Frar 2014 INFURZAR DOGANALI TAD-DRITTIJIET TAL … · 2017. 1. 20. · 1 Frar 2014 INFURZAR...
Transcript of Frar 2014 INFURZAR DOGANALI TAD-DRITTIJIET TAL … · 2017. 1. 20. · 1 Frar 2014 INFURZAR...
1
Frar 2014
INFURZAR DOGANALI TAD-DRITTIJIET TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI FL-
UE
MANWAL BIEX TIMLA APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AZZJONI U TALBIET GĦAL
ESTENSJONI
Regolament (UE) Nru. 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-
21 ta’ Ġunju 2013
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru. 1352/2013 tal-
4 ta’ Diċembru 2013
DIKJARAZZJONI TA’ ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ:
Id-dispożizzjonijiet fir-Regolamenti msemmija hawn fuq biss huma
legalment vinkolanti.
2
Werrej INTRODUZZJONI ................................................................................................................................. 4
APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AZZJONI ............................................................................................ 5
LIL MIN GĦANDHA TINTBAGĦAT L-APPLIKAZZJONI? .......................................................... 5
TIPI TA’ APPLIKAZZJONI ............................................................................................................... 5
PERSUNI INTITOLATI LI JRESSQU APPLIKAZZJONI GĦAL AZZJONI. .............................. 5
TRESSIQ TA’ APPLIKAZZJONI PERMEZZ TA’ RAPPREŻENTANT ..................................... 7
FORMOLI TAL-APPLIKAZZJONI: KOPJI, KONTENUT U DOKUMENTI MEHMUŻA .......... 7
IMPENJI TAL-APPLIKANT (KAXXA 29) ....................................................................................... 9
UŻU TA’ INFORMAZZJONI MID-DETENTUR TAD-DEĊIŻJONI ........................................... 10
KWISTJONIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI TA’ DEJTA PERSONALI ................................. 11
APPLIKAZZJONIJIET INKOMPLETI ........................................................................................... 11
KIF L-APPLIKAZZJONI TIĠI PPROĊESSATA .......................................................................... 12
PROĊEDURA GĦAL AZZJONI "EX OFFICIO" ......................................................................... 13
SPJEGAZZJONIJIET TAL-KAXXI LI JRIDU JIMTLEW FIL-FORMOLA TAL-
APPLIKAZZJONI ............................................................................................................................ 14
Kaxxa 1. Applikant .......................................................................................................................... 14
Kaxxa 2: Applikazzjoni tal-Unjoni/Nazzjonali.............................................................................. 14
Kaxxa 3: Status tal-applikant ........................................................................................................ 15
Kaxxa 4: Rappreżentant li jressaq l-applikazzjoni f’isem l-applikant ...................................... 15
Kaxxa 5: Tip ta’ dritt li għalih tirreferi l-applikazzjoni ................................................................. 15
Kaxxa 6: Stat Membru jew, fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni, Stati Membri fejn tintalab l-
azzjoni doganali .............................................................................................................................. 16
Kaxxa 7: Rappreżentant għal kwistjonijiet legali ........................................................................ 16
Kaxxa 8: Rappreżentant għal kwistjonijiet tekniċi ...................................................................... 17
Kaxxa 9: Rappreżentanti għal kwistjonijiet legali u tekniċi f’applikazzjonijiet tal-Unjoni. ..... 18
Kaxxa 10: Proċedura dwar kunsinni żgħar. ................................................................................ 18
Sub-kaxxa dwar “immaniġġjar ristrett” fil-kaxxi 11 sa 28 .......................................................... 19
Kaxxa 11: Lista ta’ drittijiet li għalihom tirreferi l-applikazzjoni. ................................................ 19
Informazzjoni dwar oġġetti awtentiċi (kaxxi 12 sa 19) u informazzjoni dwar oġġetti foloz
(kaxxi 20 sa 27) ............................................................................................................................... 20
Kaxxa 12: Dettalji dwar l-oġġetti (oġġetti awtentiċi) .................................................................. 21
Kaxxa 13: Karatteristiċi distintivi tal-oġġetti (oġġetti awtentiċi) ................................................ 21
3
