-iskejjel u fl-ambjenti tat-tagħlim u jagħtuhom aċċess għal akkomodazzjoni raġonevoli u l-appoġġ li jeħtieġu, sabiex dawk li qed jirċievu t-tagħlim jiġu ffaċilitati biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom; jenfasizza l-fatt li l-opportunitajiet indaqs jistgħu jintlaħqu biss jekk id-dritt għal edukazzjoni u taħriġ inklużivi jingħata fil-livelli u t-tipi kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż it-tagħlim tul il-ħajja, u għalhekk ir-rikonoxximent tal-kwalifiki għall-persuni b'diżabilità jiġi garantit, b'mod partikolari dawk akkwistati bis-saħħa ta' ambjenti tat-tagħlim li jagħtu appoġġ fejn il-persuni b'diżabilità jistgħu speċifikament jitgħallmu kompetenzi u ħiliet li jippermettulhom jegħlbu d-diżabilità; jiġbed l-attenzjoni lejn in-nuqqasijiet tekniċi u finanzjarji tal-programmi ta' edukazzjoni speċjali, b'mod partikolari fl-Istati Membri milquta mill-kriżi, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif is-sitwazzjoni tista' tittejjeb;

90. Jinnota l-progress li nkiseb fir-regolamentazzjoni tal-programmi ta' skambju tal-istudenti, b'mod partikolari l-programm Erasmus+, permezz tal-inklużjoni ta' appoġġ finanzjarju addizzjonali għall-mobilità tal-istudenti u l-persunal b'diżabilità u jinsisti li huwa meħtieġ li jkomplu jsiru dispożizzjonijiet speċifiċi fl-aspetti kollha tal-programm; jirrikonoxxi l-fatt li fil-prattika l-istudenti b'diżabilità għadhom iħabbtu wiċċhom ma' għadd kbir ta' ostakli (f'dak li jikkonċerna l-attitudnijiet, il-komunikazzjoni, l-arkitettura, l-informazzjoni, eċċ.); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-impenn tagħhom favur il-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità fil-programmi ta' skambju tal-UE u jtejbu l-viżibilità u t-trasparenza tal-opportunitajiet ta' mobilità; jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki rigward l-aċċess għall-programmi ta' skambju għall-istudenti u l-għalliema b'diżabilità;

91. Jitlob li s-sistemi edukattivi jżommu lura milli joħolqu ambjenti li jagħtu lil min qed

RR\1097687MT.doc 21/98 PE578.465v02-00

MT

Page 22: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

jitgħallem tikketti bħalma huma r-raggruppament tal-istudenti u t-tqassim tal-istudenti skont ċerti kriterji, peress li dan jista' jaffettwa b'mod negattiv lill-istudenti b'diżabilità b'mod speċjali dawk li għandhom diffikultà biex jitgħallmu;

92. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi komponent speċifiku għad-diżabilità fl-evalwazzjoni tagħha tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jimplimentaw dik id-Direttiva, anki mill-perspettiva tal-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità u d-dritt tagħhom li jkunu jafu, u jużaw b'mod effikaċi, fuq bażi ugwali mal-oħrajn, id-dispożizzjonijiet u l-istrumenti tad-Direttiva, li l-għarfien dwarhom hija baxxa anke fost il-pubbliku ġenerali;

93. Jenfasizza l-korrelazzjoni qawwija bejn id-diżabilità, li taffettwa aktar minn 15 % tal-popolazzjoni tal-UE, u l-problemi tas-saħħa, b'diffikultajiet u ostakli persistenti għall-aċċess li jwasslu għall-għoti ta' servizzi tal-kura tas-saħħa lill-persuni b'diżabilità li ma jkunux adegwati jew li ma jintlaħqux, inkluż meta d-diżabilità tirriżulta minn reazzjoni avversa għal mediċina; jinnota li n-nuqqas ta' aċċess għal servizzi tas-saħħa ta' kwalità għandu effett negattiv fuq il-kapaċità ta' dawk b'diżabilità li jgħixu b'mod indipendenti u inklużiv u fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor;

94. Jinnota bi tħassib li l-persuni b'diżabilità jirrappurtaw rati sinifikament ogħla ta' għoti inadegwat jew ċaħda tal-kura, u każijiet ta' trattament furzat jew ħażin, li jindikaw in-nuqqas ta' taħriġ tal-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa dwar il-ħtiġijiet ta' kura tas-saħħa tal-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Istati Membri jinvestu fit-taħriġ tal-professjonisti li jikkuraw u jassistu lill-persuni b'diżabilità;

95. Jenfasizza li l-għoti tal-kunsens infurmat mill-persuni b'diżabilità għandu jiġi żgurat fl-atti mediċi kollha li jeħtieġu dan, u li għal dan il-għan għandhom ikunu disponibbli l-mezzi meħtieġa kollha biex tiġi żgurata l-aċċessibilità għall-informazzjoni għal dawn il-persuni, kif ukoll li dawn jifhmu l-informazzjoni rilevanti; jenfasizza li l-kunsens tagħhom irid jingħata personalment, minn qabel u b'għarfien sħiħ tal-fatti, bil-mekkaniżmi kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji jiġu rrispettati, u li miżuri xierqa simili għandhom jittieħdu wkoll fir-rigward tal-persuni b'diżabilità psikosoċjali;

96. Jistieden lill-Kummissjoni tintegra approċċi orjentati lejn id-diżabilità fl-istrumenti u l-politiki tagħha b'rabta mas-saħħa sabiex tikkontribwixxi għal riżultati ta' saħħa mtejba għal nies b'diżabilità fl-Istati Membri, permezz ta' aċċessibilità fiżika, ambjentali u sensorjali, kwalità u affordabilità aħjar, u filwaqt li jkunu qed jiġu żviluppati l-istrumenti u l-politiki fuq dawn il-linji, twettaq konsultazzjonijiet bir-reqqa ma' persuni b'diżabilità;

97. Itenni li d-drittijiet riproduttivi huma fost il-libertajiet fundamentali garantiti skont id-Dikjarazzjoni ta' Vjenna u l-Programm ta' Azzjoni u s-CPRD, li jinkludu: id-dritt għall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, id-dritt għaż-żwieġ u t-trobbija ta' familja; id-dritt għal kura komprensiva tas-saħħa riproduttiva inklużi l-ippjanar tal-familja u s-servizzi tas-saħħa materna, l-edukazzjoni, u l-informazzjoni; id-dritt li jingħata kunsens infurmat għall-proċeduri mediċi kollha inklużi l-isterilizzazzjoni u l-abort; u d-dritt li persuna tkun ħielsa mill-abbuż u l-isfruttament sesswali;

98. Jitlob lill-Kummissjoni tadotta miżuri biex tiżgura li l-kura tas-saħħa u s-servizzi kollha

PE578.465v02-00 22/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 23: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

pprovduti lil nisa b'diżabilità, inklużi s-servizzi u l-kura kollha tas-saħħa riproduttiva u s-saħħa mentali, ikunu aċċessibbli u bbażati fuq il-kunsens liberu u informat tal-individwu kkonċernat;

99. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw linji gwida biex jiżguraw li l-edukazzjoni, l-informazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-servizzi kollha relatati mas-saħħa sesswali u riproduttiva jkunu disponibbli għan-nisa u l-bniet b'diżabilità f'formati aċċessibbli u adattati skont l-età, inklużi l-lingwi tas-sinjali, il-Braille, il-komunikazzjoni bis-sens tal-mess, it-tipa kbira, u modi, mezzi u formati alternattivi oħra ta' komunikazzjoni;

100. Jikkonferma mill-ġdid il-fehma tiegħu li għandha tiġi indirizzata l-ħtieġa li jiġi provdut appoġġ speċjalizzat, inkluża assistenza għall-indukrar tat-tfal, lil nisa u rġiel b'diżabilità, flimkien mal-familji tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ il-maternità u l-paternità;

101. Jenfasizza li l-iskemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa m'għandhomx jiddiskriminaw kontra l-persuni b'diżabilità;

102. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa gwida madwar l-UE kollha għall-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali dwar l-għoti ta' informazzjoni aċċessibbli għall-pazjenti kollha dwar il-kura fi Stati Membri oħrajn, filwaqt li żżomm quddiem għajnejha r-rwol partikolari tal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti;

103. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri u lill-membri tan-Netwerk Ewropew ta' Referenza sabiex jestendu r-riżorsi u l-kompetenzi tan-netwerk għal forom ta' diżabilità li, minkejja li mhux neċessarjament ikunu rari, jirrikjedu wkoll kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna li tingħata minn timijiet ta' kura tas-saħħa multidixxiplinari u konċentrazzjoni ta' għarfien u riżorsi permezz ta' dan il-qafas;

104. Isostni li l-prodotti u s-servizzi jridu jsiru iktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità; jinnota li l-ostakli ekonomiċi u dawk marbuta mar-relazzjoni kostijiet-benefiċċji qed jipprevjenu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-aċċessibilità; jemmen li l-involviment ikbar ta' persuni b'diżabilità fl-iżvilupp ta' prodotti u servizzi relatati mas-saħħa se jikkontribwixxi biex jiġu żgurati sikurezza u aċċessibilità ikbar;

105. Jenfasizza li l-persuni b'diżabilità fiżika jħabbtu wiċċhom ma' problemi wkoll fir-rigward tas-suq tal-mobilità diġitalizzata, u jitlob għall-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-persuni kollha bi kwalunkwe tip ta' diżabilità f'lingwi, formati u teknoloġiji aċċessibbli u xierqa għal tipi differenti ta' diżabilità, inklużi l-lingwi tas-sinjali, il-Braille, is-sistemi ta' komunikazzjoni awmentattivi u alternattivi u mezzi, modalitajiet u formati ta' komunikazzjoni aċċessibbli oħra tal-għażla tagħhom, inklużi formati, sottotitoli u messaġġi testwali personali li jinqraw faċilment, b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni dwar is-saħħa, filwaqt li jintuża aktar minn mezz sensorju wieħed;

106. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel sforzi kontinwi biex tagħti spinta lill-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa sabiex tindirizza l-inugwaljanzi gravi fis-saħħa u fl-aċċess li jaffettwaw lill-persuni b'diżabilità l-iktar vulnerabbli;

107. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw il-klassifikazzjoni ta' mard li jikkawża diżabilità tal-memorja bħala diżabilità;

RR\1097687MT.doc 23/98 PE578.465v02-00

MT

Page 24: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

108. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu rikonoxximent xieraq lir-rwol fundamentali tal-familjari li jieħdu ħsieb il-persuni b'diżabilità u jiżguraw li anki huma jkollhom aċċess xieraq għas-servizzi tas-saħħa fid-dawl tal-impatt li l-kura ta' persuni b'diżabilità tħalli fuq is-saħħa fiżika u mentali u l-benessri tagħhom stess;

109. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li d-drittijiet u s-servizzi marbuta mal-impjiegi, inkluż akkomodazzjoni raġonevoli fil-kuntest tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, ikunu portabbli u konformi mal-libertà ta' moviment għall-persuni b'diżabilità, kif deskritt fit-Trattati; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw inċentivi għal min iħaddem u politiki attivi tas-suq tax-xogħol biex jappoġġaw l-impjieg ta' persuni b'diżabilità; jirrikonoxxi l-potenzjal kemm tal-ekonomija soċjali kif ukoll tal-ekonomija diġitali emerġenti biex jipprovdu impjieg għall-persuni b'diżabilità;

110. Jinsab imħasseb dwar ir-rati għolja ta' qgħad fost il-persuni b'diżabilità, b'mod speċjali fost in-nisa b'diżabilità, meta mqabbla ma' gruppi oħra tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri jrawmu u jiżguraw qafas leġiżlattiv u ta' politika għall-parteċipazzjoni tan-nisa b'diżabilità fis-suq tax-xogħol, inklużi dawk b'diżabilità u kundizzjonijiet kroniċi moħbija jew diffikultajiet ta' tagħlim;

111. Huwa mħasseb li d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi ma tirrikonoxxix espliċitament iċ-ċaħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli għal persuni b'diżabilità bħala forma ta' diskriminazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi tagħrif dwar is-sitwazzjoni attwali rigward it-tipi ta' lmenti li waslu, u tqis f'dan ir-rigward jekk hix meħtieġa reviżjoni tad-Direttiva;

112. Jenfasizza l-benefiċċji li wieħed imur lil hinn mill-kuntest ta' mpjieg f'workshops protetti u li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta' impjieg għal persuni b'diżabilità li jinkluduhom fis-suq tax-xogħol miftuħ; jisħaq fuq l-importanza li jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni b'diżabilità, il-fornituri ta' servizzi ta' sostenn, l-impjegaturi b'esperjenza u atturi rilevanti oħrajn;

113. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu aktar l-impjieg ta' persuni b'diżabilità permezz ta' intrapriżi soċjali u ekonomiċi bbażati fuq is-solidarjetà biex b'hekk jgħinu l-persuni b'diżabilità jidħlu fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward tippromwovi aktar is-suq tal-investimenti soċjali emerġenti ġdid permezz tal-għodod li nħolqu bħala parti mill-Inizjattiva ta' Negozju Soċjali, u tinforma lill-Parlament dwar ir-riżultati ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu tagħha;

114. Jindika li, biex jiġi evitat li l-persuni b'diżabilità jingħataw sensja, huwa essenzjali li dawn ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom skont leġiżlazzjoni speċifika; jirrakkomanda, barra minn hekk, li jiġu implimentati kontrolli xierqa, flimkien ma' kooperazzjoni xierqa maċ-ċentri tal-impjiegi u mal-kumpaniji bil-għan li tiġi eliminata l-emarġinazzjoni tal-persuni b'diżabilità mid-dinja tax-xogħol u sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom;

115. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw oqfsa ta' kwalità tajba għat-traineeships, u jħeġġu u jiżviluppaw opportunitajiet għal apprendistati u taħriġ għal persuni b'diżabilità, filwaqt li jiżguraw aċċessibilità u akkomodazzjoni raġonevoli biex jiġi żgurat ħarsien soċjali u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol;

PE578.465v02-00 24/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 25: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

116. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri urġenti biex jipprevjenu u jreġġgħu lura l-effetti negattivi li l-miżuri ta' awsterità kellhom fuq il-protezzjoni soċjali tal-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra, f'dan ir-rigward, l-istabbiliment ta' livell minimu ta' protezzjoni soċjali fl-UE fil-livell li jippermetti r-rispett għad-dritt ta' livell ta' għajxien xieraq u għall-protezzjoni soċjali tal-persuni b'diżabilità;

117. Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri effikaċi sabiex jipprevjenu jew itaffu l-faqar, il-vulnerabilità u l-esklużjoni soċjali fost il-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom, b'kunsiderazzjoni speċjali għat-tfal u l-anzjani b'diżabilità, fil-kuntest ta' Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

118. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti lill-Istati Membri li qed isegwu programmi ta' aġġustament fiskali jeżentaw lill-persuni b'diżabilità mill-miżuri ta' awsterità, b'mod partikolari fir-rigward tas-settur tas-saħħa;

119. Jistieden lill-Istati Membri jżommu lura milli jnaqqsu l-benefiċċji relatati mad-diżabilità, is-servizzi bbażati fil-komunità, is-servizzi tas-saħħa, il-programmi ta' taħriġ u ta' edukazzjoni li jdgħajfu lis-CRPD u jżidu ulterjorment il-livell ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali;

120. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għal darb'oħra bil-għan li jiġġieldu l-esklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom, biex jippromwovu, fuq il-bażi ta' regoli komuni, miżuri kontra l-faqar li jinsabu fih ħafna familji b'persuni b'diżabilità, b'referenza għal indikaturi ċari li fuqhom għandha tiġi bbażata l-kura meħtieġa;

121. Jissottolinja li l-Artikolu 7 u l-Artikolu 96(7) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni1 jirrikjedu li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw li l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità jitqiesu u jiġu promossi fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) b'mod ġenerali u fil-Programmi Operattivi b'mod partikolari; jitlob approċċ integrat sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-applikazzjoni tal-kondizzjonalitajiet ex ante ġenerali rigward il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u d-diżabilità; jisħaq fuq il-fatt li l-evalwazzjoni ex ante tagħhom għandha tevalwa l-adegwatezza tal-miżuri ppjanati għall-promozzjoni tal-opportunitajiet ugwali għan-nisa u għall-irġiel u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibilità tal-finanzjament;

122. Iħeġġeġ lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE jiżguraw monitoraġġ effiċjenti tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet immirati kontra n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll l-aċċessibilità u l-użu tal-finanzjament SIE sabiex jiġi appoġġat l-aċċess ugwali għas-servizzi kollha, inkluż l-internet, għall-persuni b'diżabilità, u arranġamenti ta' għajxien ugwali u suffiċjenti fil-komunitajiet lokali fiż-żoni kollha (eż. żoni rurali u skarsament popolati u żoni urbani), kif ukoll għall-istituzzjonijiet li jieħdu ħsiebhom; jinnota, madankollu, li l-politiki soċjali u l-finanzjament tagħhom għadhom primarjament ir-responsabilità tal-Istati Membri;

1 ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

RR\1097687MT.doc 25/98 PE578.465v02-00

MT

Page 26: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

123. Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib jekk il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u l-leġiżlazzjoni relatata humiex qed jiġu rrispettati meta jintużaw il-Fondi SIE; jissottolinja li l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità, jeħtieġ li jiġu involuti fis-sħubija tul il-fażi tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Programmi Operattivi, biex jiġi żgurat li l-interessi u l-preokkupazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità jitqiesu b'mod effikaċi; jinsisti li l-użu tal-Fondi SIE għandu jirrispetta l-istandards minimi fir-rigward tal-aċċessibilità, il-mobilità u l-akkomodazzjoni għall-persuni b'diżabilità, u jinnota li dan jinvolvi kompitu importanti u diffiċli, speċjalment għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

124. Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mill-fondi strutturali, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew u l-Programm Ewropa Kreattiva, filwaqt li jinvolvu kemm jista' jkun organizzazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza li tiġi garantita aċċessibilità sħiħa lill-persuni b'diżabilità għas-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, Erasmus+, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-inizjattivi tal-EURES;

125. Jistieden lill-Istati Membri jxerrdu l-prinċipju skont liema l-awtoritajiet kontraenti tal-FSIE jistgħu jeskludu l-applikanti talli jkunu naqsu milli jissodisfaw l-impenn għall-aċċessibilità tal-persuni b'diżabilità;

126. Jilqa' l-kondizzjonalitajiet ex ante dwar l-inklużjoni soċjali u l-prijorità ta' investiment tagħha dwar "tranżizzjoni minn servizzi bbażati fl-istituzzjoni għal servizzi bbażati fil-komunità" fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE); jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi għad-deistituzzjonalizzazzjoni u bħala għodda għall-implimentazzjoni tas-CRPD;

127. Jinsab imħasseb li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej qed jintużaw ħażin biex titrawwem l-istituzzjonalizzazzjoni, u jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jsaħħu l-monitoraġġ tagħhom f'konformità mas-CRPD u b'konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni b'diżabilità; jirrakkomanda s-sospensjoni, l-irtirar u l-irkuprar tal-pagamenti minn Stati Membri jekk jinkiser l-obbligu ta' rispett tad-drittijiet fundamentali; jemmen li l-prinċipji ta' trasparenza għandhom jirregolaw il-proċedura sħiħa mill-allokazzjoni tal-fondi sal-użu reali tagħhom;

128. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa, fosthom permezz tal-Fondi SIE u fondi rilevanti oħra tal-UE, jiżviluppaw servizzi ta' appoġġ ta' kwalità għolja u bi prezz aċċessibbli f'komunitajiet lokali għal subien u bniet b'diżabilità u l-familji tagħhom, inklużi persuni li jeħtieġu sostenn ta' livell għoli, irawmu d-deistituzzjonalizzazzjoni u jipprevjenu l-istituzzjonalizzazzjoni, u jippromwovu l-komunitajiet inklużivi u l-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità inklużiva għall-bniet u s-subien b'diżabilità;

129. Jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jikkunsidraw jiftħu flussi ta' finanzjament futuri u eżistenti għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw b'mod attiv lill-persuni b'diżabilità;

130. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem lejn l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità

PE578.465v02-00 26/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 27: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

permezz tal-għoti ta' appoġġ finanzjarju għal firxa ta' proġetti u organizzazzjonijiet li joriġinaw fil-komunitajiet lokali;

131. Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jinvolvu b'mod attiv il-persuni b'diżabilità fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, anke permezz tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, b'konformità mal-Artikolu 4(3) tas-CRPD; iħeġġeġ, barra minn hekk, biex l-opinjonijiet espressi minn persuni b'diżabilità jitqiesu kif xieraq tul proċessi bħal dawn;

132. Itenni l-importanza li l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jkunu disponibbli għall-persuni b'diżabilitajiet; jieħu nota tal-konklużjoni tat-Trattat ta' Marrakexx immirat biex jiffaċilita l-aċċess għal xogħlijiet ippubblikati minn persuni għomja jew b'vista batuta, u jtenni l-konvinzjoni tiegħu li l-UE għandha l-kompetenza li tikkonkludi dan it-trattat mingħajr ma r-ratifika tkun tiddependi minn reviżjoni tal-qafas ġuridiku tal-UE jew miż-żmien ta' sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja; jisħaq ukoll, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li l-Parlament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jiżguraw ir-ratifika rapida tat-Trattat ta' Marrakexx;

133. Jenfasizza wkoll li kwalunkwe bidla leġiżlattiva fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati għandha tipprovdi l-aċċess tal-persuni b'diżabilitajiet għal xogħlijiet u servizzi protetti minn dawk id-drittijiet fi kwalunkwe format; ifakkar li l-Kummissjoni hija mistennija tippreżenta proposti leġiżlattivi dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati bil-għan li tiżgura li persuni b'diżabilitajiet differenti jkollhom aċċess għax-xogħlijiet u s-servizzi protetti minn dawk id-drittijiet;

134. Jinsisti fuq l-importanza ta' sistemi diġitali għall-persuni b'diżabilità bħala għodda biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fl-aspetti kollha tas-soċjetà, u jirrakkomanda li jkompli jiġi investigat l-użu tat-teknoloġiji megħjuna kuntestwalment fl-edukazzjoni; jirrikonoxxi l-fatt li għadd sproporzjonat ta' persuni b'diżabilità mhumiex attwalment online, u li huma esklużi mill-iżviluppi diġitali u bħala konsegwenza, qed jitilfu informazzjoni, opportunitajiet, akkwist ta' ħiliet ġodda, u aċċess għal servizzi importanti; jistieden għalhekk lil-leġiżlaturi fil-livell nazzjonali u tal-UE jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-aċċessibilità meta jkunu qed jimplimentaw leġiżlazzjoni tas-suq uniku diġitali, jintegraw il-kwistjoni tal-aċċessibilità tal-kontenut diġitali fil-politiki rilevanti kollha, jagħtu bidu għal programmi ta' taħriġ għall-"Promoturi Diġitali" fi ħdan il-komunitajiet biex iħeġġu aktar persuni b'diżabilità jmorru online, u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġġieldu kontra ċ-ċiberkriminalità u l-bullying ċibernetiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jikkostitwixxux ostaklu mhux raġonevoli jew diskriminatorju għall-aċċess mill-persuni b'diżabilità għall-materjali kulturali u jikkunsidraw eċċezzjoni obbligatorja għad-drittijiet tal-awtur fil-każijiet ta' użu, għall-benefiċċju ta' persuni b'diżabilità, li huwa direttament relatat mad-diżabilità u ta' natura mhux kummerċjali, sa fejn ikun meħtieġ mid-diżabilità speċifika; jitlob li fil-politiki kollha tal-UE jiġi applikat approċċ trasversali għad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b'diżabilità;

135. Ifakkar li l-isport huwa strument estremament importanti fil-kuntest tal-inklużjoni soċjali peress li jipprovdi opportunitajiet għall-interazzjoni u l-kisba ta' ħiliet soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 30 tal-Konvenzjoni

RR\1097687MT.doc 27/98 PE578.465v02-00

MT

Page 28: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tan-NU, ivaraw programmi speċifiċi mmirati biex jagħmlu l-attivitajiet sportivi u l-avvenimenti sportivi aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità; jinnota li d-dritt li jkollhom aċċess sħiħ għall-avvenimenti kulturali jew għall-attivitajiet rikreattivi huwa dritt bażiku u jistieden għalhekk lill-Kummissjoni ttejjeb l-aċċessibilità għal tali avvenimenti, postijiet fejn isiru l-avvenimenti, oġġetti u servizzi, inkluż fil-qasam awdjoviżiv; jilqa' l-inizjattivi li jittieħdu biex xogħlijiet awdjoviżivi u xogħlijiet oħra jingħataw sottotitoli adattati jew deskrizzjoni bl-awdjo sabiex isiru aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

136. Huwa tal-fehma li għall-persuni b'diżabilità għandhom jiġu żviluppati strumenti diġitali sabiex jgħinu fl-integrazzjoni tal-persuni sportivi b'diżabilità, kif ukoll pjattaformi għat-telexogħol u l-użu konġunt ta' postijiet u spazji tax-xogħol ("hot-desking" u "co-working"); jemmen, barra minn hekk, li t-tagħlim ta' kwalità u l-infrastruttura għall-isports fl-iskejjel għandhom jiġu adattati għall-ħtiġijiet tat-tfal b'diżabilità, u li f'kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit qafas strateġiku ta' politika nazzjonali u reġjonali għat-tagħlim tul il-ħajja, li jinkludi miżuri konkreti għall-iżvilupp tal-ħiliet għall-persuni b'diżabilità;

137. Ifakkar li s-sottoprogramm MEDIA ta' Ewropa Kreattiva għandu jagħti attenzjoni speċjali lill-proġetti li jinkludu l-kwistjoni tad-diżabilitajiet, u li l-qawwa edukattiva tal-films u tal-festivals f'dan ir-rigward għandha tiġi enfasizzata;

138. Jisħaq li l-aċċessibilità hija essenzjali jekk irridu li l-persuni b'diżabilità jieħdu vantaġġ sħiħ minn dak li qed joffri t-turiżmu Ewropew;

139. Jenfasizza li servizzi turistiċi għandhom iqisu l-bżonnijiet speċjali tal-persuni b'diżabilità, bħalma huma l-aċċess faċli għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u għal faċilitajiet bħal kmamar, kmamar tal-banju, toilets u żoni oħra interni;

140. Jafferma li l-prinċipju tat-"turiżmu għal kulħadd" għandu jkun il-punt ta' riferiment għal kwalunkwe azzjoni marbuta mat-turiżmu fuq livell lokali, reġjonali, nazzjonali u f'dak Ewropew; jenfasizza li l-fornituri tas-servizzi tat-turiżmu għandhom jieħdu ħsieb il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità billi jippromwovu l-adattament ta' faċilitajiet u persunal għall-attivitajiet ta' taħriġ.