Kaxxa 14: Post tal-produzzjoni (oġġetti awtentiċi) ..................................................................... 21
Kaxxa 15: Kumpaniji involuti (oġġetti awtentiċi) ......................................................................... 22
Kaxxa 16: Kummerċjanti (oġġetti awtentiċi) ............................................................................... 22
Kaxxa 17: Informazzjoni dwar id-dettalji tal-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti
(oġġetti awtentiċi) ............................................................................................................................ 22
Kaxxa 18: Pakketti (oġġetti awtentiċi) ......................................................................................... 22
Kaxxa 19: Dokumenti ta’ akkumpanjament (oġġetti awtentiċi) ................................................ 23
Kaxxa 20: Dettalji dwar l-oġġetti (oġġetti foloz).......................................................................... 23
Kaxxa 21: Karatteristiċi distintivi tal-oġġetti (oġġetti foloz) ....................................................... 23
Kaxxa 22: Post tal-produzzjoni (oġġetti foloz) ............................................................................ 23
Kaxxa 23: Kumpaniji involuti (oġġetti foloz) ................................................................................ 23
Kaxxa 24: Kummerċjanti (oġġetti foloz) ...................................................................................... 24
Kaxxa 25: Informazzjoni dwar id-dettalji tal-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti
(oġġetti foloz) ................................................................................................................................... 24
Kaxxa 26: Pakketti (oġġetti foloz) ................................................................................................. 24
Kaxxa 27: Dokumenti ta’ akkumpanjament (oġġetti foloz) ....................................................... 24
Kaxxa 28: Informazzjoni addizzjonali. ......................................................................................... 24
Kaxxa 29: Impenn. .......................................................................................................................... 25
Kaxxa 30: Firma. ............................................................................................................................. 25
TALBA GĦALL-EMENDA TAD-DEĊIŻJONI RIGWARD ID-DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ
INTELLETTWALI FUQ TALBA MID-DETENTUR TAD-DEĊIŻJONI; ..................................... 25
TALBIET GĦAL ESTENSJONI ......................................................................................................... 27
SPJEGAZZJONIJIET DWAR IL-KAXXI LI GĦANDHOM JIMTLEW FIL-FOROMOLA TAT-
TALBA GĦAL ESTENSJONI. ....................................................................................................... 28
Kaxxa 1: Detentur tad-deċiżjoni. .................................................................................................. 28
Kaxxa 2: Talba tal-estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu
azzjoni. ............................................................................................................................................. 28
Kaxxa 3: Firma. ............................................................................................................................... 28
4
INTRODUZZJONI
Fl-UE l-Infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) fil-fruntieri huwa
rregolat mir-Regolament (UE) Nru 608/20131. L-awtoritajiet doganali fl-UE jistgħu
jżommu oġġetti taħt il-kontroll tagħhom li jkunu suspettati bi ksur ta’ DPI.
Normalment, l-intervent tal-awtoritajiet doganali jseħħ fuq talba preċedenti mill-
proprjetarji tad-drittijiet, għalkemm id-dwana tista' wkoll iżżomm dawk l-oġġetti jekk
ma tkun saret l-ebda talba preċedenti, sabiex id-detenturi tad-drittijiet jingħataw l-
opportunità li jagħmlu din it-talba.
L-applikant jitlob lill-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni fir-rigward ta’ oġġetti
suspettati bi ksur ta’ dritt ta' proprjetà intellettwali. It-talba tissejjaħ “applikazzjoni”.
Meta jilqgħu l-applikazzjoni l-awtoritajiet doganali jispeċifikaw il-perijodu li matulu se
jieħdu azzjoni, li m'għandux ikun ta’ aktar minn sena. Ladarba d-dwana tkun laqgħet
l-applikazzjoni l-applikant jissejjaħ id-detentur tad-deċiżjoni. It-talba għall-estensjoni
tal-perjodu ta’ validità ta' applikazzjoni meta din tiskadi tissejjaħ “talba għal
estensjoni”.
Kemm l-applikazzjoni kif ukoll it-talba għal estensjoni għandhom jimtlew permezz tal-
formoli uffiċjali u għandhom jitressqu lill-awtoritajiet doganali kompetenti skont ir-
Regolament (UE) Nru 608/2013. Dawn il-formoli ġew stabbiliti bir-Regolament (UE)
Nru 1352/2013.2
Jekk jogħġbok innota li fl-Istati Membri fejn jintużaw sistemi kompjuterizzati għall-
iffajljar tal-applikazzjoni, huwa obbligatorju li l-applikazzjoni titressaq permezz ta’
dawn is-sistemi (Art. 5(6) tar-Regolament (UE) Nru 608/2013).
L-għan ta’ dan il-manwal huwa biex jgħinek timla l-formoli ta’ applikazzjoni u ta’ talba
għal estensjoni.
1 Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar
doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15.) 2 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2013 tal-4 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi
l-formoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 10.)
5
APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AZZJONI
LIL MIN GĦANDHA TINTBAGĦAT L-APPLIKAZZJONI?
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lid-dipartiment doganali kompetenti maħtur
mill-Istati Membri. Il-lista ta’ dipartimenti doganali kompetenti hija ppubblikata fuq
il-websajt tal-Kummissjoni:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_contro
ls/counterfeit_piracy/right_holders/contactlist_intervention_en.pdf
TIPI TA’ APPLIKAZZJONI
Hemm żewġ tipi ta’ applikazzjonijiet:
- Applikazzjoni nazzjonali: applikazzjoni li titressaq fi Stat Membru li titlob lill-
awtoritajiet doganali tiegħu jieħdu azzjoni f'dak l-Istat Membru.
- Applikazzjoni tal-Unjoni: applikazzjoni li titressaq fi Stat Membru li titlob lill-
awtoritajiet doganali ta’ dak l-Istat Membru u lill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru
wieħed jew aktar jieħdu azzjoni fit-territorji rispettivi tagħhom.
PERSUNI INTITOLATI LI JRESSQU APPLIKAZZJONI GĦAL AZZJONI.
Il-persuni u l-entitajiet intitolati li jressqu applikazzjoni huma dawk imsemmija fl-
Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013.
Dawk il-persuni u l-entitajiet huma intitolati li jressqu applikazzjoni li titlob l-azzjoni tal-
awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru biss meta jkunu intitolati jibdew proċeduri
sabiex jiġi determinat jekk f’dak l-Istat Membru ikunx inkiser dritt ta’ proprjetà
intellettwali. Persuna li ma tkunx intitolata tibda proċeduri legali għad-determinazzjoni
formali ta’ ksur ta’ DPI ma tkunx intitolata titlob lill-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni
dwar oġġetti suspettati bi ksur ta’ DPI.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 jelenka l-persuni u l-entitajiet li jistgħu
jressqu applikazzjoni, kif ukoll it-tip ta’ applikazzjonijiet li jistgħu jressqu, kif ġej:
6
Applikazzjoni
nazzjonali
Applikazzjoni
tal-Unjoni
Detenturi tad-drittijiet X X
Il-korpi ta' ġestjoni li jamministraw id-drittijiet tal-
proprjetà intellettwali b'mod kollettiv tal-Artikolu 4(1)(c)
tad-Direttiva 2004/48/KE3
X X
Il-korpi ta' ġestjoni ta’ difiża tal-Artikolu 4(1)(d) tad-
Direttiva 2004/48/KE4 X X
Gruppi ta’ produtturi ta’ prodotti b'indikazzjoni
ġeografika previsti fil-liġi tal-Unjoni jew rappreżentanti
ta’ tali gruppi, operaturi intitolati li jużaw indikazzjoni
ġeografika, kif ukoll korpi jew awtoritajiet ta’ spezzjoni
kompetenti għal tali indikazzjoni ġeografika
X X
Persuni jew entitajiet awtorizzati li jużaw id-drittijiet tal-
proprjetà intellettwali, formalment awtorizzati mid-
detentur tad-dritt biex jibdew proċedimenti sabiex jiġi
determinat jekk id-dritt tal-proprjetà intellettwali jkunx
inkiser
X
Gruppi ta’ produtturi ta’ prodotti b’indikazzjoni
ġeografika previsti fil-liġi Nazzjonali jew ir-
rappreżentanti ta’ tali gruppi, operaturi intitolati li jużaw
indikazzjoni ġeografika, kif ukoll korpi jew awtoritajiet
ta' spezzjoni kompetenti għal tali indikazzjoni
ġeografika
X
Detenturi ta’ liċenzji esklussivi li jkopru t-territorju kollu
ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, formalment
awtorizzati f'dawk l-Istati Membri mid-detentur tad-dritt
biex jibdew proċeduri sabiex jiġi determinat jekk id-dritt
tal-proprjetà intellettwali jkunx inkiser
X X
L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti li jipprovdu evidenza li
tissodisfa lid-dipartiment doganali kompetenti li l-applikant ikun intitolat iressaq l-
3 Il-korpi li jamministraw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali b'mod kollettiv li huma regolarment rikonoxxuti
bħala rappreżentanti tad-detenturi tad-drittijiet intellettwali, safejn hu permess u skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli; 4 Is-soċjetajiet professjonali ta' difiża li huma regolarment rikonoxxuti bħala rappreżentanti tad-detenturi tad-
drittijiet tal-proprjetà intellettwali, safejn hu permess u skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli.