Obbligi speċifiċi

141. Jitlob għall-iżvilupp ta' indikaturi bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-Istati Membri jipprovdu data diżaggregata komparabbli kwantitattiva u kwalitattiva abbażi ta' diversi fatturi, inklużi l-ġeneru, l-età, l-istat professjonali u d-diżabilità, għall-attivitajiet kollha fl-UE; Jistieden lill-Kummissjoni tiffinanzja r-riċerka u l-ġbir tad-data rilevanti, pereżempju dwar l-aċċessibilità għas-servizzi tal-kura tas-saħħa u t-turiżmu, il-vjolenza, l-abbuż u l-isfruttament tal-persuni kollha bi kwalunkwe tip ta' diżabilità fil-komunità u fl-istituzzjonijiet;

142. Jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza l-ġbir tad-data dwar id-diżabilità permezz ta' stħarriġ soċjali tal-UE f'konformità mal-Artikolu 31 tas-CRPD, sabiex tidentifika u tirreklama l-iżviluppi fis-settur; jenfasizza li tali ġbir ta' data għandu juża metodoloġiji li huma inklużivi tal-persuni kollha b'diżabilità, inklużi dawk b'diżabilitajiet aktar gravi u dawk li jgħixu f'istituzzjonijiet; id-data kollha miġbura għandha tkun soġġetta għall-

PE578.465v02-00 28/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 29: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

inizjattivi stretti tad-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tad-data inklużi, iżda mhux limitati għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-Direttiva Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data; jisħaq li tali stħarriġiet għandhom ikunu speċifiċi u mmirati kemm jista' jkun u għandhom jiġu segwiti minn studji u sessjonijiet ta' ħidma xierqa li jirriżultaw f'forom xierqa u effikaċi ta' azzjoni;

143. Jistieden lill-Kummissjoni tintegra b'mod sistematiku d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità fil-politiki u l-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali tal-UE kollha;

144. Jenfasizza l-importanza li jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) kollha relatati mad-diżabilità, b'mod partikolari rigward l-Għan 4 dwar l-iżgurar ta' edukazzjoni inklużiva, ta' kwalità ġusta u l-ħtieġa li jiżdiedu n-numru ta' skejjel b'aċċess għal infrastruttura u materjali adattati għall-istudenti b'diżabilità u l-investiment fil-kompetenzi tal-għalliema għall-edukazzjoni inklużiva u l-parteċipazzjoni tat-tfal fl-iskola u fil-komunità;

145. Jenfasizza l-impenn li ħadd ma jitħalla barra u r-referenzi għad-diżabilitajiet fl-SDG, speċifikament fit-taqsimiet dwar l-edukazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi, l-inugwaljanza u l-aċċessibilità għal insedjamenti umani, u rigward il-ġbir tad-data u l-monitoraġġ tal-SDG, u jirrakkomanda li l-UE tkun minn ta' quddiem fl-implimentazzjoni tal-SDG inklużivi fir-rigward tad-diżabilità; jissottolinja, barra minn hekk, ir-referenzi tal-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri (DRR);

146. Jirrakkomanda li l-UE tassumi rwol ta' tmexxija dwar l-inklużjoni tad-diżabilità fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u tistabbilixxi pjan ta' ħidma u rieżami ta' nofs it-terminu tal-pjan ta' ħidma sabiex tiggarantixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ u valutazzjoni u tiżgura r-responsabilità tal-UE;

147. Jistieden lill-Kummissjoni tabbozza pjan ta' implimentazzjoni għall-SDG u għad-DRR f'konformità mas-CRPD; jissottolinja li pjan bħal dan għandu jagħti kontribut importanti għad-definizzjoni ta' indikaturi fl-oqsma relatati mad-diżabilità u mal-inklużjoni soċjoekonomika; jenfasizza li l-faqar, il-protezzjoni soċjali, il-kopertura tas-saħħa, il-vjolenza kontra n-nisa, is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, l-aċċess għall-ilma, is-sanitazzjoni u l-enerġija, ir-reżiljenza għad-diżastri u r-reġistrazzjoni tat-twelid jistħoqqilhom attenzjoni partikolari fid-definizzjoni ta' indikaturi tal-SDG;

148. Jisħaq fuq il-fatt li l-politiki u l-programmi kollha tal-UE, kemm esternament u internament, iridu jikkonformaw mas-CRPD u jistabbilixxu miżuri speċifiċi li jiggarantixxu li d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità jiġu integrati fl-oqsma kollha, inklużi l-politiki u l-programmi umanitarji u ta' żvilupp; jitlob li l-UE, għal dan il-għan, tadotta politika armonizzata dwar żvilupp inklużiv tad-diżabilità u tistabbilixxi approċċ sistematiku u istituzzjonalizzat biex tallinja d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità fil-politiki u l-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali tal-UE kollha;

149. Jirrakkomanda li d-delegazzjonijiet u l-aġenziji tal-UE juru biżżejjed fehim tal-istrateġiji tal-UE dwar id-diżabilità u jaħdmu b'mod inklużiv u aċċessibbli; jissuġġerixxi l-ħolqien ta' "punt fokali" għas-CRPD fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna; jitlob l-introduzzjoni urġenti ta' perspettiva dwar id-diżabilità fil-korsijiet kollha ta' taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem stabbiliti fil-qafas tal-missjonijiet tal-Politika ta'

RR\1097687MT.doc 29/98 PE578.465v02-00

MT

Page 30: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK);

150. Jitlob li l-UE, barra minn hekk:

– timplimenta aktar proġetti ta' żvilupp li jiffokaw speċifikament fuq il-persuni b'diżabilità;

– tistabbilixxi mekkaniżmu biex tibni l-kapaċità u tiskambja l-prattiki tajba fost il-bosta istituzzjonijiet tal-UE u bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha dwar l-għajnuna umanitarja inklużiva u aċċessibbli għal persuni b'diżabilità;

– timplimenta punti fokali għal kwistjonijiet ta' diżabilità fid-delegazzjonijiet tal-UE, bil-ħatra ta' uffiċjali ta' kollegament imħarrġa li jistgħu joffru l-benefiċċji tal-għarfien espert u l-professjonaliżmu tagħhom lill-persuni b'diżabilità;

– tindirizza kwistjonijiet dwar id-diżabilità fi djalogi ma' pajjiżi sħab, tappoġġa l-kooperazzjoni strateġika mal-NGOs dwar id-diżabilità tal-pajjiżi sħab u timpenja ruħha f'dik il-kooperazzjoni;

– tagħmel rieżami tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) fil-kuntest tas-CRPD;

– tinkludi referenza għall-integrazzjoni tal-kwistjonijiet dwar id-diżabilità fil-politiki tal-UE fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid li possibbilment jiġi adottat;

– tikkunsidra l-allokazzjoni ta' fondi pprovduti għall-politiki u l-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali kollha tal-UE għall-programmi nazzjonali għall-persuni b'diżabilità;

– tipprovdi kura rapida, xierqa u komprensiva lit-tfal li aktarx ikunu f'riskju, minħabba l-importanza ta' intervent bikri;

151. Jilqa' l-Objettiv 12 il-ġdid fil-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità titqajjem b'mod sistematiku fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi; jistieden lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem imexxi u jimmonitorja l-progress f'dan il-qasam, speċjalment fir-rigward ta' sforzi ta' standardizzazzjoni f'termini ta' aċċessibilità;

152. Jappoġġa l-inklużjoni effikaċi tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà, speċjalment f'komunitajiet lokali, u l-finanzjament ta' servizzi għal persuni li jgħixu għal rashom permezz ta' programmi taħt l-istrumenti finanzjarji tal-azzjoni esterna; jitlob li jsir użu aktar razzjonalizzat tal-Fondi Strutturali tal-UE; Jitlob għall-valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-istrumenti ta’ finanzjament estern sabiex jiġi vvalutat kif dawn ikkontribwixxew b'mod effikaċi għall-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetajiet tagħhom, kif tneħħew l-ostakli, u kif tħeġġet l-aċċessibilità; jitlob, barra minn hekk, li kwalunkwe nefqa fi programmi tal-UE li jappoġġaw l-istitutjonalizzazzjoni jevitaw is-segregazzjoni ta' persuni b'diżabilità; jitlob għat-tisħiħ u l-monitoraġġ tal-infiq b'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tad-diżabilità;

PE578.465v02-00 30/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 31: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

153. Jissuġġerixxi li l-persuni kollha impjegati mill-UE fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni u fiċ-ċentri tal-akkoljenza għall-asil tagħha għandhom jirċievu taħriġ speċifiku rilevanti għall-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tagħhom jiġu ssodisfati;

154. Jilqa' l-irtirar tal-Kummissjoni mill-qafas ta' monitoraġġ indipendenti (il-Qafas tal-UE); jinsab impenjat li jsib l-aktar struttura xierqa għall-Qafas tal-UE b'tali mod li jkun f'konformità sħiħa mas-CRPD u l-Prinċipji ta' Pariġi, u jħeġġeġ li l-Kodiċi ta' Kondotta bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jistabbilixxi l-arranġamenti interni għall-implimentazzjoni mill-Unjoni Ewropea u r-rappreżentazzjoni tagħha b'rabta mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità jiġi rivedut u emendat b'tali mod li jinvolvi l-Parlament Ewropew ukoll;

155. Jisħaq fuq il-ħtieġa għal kooperazzjoni politika msaħħa fi ħdan il-qafas, inklużi r-riżorsi finanzjarji u umani biex jiġi żgurat li jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tas-CRPD.

156. Jagħti l-ikbar importanza lill-Artikolu 33 tas-CRPD ("Implimentazzjoni u monitoraġġ nazzjonali") u lill-Osservazzjonijiet Finali 76 u 77 tal-Kumitat NU CRPD, u għaldaqstant jilqa' l-approvazzjoni mogħtija mill-Kumitat NU CRPD għall-preżenza tal-Parlament fil-Qafas tal-UE;

157. Jistieden lill-awtoritajiet baġitarji jallokaw riżorsi adegwati sabiex il-Qafas tal-UE jkun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b'mod indipendenti;

158. Ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jipprevedi protezzjoni attiva għaċ-ċittadini Ewropej (persuni fiżiċi jew ġuridiċi) skont l-Artikolu 227 tat-TFUE, sabiex dawn ikunu jistgħu jressqu lment kontra ksur tad-drittijiet tagħhom min-naħa tal-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali, inklużi dawk derivati mill-applikazzjoni tal-politiki Ewropej li għandhom l-għan li jimplimentaw is-CRPD, fl-ambitu tad-Dikjarazzjoni dwar id-delimitazzjoni tal-kompetenzi annessa mal-Att Finali li jadotta t-Trattat;

159. Jenfasizza l-fatt li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa rikonoxxut bħala wieħed mill-istrumenti istituzzjonali tal-UE (flimkien mal-Ombudsman, maħtur biex jiddefendi liċ-ċittadini f'każ ta' amministrazzjoni ħażina) li kapaċi jaqdu r-rwol ta' protezzjoni fil-Qafas tal-UE, f'konformità mal-prinċipji dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet nazzjonali stabbiliti għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ("il-Prinċipji ta' Pariġi"), adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Riżoluzzjoni 48/134 tagħha tal-1993;

160. Jirrimarka li, sabiex iwettaq ir-rwol ta' protezzjoni, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet iqiegħed dmirijietu għas-servizz ta' qafas ta' sorveljanza indipendenti fir-rigward tal-investigazzjonijiet preliminari ta' ksur tad-dritt tal-UE li jimplimenta lis-CRPD, it-trażmissjoni ta' petizzjonijiet lil kumitati Parlamentari oħra biex ikunu jistgħu jinvestigaw jew jieħdu l-azzjoni korrispondenti, u żjarat fuq il-post biex tinġabar informazzjoni u jiġi stabbilit kuntatt mal-awtoritajiet nazzjonali;

161. Ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jirċievi għadd konsiderevoli ta' petizzjonijiet mingħand persuni b'diżabilità kull sena, u dan juri r-realtà ta' miljuni ta' persuni madwar l-Ewropa li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet ta' kuljum fir-rigward tal-aċċess għax-

RR\1097687MT.doc 31/98 PE578.465v02-00

MT

Page 32: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

xogħol u l-impjieg, l-edukazzjoni u t-trasport jew il-parteċipazzjoni fil-ħajja politika, pubblika u kulturali; jisħaq fuq l-importanza tal-Artikolu 29 tas-CRPD dwar il-parteċipazzjoni mingħajr diskriminazzjoni tal-persuni b'diżabilità fil-ħajja politika u pubblika;

162. Ifakkar li sikwit, il-petizzjonijiet li ngħataw l-aktar attenzjoni kienu appoġġati minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità, u għaldaqstant jeħtieġ li jiġi promoss u mxandar fil-pubbliku r-rwol ta' protezzjoni u l-effikaċja tal-petizzjonijiet imsejsa fuq il-ksur ta' dawn id-drittijiet; ifaħħar ir-rwol ta' dawn l-organizzazzjonijiet f'dak li jikkonċerna l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-persuni b'diżabilità;

163. Jieħu nota tal-petizzjonijiet li jiddeskrivu każijiet f'xi Stati Membri ta' atti li jixirqilhom kundanna f'dak li jikkonċerna l-iżgurar tas-sussistenza tal-persuni b'diżabilità, mhux biss fir-rigward tan-nuqqas ta' ħlas tas-sussidji mogħtija bil-liġi, iżda wkoll każijiet bħal fil-Petizzjoni 1062/2014 fejn l-awtoritajiet allegatament ħadu deċiżjonijiet amministrattivi arbitrarji sabiex inaqqsu l-allokazzjonijiet mogħtija preċedentement fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet mediċi dubjużi li jnaqqsu b'mod effikaċi l-grad ta' diżabilità; jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kkonċernati jkunu aktar sensittivi għall-implikazzjonijiet ta' tali azzjonijiet fuq ħajjet l-individwi affettwati u l-familji tagħhom, u jitlob li l-Kummissjoni timmonitorja bir-reqqa d-diversi politiki u miżuri relatati dwar id-diżabilitajiet li huma implimentati fl-Istati Membri differenti;

164. Jinnota li xi Stati Membri li rratifikaw is-CRPD għadhom iridu jistabbilixxu jew jinnominaw il-korpi għall-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-Konvenzjoni, kif mitlub skont l-Artikolu 33; jinnota li l-ħidma ta' dawk il-korpi diġà stabbiliti, b'mod partikolari l-oqfsa ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 33(2), hija imxekkla minn nuqqas ta' riżorsi finanzjarji u umani u min-nuqqas għalkollox ta' bażi ġuridika solida għan-nomina tagħhom;

165. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jallokaw lill-oqfsa ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 33(2) riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti u stabbli biex jaqdu l-funzjonijiet tagħhom; iqis li huma għandhom ukoll jiggarantixxu l-indipendenza tal-oqfsa ta' sorveljanza billi jiżguraw li l-kompożizzjoni u l-funzjonament tagħhom iqisu il-Prinċipji ta' Pariġi dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, kif meħtieġ skont l-Artikolu 33(2) – dan ikun appoġġat bit-twaqqif ta' bażi ġuridika formali, li tistabbilixxi b'mod ċar ir-rwol u l-kamp ta' applikazzjoni tal-oqfsa; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għad iridu jaħtru korpi skont l-Artikolu 33 jagħmlu dan mill-iktar fis possibbli u jagħtuhom ir-riżorsi u l-mandati sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw u jissorveljaw l-obbligi tagħhom skont il-CRPD b'mod effikaċi;

166. Jenfasizza li n-netwerk CRPD jeħtieġ li jissaħħaħ biex jikkoordina b'mod adegwat l-implimentazzjoni interna, iżda anki interistituzzjonali tas-CRPD, filwaqt li jinvolvi b'mod attiv u jikkonsulta mill-qrib lill-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fl-attivitajiet u l-laqgħat tiegħu;

167. Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE biex jiġu stabbiliti punti fokali, u jenfasizza l-ħtieġa ta' mekkaniżmu ta' koordinazzjoni interistituzzjonali orizzontali fid-Direttorati Ġenerali u l-istituzzjonijiet tal-UE; jitlob li l-arranġamenti meħtieġa jagħmlu parti minn strateġija dwar l-implimentazzjoni tas-CRPD;

PE578.465v02-00 32/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 33: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

168. Jitlob li jissaħħaħ il-koordinament interistituzzjonali bejn il-mekkaniżmi ta' implimentazzjoni tal-istituzzjonijiet differenti tal-UE;

Il-konformità tal-istituzzjonijiet tal-UE mal-Konvenzjoni (bħala amministrazzjonijiet pubbliċi)

169. Iqis li huwa importanti li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jorganizza avvenimenti mmirati li jiffokaw fuq il-petizzjonijiet relatati mad-diżabilitajiet, u jenfasizza r-rwol importanti tad-djalogu b'kontribut minn diversi partijiet konċernati, inklużi kumitati rilevanti oħra tal-Parlament Ewropew, membri tal-Qafas tal-UE għall-Konvenzjoni tas-CRPD, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità u l-akkademiċi;

170. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-seduta pubblika "Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, mill-perspettiva tal-petizzjonijiet mibgħuta", li ġiet organizzata mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-15 ta' Ottubru 2015, laħqet standards għolja ta' aċċessibilità, u jirrakkomanda li fil-futur, il-laqgħat kollha tal-kumitati tal-Parlament ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

171. Jilqa' l-użu tal-Braille fil-komunikazzjoni mal-petizzjonanti, u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jużaw il-lingwa tas-sinjali, formati faċli biex jinqraw u l-Braille fil-komunikazzjoni tagħhom maċ-ċittadini sabiex iżommu u jsaħħu l-isforzi għall-inklużjoni taċ-ċittadini fil-ħidma tal-istituzzjonijiet u fil-proġett Ewropew;

172. Jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jiggarantixxu li l-opportunitajiet ta' parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' konsultazzjoni pubblika jiġu rreklamati b'mod effikaċi u wiesa' permezz ta' komunikazzjonijiet li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità li jużaw lingwi bħall-Braille u verżjonijiet Easy Read;

173. Jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet jiżguraw li l-opportunitajiet ta' parteċipazzjoni fil-proċessi ta' konsultazzjoni jiġu pubbliċizzati b'mod ċar u wiesa' bl-użu ta' komunikazzjonijiet aċċessibbli, li jkun jista' jingħata input f'formati oħra bħall-Braille u verżjonijiet Easy Read, u li s-seduti ta' smigħ pubbliku u l-laqgħat li fihom jiġu diskussi l-liġijiet u l-politiki proposti għandhom isiru aċċessibbli għalkollox għal persuni b'diżabilità, inklużi dawk b'diżabilitajiet intellettwali u relatati mat-tagħlim;

174. Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni effikaċi u l-libertà ta' espressjoni tal-persuni b'diżabilitajiet f'avvenimenti pubbliċi u laqgħat organizzati mill-istituzzjonijiet jew miżmuma fl-istabbilimenti tagħhom, bil-provvediment ta' didaskaliji u interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, dokumenti bi stampar tal-Braille u formati li huma faċli biex jinqraw;

175. Jistieden lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej, inkluża l-Kummissjoni, biex jiżguraw edukazzjoni ta' kwalità inklużiva fl-Iskejjel Ewropej skont ir-rekwiżiti tas-CRPD fir-rigward ta' valutazzjonijiet multidixxiplinari, l-inklużjoni ta' tfal b'diżabilitajiet, u l-għoti ta' akkomodazzjoni raġonevoli, filwaqt li jiġu ggarantiti l-parteċipazzjoni inklużiva ta' ġenituri b'diżabilitajiet;

176. Jistieden lill-istituzzjonijiet biex jappoġġaw u jippromwovu l-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva;

RR\1097687MT.doc 33/98 PE578.465v02-00

MT

Page 34: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

177. Jitlob lill-UE biex tirrevedi r-regoli tal-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni għall-Mard, is-sistema tal-pensjonijiet u l-miżuri tas-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali relatati mad-diżabilitajiet, bil-għan li tiżgura n-nondiskriminazzjoni u opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilitajiet, fost l-oħrajn billi jiġu rikonoxxuti l-bżonnijiet tas-saħħa relatati mad-diżabilità bħala ħaġa distinta minn marda u biex tippromwovi l-ħajja u x-xogħol indipendenti permezz tar-rimborż sħiħ tal-ispejjeż addizzjonali tat-tagħmir jew tas-servizz li huwa meħtieġ għax-xogħol (pereżempju printer tal-Braille, hearing aids, interpretu tal-lingwa tas-sinjali, servizzi ta' didaskalija, eċċ);

178. Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi jiżguraw li r-regolamenti tal-persunal jiġu implimentati b'mod sħiħ u effikaċi f'konformità mas-CRPD, u li r-regoli interni u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni jiġu żviluppati f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tas-CRPD bħala parti minn proċess miftuħ u inklużiv tal-persuni b'diżabilità, sabiex jiġu indirizzati l-Osservazzjonijiet Konklużivi;

179. Jitlob li l-persuni b'diżabilità - jew persuni li għandhom qraba dipendenti b'diżabilità - li huma fis-servizz tal-istituzzjonijiet Ewropej jingħataw akkomodazzjoni adegwata u raġonevoli bbażata fuq il-ħtiġijiet tagħhom u kompatibbli mas-CRPD, b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-ġenituri b'diżabilità;

180. Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet jadottaw politiki komprensivi ta' reklutaġġ, żamma u promozzjoni, inklużi miżuri pożittivi temporanji, biex iżidu b'mod attiv u sostanzjali l-għadd ta' uffiċjali jew persunal u trainees b'diżabilitajiet, inklużi persuni b'diżabilitajiet psikosoċjali u intellettwali f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/78/KE;

181. Jirrakkomanda li jitfasslu moduli ta' taħriġ komprensiv tas-CRPD għall-persunal, f'konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni b'diżabilità, li jiffokaw fuq il-persunal f'kuntatt mal-pubbliku, il-ġestjoni u l-akkwist pubbliku;

182. Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħmlu aċċessibbli l-kontenut fuq l-internet u l-apps tagħhom, inklużi l-intranets tagħhom u d-dokumenti u l-kontenut awdjoviżiv essenzjali kollha, filwaqt li jiżguraw ugwalment l-aċċessibilità fiżika tal-bini tagħhom;

183. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib ma' istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-UE, kif ukoll mal-Istati Membri, biex tikkoordina s-segwitu effikaċi u sistematiku tal-osservazzjonijiet konklużivi, possibbilment permezz ta' strateġija dwar l-implimentazzjoni tas-CRPD;

184. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw il-konsultazzjoni u l-involviment sistematiku u strutturat tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil persuni b'diżabilitajiet meta jimplimentaw l-osservazzjonijiet finali rispettivi tagħhom;

185. Fir-rigward tal-Artikolu 35 tas-CRPD, li jobbliga lil dawk l-Istati Membri li jkunu ffirmaw il-Konvenzjoni jissottomettu rapport inizjali u rapporti sussegwenti dwar l-implimentazzjoni tagħhom tal-Konvenzjoni, iqis li tali rapporti għandhom jitressqu kull erba' snin u li għandhom jitħejjew bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità.

°

PE578.465v02-00 34/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 35: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

° °

186. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

RR\1097687MT.doc 35/98 PE578.465v02-00

MT

Page 36: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

L-UE aderiet għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (minn hawn 'il quddiem CRPD jew "il-Konvenzjoni") f'Diċembru 2010, bħala l-Ewwel Organizzazzjoni ta' Integrazzjoni Reġjonali1. Dan kien l-ewwel trattat internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li l-UE rratifikat fl-intier tiegħu (u sa issa l-uniku wieħed); il-Protokoll Fakultattiv ma ġiex iffirmat jew ratifikat. Bir-ratifika, l-UE issa hija soġġetta għal skrutinju mill-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet ("Il-Kumitat CRPD").

Wara l-adeżjoni, l-UE, bħal Stati oħra li huma partijiet, kienet meħtieġa li tipproduċi rapport inizjali2 dwar il-qagħda tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. Aktar rapporti perjodiċi jridu jsiru kull erba' snin. Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport inizjali tagħha f'Ġunju 2014 u l-Kumitat CRPD ippubblika r-risposta tiegħu fil-forma ta' lista ta' kwistjonijiet3 f'Mejju 2015 wara l-ewwel laqgħa bejn il-Kumitat u l-UE f'April f'Ġinevra.

Aktar tard, f'Mejju 2015, il-PE adotta fil-plenarja r-riżoluzzjoni tiegħu stess dwar il-lista ta' kwistjonijiet4 u ħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament fil-formulazzjoni tat-tweġiba tagħha għal-lista ta' kwistjonijiet. Il-fehmiet tal-Parlament ġew sussegwentement inklużi fil-parti l-kbira tagħhom.

It-tieni laqgħa mal-Kumitat CRPD f'Awwissu 2015 wasslet għall-pubblikazzjoni tal-"Osservazzjonijiet konklużivi dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea"5. L-Osservazzjonijiet Konklużivi jeħtieġu li l-UE tagħti risposta lill-Kumitat CRPD dwar ċerti kwistjonijiet fi żmien sena6. Għalhekk, il-PE eventwalment iddeċieda li jabbozza rapport ta' inizjattiva tiegħu stess biex jiżgura li l-opinjonijiet tiegħu jiġu inklużi fir-rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni sa Settembru 2016. Rapporti regolari (potenzjalment annwali) bħal dan huma previsti.

Il-PE kien preżenti fiż-żewġ laqgħat f'Ġinevra bħala parti mill-Qafas tal-UE li jippromwovi, jipproteġi u jissorvelja l-implimentazzjoni tas-CRPD, kif meħtieġ mill-Konvenzjoni7. Il-Qafas attwali, li r-rapporteur tiegħu hija waħda mir-rappreżentanti tal-PE, jinkludi wkoll lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Ombudsman Ewropew, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u l-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità. Wara r-rakkomandazzjoni mill-Kumitat CRPD, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret pubblikament ir-riżenja tagħha waqt smigħ tal-Kumitat PETI u b'hekk sar probabbli ir-ristrutturar mill-ġdid tal-qafas kollu.

1 L-Artikolu 44 tas-CRPD2 http://tbinternet.ohchr.org/_layouts/treatybodyexternal/Download.aspx?symbolno=CRPD%2fC%2fEU%2f1&Lang=en3 http://tbinternet.ohchr.org/_layouts/treatybodyexternal/Download.aspx?symbolno=CRPD%2fC%2fEU%2fQ%2f1&Lang=en4 (2015/2684(RSP))5 CRPD/C/EU/CO/16 Il-kwistjonijiet l-oħra jistgħu jiġu indirizzati fir-rapport perjodiku li jmiss dovut f'Jannar 2021 (ara l-punt 94, CRPD/C/EU/CO/1).7 L-Artikolu 33(2) tas-CRPD

PE578.465v02-00 36/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 37: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

Is-CRPD għandha wieħed mill-ogħla numru ta' Stati li huma partijiet u firmatarji fost it-trattati kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem. It-28 Stat Membru tal-UE kollha ffirmaw il-Konvenzjoni, u 25 irratifikawha, bl-esklużjoni tal-Finlandja u l-Irlanda. Fi żmien tal-kitba ta' dan id-dokument, il-Pajjiżi l-Baxxi waslu biex jaderixxu mal-Konvenzjoni.

Is-CRPD jkopri firxa wiesgħa ta' drittijiet, li jkopru l-oqsma kollha tal-ħajja, li xi wħud minnhom ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-UE. Għalhekk, l-Istati Membri huma mitluba jimplimentaw b'mod ugwali l-Konvenzjoni fil-livelli kollha, inklużi dawk reġjonali u nazzjonali. Minkejja li l-UE oriġinarjament ħarġet dikjarazzjoni ta' kompetenza1 biex tegħleb din l-inċertezza legali, il-Kumitat CRPD ta proċedura aċċelerata lill-UE u kkonkluda fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu li d-dikjarazzjoni teħtieġ aġġornamenti regolari.

L-għan ta' rapport INI

L-għan tar-rapport huwa li, l-ewwel u qabel kollox, jikkonċentra fuq il-kwistjonijiet enfasizzati fl-Osservazzjonijiet Konklużivi. Bħala prijorità, ir-rapporteur se tipprova tiffoka fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE u li għalhekk joħolqu diffikultajiet ta' implimentazzjoni fil-livell nazzjonali.

Ir-rapporteur se tagħti attenzjoni speċjali lill-istituzzjonijiet tal-UE nfushom, li jridu jkunu ta' eżempju fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. Dan jinkludi regolamenti tal-persunal u prattiki ta' reklutaġġ u żamma kif ukoll avvenimenti pubbliċi ospitati mill-PE u fil-bini tal-PE.

Ir-rapporteur hija tal-fehma li m'hemm l-ebda ġerarkija ta' drittijiet tal-bniedem u d-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità għandha tiġi indirizzata bl-istess mod bħal diskriminazzjoni abbażi ta' raġunijiet oħrajn, inkluża d-diskriminazzjoni fuq aktar minn bażi waħda. Dan huwa importanti b'mod speċjali għan-nisa u t-tfal b'diżabilità, persuni anzjani u individwi li għandhom jappoġġjaw ħtiġijiet kumplessi, inklużi dawk b'diżabilitajiet intellettwali u psikosoċjali.

Ir-rapport fuq inizjattiva proprja ġie segwit b'interess kbir mill-Parlament, b'għaxar Kumitati li qed iħejju opinjonijiet dwaru:

LIBE (Artikolu 54, Kumitat assoċjat) PETI (Artikolu 54, Kumitat assoċjat) CULT DEVE TRAN REGI JURI FEMM AFET ENVI

Struttura ĠeneraliIr-rapport isegwi l-istruttura tal-Osservazzjonijiet Konklużivi, ibbażati fuq l-artikoli tas-

1 http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1401271474087&uri=CELEX:32010D0048, Anness II

RR\1097687MT.doc 37/98 PE578.465v02-00

MT

Page 38: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

CRPD. Għalhekk se jkun maqsum f'erba' partijiet:

1. Prinċipji ġenerali u obbligi (Artikoli 1-4)2. Drittijiet speċifiċi (Artikoli 5-30)3. Obbligi speċifiċi (Artikoli 31-33)4. Il-konformità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni (bħala

amministrazzjonijiet pubbliċi)

Akkomodazzjoni raġonevoli

Akkomodazzjoni raġonevoli hija kunċett li ilu jintuża tul ir-rapport u minħabba n-natura kumplessa tiegħu jista' jkun jeħtieġ spjegazzjoni ulterjuri. Eżempju ta' akkomodazzjoni raġonevoli huwa l-għoti ta' interpretu tal-lingwa tas-sinjali fuq il-post tax-xogħol għal impjegat individwali. Dan huwa f'kuntrast mal-"aċċessibilità", li hija kunċett ħafna usa' u mhux neċessarjament miżura individwalizzata. Eżempju ta' dan huwa l-għoti ta' interpretu tal-lingwa tas-sinjali waqt avveniment pubbliku jew rampa f'bini pubbliku li tiffaċilita l-aċċess għall-utenti tas-siġġijiet bir-roti inġenerali, u mhux għal persuna waħda partikolari.

Skont is-CRPD (Artikolu 2):

"Akkomodazzjoni raġonevoli" tfisser modifika neċessarja u adegwata u aġġustamenti li ma jimponux piż sproporzjonat jew bla bżonn, meta tkun meħtieġa f'każ partikolari, biex jiġi assigurat lill-persuni b'diżabilitajiet li jkunu jistgħu jgawdu u jeżerċitaw fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha;

L-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi1 jiddikjara:

"Sabiex tiġi ggarantita konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali fir-rigward ta' persuni b'diżabilità, għandha tiġi pprovduta akkomodazzjoni raġonevoli. Dan ifisser li min jimpjega għandu jieħu miżuri xierqa, meta dan ikun meħtieġ f'każ partikolari, li jippermettu lil persuna b'diżabilità li jkollha aċċess għal impjieg, u tipparteċipa fih, jew tavvanza fih, jew titħarreġ, sakemm tali miżuri ma jimponux piż sproporzjonat fuq min jimpjega. Dan il-piż ma għandux ikun sproporzjonat meta huwa rimedjat biżżejjed minn miżuri eżistenti fil-qafas tal-politika tad-diżabilità tal-Istat Membru kkonċernat."

Filwaqt li s-CRPD tagħmel iċ-caħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli forma ta' diskriminazzjoni, id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi tonqos milli tagħmel dan u hija għalhekk f'dak ir-rigward mhux konformi mal-Konvenzjoni.

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Dak li jiddistingwi s-CRPD minn trattati oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem huwa li l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom kienu inklużi fil-proċess, mill-istadju tal-abbozzar 'il quddiem. Dan huwa rifless fl-Artikolu 4(3) tas-CRPD: "L-Istati li

1 Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol

PE578.465v02-00 38/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 39: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

huma partijiet għandhom jikkonsultaw mill-qrib u jinvolvu b'mod attiv lill-persuni b'diżabilità, inklużi tfal b'diżabilità, permezz tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom." Għalhekk, fl-opinjoni tar-rapporteur huwa kruċjali li jiġu inklużi bis-sħiħ fl-abbozzar tar-rapport.

B'hekk, l-Intergrupp tad-Diżabilitajiet fi sħubija mal-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità organizza laqgħa bejn il-gruppi fi Strasburgu f'Diċembru 2015 sabiex jiġbor il-fehmiet tal-EDF u l-organizzazzjonijiet membri tiegħu. Il-kontribut orali u bil-miktub tagħhom diġà kkontribwixxa għad-dokument ta' ħidma u l-abbozz ta' rapport. Ir-rapporteur tilqa' l-parteċipazzjoni ta' għadd kbir ta' rapporteurs u shadow rapporteurs tal-Kumitati kollha involuti f'din il-laqgħa. Il-ħafna kontribuzzjonijiet kostruttivi f'dan l-istadju bikri jagħmlu dan ir-rapport uniku u jassiguraw il-komprensività.

Ir-rapporteur reġgħet iltaqgħet individwalment ma' rappreżentanti minn bosta organizzazzjonijiet tad-diżabilità u ser tkompli tagħmel dan biex ikun żgurat li t-tħassib tagħhom ikun jista' jiġi ttrattat, jew fil-Kumitat ewlieni jew fil-Kumitati li jagħtu opinjoni.

Għadd ta' organizzazzjonijiet ħarġu rapporti, hekk imsejħa paralleli, għar-rapport inizjali tal-Kummissjoni. Ir-rapporteur bi ħsiebha tinkorpora dawk it-testi f'rapport INI wkoll.

Seduta ta' smigħ b'kooperazzjoni mar-rapporteurs fil-Kumitati assoċjati LIBE u PETI ġiet organizzata fi tmiem Jannar biex tiġbor kontribuzzjoni konkreta ulterjuri minn partijiet interessati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet dwar id-diżabilità.

Il-kunsiderazzjoni tad-dokument ta' ħidma preżenti fil-Kumitat EMPL ser issir fil-kuntest ta' skambju ta' fehmiet mal-partijiet interessati. L-iskambju ta' fehmiet jinkludi kelliema ta' livell għoli tal-partijiet interessati rilevanti, bħalma huma l-Ombudsman Ewropew, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, is-soċjetà ċivili kif rappreżentati mill-Forum Ewropew għall-Persuni b'Diżabilità, u Membru tal-Kumitat CRPD.

Ir-rapporteur ħadet il-passi kollha sabiex tiżgura li l-laqgħat kollha tal-Kumitat EMPL fejn huwa diskuss dan ir-rapport, kif ukoll is-seduti, ikunu aċċessibbli kemm jista' jkun għall-persuni b'diżabilitajiet. Għal dan il-għan, ir-rapporteur ħadmet flimkien ma' organizzazzjonijiet tad-diżabilità u l-President u s-Segretarjat tal-EMPL biex tinkiseb aċċessibilità bla preċedent għal-laqgħat pubbliċi tal-Kumitati tal-PE.

RR\1097687MT.doc 39/98 PE578.465v02-00

MT

Page 40: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

25.5.2016

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD(2015/2258(INI))

Rapporteur (*): Martina Anderson

(*) Proċedura b'kumitati assoċjati - Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi n-nisa u l-bniet b'diżabilità huma esposti għal diversi dimensjonijiet ta' diskriminazzjoni fil-ħajja tagħhom ta' kuljum; din tista' tieħu diversi forom – fiżika, emozzjonali, sesswali u ekonomika – u tinkludi l-vjolenza domestika, il-vjolenza min-naħa ta' persuni li jagħtu l-kura, il-vjolenza sesswali u l-vjolenza istituzzjonali;

1. Jirrikonoxxi l-fatt li jeżistu bejn wieħed u ieħor 80 miljun ċittadin Ewropew b'diżabilità u li dawn iċ-ċittadini għandu jkollhom aċċess inekwivoku għas-servizzi u d-drittijiet kollha offruti mill-Unjoni Ewropea;

2. Jikkondividi t-tħassib tal-Kumitat UN CRPD b'rabta man-nuqqas ta' strateġija ċara min-naħa tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità;

3. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tirrevedi l-Istrateġija tad-Diżabilità 2010 - 2020 tagħha bil-għan li timplimenta b'mod sħiħ il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) u fid-dawl tal-osservazzjonijiet konklużivi mill-Kumitat tan-NU tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tat-2 ta' Ottubru 2015, akkumpanjati minn skeda ta' żmien u indikaturi preċiżi;

4. Jiddeplora d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni li l-persuni b'diżabilità għadhom iħabbtu

PE578.465v02-00 40/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 41: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

wiċċhom magħhom illum; jistieden lill-Kummissjoni timmassimizza s-sinerġiji bejn l-Istrateġija tal-UE dwar id-Diżabilità 2010 - 2020 u d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tan-NU u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal bil-għan li jiġi żgurat li d-drittijiet rikonoxxuti jitgawdew b'mod sostanzjali u jiġu effettivament eżerċitati, inkluż permezz tal-armonizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv u permezz ta' azzjoni kulturali u politika;

5. Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi inkluża perspettiva ċara tal-ġeneri fi Strateġija Ewropea ġdida tad-Diżabilità li tinkludi l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika kontra n-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet;

6. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta' persuni b'diżabilità, biex tikkonsulta u tikkoopera magħhom fil-proċess ta' rieżami u implimentazzjoni, inkluż il-formulazzjoni ta' tweġiba għal-lista ta' kwistjonijiet lill-Kumitat tas-CRPD u fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki kollha tal-UE;

7. Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu miżuri effikaċi sabiex isaħħu l-ħajjiet tan-nisa b'diżabilità skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD fir-rigward tar-rieżami tal-implimentazzjoni tas-CRPD min-naħa tal-UE;

8. Jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jiggarantixxu li l-opportunitajiet ta' parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' konsultazzjoni pubblika jiġu rreklamati b'mod effikaċi u wiesa' permezz ta' komunikazzjonijiet li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità li jużaw lingwi bħall-Braille u verżjonijiet Easy Read;

9. Jiddeplora bil-qawwa l-fatt li l-Kunsill għadu m'adottax il-proposta għal direttiva tal-2008 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni, irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jagħmel dan mill-aktar fis possibbli;

10. Jiddeplora bil-qawwa u bl-istess mod id-dewmien fir-ratifika tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Neqsin mid-Dawl, Persuni b'Vista Batuta u Persuni b'Diffikultà Biex Jaqraw Materjal Stampat, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw ir-ratifika rapida tiegħu;

11. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li d-diskriminazzjoni fl-aspetti kollha abbażi ta' diżabilità hija projbita fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali;

12. Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jiżguraw li tingħata akkomodazzjoni raġonevoli lill-persuni b'diżabilità bil-għan li tiġi promossa l-ugwaljanza u tiġi eliminata d-diskriminazzjoni u sabiex huma jkunu jistgħu jeżerċitaw, fuq bażi ugwali mal-oħrajn, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha;

13. Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex jinvolvu b'mod attiv il-persuni b'diżabilità fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, anke permezz tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, b'konformità mal-Artikolu 4(3) tas-CRPD; iħeġġeġ, barra minn hekk, biex l-opinjonijiet espressi minn persuni b'diżabilità jitqiesu kif xieraq tul proċessi bħal dawn;

RR\1097687MT.doc 41/98 PE578.465v02-00

MT

Page 42: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

14. Jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet jiżguraw li l-opportunitajiet ta' parteċipazzjoni fil-proċessi ta' konsultazzjoni jiġu pubbliċizzati b'mod ċar u wiesa' bl-użu ta' komunikazzjonijiet aċċessibbli, li jkun jista' jingħata input f'formati oħra bħall-Braille u verżjonijiet Easy Read, u li s-seduti ta' smigħ pubbliku u l-laqgħat li fihom jiġu diskussi l-liġijiet u l-politiki proposti għandhom isiru aċċessibbli għalkollox għal persuni b'diżabilità, inklużi dawk b'diżabilitajiet intelletwali u relatati mat-tagħlim;

15. Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw li l-komunikazzjonijiet esterni u interni tagħhom, inklużi dokumenti, videos u websites, ikollhom livell xieraq ta' aċċessibilità u jiġu pprovduti formats u mezzi alternattivi ta' komunikazzjoni, bħall-Braille, l-verżjonijiet Easy Read u l-lingwa tas-sinjali;

16. Jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE, b'mod partikolari l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, għandhom jimpenjaw ruħhom biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni eżistenti u futura kollha tkun verifikata abbażi tad-drittijiet tal-bniedem u taderixxi għal kollox mas-CRPD;

17. Jinnota li tliet Stati Membri, il-Finlandja, in-Netherlands u l-Irlanda, għadhom ma rratifikawx is-CRPD; jitlob lil dawn l-Istati Membri jirratifikawha mill-aktar fis possibbli;

18. Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jagħtu attenzjoni partikolari lid-drittijiet tat-tfal b'diżabilità u l-ħtiġijiet tal-familji tagħhom, jivvalutaw il-kompatibilità attwali tal-UE mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u jaħdmu biex jeliminaw l-ostakli kollha li jħabbtu wiċċhom magħhom it-tfal b'diżabilità fil-ħajja tagħhom ta' kuljum billi jiġu appoġġati b'mod xieraq il-familji tagħhom, anke permezz tal-għoti ta' benefiċċji u servizzi speċifiċi;

19. Jissottolinja l-vjolenza, l-intimidazzjoni u l-abbuż sesswali fl-iskola, fid-dar jew fl-istituzzjonijiet, li għalihom huma aktar vulnerabbli t-tfal b'diżabilità; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jintervjenu b'mod aktar effikaċi u jiġġieldu kontra l-vjolenza fuq tfal b'diżabilità permezz ta' miżuri speċifiċi u ta' servizzi ta' appoġġ aċċessibbli;

20. Jenfasizza li, biex tiġi garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal b'diżabilità huwa meħtieġ li jingħata appoġġ xieraq lill-familji tagħhom billi jissaħħu u jiġu pperfezjonati l-istrumenti leġiżlattivi disponibbli għall-UE, bħal pereżempju l-istrument li jipprovdi liv tal-ġenituri għal dawk il-ġenituri bi tfal b'diżabilità;

21. Jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' koordinament interistituzzjonali għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tas-CRPD, li jiżgura l-parteċipazzjoni ta' persuni b'diżabilità, permezz tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, fil-proċess ta' adozzjoni;

22. Jirrikonoxxi li s-CRPD uriet li hija strument pożittiv u ewlieni għall-promozzjoni tar-riforma tal-liġi u tirrikjedi lill-Istati Membri jerġgħu jeżaminaw kif il-persuni b'diżabilità huma perċepiti; jiddispjaċih, madankollu, dwar l-isfidi diffiċli li persuni b'diżabilità għadhom iħabbtu wiċċhom magħhom f'oqsma strateġiċi bħall-ġustizzja kriminali u l-parteċipazzjoni politika; iqis li l-aċċess sħiħ u komplut għas-sistema politika mill-persuni kollha b'diżabilitajiet huwa prijorità; jirrikonoxxi li dan l-aċċess għandu jkun aktar minn sempliċiment aċċess fiżiku biex wieħed ikun jista' jivvota, u li għandu jinkludi firxa wiesgħa ta' inizjattivi biex il-proċess demokratiku jinfetaħ għaċ-ċittadini kollha; dan

PE578.465v02-00 42/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 43: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

għandu jinkludi materjal elettorali f'verżjonijiet Braille u Easy Read, assistenza kompluta lill-persuni b'diżabilità tul il-proċeduri ta' votazzjoni, il-promozzjoni ta' votazzjoni bil-posta u bi prokura meta possibbli, u t-tneħħija tal-ostakli għal dawk iċ-ċittadini b'diżabilità li jixtiequ joħorġu għall-elezzjoni, kif ukoll l-indirizzar tar-regoli eżistenti dwar il-kapaċità ġuridika u l-impatt tagħhom fuq l-abilità tal-individwi biex jipparteċipaw bis-sħiħ fil-proċess demokratiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità u tad-Direttiva 2010/64/UE dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali u d-Direttiva 2012/13/UE dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali, u b'mod partikolari d-Direttiva 2013/48/UE dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà, jiġu implimentati sew u bis-sħiħ, speċjalment fil-każ ta' persuni b'diżabilità;

23. Jiddeplora b'mod qawwi l-fatt li bosta Stati għadhom jiċħdu jew jillimitaw il-kapaċità ġuridika ta' persuni b'diffikultajiet intellettwali billi jirrikorru għall-qrati; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jimpenjaw ruħhom dwar il-kwistjoni tal-kapaċità legali b'mod pożittiv billi jxaqilbu lejn inklużjoni b'appoġġ aktar milli lejn esklużjoni awtomatika;

24. Jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza l-ġbir tad-data dwar id-diżabilità permezz ta' stħarriġ soċjali tal-UE f'konformità mal-Artikolu 31 tas-CRPD, sabiex tidentifika u tippubbliċizza l-iżviluppi fis-settur; jenfasizza li tali ġbir ta' data għandu juża metodoloġiji li huma inklużivi tal-persuni kollha b'diżabilità, inklużi dawk b'diżabilitajiet aktar gravi u dawk li jgħixu f'istituzzjonijiet; id-data kollha miġbura għandha tkun soġġetta għall-inizjattivi stretti tad-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tad-data inklużi, iżda mhux limitati għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-Direttiva Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data; jisħaq li tali stħarriġiet għandhom ikunu speċifiċi u mmirati kemm jista' jkun u għandhom jiġu segwiti minn studji u sessjonijiet ta' ħidma xierqa li jirriżultaw f'forom xierqa u effikaċi ta' azzjoni;

25. Jiddeplora n-nuqqas ta' aċċessibilità tan-numru ta' emerġenza Ewropew 112 u jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-aċċessibilità ta' dan in-numru għal persuni b'diżabilità permezz tal-użu tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' teknoloġiji tal-112;

26. Jappella għat-tisħiħ tal-entitajiet eżistenti li jaħdmu favur l-ugwaljanza sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tas-CRPD; ifakkar lill-UE u lill-Istati Membri tagħha dwar ir-rekwiżit li jimpenjaw ruħhom b'mod sinifikanti mas-soċjetà ċivili u, b'mod partikolari, ma' organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità;

27. Jitlob l-inklużjoni tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità fl-aġenda soċjoekonomika globali tal-UE, b'mod partikolari l-Istrateġija Ewropa 2020 u s-Semestru Ewropew; jirrakkomanda l-adozzjoni ta' Patt għad-Diżabilità biex jiġi żgurat li d-drittijiet ta' persuni b'diżabilità jiġu integrati permezz ta' inizjattivi tal-UE;

28. Jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jikkunsidraw jiftħu flussi ta' finanzjament futuri u eżistenti għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw b'mod attiv lill-persuni b'diżabilità;

RR\1097687MT.doc 43/98 PE578.465v02-00

MT

Page 44: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

29. Jirrikonoxxi li l-membri vulnerabbli tas-soċjetà jkomplu jiġu emarġinati jekk ikollhom diżabilità, u jisħaq li l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE għandhom itejbu l-isforzi tagħhom biex jakkomodaw bis-sħiħ il-forniment ta' drittijiet u servizzi għall-persuni kollha b'diżabilità, inklużi l-persuni mingħajr stat, in-nies mingħajr saqaf fuq rashom, ir-rifuġjati u l-persuni li jfittxu asil u persuni li jappartjenu għal minoranzi; jenfasizza l-bżonn li tiġi integrata d-diżabilità fil-politiki tal-migrazzjoni u tar-refuġjati tagħha;

30. Jenfasizza li biex jiġi ggarantit ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità huwa meħtieġ li tingħatalhom il-libertà li jagħżlu kif jgħixu u kif l-aħjar jużaw il-potenzjal tagħhom, billi, pereżempju, jagħmlu aktar użu minn arranġamenti bħalma huma l-persuni li jagħtu l-kura;

31. Jiddeplora bis-sħiħ il-kundizzjonijiet diżastrużi li fihom tqiegħdu persuni b'diżabilità f'xi Stati Membri, u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu dak kollu li hu possibbli biex jikkonformaw mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 3 tagħha, li jipprojbixxi trattament inuman u degradanti;

32. Jemmen li l-Kunsill għandu jadotta d-Direttiva dwar it-Trattament Ugwali u jestendi l-mandat tiegħu lil hinn mill-qasam tal-impjiegi;

33. Jissuġġerixxi li l-persuni kollha impjegati mill-UE fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni u fiċ-ċentri tal-akkoljenza għall-asil tagħha għandhom jirċievu taħriġ speċifiku rilevanti għall-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tagħhom jiġu ssodisfati;

34. Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jimplimentaw u jappoġġaw kampanji ta' informazzjoni relatati kemm mal-persuni b'diżabilità kif ukoll mad-diversità, il-ħiliet u t-talenti tagħhom;

35. Jiddeplora l-fatt li l-persuni b'diżabilità għadhom jiltaqgħu ma' ostakli biex jaċċedu għall-prodotti u s-servizzi; iqis li dawn l-ostakli jillimitaw il-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tagħhom bħala ċittadini; huwa kuntent bl-appoġġ mogħti mill-Parlament lill-Att dwar l-Aċċessibilità f'Novembru 2015, iżda jirrikonoxxi li Att dwar l-Aċċessibilità mhuwiex rimedju; jitlob l-adozzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu mill-aktar fis possibbli;

36. Jirrakkomanda li biex tiġi garantita l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità fil-kuntest soċjali, huwa meħtieġ li jitneħħew l-ostakli li għadhom jillimitaw l-integrazzjoni tagħhom fi ħdan is-sistemi ta' edukazzjoni, fuq il-post tax-xogħol, fil-kuntest tal-ħajja pubblika u tal-komunità li jagħmlu parti minnha;

37. Jirrakkomanda li biex tiġi garantita l-integrazzjoni ġusta tal-persuni b'diżabilità fil-kuntest soċjali, huwa xieraq li jiġi inċentivat l-użu korrett tal-fondi Ewropew li jiffavorixxu dan il-proċess ta' integrazzjoni permezz tar-riċerka, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u t-tixrid ta' ideat ġodda, teknoloġiji ġodda u metodi ġodda;

38. Iħeġġeġ li l-prinċipju tal-moviment liberu taċ-ċittadini b'diżabilità fi ħdan l-UE jiġi garantit permezz tat-tneħħija tal-ostakli kollha għal din il-libertà li għadhom fostna;

39. Jirrikonoxxi l-kapaċitajiet ta' tkattir tal-għarfien min-naħa tal-Istituzzjonijiet tal-UE, u jitlobhom iqajmu kuxjenza dwar il-protezzjoni u l-provvediment tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità;

PE578.465v02-00 44/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 45: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

40. Jenfasizza d-drittijiet għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; jenfasizza li l-edukazzjoni sesswali għandha tiġi mfassla u implimentata wkoll għal persuni b'diżabilità, skont approċċ olistiku, u pprovduta f'atmosfera sikura u mingħajr tabù;

41. Jisħaq fuq il-ħtieġa għal kooperazzjoni politika msaħħa fi ħdan il-qafas, inklużi r-riżorsi finanzjarji u umani biex jiġi żgurat li jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tas-CRPD.

42. Jitlob lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u biex jiżguraw li l-Konvenzjoni tiġi rispettata fil-leġiżlazzjonijiet futuri kollha.