7
applikazzjoni. Id-dokumenti jistgħu jkunu bil-miktub, stampati jew dokumenti
elettroniċi.
L-applikanti huma meħtieġa jipprovdu evidenza tal-intitolament tagħhom, per
eżempju billi jipprovdu roll extracts, estratti mir-reġistru jew kopji tad-drittijiet
inkwistjoni, fil-każ li dawn ma jkunux disponibbli onlajn fl-uffiċċji differenti tal-marki
kummerċjali eċċ. Fil-każ li d-drittijiet tal-awtur, id-drittijiet relatati jew id-drittijiet tad-
disinn ma jkunux irreġistrati d-detenturi tad-drittijiet jridu juru b’mod kredibbli li tista'
ssir talba għal dritt (eż. affidavit, dikjarazzjonijiet dwar id-dritt tal-awtur, fejn ikunu
disponibbli ċertifikati tar-reġistrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur).
Jekk l-applikant ma jkunx id-detentur tad-drittijiet, iżda persuna awtorizzata li tuża d-
drittijiet, allura l-applikant għandu jagħti prova tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew tagħha li
juża/tuża d-drittijiet. Ġeneralment dan jista’ jsir billi jippreżenta l-kuntratti xierqa. Huwa
wkoll possibbli li d-detentur tad-dritt jippreżenta prokura separata mingħajr l-ebda użu
ta’ formola speċjali.
TRESSIQ TA’ APPLIKAZZJONI PERMEZZ TA’ RAPPREŻENTANT
Persuna jew entità intitolata li tressaq applikazzjoni tista' tressaqha direttament
f'isimha. Ovvjament, persuna jew entità intitolata li tressaq applikazzjoni tista' wkoll
tagħti s-setgħa lil rappreżentant biex iressaq l-applikazzjoni f’isem dik il-persuna. Fiż-
żewġ każijiet, l-applikant huwa l-persuna jew l-entità li f'isimha titressaq l-
applikazzjoni.
FORMOLI TAL-APPLIKAZZJONI: KOPJI, KONTENUT U DOKUMENTI MEHMUŻA
Kif issemma qabel, il-formola li fiha għandhom jitressqu l-applikazzjonijiet ġiet
stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1352/2013. Il-formola tista’ tinstab fuq il-websajt
tad-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali hawnhekk:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_controls/counterfeit_piracy/ri
ght_holders/forms_en.htm.
Din il-formola ġiet stabbilita mingħajr preġudizzju għall-obbligu li l-applikazzjoni u d-
dokumenti mehmuża magħha jitressqu permezz ta’ tekniki elettroniċi għall-
ipproċessar tad-data fejn ikun hemm sistemi kompjuterizzati disponibbli għall-għan li
jiġu riċevuti u pproċessati dawn l-applikazzjonijiet. Għalissa, din is-sistema teżisti fil-
Ġermanja u fi Spanja (l-Italja mill-1-7-2014) u l-applikazzjonijiet għandhom jitressqu
skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom.