RR\1097687MT.doc 45/98 PE578.465v02-00

MT

Page 46: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni 24.5.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

5112

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Jan Philipp Albrecht, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Malin Björk, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Monica Macovei, Barbara Matera, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Laura Agea, Marina Albiol Guzmán, Hugues Bayet, Carlos Coelho, Pál Csáky, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Marek Jurek, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Angelika Mlinar, Artis Pabriks, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Emil Radev, Barbara Spinelli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Miroslav Poche

PE578.465v02-00 46/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 47: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

21.3.2016

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CPRD(2015/2258(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Anna Hedh

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jissottolinja li l-Artikolu 7 u l-Artikolu 96(7) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni1 jirrikjedu li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw li l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità jitqiesu u jiġu promossi fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) b'mod ġenerali u fil-Programmi Operattivi b'mod partikolari; jitlob approċċ integrat sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-applikazzjoni tal-kondizzjonalitajiet ex ante ġenerali rigward il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u d-diżabilità; jisħaq fuq il-fatt li l-evalwazzjoni ex ante tagħhom għandha tevalwa l-adegwatezza tal-miżuri ppjanati għall-promozzjoni tal-opportunitajiet ugwali għan-nisa u għall-irġiel u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibilità tal-finanzjament;

2. Jenfasizza, fid-dawl tas-sistema tal-ġestjoni kondiviża tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, il-bżonn ta' governanza effikaċi f'diversi livelli u ta' koordinament tal-miżuri fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tikkunsidra l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' koordinament interistituzzjonali; jisħaq fuq il-fatt li dan il-mekkaniżmu għandu jibni l-kapaċità u jikkondividi l-aħjar prattiki bejn id-diversi istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna umanitarja inklużiva u aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, konsultazzjoni sinifikanti u l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom;

3. Jenfasizza li l-persuni b'diżabilità jħabbtu wiċċhom ma' diversi sfidi biex ikunu jistgħu 1 ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

RR\1097687MT.doc 47/98 PE578.465v02-00

MT

Page 48: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

jgawdu d-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjieg, l-akkomodazzjoni u l-mobilità; jisħaq fuq il-fatt li dawn jagħtu kontribut siewi lis-soċjetà kollha kemm hi, fosthom bħala imprendituri ta' suċċess li spiss imexxu negozji żgħar, u li dan il-kontribut siewi jista' jkun saħansitra akbar jekk l-ambjent (dak tax-xogħol u dak imprenditorjali) ikun adattat kif suppost, għan li għalih hemm bżonn il-Fondi SIE; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-UE tiddetermina u tikkomunika n-numru ta' persuni b'diżabilità li huma impjegati u li jaħdmu għal rashom; ifakkar li, skont l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020, persuna minn kull sitta fl-UE għandha diżabilità, aktar minn terz tan-nies li għandhom 'il fuq minn 75 sena għandhom diżabilitajiet u/jew limitazzjonijiet funzjonali li sa ċertu punt jillimitawhom, aktar minn 20 % huma limitati b'mod konsiderevoli u li, barra minn hekk, dawn in-numri huma mistennija jiżdiedu hekk kif il-popolazzjoni tal-UE qed tixjieħ;

4. Jirrakkomanda bis-sħiħ li l-Istati Membri kif ukoll l-awtoritajiet reġjonali u lokali jsaħħu l-isforzi tagħhom fil-qasam tal-ugwaljanza sħiħa u tal-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-esklużjoni tal-persuni b'diżabilità, bħalma huwa l-aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa għal kull persuna li tbati minn kull tip ta' diżabilità, inklużi persuni li jeħtieġu appoġġ u servizzi ta' kwalità għolja; jitlob li ssir evalwazzjoni tad-Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali fir-rigward tal-aċċess għal persuni b'diżabilità, l-aċċess ugwali għall-akkomodazzjoni, it-trasport, il-prodotti u s-servizzi, kif ukoll edukazzjoni (vokazzjonali) u impjiegi inklużivi u ta' kwalità, filwaqt li jiżdied l-għarfien ġenerali dwar diżabilitajiet differenti u l-ħtiġijiet korrispondenti;

5. Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib mal-Parlament dwar l-oqsma ta' tħassib imqajma mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità fid-dokument tiegħu bit-titolu "Osservazzjonijiet konklużivi dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea"1; jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom ikunu ta' eżempju f'dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni; jitlob li ssir kampanja komprensiva ta' sensibilizzazzjoni sabiex is-soċjetà ssir konxja tal-UNCPRD u sabiex jiġi miġġieled il-preġudizzju kontra l-persuni b'diżabilità; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tal-UNCRPD sabiex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli; jitlob lill-Kummissjoni tiddiskuti l-abbozz ta' rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni mal-Parlament mill-aktar fis possibbli;

6. Huwa tal-fehma li l-finanzjament SIE, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, għandu jintuża biex jindirizza l-isfida kruċjali tal-faqar u l-esklużjoni tal-persuni b'diżabilità u biex jappoġġa l-integrazzjoni u d-deistituzzjonalizzazzjoni b'mod bilanċjat, filwaqt li jevita l-proliferazzjoni tal-istituzzjonijiet; f'dan il-kuntest, jitlob li l-pjanijiet nazzjonali ta' deistituzzjonalizzazzjoni jinkludu miri speċifiċi għall-istabbiliment ta' kura bbażata fil-komunità, mogħtija minn persuni kwalifikati u mħarrġa b'mod adegwat u li jippermettu lill-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess għall-istess firxa ta' opzjonijiet bħal kulħadd f'dak li għandu x'jaqsam mal-għażla ta' fejn jgħixu u jirċievu l-appoġġ li jeħtieġu;

7. Iħeġġeġ lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE jiżguraw monitoraġġ effiċjenti tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet immirati kontra n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll l-aċċessibilità u l-użu tal-finanzjament SIE sabiex jiġi

1 In-Nazzjonijiet Uniti, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, il-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, Osservazzjonijiet konklużivi dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea, l-4 ta' Settembru 2015 (CRPD/C/EU/CO/1).

PE578.465v02-00 48/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 49: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

appoġġat l-aċċess ugwali għas-servizzi kollha, inkluż l-internet, għall-persuni b'diżabilità, u arranġamenti ta' għajxien ugwali u suffiċjenti fil-komunitajiet lokali fiż-żoni kollha (eż. żoni rurali u skarsament popolati u żoni urbani), kif ukoll għall-istituzzjonijiet li jieħdu ħsiebhom; jinnota, madankollu, li l-politiki soċjali u l-finanzjament tagħhom għadhom primarjament ir-responsabilità tal-Istati Membri;

8. Huwa favur it-teħid ta' miżuri proattivi bħala sostenn għall-impjieg ta' persuni b'diżabilità u għall-adattament ta' politiki ta' reklutaġġ komprensivi; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali jkunu ta' eżempju billi jżommu lura milli jnaqqsu l-benefiċċji relatati mad-diżabilità u billi jsaħħu t-taħriġ vokazzjonali u l-infurzar effikaċi tal-implimentazzjoni tal-kwota għall-persuni b'diżabilità, u dan billi joffru inċentivi fiskali għal min iħaddem; iqis li jeħtieġ li tiġi ggarantita l-aċċessibilità inostakolata tal-infrastruttura u l-mezzi kollha tat-trasport pubbliku għall-persuni b'diżabilità; jitlob, barra minn hekk, li jiġu stabbiliti pjanijiet għat-tneħħija tal-ostakli arkitettoniċi għall-użu ta' binjiet u spazji pubbliċi fl-ippjanar ta' azzjonijiet ikkofinanzjati permezz ta' Fondi SIE;

9. Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib jekk il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u l-leġiżlazzjoni relatata humiex qed jiġu rrispettati meta jintużaw il-Fondi SIE; jissottolinja li l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità, jeħtieġ li jiġu involuti fis-sħubija tul il-fażi tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Programmi Operattivi, biex jiġi żgurat li l-interessi u l-preokkupazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità jitqiesu b'mod effikaċi; jinsisti li l-użu tal-Fondi SIE għandu jirrispetta l-istandards minimi fir-rigward tal-aċċessibilità, il-mobilità u l-akkomodazzjoni għall-persuni b'diżabilità, u jinnota li dan jinvolvi kompitu importanti u diffiċli, speċjalment għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

10. Huwa tal-fehma li għall-persuni b'diżabilità għandhom jiġu żviluppati strumenti diġitali sabiex jgħinu fl-integrazzjoni tal-persuni sportivi b'diżabilità, kif ukoll pjattaformi għat-telexogħol u għall-użu konġunt ta' postijiet u spazji tax-xogħol ("hot-desking" u "co-working"); jemmen, barra minn hekk, li t-tagħlim ta' kwalità u l-infrastruttura għall-isports fl-iskejjel għandhom jiġu adattati għall-ħtiġijiet tat-tfal b'diżabilità, u li f'kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit qafas strateġiku ta' politika nazzjonali u reġjonali għat-tagħlim tul il-ħajja, li jinkludi miżuri konkreti għall-iżvilupp tal-ħiliet għall-persuni b'diżabilità;

11. Ifakkar li m'hemm l-ebda ġerarkija ta' drittijiet tal-bniedem u li d-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità trid tiġi indirizzata bl-istess mod bħal diskriminazzjoni li ssir abbażi ta' raġunijiet oħrajn, inkluża d-diskriminazzjoni għal aktar minn raġuni waħda. jistieden, għaldaqstant, lill-partijiet kollha involuti jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni kollha, inklużi r-rifuġjati, b'diżabilità intellettwali u psikosoċjali, persuni b'disturbi konnessi mal-awtiżmu u anzjani b'diżabilità.

RR\1097687MT.doc 49/98 PE578.465v02-00

MT

Page 50: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni 17.3.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

3510

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Pascal Arimont, Franc Bogovič, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Marc Joulaud, Sławomir Kłosowski, Andrew Lewer, Louis-Joseph Manscour, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Maria Spyraki, Ramón Luis Valcárcel Siso, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Isabella Adinolfi, Viorica Dăncilă, Elena Gentile, Iliana Iotova, Dimitrios Papadimoulis, Bronis Ropė, Remo Sernagiotto

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Sergio Gutiérrez Prieto, Gesine Meissner, Georgi Pirinski

PE578.465v02-00 50/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 51: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

24.5.2016

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD(2015/2258(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Heidi Hautala

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) hija l-ewwel trattat internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem irratifikat mill-UE;

B. billi għall-ewwel darba, l-UE ġiet immonitorjata minn korp tan-NU fit-twettiq tal-obbligi internazzjonali tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi l-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat dwar is-CRPD, ippubblikati fl-2015 rigward l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fl-UE, bagħtu messaġġ qawwi dwar l-impenn tal-UE għall-ugwaljanza u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

C. billi s-CRPD hija ftehim konġunt u, filwaqt li ċerti aspetti jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE, l-Istati Membri huma mitluba wkoll jimplimentaw b'mod sħiħ is-CRPD fil-livell nazzjonali;

D. billi l-firxa wiesgħa ta' rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat dwar is-CRPD tipprovdi sett ta' linji gwida għal miżuri leġiżlattivi u ta' tfassil ta' politika li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE;

E. billi għadd ta' Stati Membri li rratifikaw is-CRPD għad iridu jistabbilixxu jew jinnominaw il-korpi għall-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-Konvenzjoni skont l-Artikolu 33 tagħha; billi dawk li huma diġà stabbiliti qed jiġu mfixkla fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, speċjalment rigward il-monitoraġġ skont l-Artikolu 33(2), minħabba n-nuqqas ta' finanzjament u manodopera u n-nuqqas ta' bażi ġuridika soda għan-nomina tagħhom;

RR\1097687MT.doc 51/98 PE578.465v02-00

MT

Page 52: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

1. Jirrikonoxxi l-importanza fundamentali ta' mekkaniżmu effettiv ta' lmenti individwali għall-protezzjoni tad-drittijiet previsti mill-Konvenzjoni; jitlob, b'rabta ma' dan, li l-Kunsill jirratifika l-Protokoll Fakultattiv mingħajr aktar dewmien;

2. Jagħti importanza fundamentali lill-Artikolu 33 tas-CRPD ("Implimentazzjoni u monitoraġġ nazzjonali") u lill-paragrafi 76 u 77 tal-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU; jilqa' għalhekk l-approvazzjoni mill-Kumitat tan-NU tal-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-monitoraġġ indipendenti;

3. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni jew rieżami radikali tal-leġiżlazzjoni tal-UE u l-programmi ta' finanzjament mingħajr dewmien sabiex jiġi żgurat li hija tkun konformi bis-sħiħ mas-CRPD, u tipproponi emendi għal-leġiżlazzjoni fejn ikun meħtieġ, bl-involviment kostruttiv tal-organizzazzjonijiet għall-persuni b’diżabilitajiet u l-membri tal-Qafas UE CRPD u tistabbilixxi objettivi u skadenzi ta' riforma ċari; jenfasizza l-ħtieġa, f'dan ir-rigward, li tiġi adottata strateġija komprensiva tal-UE dwar is-CRPD, inklużi skeda ta' żmien, punti ta' riferiment u skadenzi;

4. Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-Osservazzjonijiet Konklużivi, tipproponi aġġornament regolari tad-dikjarazzjoni ta' kompetenza, bil-parteċipazzjoni formali tal-organizzazzjonijiet tad-diżabilità u tal-Parlament Ewropew;

5. Jistieden lill-Istati Membri jagħtu biżżejjed finanzjament u manodopera għat-twettiq tal-kompiti fi ħdan l-oqfsa ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 33(2) tas-CRPD, filwaqt li jiggarantixxu l-indipendenza tagħhom u jiżguraw li l-kompożizzjoni u l-modus operandi tagħhom iqisu l-Prinċipji ta' Pariġi dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem f'konformità mal-Artikolu 33(2) tas-CRPD u li jkunu appoġġati bl-istabbiliment ta' bażi ġuridika formali li tiddefinixxi b'mod ċar il-kompetenzi tagħhom;

6. Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib ma' istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-UE, kif ukoll mal-Istati Membri, biex tikkoordina b'mod effikaċi u konsistenti l-azzjoni meħuda f'konformità mal-Osservazzjonijiet Konklużivi; jitlob li l-arranġamenti neċessarji jkunu parti minn strateġija ta' implimentazzjoni tas-CRPD;

7. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw il-konsultazzjoni u l-involviment sistematiku u strutturat tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil persuni b'diżabilitajiet meta jimplimentaw l-osservazzjonijiet finali rispettivi tagħhom;

8. Iħeġġeġ lill-Parlament Ewropew isaħħaħ il-mekkaniżmu intern stabbilit biex jikkoordina l-implimentazzjoni tas-CRPD (netwerk tal-UNCRPD) sabiex isir mekkaniżmu għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, li jinkludi lill-kumitati parlamentari kollha, bl-involviment kostruttiv tal-organizzazzjonijiet għall-persuni b’diżabilitajiet;

9. Jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet li l-persuni b'diżabilitajiet għadhom qed iħabbtu wiċċhom magħhom fl-aċċess għall-ġustizzja; ifakkar li d-dritt għall-aċċess għall-ġustizzja huwa dritt fundamentali u element essenzjali tal-istat tad-dritt; jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni sabiex jipprovdu akkomodazzjoni proċedurali sħiħa u biex jaġġustaw proċeduri għal dawn il-persuni; iqis li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tinkludi programmi ta' taħriġ speċifiku dwar is-CRPD fil-Programm tal-UE fil-qasam tal-Ġustizzja għall-2014-2020; jissuġġerixxi li l-qrati tal-UE għandhom japplikaw ir-regoli u l-istruzzjonijiet interni tagħhom b'mod li jiffaċilità l-aċċess għall-ġustizzja għal persuni

PE578.465v02-00 52/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 53: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

b'diżabilitajiet, u li r-Rakkomandazzjonijiet Ġenerali tal-Kumitat dwar is-CRPD għandhom ukoll jitqiesu fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja;

10. Itenni l-importanza li l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jkunu disponibbli għall-persuni b'diżabilitajiet; jieħu nota tal-konklużjoni tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet ippubblikati minn persuni għomja jew b'vista batuta, u jtenni l-konvinzjoni tiegħu li l-UE għandha l-kompetenza li tikkonkludi dan it-trattat mingħajr ma r-ratifika tkun tiddependi minn reviżjoni tal-qafas ġuridiku tal-UE jew miż-żmien ta' sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja; jenfasizza wkoll, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-Parlament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jiżguraw ir-ratifika rapida tat-Trattat ta' Marrakexx;

11. Jenfasizza wkoll li kwalunkwe bidla leġiżlattiva fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati għandha tipprovdi l-aċċess tal-persuni b'diżabilitajiet għal xogħlijiet u servizzi protetti minn dawk id-drittijiet fi kwalunkwe format; ifakkar li l-Kummissjoni hija mistennija tippreżenta proposti leġiżlattivi dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati bil-għan li tiżgura li persuni b'diżabilitajiet differenti jkollhom aċċess għax-xogħlijiet u s-servizzi protetti minn dawk id-drittijiet;

12. Jiddispjaċih li l-Kunsill m'aċċettax l-inklużjoni tad-dokumenti relatati mad-diżabilità fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini u tan-negozji permezz tas-simplifikazzjoni tal-aċċettazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-UE;

13. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-proposti riċenti tal-Kunsill biex jitnaqqas b'mod sinifikanti l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar l-aċċessibbiltà tal-websajts tas-settur pubbliku; jibża' li l-eżenzjonijiet proposti mill-Kunsill mhux se jkunu biżżejjed biex jiżguraw li t-80 miljun persuna b'diżabilitajiet u l-150 miljun persuna anzjana fl-UE jgawdu aċċess ugwali għas-suq uniku diġitali u mis-servizzi pubbliċi online għaċ-ċittadini tal-UE, u b'hekk jiksru d-dritt għall-aċċess ugwali għall-informazzjoni stabbilit fis-CRPD;

14. Itenni l-ħtieġa għall-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jieħdu passi konkreti biex jiġġieldu kontra kull forma ta' diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq id-diżabilità;

15. Jitlob miżuri urġenti biex tiġi żblokkata d-direttiva Ewropea kontra d-diskriminazzjoni, li dwarha ma sar l-ebda progress fil-Kunsill sa mill-2008;

16. Jirrikonoxxi d-diversi modi li bihom il-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti tista' tikkontribwixxi fl-implimentazzjoni u s-sostenn tal-obbligi internazzjonali tal-partijiet involuti fis-CRPD; jiddispjaċih, b'rabta ma' dan, għall-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tagħti segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-18 ta' Diċembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni dwar l-implikazzjonijiet transfruntiera tal-protezzjoni legali tal-adulti.

17. Jilqa' l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità fit-2 ta' Diċembru 2015; ifakkar fil-bżonn ta' approċċ komprensiv għall-aċċessibilità u ta' miżuri biex jiġi ggarantit li dawk li għandhom kwalunkwe tip ta' diżabilità jgawdu minn dan id-dritt skont l-Artikolu 9 tas-CRPD;

RR\1097687MT.doc 53/98 PE578.465v02-00

MT

Page 54: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

18. Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jirrieżaminaw ir-regolamenti interni tal-persunal u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom bil-ħsieb li jiżguraw ir-reklutaġġ ta' aktar membri tal-persunal u apprendisti b'diżabilitajiet, filwaqt li jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa biex jiżguraw li l-membri tal-persunal li għandhom diżabilità jew membri tal-familja dipendenti b'diżabilità jirċievu l-istess opportunitajiet li għandhom il-membri tal-persunal l-oħra rigward it-tgawdija tad-drittijiet tagħhom;

19. Jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina r-reġim komuni tal-assigurazzjoni tal-mard tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex tiżgura li l-bżonnijiet tas-saħħa relatati mad-diżabilità jkunu koperti bis-sħiħ skont il-Konvenzjoni;

PE578.465v02-00 54/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 55: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni 24.5.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

2200

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Max Andersson, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Laura Ferrara, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, József Szájer, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Daniel Buda, Angel Dzhambazki

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Nilsson

RR\1097687MT.doc 55/98 PE578.465v02-00

MT

Page 56: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

25.4.2016

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CPRD(2015/2258(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Rosa Estaràs Ferragut

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi huwa stmat li hemm madwar 80 miljun persuna b'diżabilità fl-Unjoni Ewropea, u li minn dawn madwar 46 miljun huma nisa u bniet, ammont li jirrappreżenta madwar 16 % tal-popolazzjoni totali tan-nisa fl-UE, fatt li juri li d-diżabilità fl-Unjoni Ewropea hija ogħla fost in-nisa milli fost l-irġiel; billi n-nisa b'diżabilità spiss ikunu vittmi ta' diskriminazzjoni multipla, iħabbtu wiċċhom ma' ostakli sostanzjali fit-twettiq tad-drittijiet u l-libertajiet bażiċi tagħhom bħad-dritt għall-aċċess għall-edukazzjoni u l-impjiegi, u billi dan jista' jwassal għal iżolazzjoni soċjali u trawmi psikoloġiċi; billi n-nisa jiġu wkoll affettwati b'mod sproporzjonat mid-diżabilità bħala indukraturi tal-membri tal-familja b'diżabilità;

B. billi fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità huwa rikonoxxut li n-nisa u l-bniet b'diżabilità huma iktar esposti għar-riskju, kemm fid-dar kif ukoll barra mid-dar, ta' vjolenza, korriment u abbuż, negliġenza jew trattament traskurat, maltrattament jew sfruttament;

C. billi l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tenfasizza l-ħtieġa li tiġi inkorporata perspettiva tal-ġeneri fl-isforzi kollha u li tiġi promossa t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

D. billi trattament ugwali u miżuri u politiki pożittivi għan-nisa b'diżabilità u l-ommijiet ta' tfal b'diżabilità huma dritt tal-bniedem fundamentali u obbligu etiku;

PE578.465v02-00 56/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 57: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

E. billi madwar 80 % tan-nisa b'diżabilità huma vittmi ta' vjolenza psikoloġika u fiżika, u billi r-riskju ta' vjolenza sesswali hu akbar għal dawn in-nisa milli għal nisa oħra; billi n-nisa u l-bniet b'diżabilità huma esposti għal diskriminazzjoni multipla;

F. billi n-nisa u l-bniet b'diżabilità huma ħafna aktar suxxettibbli li jkunu vittmi tal-vjolenza fuq il-bażi tal-ġeneru, speċjalment tal-vjolenza domestika u l-isfruttament sesswali, u billi l-estimi juru li n-nisa b'diżabilità għandhom minn 1.5 sa 10 darbiet aktar ċans li jiġu abbużati milli n-nisa mingħajr diżabilità;

G. billi, minħabba t-tibdil demografiku u soċjali, hemm domanda akbar għal ħaddiema domestiċi u indukraturi, u b'mod partikolari għal ħaddiema domestiċi u indukraturi għall-familji; billi l-indukrar tal-persuni b'diżabilità u tal-persuni dipendenti normalment isir min-nisa fil-familja, u dan spiss iwassalhom għall-esklużjoni mis-suq tax-xogħol;

H. billi n-nisa b'diżabilità, speċjalment il-migranti, huma f'riskju akbar ta' faqar u esklużjoni soċjali minħabba d-diskriminazzjoni multipla;

I. billi r-rata ta' impjieg għan-nisa bla diżabilità hija 65 %, meta mqabbla ma' 44 % għan-nisa b'diżabilità; billi n-nisa b'diżabilità ta' spiss jiġu diskriminati meta mqabbla mal-irġiel b'diżabilità f'dak li jirrigwardja l-aċċess għall-impjiegi u l-edukazzjoni; billi r-rata għolja tal-qgħad fost il-persuni b'diżabilità għadha inaċċettabbli; billi n-nisa u l-bniet b'diżabilità jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet ikbar biex jidħlu fis-suq tax-xogħol; billi l-ostakli għall-mobilità u d-dipendenza akbar fuq il-membri tal-familja u fuq l-indukraturi tagħhom jeħtieġ li jingħelbu sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tan-nisa b'diżabilità fl-edukazzjoni, fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja soċjali u ekonomika tal-komunità;

J. billi l-impjieg imħallas huwa essenzjali biex il-persuni b'diżabilità jkun jista' jkollhom ħajja indipendenti u jkunu jistgħu jappoġġjaw lill-familji u d-djar tagħhom; billi n-nisa u l-bniet b'diżabilità spiss jitħallsu inqas milli jistħoqilhom; billi dan il-grupp ta' nies vulnerabbli hu aktar suxxettibbli li jbati mill-faqar u jinsab f'riskju akbar ta' esklużjoni soċjali;

K. billi l-kriżi ekonomika, il-miżuri ta' awsterità u t-tnaqqis impost fis-servizzi soċjali u fil-kura tas-saħħa fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE wasslu għal konsegwenzi negattivi għall-gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni tal-UE, speċjalment għall-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom, li jiġu affettwati b'mod sproporzjonat mill-miżuri ta' awsterità, u partikolarment in-nisa u l-bniet b'diżabilità;

L. billi t-tfal b'diżabilità jiffaċċjaw ostakoli sinifikanti biex igawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom;

M. billi t-tfal b'diżabilità sikwit jiġu esklużi mis-soċjetà, peress li xi drabi jgħixu f'istituti jew faċilitajiet oħra 'l bogħod mill-familji tagħhom;

N. billi t-tfal b'diżabilità għandhom id-dritt li jgħixu f'familji jew f'ambjent ta' familja u li jipppretendu li l-istituzzjonijiet statali rilevanti jaġixxu fl-aħjar interessi tat-tfal u l-familji tagħhom;

O. billi huwa inqas probabbli li t-tfal b'diżabilità jattendu l-iskola, u għalhekk dawn jesperjenzaw opportunitajiet limitati għat-taħriġ tal-kapital uman u jaffaċċjaw tnaqqis fl-

RR\1097687MT.doc 57/98 PE578.465v02-00

MT

Page 58: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

opportunitajiet ta' impjieg u tnaqqis fil-produttività fl-età adulta;

P. billi huwa aktar probabbli li l-persuni b'diżabilità jkunu qiegħda, u ġeneralment jaqilgħu inqas anke meta jiġu impjegati; billi kemm ir-riżultati tal-impjiegi kif ukoll dawk tal-introjtu jidhru li jaggravaw ruħhom bil-livell ta' gravità tad-diżabilità;

Q. billi l-persuni b'diżabilità jista' jkollhom spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mid-diżabilità – bħal spejjeż assoċjati mal-kura medika jew ma' apparat ta' assistenza, jew il-ħtieġa għal appoġġ u assistenza personali – u għalhekk ta' spiss ikunu jeħtieġu aktar riżorsi biex jiksbu l-istess riżultati daqs il-persuni mingħajr diżabilità;