Il-formoli pprovduti fuq il-websajt jistgħu jintużaw għall-Istati Membri l-oħrajn u wkoll
m’hemm l-ebda oġġezzjoni li l-applikanti jressqu applikazzjonijiet billi jużaw
verżjonijiet tal-formola tal-applikazzjoni li jkunu pproduċew huma stess, sakemm
8
dawn il-formoli jkunu identiċi kemm fil-format kif ukoll fil-kontenut għall-formoli
stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1352/2013. Qiegħed jiġi mfakkar li fl-Istati Membri
kollha minbarra l-Ġermanja, Spanja u l-Italja (mill-1-7-2014) kull applikazzjoni li tiġi
prodotta elettronikament għandha dejjem tkun akkumpanjata minn verżjoni stampata
u ffirmata tal-formola.
L-applikazzjoni u d-dokumenti mehmużin tagħha għandhom jitressqu kemm fil-kopja
għad-dipartiment doganali kompetenti kif ukoll fil-kopja għall-applikant f’waħda mil-
lingwi tal-Unjoni li tkun aċċettabbli għall-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn tiġi
mressqa l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni kwalunkwe Stat Membru
indikat fil-kaxxa 6 jista' jitlob traduzzjoni. Żomm f’moħħok li l-implimentazzjoni tad-
deċiżjoni f'dawk l-Istati Membri tista' tiddependi fuq id-disponibbiltà tat-traduzzjoni.
Fejn l-annessi (ritratti, dokumenti, fajls tal-excel jew PDF, eċċ.) mal-formola tal-
applikazzjoni jimtlew elettronikament, id-daqs ta’ kull dokument separat mehmuż
m’għandux jaqbeż il-1.5 MB. L-applikant għandu jaqsam fajls akbar f’fajls separati li
ma jaqbżux dan id-daqs sabiex l-informazzjoni tkun tista' tittella’ fil-bażi tad-dejta
ċentrali (COPIS).
Fil-qosor, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-applikazzjoni hija kif ġejja:
a) Dettalji dwar l-applikant (kaxxa 1);
b) L-istatus tal-applikant li jintitolah iressaq l-applikazzjoni (kaxxa 3);
c) Dokumenti li jipprovdu evidenza li tissodisfa d-dipartiment doganali kompetenti li l-
applikant huwa intitolat li jressaq l-applikazzjoni;
d) Fejn l-applikant iressaq l-applikazzjoni permezz ta’ rappreżentant, dettalji tal-
persuna li qed tirrappreżentah u evidenza tas-setgħa ta’ dik il-persuna li taġixxi
bħala rappreżentant, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih titressaq l-
applikazzjoni (kaxxa 4);
e) Id-dritt tal-proprjetà intellettwali jew id-drittijiet li jridu jiġu infurzati (kaxxi 5 u 11);
f) Fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri fejn qed tintalab l-azzjoni
doganali (kaxxa 6);
g) Dejta speċifika u teknika dwar l-oġġetti awtentiċi, inklużi marki bħal bar-coding u
stampi fejn xieraq (kaxxi 12 sa 19 u 28);
h) L-informazzjoni meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jidentifikaw l-
oġġetti inkwistjoni faċilment (kaxxi 12 sa 19 fir-rigward ta’ oġġetti awtentiċi u
kaxxi 20 sa 27 fir-rigward ta’ oġġetti li jiksru d-DPI);
i) Informazzjoni rilevanti għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet doganali tar-
riskju ta’ ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali jew id-drittijiet tal-proprjetà
intellettwali kkonċernati, bħad-distributuri awtorizzati (kaxxi 12 sa 19 u 28 fir-
rigward ta’ oġġetti awtentiċi u kaxxi 20 sa 27 fir-rigward ta’ oġġetti li jiksru d-DPI);
j) Jekk l-informazzjoni pprovduta skont il-punt (g), (h) jew (i) hawn fuq għandhiex tiġi
mmarkata għal immaniġġjar ristrett u, għalhekk, għandhiex titqies ristretta għall-
awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fejn tintalab l-azzjoni (sub-kaxxi fil-kaxxi 11
sa 28) ;
9
k) Id-dettalji ta’ kull rappreżentant maħtur mill-applikant biex jieħu inkarigu tal-
kwistjonijiet legali u tekniċi (kaxxi 7 u 8 jew 9);
l) Jekk l-applikant jitlobx l-użu tal-proċedura għall-qerda ta’ oġġetti f'kunsinni żgħar
imsemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament 608/2013 u, fejn tintalab mill-awtoritajiet
doganali, jaqbilx li jkopri l-ispejjeż relatati mal-qerda tal-oġġetti taħt dik il-
proċedura (kaxxa 10).
Sussegwentement, għandek issib informazzjoni dettaljata dwar kif timla kull kaxxa
unika fil-formola.
IMPENJI TAL-APPLIKANT (KAXXA 29)
Billi jiffirma l-applikazzjoni l-applikant jikkometti ruħu għal għadd ta’ impenji, li huma
elenkati fil-kaxxa 29. Dawk l-impenji huma dawn li ġejjin:
a) Obbligi ta’ notifika tad-detentur ta’ deċiżjoni
L-applikant jintrabat li jinnotifika lid-dipartiment doganali kompetenti minnufih wara
li jilqa' l-applikazzjoni dwar kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
1. dritt ta’ proprjetà intellettwali kopert mill-applikazzjoni ma jibqax effettiv; 2. id-detentur tad-deċiżjoni, għal raġunijiet oħrajn, ma jibqax intitolat biex
iressaq l-applikazzjoni; 3. modifiki għall-informazzjoni inkluża fl-applikazzjoni.
b) Obbligu tad-detentur tad-deċiżjoni li jaġġorna l-informazzjoni rilevanti għall-analiżi
tar-riskju.
L-applikant jieħu r-responsabbiltà li jibgħat u jaġġorna kull informazzjoni rilevanti
għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet doganali tar-riskju ta’ ksur tad-dritt(ijiet)
tal-proprjetà intellettwali konċernat(i);
c) Responsabbiltà tad-detentur ta’ deċiżjoni.
L-applikant jintrabat li jassumi r-responsabbiltà fil-każijiet li ġejjin:
1. proċedura mibdija kif xieraq ma titkompliex minħabba att jew ommissjoni
min-naħa tad-detentur tad-deċiżjoni,
2. kampjuni li jingħataw lid-detentur tad-deċiżjoni fil-qafas tal-proċedura ta’
sekwestru jew ma jingħatawx lura fiż-żmien dovut jew jiġu danneġġati u ma
jistgħux jibqgħu jintużaw minħabba att jew ommissjoni min-naħa tad-
detentur tad-deċiżjoni, jew
3. meta l-oġġetti miżmuma kif xieraq abbażi ta’ applikazzjoni milqugħa
sussegwentement jinstabu li ma jkunux kisru dritt ta’ proprjetà intellettwali.
10
Fil-każijiet elenkati hawn fuq, id-detentur tad-deċiżjoni għandu jkun responsabbli
lejn kwalunkwe detentur tal-oġġetti jew dikjarant li jkun sofra l-ħsara, skont il-
leġiżlazzjoni speċifika applikabbli.
d) Spejjeż
L-applikant jieħu r-responsabbiltà li jkopri l-ispejjeż li ġejjin:
1. Fejn jintalab mill-awtoritajiet doganali, id-detentur tad-deċiżjoni għandu jħallas
lura l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet doganali, jew minn partijiet oħrajn li
jaġixxu f'isem l-awtoritajiet doganali, mill-mument tas-sekwestru jew is-
sospensjoni tar-rilaxx tal-oġġetti, li jinkludu iżda li mhumiex neċessarjament
limitati għal:
- spejjeż għall-ħażna u l-immaniġġjar tal-oġġetti miżmuma mill-awtoritajiet
doganali b’rabta mad-deċiżjoni li permezz tagħha nħarġet din l-applikazzjoni,
- spejjeż biex jingħataw kampjuni tal-oġġetti miżmuma lid-detentur tad-
deċiżjoni li permezz tagħha nħarġet din l-applikazzjoni, u
- spejjeż għall-qerda (inklużi, fejn xieraq, ir-riċiklaġġ jew ir-rimi ta’ oġġetti barra
mill-kanali kummerċjali) ta' oġġetti miżmuma wara ftehim skont l-Artikolu 23,
dwar il-proċedura standard tal-qerda ta’ oġġetti, u l-Artikolu 26, dwar il-
proċedura għall-qerda ta’ kunsinni żgħar, tar-Regolament (UE) Nru 608/2013.