R. billi lill-Kumitat għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità fl-Osservazzjonijiet Konklużivi tiegħu dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea jirrakkomanda li l-Unjoni Ewropea tintegra l-perspettiva tad-diżabilità fil-politiki u l-programmi tagħha dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll il-perspettiva tal-ġeneri fl-istrateġiji tagħha dwar id-diżabilità, u li tiżviluppa azzjonijiet pożittivi, tistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ u finanzjament għall-ġbir tad-data u għar-riċerka dwar in-nisa u l-bniet b'diżabilità; billi jirrakkomanda wkoll li l-Unjoni Ewropea tipprovdi protezzjoni effettiva mill-vjolenza, l-abbuż u l-isfruttament, li l-politika dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tindirizza l-bżonnijiet tat-tfal u l-adulti b'diżabilità, inklużi tal-indukraturi tagħhom, u li jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu r-rati għoljin ta' qgħad fost il-persuni b'diżabilità, li fil-maġġoranza tagħhom huma nisa;

1. Jappoġġja l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jintegraw il-perspettiva tan-nisa u l-bniet b'diżabilità fil-politiki, il-programmi u l-istrateġiji tagħhom dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-perspettiva tal-ġeneri fl-istrateġiji tagħhom dwar id-diżabilità; jitlob, ukoll, li jiġu stabbiliti mekkaniżmi biex jiġi revedut regolarment il-progress li jkun sar;

2. Jiddispjaċih li l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2020–2010 ma tinkludix perspettiva integrata tal-ġeneri jew kapitolu separat dwar politiki dwar id-diżabilità speċifiċi għall-ġeneru, minkejja l-fatt li n-nisa b'diżabilità ta' spiss isibu ruħhom f'pożizzjoni aktar żvantaġġjata minn dik tal-irġiel b'diżabilità u jkunu aktar ta' spiss vittmi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali;

3. Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-Sessi għall-2016–2019 tal-Kummissjoni ma jindirizzax id-diżabilità, u jistieden lill-Kummissjoni tindirizza dan in-nuqqas billi tinkludi n-nisa b'diżabilità u l-indukraturi nisa fil-politiki u l-programmi tagħha;

4. Jistieden lill-Istati Membri japplikaw approċċ ta' integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fil-politiki u l-miżuri għan-nisa, l-irġiel, il-bniet u s-subien b'diżabilità u fl-implimentazzjoni tagħhom fl-oqsma kollha, speċjalment f'termini ta' integrazzjoni fil-post tax-xogħol, edukazzjoni u ta' azzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni;

5. Jagħti l-ikbar importanza lill-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (Implimentazzjoni u monitoraġġ nazzjonali) u lill-Osservazzjonijiet Konklużivi 76 u 77 tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti, u, konsegwentement, jilqa' l-approvazzjoni tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti għall-preżenza tal-Parlament Ewropew

PE578.465v02-00 58/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 59: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

fil-qafas ta' monitoraġġ indipendenti;

6. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki adegwati u japplikaw miżuri għal firxa sħiħa ta' oqsma ta' politika bil-għan li jrawmu l-ħajja indipendenti u l-inklużjoni sħiħa; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiġbor u xxerred data statistika aġġornata dwar id-diżabilità, diżaggregata skont l-età u l-ġeneru, sabiex tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabilità fl-UE;

7. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-persuni kollha b'diżabilità jkunu jistgħu jgawdu mid-dritt ta' moviment liberu li għandhom iċ-ċittadini kollha tal-UE billi fil-leġiżlazzjoni attwali u futura tinkludi l-garanzija ta' opportunitajiet indaqs, drittijiet fundamentali, aċċess ugwali għas-servizzi u għas-suq tal-impjiegi, u l-istess drittijiet u obbligi fl-aċċess għas-sigurtà soċjali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li fih ikunu koperti, bi qbil mal-prinċipju ta' trattament ugwali u ta' nondiskriminazzjoni; Jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, biex, f'termini ta' ugwaljanza fl-impjiegi, jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-UE dwar opportunitajiet indaqs u trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa (tfassil mill-ġdid)(2006/54/KE);

8. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-bniet u n-nisa migranti b'diżabilità sabiex dawn jiżviluppaw ħiliet li jagħtuhom opportunitajiet biex jiksbu impjieg xieraq;

9. Iqis li l-persuni b'diżabilità, b'mod partikolari n-nisa u l-bniet, għandhom jitħallew igawdu s-sesswalità tagħhom b'mod kemm jista' jkun liberu bħalma jgawduha n-nies mingħajr impedimenti, u jqis li n-nisa b'diżabilità għandhom ikunu jistgħu jgħixu bħan-nisa mingħajr diżabilità u li jissodisfaw ix-xewqa tagħhom li jkollhom jew li ma jkollhomx tfal;

10. Jenfasizza li l-bniet u n-nisa b'diżabilità għandu jkollhom aċċess sħiħ għad-drittijiet sesswali u riproduttivi u għall-edukazzjoni dwar is-sesswalità mogħtija minn professjonisti li huma esperti f'dan il-qasam; iqis, għalhekk, li huwa kruċjali li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jkollhom aċċess sħiħ għall-kura medika li tissodisfa l-ħtiġijiet partikolari tagħhom, inklużi konsultazzjonijiet ġinekoloġiċi, eżamijiet mediċi, ippjanar tal-familja u appoġġ adatt għall-ħtiġijiet tagħhom matul it-tqala; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-provvediment nazzjonali tagħhom tal-kura tas-saħħa pubblika jinkludi aċċess xieraq għal dawn is-servizzi;

11. Jikkonferma mill-ġdid il-fehma tiegħu li għandha tiġi indirizzata l-ħtieġa li jiġi provdut appoġġ speċjalizzat, inkluża assistenza għall-indukrar tat-tfal, lil nisa u l-irġiel b'diżabilità, flimkien mal-familji tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ il-maternità u l-paternità;

12. Jenfasizza li sabiex tinkiseb ħajja awtonoma u indipendenti għall-persuni b'diżabilità, speċjalment għan-nisa, l-assistenza (personali jew pubblika) hija mezz li jappoġġja lilhom u lill-familji tagħhom, billi jagħmilha possibbli li dawn ikollhom aċċess għal postijiet tax-xogħol u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u jappoġġjahom f'każ ta' tqala u maternità;

13. Itenni l-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilità fl-ambjenti privati u istituzzjonali, u jistieden lill-Istati Membri jipprovdu servizzi ta' appoġġ li jkunu aċċessibbli għan-nisa u l-bniet b'kull tip ta' diżabilità;

RR\1097687MT.doc 59/98 PE578.465v02-00

MT

Page 60: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

jirrakkomanda li l-UE ssir parti mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) bħala pass ulterjuri fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilità;

14. Jinnota bi tħassib li n-nisa u l-bniet b'diżabilità, b'mod partikolari l-vittmi ta' diskriminazzjoni multipla, ikunu f'riskju akbar ta' vjolenza fuq il-bażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza sesswali u/jew l-isfruttament sesswali, kemm domestikament kif ukoll f'ambjenti istituzzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jdaħħlu jew isaħħu leġiżlazzjoni biex jipproteġu d-drittijiet tan-nisa u l-bniet b'diżabilità f'każi ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u biex isostnu l-irkupru tagħhom;

15. Ifakkar ir-rwol tal-mezzi tax-xandir fir-rappreżentanza tan-nisa u l-bniet, kif ukoll tad-diżabilità, u jinnota li n-nuqqas ta' viżibilità jew il-proliferazzjoni tal-isterjotipi jistgħu jipperpetwaw il-preġudizzju, il-vjolenza u l-esklużjoni; jistieden lill-Istituzzjonijiet Ewropej kollha jagħtu bidu għal u jappoġġjaw kampanji ta' sensibilizazzjoni dwar il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u jiġġieldu kontra l-preġudizzju, id-diskriminazzjoni u r-reati ta' mibegħda kontra persuni b'diżabilità, fosthom in-nisa u l-bniet; jemmen li l-mezzi tax-xandir, minbarra li jżidu l-viżibilità tagħhom, għandhom jistinkaw biex jipproġettaw immaġni pożittiva tan-nisa u l-bniet b'diżabilità;

16. Ifakkar fl-importanza tad-dritt fundamentali li l-persuni b'diżabilità jipparteċipaw fil-proċessi ta' politika u fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar id-diżabilità fil-livelli kollha, kif enfasizzat mill-Konvenzjoni dwar Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; jenfasizza li n-nisa u l-bniet b'diżabilità, inklużi dawk minn gruppi emarġinati u dawk vulnerabbli li jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni multipla, għandhom jiġu abilitati u mogħtija s-setgħa biex jipparteċipaw fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet sabiex ikun żgurat li l-interessi u d-drittijiet tagħhom jiġu espressi, appoġġjati u protetti, filwaqt li tiġi żgurata perspettiva tal-ġeneru ġenwina fil-livell lokali; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu servizzi u faċilitajiet adattati adegwatament li jsaħħu l-pożżizzjoni tagħhom fl-involiment u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom, u biex jinvestu f'teknoloġiji assistivi u adattabbli u fl-inklużjoni diġitali;

17. Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu li f'xi Stati Membri l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jintużaw biex tingħata spinta lill-istituzzjonalizzazzjoni minflok ma jiġu żviluppati komunitajiet aktar inklużivi fejn il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jgħixu filwaqt li jingħataw l-appoġġ xieraq; jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu għall-fatt li persuni b'diżabilità, b'mod partikulari n-nisa, it-tfal u l-anzjani, jistgħu jkunu soġġetti għal vjolenza jew trattament ħażin, speċjalment f'ambjenti istituzzjonali;

18. Jinnota bi tħassib id-diversi forom ta' esklużjoni kkawżati mill-istituzzjonalizzazzjoni ta' persuni b'diżabilità u kif din il-forma ta' trattament diskriminatorju tista' tinkoraġġixxi aktar preġudizzju u trattament ħażin f'ambjenti istituzzjonali u min-naħa tas-soċjetà b'mod ġenerali;

19. Jitlob li jsir użu b'mod ibbilanċjat mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment filwaqt li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' komunitajiet aktar inklużivi u tal-istituzzjonalizzazzjoni meta tintalab, biex b'hekk fiż-żewġ każi n-nisa u l-bniet, partikolarment it-tfal u ż-żgħażagħ b'diżabilità, ikunu jistgħu jirċievu appoġġ u għajnuna xierqa fl-Unjoni Ewropea kollha; itenni li l-Istati Membri jridu jrawmu komunitajiet inklużivi u li jemanċipaw, billi jagħtu appoġġ xieraq biex jiġu miġġielda l-ostakli speċifiċi għall-ġeneru u d-diskriminazzjoni li

PE578.465v02-00 60/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 61: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa u l-bniet b'diżabilità;

20. Jinsab imħasseb dwar ir-rati għolja ta' qgħad fost il-persuni b'diżabilità, b'mod speċjali fost in-nisa b'diżabilità, meta mqabbla ma' gruppi oħra tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri jrawmu u jiżguraw qafas leġiżlattiv u ta' politika għall-parteċipazzjoni tan-nisa b'diżabilità fis-suq tax-xogħol, inklużi dawk b'diżabilità u kundizzjonijiet kroniċi moħbija jew diffikultajiet ta' tagħlim;

21. Jenfasizza l-importanza tal-intrapriżi u l-kooperattivi soċjali fl-inklużjoni soċjali u ekonomika u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-persuni b'diżabilità, u b'mod partikolari tan-nisa b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu enfasi qawwija fuq l-ekonomija soċjali fil-programmi u l-politiki għall-persuni b'diżabilità u fuq l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru;

22. Jinsab imħasseb dwar il-fatt li t-trobbija tat-tfal b'diżabilità hija kompitu li jaqa' prinċipalment fuq in-nisa;

23 Jenfasizza r-rwol imprezzabbli u finanzjarjament sottoapprezzat tan-nisa li jieħdu ħsieb il-membri tal-familja b'diżabilità;

24. Jenfasizza l-importanza tal-inklużjoni tal-bniet b'diżabilità fl-edukazzjoni regolari fil-każijiet kollha fejn id-diżabilità tippermetti tali integrazzjoni; itenni r-rwol importanti tal-edukazzjoni formali, informali u mhux formali tal-edukazzjoni u tat-tagħlim tul il-ħajja fit-trawwim tal-inklużjoni soċjali tan-nisa u l-bniet b'diżabilità; jenfasizza l-potenzjal tas-setturi tal-arti u l-kultura biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet b'diżabilità, u biex jiġu indirizzati l-preġudizzju u d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tad-diżabilità; jinnota l-ħtieġa li jiġu appoġġjati programmi edukattivi inklużivi li jindirizzaw l-ostakoli li jħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni b'diżabilità fit-tagħlim, u li jiġġieldu kontra sterjotipi, diskriminazzjoni u reati ta' mibegħda speċifiċi kontrihom;

25. Jenfasizza l-importanza tal-TIK għall-mobilità, il-komunikazzjoni u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jippromwovu b'mod attiv il-parteċipazzjoni tan-nies b'diżabilità, anke fl-aċċess għal servizzi pubbliċi online;

26. Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jirrevedu r-Regolamenti tal-Persunal, ir-regolamenti interni u r-regoli implimentattivi biex jadottaw politiki ta' reklutaġġ komprensivi, inklużi miżuri pożittivi, biex iżidu attivament l-għadd ta' persunal u apprendisti b'diżabilità, kif ukoll biex jiżguraw li l-impjegati kollha tal-istituzzjonijiet tal-UE li għandhom diżabilità jew li għandhom membri tal-familja dipendenti b'diżabilità jirċievu l-akkomodazzjoni raġonevoli li jeħtieġu sabiex igawdu d-drittijiet tagħhom fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tirrevedi r-Reġim Komuni tal-Assikurazzjoni tal-Mard tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex din tkopri b'mod komprensiv il-bżonnijiet tas-saħħa relatati mad-diżabilità b'mod li jkun kompatibbli mal-Konvenzjoni;

27. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura edukazzjoni inklużiva fl-Iskejjel Ewropej u, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità dwar valutazzjoni multidixxiplinarja tal-bżonnijiet individwali, in-nonesklużjoni tal-bniet b'diżabilità, kif ukoll il-provvediment ta' akkomodazzjoni raġonevoli adegwata;

RR\1097687MT.doc 61/98 PE578.465v02-00

MT

Page 62: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

28. Iħeġġeġ lill-Parlament Ewropew isaħħaħ il-mekkaniżmu intern stabbilit għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (in-Netwerk tal-UNCRPD) sabiex dan isir mekkaniżmu soprastanti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fil-kumitati parlamentari kollha, b'persunal assenjat esklużivament lilu;

29. Jitlob li jiġi ratifikat b'mod urġenti t-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni b'Vista Batuta u Persuni b'Diffikultà Biex Jaqraw Materjal Stampat (it-Trattat ta' Marrakexx), mingħajr ma r-ratifika tkun tiddependi mir-reviżjoni tal-qafas ġuridiku tal-UE jew mid-data tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja; jistieden lill-Kummissjoni tissottometti l-proposti leġiżlattivi meħtieġa sabiex timplimenta t-Trattat ta' Marrakexx;

30. Jitlob li tiġi żblukkata b'mod urġenti d-direttiva tal-UE kontra d-diskriminazzjoni, li ma rat l-ebda progress fil-Kunsill sa mill-2008 'l quddiem, u li d-Direttiva tittratta speċifikament id-diskriminazzjoni intersezzjonali bbażata fuq il-ġeneru u d-diżabilità;

31. Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu minnufih l-isforzi tagħhom biex jipprovdu amministrazzjoni u servizzi aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor; jenfasizza li l-għajxien indipendenti, l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-bniet b'diżabilità jistgħu jinkisbu biss jekk jitneħħew l-ostakli li fadal; jemmen ukoll li għandha tiġi provduta informazzjoni ġenerali dwar servizzi għaċ-ċittadini (bħall-informazzjoni dwar l-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura soċjali u dik tas-saħħa) f'diversi forom u formati, b'mod sempliċi u sikur aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

32. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kunsill jaċċellera l-proposta għal direttiva dwar l-aċċessibilità tal-websajts tal-korpi tal-settur pubbliku, bil-għan li tiżdied l-aċċessibilità tad-dokumenti, tal-vidjos u tal-websajts u li jiġu provduti mezzi ta' komunikazzjoni alternattivi aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

33. Jilqa' l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità fit-2 ta' Diċembru 2015; ifakkar li huwa meħtieġ approċċ komprensiv lejn l-aċċessibilità u li d-dritt għall-aċċessibilità kif iddikkjarat fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità jrid jiġi garantit lill-persuni b'kull xorta ta' diżabilità;

PE578.465v02-00 62/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 63: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni 19.4.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

3010

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Maria Arena, Catherine Bearder, Beatriz Becerra Basterrechea, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, Viorica Dăncilă, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Elisabeth Köstinger, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Angelika Mlinar, Maria Noichl, Marijana Petir, Pina Picierno, João Pimenta Lopes, Terry Reintke, Jordi Sebastià, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Rosa Estaràs Ferragut, Kostadinka Kuneva, Constance Le Grip, Evelyn Regner, Marc Tarabella

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Zanni, Julia Reid

RR\1097687MT.doc 63/98 PE578.465v02-00

MT

Page 64: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

21.4.2016

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Pesuni b'Diżabilità(2015/2258(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Silvia Costa

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Ifakkar li l-indipendenza, l-integrazzjoni u l-aċċess għal sistema ta’ edukazzjoni u taħriġ inklużiva, il-ħajja ċivika u kulturali, id-divertiment u l-isport huma drittijiet iggarantiti mill-Artikoli 19, 24 u 30 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) tan-NU; filwaqt li jfakkar li dawn id-drittijiet huma protetti taħt id-dritt tal-UE, b’mod partikolari fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' diżabilità u fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ parteċipazzjoni sħiħa u effettiva, inkluża l-parteċipazzjoni demokratika u l-inklużjoni fis-soċjetà tal-persuni b’diżabilità (Artikolu 3 tas-CRPD); jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu għalhekk il-miżuri li għandhom l-għan li jiżguraw li l-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess effettiv u ugwali mhux biss għall-oqsma ewlenin bħalma huma edukazzjoni ta' kwalità inklużiva, il-kultura u l-isport, iżda wkoll għal attivitajiet extrakurrikulari, bħalma huma t-teatru, il-lingwi u l-arti; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi indikaturi speċifiċi għad-diżabilità fl-istrateġija Ewropa 2020 meta tkun qed issegwi l-miri dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ.

2. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-edukazzjoni u t-taħriġ jiġu organizzati biex jinkludu lit-tfal u l-adulti b'diżabilità fiżika jew intellettwali, filwaqt li jipprovdu wkoll pariri, assistenza u istruzzjoni individwali; jinnota li inizjattivi bħal dawn huma eliġibbli għall-appoġġ mill-Fondi Strutturali, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u l-Programm Erasmus+;

3. Ifakkar fl-abbozz ta' Kumment Ġenerali tal-Kumitat tas-CRPD tan-NU dwar l-Artikolu 24

PE578.465v02-00 64/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 65: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

(id-"Dritt għal Edukazzjoni Inklużiva"), li jagħti d-dettalji tal-kontenut normattiv tiegħu, l-obbligi tal-istati, ir-relazzjoni tiegħu ma' dispożizzjonijiet oħra tal-Konvenzjoni, u l-implimentazzjoni tiegħu fil-livell nazzjonali;

4. Ifakkar li l-programmi mmirati lejn iż-żgħażagħ għandhom jieħdu interess speċjali fiż-żgħażagħ b'diżabilità;

5. Ifakkar li l-persuni b’diżabilità huma spiss esklużi jew m’għandhomx aċċess effettiv għas-servizzi ta’ edukazzjoni u taħriġ fejn proċessi edukattivi mfassla apposta li jqisu l-livell tagħhom ta’ diżabilità huma meħtieġa biex jgħinuhom jilħqu l-potenzjal soċjali, ekonomiku u edukattiv sħiħ tagħhom; jenfasizza li għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-istudenti kollha li għandhom diżabilità jirċievu l-akkomodazzjoni raġonevoli meħtieġa biex igawdu d-dritt tagħhom għal edukazzjoni ta' kwalità li tkun inklużiva; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-gvernijiet reġjonali u lokali devoluti responsabbli jsaħħu l-programmi ta’ taħriġ u l-opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali kontinwu għall-partijiet interessati rilevanti kollha involuti f’ambjenti ta' tagħlim mhux formali u informali, kif ukoll l-aċċess tagħhom għall-infrastrutturi tal-ICT sabiex jappoġġjaw il-ħidma tagħhom ma’ studenti b’diżabilità u jiġġieldu l-preġudizzju kontra l-persuni b’diżabilità, b’mod partikolari l-persuni b’diżabilitajiet psikosoċjali u intellettwali;

6. Ifakkar li l-isport huwa strument estremament importanti fil-kuntest tal-inklużjoni soċjali peress li jipprovdi opportunitajiet għall-interazzjoni u l-kisba ta' ħiliet soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 30 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti, ivaraw programmi speċifiċi mmirati biex jagħmlu l-attivitajiet sportivi u l-avvenimenti sportivi aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità; jinnota li d-dritt li jkollhom aċċess sħiħ għall-avvenimenti kulturali jew għall-attivitajiet rikreattivi huwa dritt bażiku u jistieden għalhekk lill-Kummissjoni ttejjeb l-aċċessibilità għal tali avvenimenti, postijiet fejn isiru l-avvenimenti, oġġetti u servizzi, inkluż fil-qasam awdjoviżiv; jilqa' l-inizjattivi li jittieħdu biex xogħlijiet awdjoviżivi u xogħlijiet oħra jingħataw sottotitoli adattati jew deskrizzjoni bl-awdjo sabiex isiru aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

7. Jirrakkomanda li l-iskejjel Ewropej jimplimentaw politika li tmur kontra t-tiċħid abbażi ta’ diżabilità u jħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb, u idealment tiggarantixxi, l-aċċess għat-tfal kollha b’diżabilità għal edukazzjoni ta' kwalità li tkun inklużiva fl-iskejjel Ewropej; jirrakkomanda l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' edukazzjoni individwali li għandhom jiġu definiti fil-bidu tas-sena skolastika u li għandhom jaqblu dwarhom l-iskejjel, il-familji u l-awtoritajiet nazzjonali; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tal-kwalifiki għall-istudenti b'diżabilità rreġistrati fl-iskejjel Ewropej;

8. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw miżuri effettivi sabiex jindirizzaw b'mod determinat is-segregazzjoni u r-rifjut ta’ studenti b’diżabilità fl-iskejjel u fl-ambjenti tat-tagħlim u jagħtuhom aċċess għal akkomodazzjoni raġonevoli u l-appoġġ li jeħtieġu, sabiex dawk li qed jirċievu t-tagħlim jiġu ffaċilitati biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom; jenfasizza li l-opportunitajiet indaqs jistgħu jintlaħqu biss jekk id-dritt għal edukazzjoni u taħriġ inklużivi jingħata fil-livelli u t-tipi kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż it-tagħlim tul il-ħajja, u għalhekk jiġi ggarantit ir-rikonoxximent tal-kwalifiki għall-persuni b’diżabilità, b’mod partikolari dawk akkwistati bis-saħħa ta' ambjenti tat-tagħlim li jagħtu appoġġ fejn il-persuni b’diżabilità jistgħu speċifikament jitgħallmu kompetenzi u

RR\1097687MT.doc 65/98 PE578.465v02-00

MT

Page 66: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

ħiliet biex jegħlbu d-diżabilità; jiġbed l-attenzjoni lejn in-nuqqasijiet tekniċi u finanzjarji tal-programmi ta' edukazzjoni speċjali, b'mod partikulari fl-Istati Membri milquta mill-kriżi, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif is-sitwazzjoni tista' tittejjeb;

9. Jinnota l-progress li nkiseb fir-regolamentazzjoni tal-programmi ta’ skambju tal-istudenti, b’mod partikolari l-programm Erasmus+, permezz tal-inklużjoni ta' appoġġ finanzjarju addizzjonali għall-mobilità tal-istudenti u l-persunal b’diżabilità u jinsisti li huwa meħtieġ li jkomplu jsiru dispożizzjonijiet speċifiċi fl-aspetti tal-programm kollha kemm huma; jirrikonoxxi l-fatt li fil-prattika l-istudenti b’diżabilità għadhom jiffaċċjaw għadd kbir ta' ostakli (ostakli ta’ attitudni, tal-komunikazzjoni, tal-arkitettura, tal-informazzjoni, eċċ.); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-impenn tagħhom favur il-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità fil-programmi ta’ skambju tal-UE u jtejbu l-viżibilità u t-trasparenza tal-opportunitajiet ta’ mobilità; jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki rigward l-aċċess għall-programmi ta' skambju għall-istudenti u l-għalliema b'diżabilità;

10. Ifakkar li s-sottoprogramm MEDIA ta' Ewropa Kreattiva għandu jagħti attenzjoni speċjali lill-proġetti li jinkludu l-kwistjoni tad-diżabilitajiet, u li l-qawwa edukattiva tal-films u tal-festivals f'dan ir-rigward għandha tiġi enfasizzata;

11. Jappoġġja l-inizjattivi mmirati sabiex jagħmlu lis-soċjetà konxja tad-diffikultajiet li jġarrbu l-persuni b’diżabilità u li huma mmirati wkoll sabiex jagħmlu lill-persuni b’diżabilità aktar konxji tal-potenzjal tagħhom u tal-kontributi li jistgħu jagħmlu, fost affarijiet oħra, permezz ta’ programmi edukattivi speċifiċi fl-iskejjel; jenfasizza li l-importanza tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) tan-NU fundamentalment tinsab f'li tinġieb bidla fl-attitudnijiet kulturali billi jiġi rikonoxxut li huma l-ostakli fl-ambjenti soċjali u ekonomiku li fil-fatt iġibu lin-nies fi stat ta' diżabilità aktar milli d-diżabilità fil-persuna;

12. Jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri effettivi għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra t-tfal b'diżabilità, liema miżuri jimmiraw għall-familji, il-komunitajiet, il-professjonisti u l-istituzzjonijiet; jinnota li l-iskejjel jaqdu rwol kruċjali fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u jenfasizza l-ħtieġa ta' mekkaniżmi xierqa li jippermettu l-inklużjoni fl-iskejjel regolari u li jiżguraw li l-edukaturi u l-għalliema jiġu mħejjija u mħarrġa kif għandu jkun biex jagħrfu u jirreaġixxu għall-vjolenza kontra t-tfal b'diżabilità;