Dan l-impenn għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-detentur tad-
deċiżjoni li jfittex kumpens mingħand dak li kiser il-liġi jew mingħand persuni
oħrajn skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Istat Membru fejn inżammu l-oġġetti.
2. Spiża tad-traduzzjonijiet: id-detentur ta' deċiżjoni li permezz tagħha nħarġet
applikazzjoni tal-Unjoni għandu jipprovdi u jħallas għal kull traduzzjoni
meħtieġa mill-awtoritajiet doganali li għandhom jieħdu azzjoni dwar l-oġġetti
suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali.
Fil-każ li d-detentur tad-deċiżjoni ma jissodisfax l-obbligi tiegħu, id-dipartiment
doganali kompetenti jista’ jissospendi l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali ta’ dak
l-Istat Membru għandhom jieħdu azzjoni.
UŻU TA’ INFORMAZZJONI MID-DETENTUR TAD-DEĊIŻJONI
Meta d-detentur tad-deċiżjoni juża l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet doganali
għal skopijiet oħrajn minbarra dawk imsemmija hawn taħt, id-dipartiment doganali
kompetenti tal-Istati Membri fejn l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta jew użata ħażin
jista’ jirrevoka d-deċiżjoni jew jissospendiha.
L-informazzjoni rċevuta tista’ tiġi żvelata jew tintuża għall-iskopijiet li ġejjin:
11
(a) biex jinbdew proċedimenti biex jiġi determinat jekk ikunx inkiser dritt ta’ proprjetà intellettwali u matul dawn il-proċedimenti;
(b) b’rabta ma’ investigazzjonijiet kriminali relatati mal-ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali u mmexxija minn awtoritajiet pubbliċi fl-Istat Membru fejn l-oġġetti jkunu nstabu;
(c) biex jinbdew proċedimenti kriminali u matul dawn il-proċedimenti;
(d) biex jitfittex kumpens mingħand dak li jkun kiser il-liġi jew minn persuni oħrajn;
(e) biex isir qbil mad-dikjarant jew mad-detentur tal-oġġetti li l-oġġetti jistgħu jinqerdu skont l-Artikolu 23(1);
(f) biex isir qbil mad-dikjarant jew mad-detentur tal-oġġetti dwar l-ammont tal-
garanzija msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 24(2).
KWISTJONIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI TA’ DEJTA PERSONALI
L-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jinvolvi l-iskambju ta’ dejta
dwar deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet. Dan l-ipproċessar ta’ data jkopri wkoll
dejta personali u għandu jsir skont il-liġi tal-Unjoni, kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’
individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik
id-dejta u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-
18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’
dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’
dak id-dejta.
L-iskambju ta’ informazzjoni relatata ma’ deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għandu
jsir permezz ta’ database elettronika ċentrali (COPIS).
L-applikant għandu jżomm f’moħħu dan li ġej:
2. Meta jiffirma l-applikazzjoni, l-applikant ikun qed jaqbel li d-dejta pprovduta
minnu tista' tiġi pproċessata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri
(kaxxa 29)
3. Il-formola tal-applikazzjoni fiha informazzjoni relatata mal-protezzjoni tad-
data (ara paġna 5) u għandha tinqara bir-reqqa:
APPLIKAZZJONIJIET INKOMPLETI
Meta, kif jirċievi applikazzjoni, id-dipartiment doganali kompetenti jqis li l-applikazzjoni
ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 608/2013, id-
dipartiment doganali kompetenti għandu jitlob lill-applikant jipprovdi l-informazzjoni
nieqsa fi żmien 10 ijiem ta' xogħol min-notifika. Il-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum ta’ xogħol
biex id-dipartiment doganali kompetenti jilqa’ jew jiċħad l-applikazzjoni għandu jiġi
sospiż sakemm tasal l-informazzjoni rilevanti.
12
Fejn l-applikant ma jipprovdix l-informazzjoni nieqsa fi żmien dak il-perjodu ta’ 10 ijiem ta’ xogħol, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jiċħad l-applikazzjoni u jinnotifika lill-applikant b'dan.
KIF L-APPLIKAZZJONI TIĠI PPROĊESSATA
Id-dipartiment doganali kompetenti għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu
li jilqa' jew jiċħad l-applikazzjoni fi żmien 30 jum ta’ xogħol mill-wasla tal-
applikazzjoni.