13. Jitlob li s-sistemi edukattivi jżommu lura milli joħolqu ambjenti li jagħtu lil min qed jitgħallem tikketti bħalma huma r-raggruppament tal-istudenti u t-tqassim tal-istudenti skont ċerti kriterji, peress li dan jista' jaffettwa b'mod negattiv lill-istudenti b'diżabilità b'mod speċjali dawk li għandhom diffikultà biex jitgħallmu;

14. Ifakkar li t-tfal b'diżabilità u l-familji tagħhom għandhom jiġu appoġġjati permezz ta' miżuri ta' intervent bikri, assistenza soċjali adegwata u servizzi xierqa bbażati fil-komunità;

15. Jistieden lill-Kummissjoni tintegra perspettiva tan-nisa u l-bniet b’diżabilità fl-istrateġiji, il-politiki u l-programmi tal-ugwaljanza bejn is-sessi li se tfassal u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinkorporaw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-programmi u s-servizzi edukattivi u ta’ taħriġ biex jiżguraw edukazzjoni u żvilupp li jkunu jinkludu d-diżabilità u biex isaħħu l-parteċipazzjoni tan-nisa b’diżabilità fid-djalogu dwar

PE578.465v02-00 66/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 67: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

id-diżabilità; jinnota wkoll li l-persuni b’diżabilità li jagħmlu parti minn minoranzi etniċi, lingwistiċi jew reliġjużi huma spiss partikolarment vulnerabbli minħabba li huma esposti għal diskriminazzjoni multipla;

16. Jenfasizza li l-persuni b'disabilità jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni f'formati u teknoloġiji aċċessibbli li jkunu adattati għat-tipi differenti ta' diżabilità, inklużi l-lingwi bis-sinjali, il-Braille, il-komunikazzjoni awmentattiva u alternattiva u mezzi, modi u formati oħra aċċessibbli ta' komunikazzjoni tal-għażla tagħhom, inklużi l-formati li jinqraw faċilment u l-użu ta' sottotitoli; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tinforza l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill jadotta mingħajr aktar dewmien id-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri konsistenti u effikaċi f’konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu;

17. Jinnota li l-istrateġiji rigward iż-żgħażagħ wara l-2018 għandhom jintegraw il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ b'diżabilità;

18. Jinsisti fuq l-importanza ta’ sistemi diġitali għall-persuni b’diżabilità bħala għodda biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fl-aspetti kollha tas-soċjetà, u jirrakkomanda li jkompli jiġi investigat l-użu tat-teknoloġiji ambjentali assistivi fl-edukazzjoni; jirrikonoxxi l-fatt li għadd sproporzjonat ta’ persuni b’diżabilità mhumiex attwalment online, li huma esklużi mill-iżviluppi diġitali u bħala tali, qed jitilfu informazzjoni, opportunitajiet, akkwist ta’ ħiliet ġodda, u aċċess għal servizzi importanti; jistieden għalhekk lil-leġiżlaturi fil-livell nazzjonali u tal-UE jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-aċċessibilità meta jkunu qed jimplimentaw leġiżlazzjoni tas-suq uniku diġitali, jintegraw il-kwistjoni tal-aċċessibilità tal-kontenut diġitali fil-politiki rilevanti kollha, jagħtu bidu għal programmi ta’ taħriġ għall-"Promoturi Diġitali" fi ħdan il-komunitajiet biex iħeġġu aktar persuni b’diżabilità jmorru online, u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġġieldu kontra ċ-ċiberkriminalità u l-bullying ċibernetiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jikkostitwixxux ostaklu mhux raġonevoli jew diskriminatorju għall-aċċess mill-persuni b’diżabilità għall-materjali kulturali u jikkunsidraw eċċezzjoni mandatarja għad-drittijiet tal-awtur fil-każijiet ta’ użu, għall-benefiċċju ta’ persuni b’diżabilità, li huwa direttament relatat mad-diżabilità u ta’ natura mhux kummerċjali, sa fejn ikun meħtieġ mid-diżabilità speċifika; jitlob li fil-politiki kollha tal-UE jiġi applikat approċċ trasversali lejn id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b'diżabilità;

19. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem fuq l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità permezz ta' appoġġ finanzjarju għal firxa ta' proġetti u organizzazzjonijiet li joriġinaw fil-komunitajiet lokali;

20. Jitlob lill-Kummissjoni tvara kampanja biex tqajjem kuxjenza dwar il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, li tiffoka fuq l-iskambju ta’ prattiki tajba, f’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet għall-persuni b’diżabilità u jħeġġeġ barra minn hekk li l-materjali kollha relatati mal-bini tal-kapaċità, it-taħriġ u t-tqajjim tal-kuxjenza jkun disponibbli f’formati aċċessibbli; ifakkar lill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE

RR\1097687MT.doc 67/98 PE578.465v02-00

MT

Page 68: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

kemm hu importanti li jiżguraw li l-portals tal-informazzjoni tagħhom ikunu aċċessibbli għalkollox għall-persuni kollha li għandhom diżabilità;

21. Jenfasizza l-bżonn li jiġi stabbilit djalogu strutturat bejn il-Kummissjoni, il-persuni b’diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom sabiex jintlaħaq l-involviment attiv tagħhom fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki futuri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll fil-kultura, l-isport u l-attivitajiet taż-żgħażagħ sabiex jintlaħaq l-għan ta’ “xejn dwarna mingħajrna”; jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha biex iħeġġu u jiggarantixxi l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità fit-tfassil tal-politiki u l-programmi li jaffettwawhom.

22. Jemmen b'saħħa li għandu jsir rieżami trasversali u komprensiv effettiv tal-leġiżlazzjoni tal-UE mill-aktar fis possibbli sabiex tiġi armonizzata bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) tan-NU, filwaqt li jiġi implimentat proċess demokratiku u parteċipattiv immirat lejn l-iżgurar ta' involviment dirett u sħiħ tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-persuni b'diżabilità.

23. Ifakkar lill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE f'kemm hu importanti li jiġi żgurat li l-kompetizzjonijiet, it-taħriġ, il-korsijiet ta' aġġornament, it-traineeships u l-esperjenzi tax-xogħol ikunu disponibbli għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema b'diżabilità permezz tal-mezzi adatti u b'appoġġ teknoloġiku fejn ikun meħtieġ;

24. Jenfasizza l-importanza ta' konsultazzjoni sistematika u mill-qrib bejn l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-persuni b'diżabilità, dawk li jfasslu l-politiki, in-negozji u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fir-rigward tal-inizjattivi l-ġodda kollha, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet relatati mal-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, l-isport u ż-żgħażagħ;

25. Jistieden lill-UE tirratifika l-Protokoll Fakultattiv tas-CRPD tan-NU filwaqt li jfakkar fil-proposta favorevoli tal-Kummissjoni tal-2008 approvata mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu adottata fl-2009 u jenfasizza li sa issa huma l-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri tal-UE li ffirmaw u rratifikaw dan il-protokoll.

26. Jirrikonoxxi li sabiex jiġu żviluppati politiki adegwati biex tiġi żgurata l-edukazzjoni inklużiva għall-persuni kollha li għandhom diżabilità fl-UE, hemm il-ħtieġa ta' data komparabbli u konsistenti tal-UE; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jiġbru data statistika affidabbli dwar il-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità fil-livelli u t-tipi differenti ta' edukazzjoni u taħriġ, dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi ta' mobilità u dwar l-għadd ta' persuni b'diżabilità li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien.

PE578.465v02-00 68/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 69: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni 19.4.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

2500

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Mircea Diaconu, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Mary Honeyball, Dietmar Köster, Zdzisław Krasnodębski

RR\1097687MT.doc 69/98 PE578.465v02-00

MT

Page 70: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

29.4.2016

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-PETIZZJONIJIET

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD(2015/2258(INI))

Rapporteur għal opinjoni(*): Rosa Estaràs Ferragut

(*) Proċedura b'kumitati assoċjati - Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jagħti l-ikbar importanza lill-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità – UNCRPD – ("National implementation and monitoring") li jittratta dwar l-implimentazzjoni u s-sorveljanza nazzjonali, u lill-osservazzjonijiet finali 76 u 77 tal-Kumitat tan-NU u, għalhekk, jilqa' b'sodisfazzjon il-qbil tal-Kumitat tan-NU mal-preżenza tal-Parlament fil-qafas tas-sorveljanza indipendenti;

2. Ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jipprevedi protezzjoni attiva għaċ-ċittadini Ewropej (persuni fiżiċi jew ġuridiċi) skont l-Artikolu 227 tat-TFUE, sabiex dawn ikunu jistgħu jressqu lment kontra ksur tad-drittijiet tagħhom min-naħa tal-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali, inklużi dawk derivati mill-applikazzjoni tal-politiki Ewropej li għandhom l-għan li jimplimentaw is-UNCRPD, fl-ambitu tad-Dikjarazzjoni dwar id-delimitazzjoni tal-kompetenzi annessa mal-Att Finali li jadotta t-Trattat;

3. Jenfasizza l-fatt li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa rikonoxxut bħala wieħed mill-istrumenti istituzzjonali tal-UE (flimkien mal-Ombudsman, maħtur biex jiddefendi liċ-ċittadini f'każ ta' amministrazzjoni ħażina) li kapaċi jaqdu r-rwol ta' protezzjoni fil-qafas tas-sorveljanza indipendenti, f'konformità mal-prinċipji dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet nazzjonali stabbiliti għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ("il-Prinċipji ta' Pariġi"), adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Riżoluzzjoni 48/134 tagħha tal-1993;

4. Jirrimarka li, sabiex iwettaq ir-rwol ta' protezzjoni, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet iqiegħed dmirijietu għas-servizz ta' qafas ta' sorveljanza indipendenti fir-rigward tal-

PE578.465v02-00 70/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 71: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

investigazzjonijiet preliminari ta' ksur tad-dritt tal-UE li jimplimenta lill-UNCRPD, it-trasmissjoni ta' petizzjonijiet lil kumitati Parlamentari oħra biex ikunu jistgħu jinvestigaw jew jieħdu l-azzjoni korrispondenti, u żjarat fuq il-post biex tinġabar informazzjoni u jiġi stabbilit kuntatt mal-awtoritajiet nazzjonali;

5. Ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jirċievi għadd konsiderevoli ta' petizzjonijiet mingħand persuni b'diżabilità kull sena, u dan juri r-realtà ta' miljuni ta' persuni madwar l-Ewropa li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet ta' kuljum fir-rigward tal-aċċess għax-xogħol u l-impjieg, l-edukazzjoni u t-trasport jew il-parteċipazzjoni fil-ħajja politika, pubblika u kulturali; jenfasizza l-importanza tal-Artikolu 29 tal-UNCRPD dwar il-parteċipazzjoni mingħajr diskriminazzjoni tal-persuni b'diżabilità fil-ħajja politika u pubblika;

6. Ifakkar li l-inklużjoni sħiħa tal-persuni b'diżabilità mhix biss dritt u benefiċċju mistħoqq għall-individwi kkonċernati, imma wkoll ass għas-soċjetà b'mod ġenerali peress li din tibbenefika mill-valur u l-ħiliet diversi li dawn il-persuni jġibu magħhom;

7. Ifakkar li sikwit, il-petizzjonijiet li ngħataw l-aktar attenzjoni kienu appoġġjati minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità, u għaldaqstant jeħtieġ li jiġi promoss u mxandar fil-pubbliku r-rwol ta' protezzjoni u l-effikaċja tal-petizzjonijiet imsejsa fuq il-ksur ta' dawn id-drittijiet; ifaħħar ir-rwol ta' dawn l-organizzazzjonijiet f'dak li jikkonċerna l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-persuni b'diżabilità, u jqis li dan il-kompitu għandu jiġi appoġġjat aktar mill-istituzzjonijiet pubbliċi, anke fil-livell tal-finanzjament immirat;

8. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-seduta pubblika "Protection of the rights of persons with disabilities, from the perspective of petitions received" ("Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, mill-perspettiva tal-petizzjonijiet mibgħuta"), li ġiet organizzata mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-15 ta' Ottubru 2015, laħqet standards għolja ta' aċċessibilità, u jirrakkomanda li fil-futur, il-laqgħat kollha tal-kumitati tal-Parlament ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

9. Iqis li huwa importanti li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jorganizza avvenimenti mmirati li jiffokaw fuq il-petizzjonijiet relatati mad-diżabilitajiet, u jenfasizza r-rwol importanti tad-djalogu b'kontribut minn diversi partijiet konċernati, inklużi kumitati rilevanti oħra tal-Parlament Ewropew, membri tal-Qafas tal-UE għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità u l-akkademiċi;

10. Jilqa' l-użu tal-Braille fil-komunikazzjoni mal-petizzjonanti, u jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jużaw il-lingwa tas-sinjali, formati faċli biex jinqraw u l-Braille fil-komunikazzjoni tagħhom maċ-ċittadini sabiex iżommu u jsaħħu l-isforzi għall-inklużjoni taċ-ċittadini fil-ħidma tal-istituzzjonijiet u fil-proġett Ewropew;

11. Iħeġġeġ lis-servizzi tal-Parlament isaħħu l-mekkaniżmu intern stabbilit biex jikkoordina l-implimentazzjoni tal-UNCRPD ("in-Netwerk tal-UNCRPD") sabiex dan jinbidel f'mekkaniżmu trażversali li jkopri l-kumitati parlamentari kollha għas-sorveljanza u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, b'segretarjat tiegħu u b'persunal full-time assenjat esklużivament għalih;

12. Jinnota li xi Stati Membri li rratifikaw il-UNCRPD għadhom iridu jistabbilixxu jew

RR\1097687MT.doc 71/98 PE578.465v02-00

MT

Page 72: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

jinnominaw il-korpi għall-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-Konvenzjoni, kif mitlub skont l-Artikolu 33; jinnota li l-ħdima ta' dawk il-korpi diġà stabbiliti, b'mod partikolari l-oqfsa ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 33(2), hija imxekkla minn nuqqas ta' riżorsi finanzjarji u umani u min-nuqqas għalkollox ta' bażi ġuridika solida għan-nomina tagħhom;

13. Jitlob lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jieħdu passi rapidi biex jiffinalizzaw l-aħħar riformi li għadhom qed iżommuhom milli jirratifikaw il-UNCRPD; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jikkumplementaw ir-ratifika tagħhom tal-UNCRPD bl-adozzjoni tal-Protokoll Fakultattiv; iqis li r-rwol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu jkun iċċarat u rikonoxxut fir-Regoli ta' Proċedura qabel il-konklużjoni tal-Protokoll;

14. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-isforzi biex jallinjaw l-oqfsa ġuridiċi tagħhom mar-rekwiżiti tal-UNCRPD, inkluż rieżami komprensiv tal-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex jiżguraw armonizzazzjoni sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, filwaqt li jistabbilixxu miri u oqfsa ta' żmien ċari għar-riformi, u jidentifikaw l-atturi responsabbli;

15. Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'urġenza d-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD, jirrevedu l-leġiżlazzjoni tagħhom f'dak is-sens u jiżguraw l-infurzar xieraq tagħhom; jitlob li jiġu żviluppati strumenti nazzjonali u li jissaħħu dawk eżistenti bil-għan li l-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom jiġu assistiti aħjar;

16. Iqis li l-UE għandha tkun minn ta' quddiem nett fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tagħhom; jilqa' l-fatt li, għall-ewwel darba, it-twettiq tal-obbligi internazzjonali tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem ġie rieżaminat minn korp tat-trattat tan-NU; jikkunsidra li l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tal-UNCRPD dwar l-implimentazzjoni tal-UNCRPD min-naħa tal-UE, ippubblikati fl-2015, jirrappreżentaw sinjal importanti tal-impenn tal-UE lejn l-ugwaljanza u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u joffru gwida għal azzjonijiet leġiżlattivi u politiċi fl-isfera ta' kompetenza kollha tal-UE;

17. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib ma' istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-UE, kif ukoll mal-Istati Membri, biex tikkoordina s-segwitu effettiv u sistematiku tal-osservazzjonijiet konklużivi, possibbilment permezz ta' strateġija dwar l-implimentazzjoni tal-UNCRPD;

18. Jitlob għal reviżjoni komprensiva tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità (2010–2020);

19. B'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-ewwel valutazzjoni min-NU tal-UNCRPD, iqis li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi strument indipendenti għas-sorveljanza u r-rieżami tal-Konvenzjoni, l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' koordinament interistituzzjonali u l-ħolqien ta' punti lokali ta' informazzjoni u aġenziji f'kull Stat Membru, ħaġa li għandha tkun permanenti;

20. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jallokaw lill-oqfsa ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 33(2) riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti u stabbli biex jaqdu l-funzjonijiet tagħhom; iqis li huma għandhom ukoll jiggarantixxu l-indipendenza tal-oqfsa ta' sorveljanza billi jiżguraw li l-kompożizzjoni u l-funzjonament tagħhom iqisu il-Prinċipji ta' Pariġi dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, kif

PE578.465v02-00 72/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 73: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

meħtieġ skont l-Artikolu 33(2) – dan ikun appoġġjat bit-twaqqif ta' bażi ġuridika formali, li tistabbilixxi b'mod ċar ir-rwol u l-kamp ta' applikazzjoni tal-oqfsa; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għad iridu jaħtru korpi skont l-Artikolu 33 jagħmlu dan mill-iktar fis possibbli u jgħammruhom bir-riżorsi u l-mandati sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw u jissorveljaw l-obbligi tagħhom skont il-UNCRPD b'mod effettiv;

21. Iqis li l-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità għandhom ikunu involuti f'kull stadju tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; iqis li l-proċessi ta' rieżami mill-korpi ta' sorveljanza joffru opportunità imprezzabbli biex jinġabar dak li għandhom xi jgħidu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi dawk tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b'diżabilità; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw konsultazzjoni strutturata u sistematika mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità meta jkunu qed jieħdu passi biex jimplimentaw l-osservazzjonijiet konklużivi rispettivi tagħhom u jippromwovu l-ġbir ta' data u l-iskambju ta' prattiki tajba; jitlob li din il-konsultazzjoni tkun aċċessibbli bis-sħiħ, sabiex ikun possibbli li l-persuni kollha b'diżabilità jipparteċipaw, irrispettivament mit-tip ta' diżabilità;

22. Jenfasizza li l-persuni b'diżabilità għandhom jingħataw l-informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom u jingħataw parteċipazzjoni fil-politiki u l-miżuri kollha li jistgħu jolqtuhom, inkluż mekkaniżmu għall-ilmenti, u li għandha tingħata prijorità lill-parteċipazzjoni tat-tfal b'diżabilità u, meta jkunu jeżistu, lill-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità;

23. Fir-rigward tal-Artikolu 35 tal-UNCRPD, li jobbliga lil dawk l-Istati Membri li jkunu ffirmaw il-Konvenzjoni jissottomettu rapport inizjali u rapporti sussegwenti dwar l-implimentazzjoni tagħhom tal-Konvenzjoni, iqis li tali rapporti għandhom jitressqu kull erba' snin u li għandhom jitħejjew bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità.

24. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi kjarifika dwar id-definizzjoni wiesgħa ta' diżabilità fil-livell tal-UE;

25. Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jippromwovu kampanji ta' qawmien ta' kuxjenza dwar kwistjonijiet relatati mad-diżabilitajiet, minn perspettiva tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li l-midja għandha tistinka biex tipproġetta immaġni pożittiva tal-persuni b'diżabilità, b'enfasi fuq il-ħiliet tagħhom u l-kontribut tagħhom lis-soċjetà, u li żżid il-viżibilità tagħhom;

26. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE jirrikonoxxu kif xieraq ir-rwol ewlieni tal-persuni li jieħdu ħsieb membri tal-familja dipendenti, filwaqt li jiżgurawlhom rikonoxximent soċjali u ekonomiku xierqa u jimplimentaw miżuri ta' sostenn materjali dirett, bħalma huma l-protezzjoni tal-intitolamenti tal-pensjoni jew sussidji li jnaqqsu l-ispejjeż sħaħ tas-servizzi għal dawk li jieħdu ħsieb membri tal-familja dipendenti; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju mmirat biex janalizza l-istatus ġuridiku tal-persuni li jieħdu ħsieb membri tal-familja dipendenti, jew in-nuqqas ta' dan, fl-Istati Membri kollha;

27. Ifakkar li, skont il-Konvenzjoni, il-persuni b'diżabilità għandhom kapaċità ġuridika fuq bażi ugwali mal-oħrajn fl-aspetti kollha tal-ħajja, inkluż l-aċċess għall-ġustizzja – is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom m'għandha għalhekk tirrappreżenta l-ebda ostaklu għal tali aċċess – aċċess għall-votazzjoni, u aċċess għas-servizzi bankarji, għall-kura tas-saħħa,

RR\1097687MT.doc 73/98 PE578.465v02-00

MT

Page 74: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

għall-prodotti u għas-servizzi; jistieden lill-UE tiżgura li l-persuni b'diżabilità jibbenefikaw mid-drittijiet kollha stabbiliti fit-Trattati u fid-dritt tal-UE;

28. Jenfasizza li l-kapaċità ġuridika hija kruċjali biex tinżamm l-awtonomija personali, u li kwalunkwe restrizzjoni tagħha u kwalunkwe rappreżentanza minn kustodji ġuridiċi jridu jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji ċari armonizzati fil-livell tal-UE, u għandu jsir rieżami perjodiku tal-ħtieġa ta' tali rappreżentanza ġuridika aktar fit-tul kif ukoll l-adegwatezza tal-kustodju legali inkwistjoni;

29. Jemmen li l-interpretazzjonijiet restrittivi fil-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri tas-salvagwardji fir-rigward tad-dritt tal-vot għandhom jiġu riveduti fejn dawn jimpedixxu lill-persuni b'diżabilità psikosoċjali milli jeżerċitaw dan id-dritt (l-Artikolu 29 tal-UNCRPD);

30. Jilqa' l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità fit-2 ta' Diċembru 2015; ifakkar li huwa meħtieġ approċċ komprensiv lejn l-aċċessibilità u li d-dritt għall-aċċessibilità kif imniżżel fl-Artikolu 9 tal-UNCRPD jeħtieġ ikun garantit lill-persuni b'kull xorta ta' diżabilità;

31. Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u ssaħħaħ l-użu tal-Fondi Strutturali mill-Istati Membri, bil-ħsieb li jiġu żviluppati servizzi soċjali ta' kwalità għolja għall-persuni b'diżabilità u li tiġi żgurata t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-komunità;

32. Jissottolinja li l-persuni kollha b'diżabilità għandhom id-dritt li jgħixu f'soċjetà li fiha jgawdu l-opportunitajiet indaqs flimkien mal-oħrajn, biex b'hekk tiġi żgurata l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà;

33. Jitlob li l-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment isir b'mod ibbilanċjat, filwaqt li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' komunitajiet u sistemi ta' istituzzjonalizzazzjoni aktar inklużivi fejn mitlub, b'tali mod li fiż-żewġ każijiet, il-persuni b'diżabilità, inklużi t-tfal u ż-żgħażagħ, jistgħu jirċievu l-appoġġ u l-assistenza xierqa madwar l-UE kollha, u b'hekk titrawwem il-mira ta' awtonomija akbar fi ħdan il-possibbiltajiet ta' kull individwu;

34. Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri xierqa biex jippromwovu l-aċċess għall-fondi strutturali għal servizzi ta' appoġġ, b'kunsiderazzjoni speċjali għat-tfal u ż-żgħażagħ, u l-familji tagħhom;

35. Jenfasizza li l-istituti li joffru appoġġ għall-persuni b'diżabilità, u b'mod partikolari dawk responsabbli mill-faċilitajiet sikuri, għandhom ikunu suġġetti f'forma protokolari u obbligatorja li jissodisfaw standards li għandhom jiġu definiti, u għandhom jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet perjodiċi;

36. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jipprovdu miżuri effettivi mmirati biex jindirizzaw b'mod determinat is-segregazzjoni tal-istudenti b'diżabilità fl-iskejjel u l-ambjenti tat-tagħlim, billi jagħmlu l-isforzi kollha neċessarji biex jiżguraw li huma jgawdu bis-sħiħ edukazzjoni formali, mhux formali u informali li hi inklużiva u ta' kwalità għolja;

37. Jistieden lill-Kummissjoni tfassal rapport dwar l-impatt fuq il-persuni b'diżabilità tal-politiki u l-fondi ta' investiment ewlenin tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati

PE578.465v02-00 74/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 75: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

Membri jinvolvu lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità fl-ipprogrammar tal-Programmi Operazzjonali; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li tiġi ggarantita l-aċċessibilità sħiħa tal-persuni b'diżabilità għall-programmi tal-UE bħalma huma l-inizjattivi Erasmus+, Garanzija għaż-Żgħażagħ u EURES;

38. Jenfasizza li t-tfal b'diżabilità jiltaqgħu ma' problemi speċifiċi u li għandhom isiru sforzi biex jiġi eliminat kull tip ta' ostaklu u barriera, u dan jippermettilhom jiksbu awtonomija sħiħa u jgawdu minn opportunitajiet indaqs, ħaġa li biex issir hu kruċjali li dawn ikunu involuti fit-tfassil tal-politiki li jaffettwawhom; iqis li, għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti strumenti li jagħmluha possibli li t-tfal b'diżabilità jsemmgħu l-fehmiet tagħhom u jiġi żgurat l-involviment tagħhom;

39. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura edukazzjoni inklużiva ta' kwalità għolja fl-iskejjel Ewropej minn età bikrija, b'approċċ preventiv u b'viżjoni ta' diżabilità, f'konformità mar-rekwiżiti tal-UNCRPD dwar valutazzjoni multidixxiplinarja tal-bżonnijiet individwali, in-nonesklużjoni tat-tfal b'diżabilità, kif ukoll il-provvediment ta' akkomodazzjoni raġonevoli adegwata;

40. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri urġenti, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità, bil-għan li jiġu żgurati l-protezzjoni soċjali u livell ta' ħajja adegwat għal dawn il-persuni kif ukoll biex jitħarsu mill-konsegwenzi tal-miżuri ta' awsterità meħuda b'riżultat tal-kriżi ekonomika;

41. Jistieden lill-Istati Membri jastjenu milli jnaqqsu l-benefiċċji relatati mad-diżabilità, is-servizzi bbażati fil-komunità, is-servizzi tas-saħħa, il-programmi ta' taħriġ u ta' edukazzjoni, ħaġa li se ddgħajjef il-UNCRPD u tirriżulta f'livelli ogħla ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali;

42. Jieħu nota tal-petizzjonijiet li jiddeskrivu każijiet f'xi Stati Membri ta' atti li jixirqilhom kundanna f'dak li jikkonċerna l-iżgurar tas-sussistenza tal-persuni b'diżabilità, mhux biss fir-rigward tan-nuqqas ta' ħlas tas-sussidji mogħtija bil-liġi, iżda wkoll każijiet bħal fil-Petizzjoni 1062/2014 fejn l-awtoritajiet allegatament ħadu deċiżjonijiet amministrattivi arbitrarji sabiex inaqqsu l-allokazzjonijiet mogħtija preċedentement fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet mediċi dubjużi li effettivament naqqsu l-grad ta' diżabilità; jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kkonċernati jkunu aktar sensittivi għall-implikazzjonijiet ta' tali azzjonijiet fuq ħajjet l-individwi affettwati u l-familji tagħhom, u jitlob li l-Kummissjoni timmonitorja bir-reqqa d-diversi politiki u miżuri relatati dwar id-diżabilitajiet li huma implimentati fl-Istati Membri differenti;

43. Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jeżaminaw mill-ġdid ir-Regolamenti tal-Persunal, ir-regolamenti interni u r-regoli implimentattivi bil-għan li jadottaw politiki ta' reklutaġġ komprensivi, inklużi miżuri pożittivi, biex iżidu attivament il-għadd ta' persunal u apprendisti b'diżabilità u jiżguraw li l-impjegati kollha tal-istituzzjonijiet tal-UE li għandhom diżabilità, jew li għandhom membri tal-familja dipendenti b'diżabilità, jirċievu l-akkomodazzjoni raġonevoli li jeħtieġu sabiex igawdu d-drittijiet tagħhom fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex din tkopri b'mod komprensiv il-bżonnijiet tas-saħħa relatati mad-diżabilità b'mod li jkun kompatibbli mal-Konvenzjoni;

44. Jenfasizza li l-libertà tal-moviment taċ-ċittadini Ewropej għandha tiġi garantita għall-

RR\1097687MT.doc 75/98 PE578.465v02-00

MT

Page 76: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

persuni b'diżabilità, ħaġa li tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tas-sitwazzjoni u tad-drittijiet soċjali tagħhom (l-Artikolu 18 tas-CRPD);

45. Iqis li l-Karta Ewropea tad-Diżabilità se tippermetti lill-persuni b'diżabilità jivvjaġġaw lil hinn mill-fruntieri tal-pajjiżi tagħhom u jgawdu l-benefiċċji tal-fatt li jkunu jistgħu jaċċedu għall-kultura, it-trasport u l-isport, u li għandhom jiġu eżaminati benefiċċji oħra u r-rikonoxximent reċiproku tagħhom għandu jiġi promoss;

46. Iqis li l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali għandha tiġi implimentata b'tali mod li jiġi żgurat l-aċċess sħiħ għall-aspetti kollha tagħha għall-persuni b'diżabilità;

47. Jinnota li madwar 48 % biss tal-persuni b'diżabilità fl-UE għandhom impjieg u 27,8 % biss lestew kors ta' edukazzjoni għolja; jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri, skont l-Artikolu 27 tal-UNCRPD, jabolixxu kwalunkwe ostakli eżistenti fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi għal persuni b'diżabilità u jippromwovu politiki attivi, permezz ta' taħriġ imfassal apposta u strumenti speċifiċi, li għandhom irawmu u jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol; jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri fir-rigward tal-iktar għodod effiċjenti sabiex jiżdiedu r-rati tal-okkupazzjoni;

48. Jenfasizza li l-aċċess għas-sistemi tal-kura tas-saħħa u għall-assistenza fil-kura tas-saħħa għandu jiġi garantit għall-persuni b'diżabilità bla diskriminazzjoni, u, barra minn hekk, il-livell tal-attenzjoni waqt it-trattament għandu jiġi adattat għad-diffikultajiet li dan it-tip ta' pazjenti jista' jkollhom; jenfasizza, b'mod partikolari, li l-aċċess mhux diskriminatorju għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva għandu jiġi żgurat u li taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom jiġu imposti l-isterilizzazzjoni jew l-abort kontra r-rieda ta' persuna, u li s-sistemi tal-kura tas-saħħa għandhom, barra minn hekk, jiggarantixxu l-identifikazzjoni, ir-rappurtar u l-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali u/jew l-abbuż sesswali;

49. Jenfasizza li l-iskemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa m'għandhomx jiddiskriminaw kontra l-persuni b'diżabilità;

50. Iqis li l-impatt tad-Direttiva dwar is-Saħħa Transkonfinali fuq il-persuni b'diżabilità għandu jiġi eżaminat;

51. Jenfasizza li l-għoti tal-kunsens infurmat mill-persuni b'diżabilità għandu jiġi żgurat fl-atti mediċi kollha li jeħtieġu dan, u li għal dan il-għan għandhom ikunu disponibbli l-mezzi meħtieġa kollha biex tiġi żgurata l-aċċessibilità għall-informazzjoni għal dawn il-persuni, kif ukoll li dawn jifhmu l-informazzjoni rilevanti; jenfasizza li dan il-kunsens irid jingħata personalment, minn qabel u b'għarfien sħiħ tal-fatti, bil-mekkaniżmi kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji jiġu rrispettati, u li miżuri xierqa simili għandhom jittieħdu wkoll fir-rigward tal-persuni b'diżabilità psikosoċjali;

52. Iqis li r-regolament dwar it-trasport bl-ajru u marittimu għandu jiġi rivedut f'dak li jikkonċerna l-passiġġieri sabiex ma jkun fih l-ebda diskriminazzjoni, fiżika jew ekonomika, fir-rigward tal-persuni b'diżabilità u sabiex jiġu eliminati l-ostakli kollha;

53. Jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rakkomandazzjoni tan-NU dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha dwar id-diżabilità, u b'mod partikolari il-politiki li għandhom il-għan li jiġġieldu lill-vjolenza u d-diskriminazzjoni;

PE578.465v02-00 76/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 77: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

jistieden lill-Unjoni Ewropea taderixxi mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) bħala pass ieħor lejn il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilità; jistieden ukoll lill-UE tippromwovi politiki biex tiġġieled lid-diskriminazzjoni kontra l-persuni b'diżabilità;

54. Jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE biex jaslu għal ftehim fuq direttiva b'saħħitha dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi tal-korpi tas-settur pubbliku, li għandha tapplika għas-siti elettroniċi kollha li jipprovdu servizzi pubbliċi – inkluż fejn dawn huma pprovduti minn entitajiet privati u/jew iffinanzjati, jew parzjalment iffinanzjati, minn fondi pubbliċi – , għas-siti tal-internet aċċessibbli minn apparat mobbli u applikazzjonijiet mobbli, u dokumenti li jistgħu jitniżżlu (Word, PDF, eċċ.) li huma użati b'mod estensiv fi proċessi online; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jiggarantixxu li l-paġni web u d-dokumenti kollha tagħhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità sensorjali;

55. Jitlob ratifika malajr tat-Trattat ta' Marrakexx biex Jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Ippubblikati għall-Persuni Għomja, b'Diżabilità fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat; jinnota b'għadab profond li seba' Stati Membri tal-UE iffurmaw blokk ta' minoranza li qed jimpedixxi l-proċess ta' ratifika tat-Trattat ta' Marrakexx u jħeġġiġhom jerġgħu jikkunsidraw il-pożizzjoni tagħhom u jiffaċilitaw ir-ratifika, indipendentement minn jekk hemmx bżonn ta' reviżjoni tal-qafas ġuridiku tal-UE jew tad-deċiżjoni mistennija tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kwistjoni tal-kompetenzi, li għadha tista' tieħu għadd ta' xhur;

56. Jitlob l-iżblokkar urġenti tad-direttiva tal-UE ta' kontra d-diskriminazzjoni, li mill-2008 'l hawn ma sar l-ebda progress fuqha fil-Kunsill.

RR\1097687MT.doc 77/98 PE578.465v02-00

MT

Page 78: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni 19.4.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

2810

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Marina Albiol Guzmán, Margrete Auken, Alberto Cirio, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Peter Jahr, Rikke Karlsson, Jude Kirton-Darling, Notis Marias, Edouard Martin, Roberta Metsola, Marlene Mizzi, Julia Pitera, Gabriele Preuß, Eleni Theocharous, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Enrique Calvet Chambon, Kostadinka Kuneva, Miltiadis Kyrkos, Jérôme Lavrilleux, Julia Reda, Ángela Vallina, Reiner Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Martina Dlabajová, Zbigniew Kuźmiuk

PE578.465v02-00 78/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 79: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

27.4.2016

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD

(2015/2258(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Davor Škrlec

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jobbliga lill-Unjoni tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq d-diżabilità meta jiġu ddefiniti u implimentati l-politiki u l-attivitajiet tagħha (l-Artikolu 10) u jagħti s-setgħa li tiġi adottata leġiżlazzjoni li tindirizza tali diskriminazzjoni (l-Artikolu 19);

B. billi l-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilità u jipprevedu l-parteċipazzjoni ugwali ta' persuni b'diżabilità fis-soċjetà;

C. billi, fir-reazzjonijiet tagħha għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta' Settembru 2011 dwar ''L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew"1, li ġiet adottata mill-Kummissjoni fit-13 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li tiġi żgurata katina mingħajr interruzzjoni ta' servizzi aċċessibbli għal kulħadd (trasport, akkomodazzjoni, kejtering u attrazzjonijiet), u, għal dan l-għan, hija bdiet timplimenta azzjonijiet biex titqajjem kuxjenza, jittejbu l-ħiliet fis-settur tat-turiżmu u fl-aħħar mill-aħħar tiżdied il-kwalità tal-faċilitajiet turistiċi għal dawk bi bżonnijiet speċjali jew b'diżabilitajiet;

D. billi l-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità, b'diversità funzjonali u b'mobilità mnaqqsa fl-oqsma tat-trasport, il-mobilità u t-turiżmu jitqabblu ma' opportunitajiet ta' innovazzjoni kummerċjali għas-servizzi tat-trasport u l-mobilità u jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet

1 ĠU C 56E, 26.2.2013, p. 41.

RR\1097687MT.doc 79/98 PE578.465v02-00

MT

Page 80: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

fejn kulħadd jirbaħ f'li jaqdu l-persuni b'kull tip ta' diżabilità (inklużi, iżda mhux limitati għal, persuni b'mobilità mnaqqsa (PMM), nies neqsin mid-dawl, persuni torox u b'diffikultajiet ta' smigħ, persuni bl-awtiżmu u persuni b'diżabilitajiet intellettwali jew psikosoċjali) kif ukoll l-utenti l-oħra kollha ta' dawn is-servizzi, fl-ispirtu ta' "disinn għal kulħadd";

E. billi hemm 80 miljun persuna b'diżabilità jew b'diversità funzjonali fl-Ewropa, jiġifieri wieħed minn kull sitta tal-popolazzjoni;

1. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu ħsieb b'mod aħjar il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità, u jqisu dawn il-ħtiġijiet b'mod konsistenti meta jirrevedu r-regolamenti tal-UE, bħal dawk dwar id-drittijiet tal-passiġġieri b'modi differenti ta' trasport (ir-Regolamenti (KE) Nru 1107/2006 u (KE) Nru 261/2004 dwar it-trasport bl-ajru, ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 dwar it-trasport ferrovjarju, ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 dwar it-trasport bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u r-Regolament (UE) Nru 181/2011 dwar it-trasport b'xarabank u b'kowċ), u meta jfasslu leġiżlazzjoni, pereżempju dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tal-ivvjaġġar b'iktar minn mezz wieħed tat-trasport; jenfasizza li l-UE impenjat ruħha favur Ewropa mingħajr ostakoli fl-2010 fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020;

2. Jistieden lill-UE ssaħħaħ il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri u tarmonizza l-ħidma tal-korpi nazzjonali għall-infurzar, u jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni tal-UE maħsuba biex ittejjeb l-aċċessibilità tat-trasport fil-livell lokali, reġjonali u statali għal skopijiet ta' trasport u turiżmu (inklużi karozzi tal-linja u taksis, it-trasport pubbliku urban u t-trasport bil-ferrovija, bl-ajru u bil-baħar, inklużi wkoll stazzjonijiet, ajruporti u portijiet) u biex jiġu indirizzati l-ostakli għal Ewropa mingħajr ostakoli, pereżempju billi jissaħħu l-kompetenzi tal-korpi ta' infurzar rilevanti taħt il-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri sabiex tkun żgurata l-effikaċja u drittijiet ugwali għall-passiġġieri b'diżabilità kollha madwar l-UE, inkluż fir-rigward tal-aċċessibilità u l-istandardizzazzjoni, l-armonizzazzjoni, ir-rekwiżiti tekniċi, l-inċentivi għall-kumpaniji, il-politika tat-trejdunjins u l-ftehimiet kollettivi;

3. Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara r-responsabilitajiet ta' kull wieħed mill-atturi involuti fl-għoti ta' kura għall-PMM, b'mod partikolari fir-rigward ta' trasferimenti bejn mezzi differenti tat-trasport, u tipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni ta' assoċjazzjonijiet għall-persuni b'diżabilità u r-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri;

4. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jmexxu 'l quddiem malajr kemm jista' jkun l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020; jiddispjaċih li ddewmet ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' din l-Istrateġija, prevista għall-2015, u jistieden lill-Kummissjoni tlesti u tikkomunika din il-valutazzjoni mill-aktar fis possibbli;

5. Jemmen bis-sħiħ fil-vantaġġi ta' regoli tal-aċċessibilità komuni fil-livell tal-UE, u għalhekk jistenna bil-ħerqa l-adozzjoni malajr tal-proposta tal-Kummissjoni għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità1;

1 COM(2015)0615.

PE578.465v02-00 80/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 81: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

6. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità, li huwa strumentali biex jindirizza l-kwistjonijiet kollha relatati mal-aċċessibilità tal-PMM fl-oqsma tat-trasport, il-mobilità u t-turiżmu, u jiġi żgurat li s-servizzi tat-trasport bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u tal-passiġġieri fuq l-ilma, speċjalment fir-rigward tal-possibilità ta' aċċess fuq l-istazzjonijiet pubbliċi kollha u ferroviji taħt l-art u l-ferroviji, websajts, servizzi bbażati fuq apparat mobbli, Smart Ticketing u informazzjoni f'ħin reali, u t-terminals self-service, magni tal-biljetti u magni tar-reġistrazzjoni użati għall-forniment ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri jkunu kompletament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

7. Jirrikonoxxi li n-negozji ż-żgħar u ta' daqs medju se jibbenefikaw meta jikkonformaw ma' rekwiżiti standard tal-UE, minflok ma jkollhom jadattaw għal regoli nazzjonali diverġenti; jiddispjaċih, madankollu, li prodotti u servizzi turistiċi tat-turiżmu ta' natura transkonfinali ma jaqgħux taħt il-proposta għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità; jenfasizza li ma ttiħdux aktar azzjonijiet fil-livell tal-UE fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi tat-turiżmu sabiex gradwalment tiġi armonizzata klassifikazzjoni tal-lukandi, filwaqt li jitqiesu l-kriterji tal-aċċessibilità;

8. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi r-ratifika mill-UE tal-Protokoll Mhux Obbligatorju mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità biex il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom aħjar, speċjalment rigward in-nuqqas ta' aċċess tagħhom għal servizzi tat-trasport u l-aspetti tal-ambjent mibni, inklużi faċilitajiet turistiċi u akkomodazzjoni;

9. Jenfasizza li l-aċċessibilità bla xkiel għas-servizzi tat-trasport, il-vetturi, l-infrastruttura u ċ-ċentri ta' konnessjoni intermodali, b'mod partikolari f'żoni rurali, hija essenzjali biex ikunu żgurati sistemi ta' mobilità ħielsa mid-diskriminazzjoni integrata; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-persuni b'diżabilità għandu jkollhom aċċess għall-prodotti u s-servizzi u li jeħtieġ li jsir sforz ulterjuri sabiex is-servizzi turistiċi u dawk tat-trasport, il-vetturi u l-infrastruttura jkunu aċċessibbli; jinnota li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa toffri l-possibilità li jiġu ffinanzjati miżuri fiż-żoni urbani u miżuri biex tittejjeb l-aċċessibilità għall-persuni b'xi tip ta' diżabilità, finanzjament li jista' jammonta għal massimu ta' 10 % tal-ispejjeż tal-adattament;

10. Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-fondi TEN-T, biex tippubblika l-progress li sar dwar il-miżuri u l-ammont ta' għajnuna mogħtija għall-adattament tal-infrastruttura għan-nies b'diżabilità taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u tipi oħra ta' finanzjament tal-UE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tieħu azzjoni sabiex tippromwovi involviment akbar fi proġetti mmirati lejn l-adattament ta' infrastruttura għal persuni b'diżabilità, inkluż, fost affarijiet oħra, sessjonijiet ta' informazzjoni u disseminazzjoni għal żviluppaturi potenzjali;

11. Jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' miżuri ta' finanzjament f'żoni urbani, fejn in-nies għandhom jaqilbu bejn il-modi differenti tat-trasport b'mod aktar frekwenti u fejn persuni b'xi tip ta' problemi ta' mobilità jħabbtu wiċċhom l-iktar ma' diffikultajiet;

12. Jisħaq li l-aċċessibilità hija essenzjali jekk irridu li n-nies b'diżabilità jieħdu vantaġġ sħiħ minn dak li qed joffri t-turiżmu Ewropew;

13. Jenfasizza li formati konsistentement aċċessibbli għandhom ikunu fuq nett fl-aġenda tal-politiki tas-suq ta' mobilità diġitalizzata, u għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għall-persuni

RR\1097687MT.doc 81/98 PE578.465v02-00

MT

Page 82: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

kollha bi kwalunkwe tip ta' diżabilità bl-użu ta' lingwi, formati u teknoloġiji aċċessibbli u xierqa għal tipi differenti ta' diżabilità, inklużi l-lingwi tas-sinjali, il-Braille, is-sistemi ta' komunikazzjoni awmentattivi u alternattivi u mezzi aċċessibbli oħra, modalitajiet u formati ta' komunikazzjoni tal-għażla tagħhom, inklużi lingwi jew ritratti, sottotitoli u messaġġi testwali personali li jinqraw faċilment, għal informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, l-ibbukkjar u l-ħruġ ta' biljetti, filwaqt li jintuża aktar minn mezz sensorju wieħed; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fir-rigward ta' faċilitajiet ta' trasport u servizzi xierqa, tistabbilixxi mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' kontroll li jiżguraw li l-aċċessibilità u apparat ta' assistenza għal persuni b'diżabilità jiġu offruti wkoll fis-servizzi tat-trasport pubbliku fl-Istati Membri kollha;

14. Jenfasizza li l-persuni b'diżabilità għandhom ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar servizzi multimodali u transkonfinali li jipprovdu trasport bieb sa bieb b'tali mod li jkunu jistgħu jagħżlu bejn l-aktar servizz sostenibbli, l-irħas wieħed jew l-aktar wieħed rapidu, u jibbukkjaw u jħallsu għal dawn is-servizzi online;

15. Jitlob li l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar f'ħin reali tkun disponibbli sabiex, qabel ma jitilqu fuq vjaġġ, il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar interruzzjonijiet jew arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar;

16. Jilqa' l-proġett pilota Karta Ewropea tad-Diżabilità; jistieden lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw u jużaw, fejn xieraq, l-aħħar żviluppi teknoloġiċi, b'mod partikolari fl-oqsma tal-intermodalità, l-interkonnettività u l-interoperabilità, u jenfasizza li l-prinċipju tad-diżinn universali għandu dejjem jiġi applikat meta jiddiżinjaw il-prodotti relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u fuq l-ilma tal-passiġġieri, sabiex jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta' aċċessibilità; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jingħaqdu mal-inizjattiva tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità u jitlob lill-Kummissjoni biex talloka r-riżorsi finanjarji meħtieġa biex il-Karta Ewropea tad-Diżabilità tiġi żviluppata bħala proġett madwar l-UE kollha;

17. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu passi biex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jużaw faċilment in-numru ta' emerġenza 112, ikunu fejn ikunu fl-Ewropa;

18. Jenfasizza li trid tingħata attenzjoni speċjali lil teknoloġiji ta' assistenza li jippermettu ħajja indipendenti ta' persuni b'diżabilità, u li għarfien miksub dwar il-ħtieġa għal mobilità mingħajr xkiel u servizzi turistiċi jrid ikun integrat b'mod aktar sħiħ fi programmi ta' riċerka u innovazzjoni li jmiss, bħal dawk fi ħdan il-programm Orizzont 2020; jinnota li dan se jinvolvi titjib u l-armonizzazzjoni ta' data statistika fuq livell Ewropew u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki;

19. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-riċerka, il-ġbir tad-data u l-iskambju tal-prattiki tajba b'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-persuni b'diżabilità, u tagħti ħarsa ġenerali regolari ta' data dwar l-aċċessibilità għas-servizzi tat-turiżmu għall-persuni b'diżabilità, kif previst fiż-żewġ annessi għar-Regolament (UE) Nru 692/2011 dwar l-istatistika tat-turiżmu;

20. Jenfasizza li servizzi turistiċi għandhom iqisu l-bżonnijiet speċjali tal-persuni b'diżabilità, bħalma huma l-aċċess faċli għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u għal faċilitajiet bħal kmamar, kmamar tal-banju, tojlits u żoni oħra interni;

PE578.465v02-00 82/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 83: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

21. Jitlob lill-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri biex iħejju strateġiji ta' sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, jiffaċilitaw it-taħriġ tal-persunal fit-trasport u t-turiżmu f'sensibilizzazzjoni u b'rabta mal-ugwaljanza, u jinkoraġġixxu l-kollaborazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajba fost organizzazzjonijiet Ewropej li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità u korpi pubbliċi u privati responsabbli mit-trasport; iħeġġeġ li l-materjal ta' taħriġ ikun disponibbli wkoll f'formati aċċessibbli;

22. Jenfasizza li l-impjegati tal-kumpaniji tal-ajru għandhom jingħataw taħriġ rigoruż sabiex il-linji tal-ajru jkunu jistgħu jipprovdu servizzi adegwati għal persuni b'diżabilità; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li l-persunal ikun jista' jittratta siġġijiet tar-roti mingħajr ma jagħmlilhom ħsara;

23. Jafferma li l-prinċipju tat-"turiżmu għal kulħadd" għandu jkun il-punt ta' riferiment għal kwalunkwe azzjoni marbuta mat-turiżmu fuq livell lokali, reġjonali, nazzjonali u f'dak Ewropew; jenfasizza li l-fornituri tas-servizzi tat-turiżmu għandhom jieħdu ħsieb il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità billi jippromwovu l-adattament ta' faċilitajiet u persunal għall-attivitajiet ta' taħriġ.

RR\1097687MT.doc 83/98 PE578.465v02-00

MT

Page 84: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni 26.4.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

4211

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Stelios Kouloglou, Merja Kyllönen, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Gabriele Preuß, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Tapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Rosa D’Amato, Jill Evans, Michael Gahler, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Marek Plura, Davor Škrlec, Dubravka Šuica, Ruža Tomašić, Evžen Tošenovský, Henna Virkkunen

PE578.465v02-00 84/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 85: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

28.4.2016

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD(2015/2258(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Nessa Childers

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jenfasizza l-korrelazzjoni qawwija bejn id-diżabilità, li taffettwa aktar minn 15 % tal-popolazzjoni tal-UE, u l-problemi tas-saħħa, b'diffikultajiet u ostakli persitenti għall-aċċess li jwasslu għall-għoti ta' servizzi tal-kura tas-saħħa lill-persuni b'diżabilità li ma jkunux adegwati jew li ma jintlaħqux, inkluż meta d-diżabilità tirriżulta minn reazzjoni avversa għal mediċina; jinnota li n-nuqqas ta' aċċess għal servizzi tas-saħħa ta' kwalità għandu effett negattiv fuq il-kapaċità ta' dawk b'diżabilità li jgħixu b'mod indipendenti u inklużiv u fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor;

2. Jinnota bi tħassib li l-persuni b'diżabilità jirrappurtaw rati sinifikament ogħla ta' għoti inadegwat jew ċaħda tal-kura, u każijiet ta' trattament furzat jew ħażin, li jindikaw in-nuqqas ta' taħriġ tal-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa dwar il-ħtiġijiet ta' kura tas-saħħa tal-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Istati Membri biex jinvestu fit-taħriġ tal-professjonisti li jikkuraw u jassistu lill-persuni b'diżabilità;

3. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati u indirizzati kwistjonijiet ta' diskriminazzjoni intersezzjonali u multipla, fid-dawl tal-inċidenza għolja b'mod partikolari ta' problemi tas-saħħa serji rrappurtati fost in-nisa b'diżabilità, il-perċentwali ġeneralment ogħla ta' problemi ta' saħħa mentali fost il-popolazzjoni femminili, partikolarment fost il-migranti, ir-rifuġjati u l-persuni li jfittxu asil, u każijiet oħra ta' diskriminazzjoni li tista' tiġi evitata kontra persuni b'diżabilità, bħal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-età, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità, u l-inugwaljanzi soċjali;

RR\1097687MT.doc 85/98 PE578.465v02-00

MT

Page 86: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

4. Jistieden lill-Istati Membri jadottaw proċeduri u dispożizzjonijiet ġuridiċi li jirrikonoxxu, jipprevjenu u jindirizzaw b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali u biex jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprovdu sensibilizzazzjoni u taħriġ dwar id-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali kemm għall-atturi pubbliċi kif ukoll għal dawk privati, b'attenzjoni partikolari għan-nisa, it-tfal, il-leżbjani, l-omosesswali, il-bisesswali, il-persuni transġeneru u l-persuni intersesswali (LGBTI) u l-migranti b'diżabilità;

5. Jenfasizza l-kunsens informat u l-proċeduri aċċessibbli bħala prekondizzjoni għad-dritt ta' persuni b'diżabilità biex b'mod liberu jeżerċitaw deċiżjonijiet li jikkonċernaw it-trattament mediku tagħhom bl-aħjar mod possibbli, b'attenzjoni partikolari għall-persuni b'diżabbiltajiet fit-tagħlim; jitlob li d-drittijiet tal-pazjenti jkunu fil-qalba tal-kura;

6. Ifakkar li l-Kummissjoni tinsab f'pożizzjoni privileġġata biex tiffaċilita u tixpruna l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki madwar l-Istati Membri fir-rigward tal-aċċess ugwali għas-servizzi tal-kura tas-saħħa konvenzjonali u l-għoti ta' kura u trattament speċifiċi għad-diżabilità;

7. Jistieden lill-Kummissjoni tintegra approċċi orjentati lejn id-diżabilità fl-istrumenti u l-politiki tagħha tas-saħħa sabiex tikkontribwixxi għal riżultati ta' saħħa mtejba għal nies b'diżabilità fl-Istati Membri, permezz ta' aċċessibilità fiżika, ambjentali u sensorjali, kwalità u affordabilità aħjar, u filwaqt li jkunu qed jiġu żviluppati l-istrumenti u l-politiki fuq dawn il-linji, twettaq konsultazzjonijiet bir-reqqa ma' persuni b'diżabilità;

8. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien sabiex jgħinu lit-tfal u l-adolexxenti b'diżabilità jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għall-ħtieġa li titħeġġeġ it-trobbija tagħhom fi ħdan il-familja u l-komunità, minflok ma jiġu istituzzjonalizzati;

9. Itenni li d-drittijiet riproduttivi huma fost il-libertajiet fundamentali garantiti skont id-Dikjarazzjoni ta' Vjenna u l-Programm ta' Azzjoni u l-UNCPRD, li jinkludu: id-dritt għall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, id-dritt għaż-żwieġ u t-trobbija ta' familja; id-dritt għal kura komprensiva tas-saħħa riproduttiva inklużi l-ippjanar tal-familja u s-servizzi tas-saħħa materna, l-edukazzjoni, u l-informazzjoni; id-dritt li jingħata kunsens infurmat għall-proċeduri mediċi kollha inklużi l-isterilizzazzjoni u l-abort; u d-dritt li persuna tkun ħielsa mill-abbuż u l-isfruttament sesswali;

10. Jitlob lill-Kummissjoni tadotta miżuri biex tiżgura li l-kura tas-saħħa u s-servizzi kollha pprovduti lil nisa b'diżabilità, inklużi s-servizzi u l-kura kollha tas-saħħa riproduttiva u s-saħħa mentali, ikunu aċċessibbli u bbażati fuq il-kunsens liberu u informat tal-individwu kkonċernat;

11. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw linji gwida biex jiżguraw li l-edukazzjoni, l-informazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-servizzi kollha relatati mas-saħħa sesswali u riproduttiva jkunu disponibbli għan-nisa u l-bniet b'diżabilità f'formati aċċessibbli u adattati skont l-età, inklużi l-lingwi tas-sinjali, il-Braille, il-komunikazzjoni bis-sens tal-mess, it-tipa kbira, u modi, mezzi u formati alternattivi oħra ta' komunikazzjoni;

12. Jitlob ukoll lill-Istati Membri jiżguraw li t-trattament involontarju u r-reklużjoni ma jkunux permessi mid-dritt b'konformità mal-istandards internazzjonali l-iktar riċenti;

PE578.465v02-00 86/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 87: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

13. Jinnota li n-nuqqas ta' statistika u data diżaggregati fil-livell sottonazzjonali u minn sottogruppi fil-popolazzjoni huwa ostaklu għat-tfassil ta' politiki adegwati biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fl-aċċess; jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri billi tarmonizza d-definizzjoni u l-ġbir tal-indikaturi taż-żmien ta' stennija u billi tistabbilixxi u tinforza standards għall-aċċessibilità tal-faċilitajiet tas-saħħa għall-persuni b'diżabilità;

14. Jitlob lill-Kummissjoni biex ma tappoġġax miżuri ta' awsterità li x'aktarx jipproduċu effetti negattivi mifruxa madwar l-UE kollha fuq l-għoti ta' kura tas-saħħa adegwata għall-persuni b'diżabilità;

15. Jitlob lill-Istati Membri joqogħdu lura milli jwettqu tnaqqis fil-benefiċċji relatati mad-diżabilità, fis-servizzi bbażati fil-komunità u fis-servizzi tas-saħħa, li jwasslu għad-deterjorament tas-saħħa u l-benessri tal-persuni b'diżabilità u tal-familjari li jieħdu ħsiebhom;

16. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi komponent speċifiku għad-diżabilità fl-evalwazzjoni tagħha tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex iġibu 'l quddiem l-implimentazzjoni tagħhom mill-perspettiva tal-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità u d-dritt tagħhom li jkunu jafu, u jużaw b'mod effikaċi, fuq bażi ugwali mal-oħrajn, id-dispożizzjonijiet u l-istrumenti tad-Direttiva, li l-konsapevolezza tagħhom hija baxxa anke fost il-pubbliku ġenerali;

17. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa gwida madwar l-UE kollha għall-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali dwar l-għoti ta' informazzjoni aċċessibbli għall-pazjenti kollha dwar il-kura fi Stati Membri oħrajn, filwaqt li żżomm quddiem għajnejha r-rwol partikolari tal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti;

18. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri u lill-membri tan-Netwerk Ewropew ta' Referenza sabiex jestendu r-riżorsi u l-kompetenzi tan-netwerk għal forom ta' diżabilità li, minkejja li mhux neċessarjament ikunu rari, jirrikjedu wkoll kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna li tingħata minn timijiet ta' kura tas-saħħa multidixxiplinari u konċentrazzjoni ta' għarfien u riżorsi permezz ta' dan il-qafas;

19. Jilqa' l-proġett pilota tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha biex jingħaqdu mal-inizjattiva tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità u jitlob lill-Kummissjoni, jekk xieraq, talloka r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex il-Karta Ewropea tad-Diżabilità tiġi żviluppata bħala proġett madwar l-UE kollha;

20. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li s-servizzi tas-saħħa elettroniċi u mobbli, l-applikazzjonijiet u t-tagħmir, inklużi n-numru ta' emerġenza 112, li jrid ikun jista' jintuża faċilment kullimkien madwar l-Ewropa, u s-sistema ta' lokalizzazzjoni ta' emerġenza avvanzata (AML), ikunu kompletament aċċessibbli għall-pazjenti b'diżabilità u l-persuni rispettivi li jieħdu ħsiebhom, u biex jisfruttaw aktar il-potenzjal tat-telemediċina biex jitjiebu l-aċċess u l-kura f'dan il-kuntest;

21. Jinnota li fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 il-Fondi Strutturali u ta' Investiment joffru ambitu għal azzjonijiet favur il-promozzjoni tal-għanijiet tal-Konvenzjoni; jitlob għalhekk għal aktar użu ssimplifikat tal-Fondi Strutturali tal-UE kkumplementat, fejn meħtieġ, b'miżuri nazzjonali bħala wieħed mill-għodod biex jipprovdu kura tas-saħħa ta' kwalità għolja lill-persuni b'diżabilità adattata għal kondizzjoni tagħhom, biex jiġu

RR\1097687MT.doc 87/98 PE578.465v02-00

MT

Page 88: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

eliminati differenzi fir-rigward tal-aċċess għall-kura, biex titjieb il-kwalità tal-ħajja u tiġi promossa l-aċċessibilità tal-kura tas-saħħa, inklużi servizzi elettroniċi, applikazzjonijiet u tagħmir, għall-persuni b'diżabbiltà;

22. Isostni li l-prodotti u s-servizzi jridu jsiru iktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità; jinnota li l-ostakli ekonomiċi u dawk marbuta mar-relazzjoni kostijiet-benefiċċji qed jipprevjenu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-aċċessibilità; jemmen li l-involviment ikbar ta' persuni b'diżabilità fl-iżvilupp ta' prodotti u servizzi relatati mas-saħħa se jikkontribwixxi biex jiġu żgurati sikurezza u aċċessibilità ikbar;

23. Jitlob li l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità jkunu involuti bis-sħiħ fl-iżvilupp u r-rieżami tal-politiki dwar id-diżabilità;

24. Jenfasizza li l-persuni b'diżabilità fiżika jiffaċċaw problemi wkoll fir-rigward tas-suq tal-mobilità diġitalizzata, u jitlob il-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-persuni kollha bi kawunkwe tip ta' diżabilità f'lingwi, formati u teknoloġiji aċċessibbli u xierqa għal tipi differenti ta' diżabilità, inklużi l-lingwi tas-sinjali, il-Braille, is-sistemi ta' komunikazzjoni awmentattivi u alternattivi u mezzi, modalitajiet u formati ta' komunikazzjoni aċċessibbli oħra tal-għażla tagħhom, inklużi formati, sottotitoli u messaġġi testwali personali li jinqraw faċilment, b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni dwar is-saħħa, filwaqt li jintuża aktar minn mezz sensorju wieħed;

25. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tagħmel sforzi kontinwi biex tagħti spinta lill-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa sabiex tindirizza l-inugwaljanzi gravi fis-saħħa u fl-aċċess li jaffettwaw lill-persuni b'diżabilità l-iktar vulnerabbli;

26. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw il-klassifikazzjoni ta' mard li jikkawża diżabilità tal-memorja bħala diżabilità;

27. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex imexxu 'l quddiem malajr kemm jista' jkun l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020;

28. Jistieden lill-Kummissjoni tallinja l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità mas-CRPD b'qafas ta' żmien, punti ta' riferiment u indikaturi ċari;

29. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità taqsima speċifika dwar il-protezzjoni tal-persuni b'diżabilità dipendenti li m'għandhomx appoġġ familjari; jirrimarka li din it-taqsima għandha l-ewwelnett tikkunsidra l-ħtiġijiet soċjali u tas-saħħa tal-persuni b'diżabilità u wara, l-aspetti l-oħra kollha ta' ħajjithom;

30. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu rikonoxximent xieraq lir-rwol fundamentali tal-familjari li jieħdu ħsieb il-persuni b'diżabilità u jiżguraw li anki huma jkollhom aċċess xieraq għas-servizzi tas-saħħa fid-dawl tal-impatt li l-kura ta' persuni b'diżabilità tħalli fuq is-saħħa fiżika u mentali u l-benessri tagħhom stess;

31. Jenfasizza li l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilità fl-oqsma kollha tal-ħajja, inkluż l-aċċess għall-kura tas-saħħa, tiddependi fuq l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva Orizzontali dwar it-Trattament Ugwali;

PE578.465v02-00 88/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 89: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni 26.4.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

5608

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Daciana Octavia Sârbu, Davor Škrlec, Renate Sommer, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Tom Vandenkendelaere, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Clara Eugenia Aguilera García, Nicola Caputo, Giorgos Grammatikakis, Merja Kyllönen, Gesine Meissner, Marijana Petir, Gabriele Preuß, Jasenko Selimovic, Kay Swinburne, Keith Taylor, Mihai Ţurcanu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Christine Boutonnet

RR\1097687MT.doc 89/98 PE578.465v02-00

MT

Page 90: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

26.5.2016

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD(2015/2258(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Richard Howitt

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jilqa' l-Objettiv 12 il-ġdid fil-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-suġġett tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità jitqajjem b'mod sistematiku fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi; jistieden lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem imexxi u jimmonitorja l-progress f'dan il-qasam, speċjalment fir-rigward ta' sforzi ta' standardizzazzjoni f'termini ta' aċċessibilità;

2. Jitlob bil-qawwa li t-Taqsima 8 tal-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità li tirreferi għal azzjoni esterna titqabbel permezz tal-inklużjoni ta' impenji ġenwini u konkreti, li jwasslu biex itejbu l-ħajja tal-persuni b'diżabilità, fil-"lista ta' azzjonijiet" il-ġdida tal-istrateġija għall-2016-2020, peress li dawn l-impenji kienu neqsin mil-lista tal-2010-2015;

3. Jappoġġja l-inklużjoni effettiva ta' persuni b'diżabilità fis-soċjetà, speċjalment f'komunitajiet lokali, u l-finanzjament ta' servizzi għal persuni li jgħixu għal rashom permezz ta' programmi taħt l-istrumenti finanzjarji tal-azzjoni esterna; jitlob għal użu aktar razzjonalizzat tal-Fondi Strutturali tal-UE; jitlob għall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-istrumenti ta' finanzjament estern sabiex jiġi vvalutat kif dawn ikkontribwixxew b'mod effettiv għall-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetajiet tagħhom, kif tneħħew l-ostakli u kif tħeġġet l-aċċessibilità; jitlob, barra minn hekk, li kwalunkwe nefqa fi programmi tal-UE li jappoġġjaw l-istituzzjonalizzazzjoni tevita s-segregazzjoni ta' persuni b'diżabilità; jitlob għat-tisħiħ u l-monitoraġġ tal-infiq b'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tad-diżabilità;

PE578.465v02-00 90/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 91: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

4. Jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet esperti tas-CRPD biex b'hekk l-UE tkun aktar aċċessibbli u inklużiva sabiex tikseb approċċ għad-diżabilità bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem f'sitwazzjonijiet ta' riskju u emerġenza, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Sendai; iħeġġeġ bil-qawwa l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b'diżabilità, li jsofru minn diskriminazzjoni doppja, fil-politiki tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati tal-UE; jenfasizza li dawn il-miżuri għandhom jipprovdu tweġiba xierqa għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità u jqisu l-ħtieġa għal miżuri ta' akkomodazzjoni raġonevoli bbażati fuq il-bżonnijiet; jinkoraġġixxi aktar integrazzjoni tal-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità fir-rispons umanitarju mogħti mill-Istati Membri u mill-Unjoni Ewropea;

5. Itenni l-importanza tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-ġestjoni tad-diżastri li tinkludi l-persuni b'diżabilità fil-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u fl-Istati Membri; jitlob biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost il-persuni b'diżabilità u s-servizzi ta' emerġenza u tal-protezzjoni ċivili u tingħatalhom informazzjoni dwar l-inizjattivi għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u biex jingħata appoġġ psikoloġiku lil persuni b'diżabilità fil-fażi ta' rkupru mid-diżastri;

6. Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat dwar is-CRPD li l-UE tiżviluppa sistema ta' indikaturi bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li dan għandu jkejjel b'mod ċar l-aċċess ta' persuni b'diżabilità għal programmi esterni tal-UE u l-impatt tal-fondi tal-UE fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b'diżabilità, skont l-Artikoli 31 u 32 tas-CRPD; jitlob għal referenza espliċita tas-CRPD f'kull linja gwida dwar il-valutazzjoni tal-impatt; jitlob li l-UE tiżviluppa sistema komprensiva għall-ġbir tad-data;

7. Jirrakkomanda li d-delegazzjonijiet u l-aġenziji tal-UE juru biżżejjed fehim tal-istrateġiji tal-UE dwar id-diżabilità u jaħdmu b'mod inklużiv u aċċessibbli; jissuġġerixxi l-ħolqien ta' "punt fokali" għas-CRPD fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna; jitlob għall-introduzzjoni urġenti ta' perspettiva dwar id-diżabilità fil-korsijiet kollha ta' taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem stabbiliti fil-qafas tal-missjonijiet tal-PSDK;

8. Jiddispjaċih ħafna li ma kienx hemm biżżejjed konsultazzjoni formali mill-UE ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità fit-tħejjijiet tagħha għall-proċess ta' rieżami mill-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD fl-2015 u fl-abbozz tar-rapport ta' progress tagħha; jitlob li l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità jieħdu sehem attiv fil-laqgħat tas-CPRD bħala parti indipendenti inkluż billi jieħdu sehem f'delegazzjonijiet uffiċjali tal-UE għal rieżamijiet futuri;

9. Ifakkar li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jesperjenzaw diskriminazzjoni doppja u spiss huma f'riskju ikbar li jsofru vjolenza, abbuż, trattament ħażin jew sfruttament; jappoġġja bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-integrazzjoni ta' perspettiva tas-sessi fl-istrateġiji kollha tal-UE dwar id-diżabilità, inklużi fil-politiki u fl-azzjonijiet esterni tal-UE.

RR\1097687MT.doc 91/98 PE578.465v02-00

MT

Page 92: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni 24.5.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

4710

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Goffredo Maria Bettini, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Lorenzo Cesa, Javier Couso Permuy, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Janusz Korwin-Mikke, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Tonino Picula, Andrej Plenković, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Jaromír Štětina, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Luis de Grandes Pascual, Andrzej Grzyb, Marek Jurek, Tokia Saïfi, Bodil Valero, Janusz Zemke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Therese Comodini Cachia, Judith Sargentini, Ricardo Serrão Santos, Jarosław Wałęsa, Renate Weber

PE578.465v02-00 92/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 93: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

6.6.2016

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD(2015/2258(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Heidi Hautala

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Ifakkar li madwar 15 % tal-popolazzjoni dinjija, jew bejn wieħed u ieħor biljun ruħ, jgħixu b'diżabilitajiet u li 80 % ta' dawn il-persuni jgħixu f'pajjiżi b'introjtu baxx; jissottolinja li 50 % tad-diżabilitajiet jistgħu jiġu evitati u huma direttament marbuta mal-faqar u wkoll li madwar 98 % tat-tfal b'diżabilità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ma jattendux skola;

2. Jissottolinja l-fatt li l-faqar huwa kemm kawża kif ukoll konsegwenza ta' diżabilità u li l-faqar jostakola l-aċċess għal ħtiġijiet bażiċi, bħalma huma n-nutrizzjoni, il-kura tas-saħħa, l-ilma u s-sanità, u li dan jista' jwassal għal diżabilità;

3. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-diżabilitajiet qed isiru dejjem aktar komuni hekk kif il-popolazzjoni tixjieħ;

4. Jissottolinja l-fatt li persuni b'diżabilità jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' spejjeż addizzjonali relatati mad-diżabilità, rati ogħla ta' qgħad u introjtu aktar baxx, li jistgħu jpoġġu lilhom u lill-familji tagħhom f'riskju akbar ta' diffikultajiet finanzjarji;

5. Jissottolinja l-fatt li l-esklużjoni mill-edukazzjoni tista' twassal għal inqas potenzjal fir-rigward tal-impjiegi u tal-qligħ fost il-persuni b'diżabilità, fatt li jirrendi lil dawn l-individwi u lill-familji tagħhom aktar vulnerabbli għall-faqar u jillimita t-tkabbir ekonomiku nazzjonali;

6. Jissottolinja li l-fatt li persuna ma tkunx tista' taċċedi u tirċievi kura tas-saħħa xierqa u

RR\1097687MT.doc 93/98 PE578.465v02-00

MT

Page 94: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

f'waqtha jista' jirriżulta f'livelli kontinwament ħżiena jew jeħżienu ta' funzjonament fost il-persuni b'diżabilità, inkluż l-iżvilupp ta' kundizzjonijiet addizzjonali ta' diżabilità li jwasslu għal aktar kostijiet mediċi u ta' produttività fit-tul, għall-persuna u għas-soċjetà;

7. Jenfasizza l-fatt li l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità fis-soċjetà, irrispettivament mill-istatus soċjoekonomiku, politiku jew kulturali ta' pajjiż, mhijiex biss kwistjoni ta' żvilupp iżda anke ta' drittijiet tal-bniedem;

8. Jissottolinja l-fatt li l-kunflitti li għaddejjin u d-diżastri naturali huma wkoll fatturi li jikkontribbwixxu għat-tkattir kontinwu tal-għadd ta' persuni b'diżabilità;

9. Jenfasizza l-impenn li ħadd ma jitħalla barra u r-referenzi għad-diżabilitajiet fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), speċifikament fit-taqsimiet dwar l-edukazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi, l-inugwaljanza u l-aċċessibilità għal insedjamenti umani, u rigward il-ġbir tad-data u l-monitoraġġ tal-SDGs, u jirrakkomanda li l-UE tkun minn ta' quddiem fl-implimentazzjoni tal-SDGs inklużivi fir-rigward tad-diżabilità; jissottolinja, barra minn hekk, ir-referenzi tal-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri;

10. Jisħaq fuq il-fatt li l-politiki u l-programmi tradizzjonali mhux dejjem huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

11. Jisħaq fuq il-fatt li l-UE għamlet progress sinifikanti r-rigward l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD), iżda li, kif stqarr il-Kumitat tas-CRPD, għad hemm ħafna xi jsir f'termini ta' inugwaljanza, qgħad u edukazzjoni; barra minn hekk, jesprimi tħassib dwar il-vjolenza sesswali u forom oħra ta' abbuż kontra l-persuni b'diżabilità, speċjalment kontra n-nisa u t-tfal;

12. Jistieden lill-Kummissjoni tabbozza pjan ta' implimentazzjoni għall-SDGs u għall-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri f'konformità mas-CRPD; jissottolinja li pjan bħal dan għandu jagħti kontribut importanti għad-definizzjoni ta' indikaturi fl-oqsma relatati mad-diżabilità u mal-inklużjoni soċjoekonomika; jenfasizza li l-faqar, il-protezzjoni soċjali, il-kopertura tas-saħħa, il-vjolenza kontra n-nisa, is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, l-aċċess għall-ilma u s-sanità u l-enerġija, ir-reżiljenza għad-diżastri u r-reġistrazzjoni tat-twelid jistħoqqilhom attenzjoni partikolari fid-definizzjoni ta' indikaturi tal-SDG;

13. Jenfasizza l-fatt li azzjonijiet r-rigward l-informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ huma essenzjali sabiex tiġi implimentata s-CRPD;

14. Jisħaq fuq il-fatt li l-politiki u l-programmi kollha tal-UE, kemm esternament u internament, iridu jikkonformaw mas-CRPD u jistabbilixxu miżuri speċifiċi li jiggarantixxu li d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità jiġu integrati fl-oqsma kollha, inklużi l-politiki u l-programmi umanitarji u ta' żvilupp; jitlob li l-UE, għal dan il-għan, tadotta politika armonizzata dwar żvilupp inklużiv tad-diżabilità u tistabbilixxi approċċ sistematiku u istituzzjonalizzat biex tallinja d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità fil-politiki u l-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali tal-UE kollha;

15. Jitlob li l-UE, barra minn hekk:

– timplimenta aktar proġetti ta' żvilupp li jiffokaw speċifikament fuq il-persuni b'diżabilità;

PE578.465v02-00 94/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 95: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

– tistabbilixxi mekkaniżmu biex tibni l-kapaċità u tiskambja l-prattiki tajba fost il-bosta istituzzjonijiet tal-UE u bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha dwar l-għajnuna umanitarja inklużiva u aċċessibbli għal persuni b'diżabilità;

– tidentifika u timplimenta mekkaniżmi għall-ġbir u l-monitoraġġ ta' data diżaggregata dwar id-diżabilità, is-sess u l-età sabiex timmonitorja d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità fil-programmi ta' żvilupp tal-UE u tiffissa skeda taż-żmien għall-preżentazzjoni tad-data diżaggregata fil-programmi kollha;

– tintegra d-diżabilità fil-politiki tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati;

– timplimenta punti fokali għal kwistjonijiet ta' diżabilità fid-delegazzjonijiet tal-UE, bil-ħatra ta' uffiċjali ta' kollegament imħarrġa li jistgħu joffru l-benefiċċji tal-għarfien espert u l-professjonaliżmu tagħhom lill-persuni b'diżabilità;

– tindirizza kwistjonijiet dwar id-diżabilità fi djalogi ma' pajjiżi sħab, tappoġġja l-kooperazzjoni strateġika mal-NGOs dwar id-diżabilità tal-pajjiżi sħab u timpenja ruħha f'dik il-kooperazzjoni;

– tagħmel rieżami tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) fil-kuntest tas-CRPD;

– tinkludi referenza għall-integrazzjoni tal-kwistjonijiet dwar id-diżabilità fil-politiki tal-UE fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid li possibbilment jiġi adottat;

– tikkunsidra l-allokazzjoni ta' fondi pprovduti għall-politiki u l-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali kollha tal-UE għall-programmi nazzjonali għall-persuni b'diżabilità;

– tipprovdi kura rapida, xierqa u komprensiva lit-tfal li aktarx ikunu f'riskju, minħabba l-importanza ta' intervent bikri;

– tipprovdi lill-ġenituri tat-tfal b'diżabilità t-taħriġ li jeħtieġu sabiex jipparteċipaw b'mod sħiħ u attiv fil-kura ta' uliedhom;

– tippromwovi l-integrazzjoni bikrija ta' tfal b'diżabilità u l-għoti ta' servizzi edukattivi speċjali fl-iskejjel tan-nuna u f'dawk primarji;

16. Jitlob li l-UE tkun minn ta' quddiem rigward il-promozzjoni tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilitajiet fl-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri u tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli mal-pajjiżi sħab tagħha, mal-organizzazzjonijiet reġjonali u fil-livell globali;

17. Jirrakkomanda li l-UE tassumi rwol ta' tmexxija dwar l-inklużjoni tad-diżabilità fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u tistabbilixxi pjan ta' ħidma u rieżami ta' nofs it-terminu tal-pjan ta' ħidma sabiex tiggarantixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ u valutazzjoni u tiżgura r-responsabbiltà tal-UE;

18. Jenfasizza l-importanza ta' konsultazzjoni regolari ma' persuni b'diżabilità u mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom;

RR\1097687MT.doc 95/98 PE578.465v02-00

MT

Page 96: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

19. Jissottolinja l-importanza li jingħata appoġġ speċjali lil persuni b'diżabilitajiet f'sitwazzjonijiet ta' wara l-emerġenza;

20. Jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta' "uffiċċju tad-diżabilità" sabiex titjieb il-koordinazzjoni effikaċi u l-ġbir ta' informazzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

PE578.465v02-00 96/98 RR\1097687MT.doc

MT

Page 97: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni 24.5.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

1911

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Beatriz Becerra Basterrechea, Nirj Deva, Doru-Claudian Frunzulică, Maria Heubuch, György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Davor Ivo Stier, Bogdan Brunon Wenta, Rainer Wieland

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Marina Albiol Guzmán, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Carolina Punset, Adam Szejnfeld, Patrizia Toia, Jan Zahradil

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew

RR\1097687MT.doc 97/98 PE578.465v02-00

MT

Page 98: PR_INI · Web view– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, – wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni 30.5.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

4130

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Mara Bizzotto, David Casa, Ole Christensen, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Michaela Šojdrová, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Tania González Peñas, Richard Howitt, Dieter-Lebrecht Koch, Edouard Martin, Tamás Meszerics, Evelyn Regner, Joachim Schuster, Helga Stevens, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Rosa D’Amato, Jens Geier, Sylvie Goddyn, Jasenko Selimovic

PE578.465v02-00 98/98 RR\1097687MT.doc

MT