Fil-każ li l-applikazzjoni ma tkunx tista' tingħata għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali
kollha identifikati fiha, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jilqa' l-applikazzjoni
biss għal dawk id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet
kollha. Fil-każ ta’ għoti parzjali, lista ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li għalihom
ingħatat l-applikazzjoni għandha tiġi inkluża fid-deċiżjoni.
Fil-każ ta’ rifjut parzjali jew sħiħ, l-informazzjoni dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-
proċedura tal-appell għandha tiġi pprovduta mid-dipartiment doganali kompetenti.
Deċiżjoni li tingħata applikazzjoni nazzjonali għandu jkollha effett mill-jum wara d-
data tal-adozzjoni.
Deċiżjoni li tingħata applikazzjoni tal-Unjoni għandu jkollha effett kif ġej:
a) fl-Istat Membru fejn tressqet l-applikazzjoni, fil-jum wara d-data tal-
adozzjoni;
b) fl-Istati Membri l-oħrajn kollha fejn intalbet azzjoni mill-awtoritajiet
doganali, fil-jum wara d-data li fiha l-awtoritajiet doganali jiġu notifikati
b’din id-deċiżjoni skont ir-Regolament, sakemm id-detentur tad-
deċiżjoni jkun issodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward ta’ talbiet għat-
traduzzjoni.
Id-dipartiment doganali kompetenti li lilu tkun intbagħtet applikazzjoni tal-Unjoni
għandu jgħaddi d-deċiżjoni li tagħti l-applikazzjoni lid-dipartiment doganali kompetenti
tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri indikati fl-applikazzjoni tal-Unjoni.
Meta jagħti applikazzjoni, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jispeċifika l-
perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni.
Dak il-perjodu għandu jibda fil-jum li fih id-deċiżjoni li tagħti l-applikazzjoni jkollha
effett u m'għandux ikun ta’ aktar minn sena mill-jum wara d-data tal-adozzjoni. Fil-
prinċipju, il-perjodu jista’ jiġi estiż għal numru illimitat ta’ drabi, sakemm il-
kundizzjonijiet kollha jibqgħu jiġu sodisfatti.
13
It-talba għall-estensjoni tal-perjodu li matulu d-dwana għandha tieħu azzjoni għandha
titressaq mill-inqas 30 jum ta’ xogħol qabel ma jiskadi l-perjodu, inkella d-dipartiment
doganali kompetenti jista’ jirrifjuta dik it-talba. Ladarba l-perjodu jkun skada l-
applikazzjoni ma tistax terġa’ tiġi estiża u għandha tintbagħat applikazzjoni ġdida
għal azzjoni.
PROĊEDURA GĦAL AZZJONI "EX OFFICIO"
Meta d-dwana żżomm oġġetti suspettati bi ksur ta’ DPI li ma jkunux koperti minn
applikazzjoni valida, għandhom jippruvaw jintraċċaw il-persuna jew l-entità intitolata li
tressaq applikazzjoni ("azzjoni ex officio"). Ladarba l-persuna jew l-entità tkun ġiet
innotifikata għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
a) l-applikazzjoni għandha titressaq lid-dipartiment doganali kompetenti fi żmien
erbat ijiem ta’ xogħol min-notifika;
b) l-applikazzjoni għandha tkun applikazzjoni nazzjonali;
c) l-applikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija f'dan il-manwal.
Madankollu, l-informazzjoni relatata mal-kaxxi 12 sa 18 u 20 sa 27 tista' titħalla
barra fl-applikazzjoni.
Id-dipartiment doganali kompetenti għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu
li jilqa' jew jiċħad l-applikazzjoni fi żmien jumejn ta’ xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni.
Fil-każ fejn l-informazzjoni tal-kaxxi 12 sa 18 u 20 sa 27 ma titressaqx, l-applikazzjoni
tingħata biss b'rabta mal-każ partikolari fejn ikunu nżammu l-oġġetti notifikati mid-
dwana. Jekk l-applikant ikun jixtieq li l-applikazzjoni tiegħu tkun valida għall-perjodu
standard ta’ 12-il-xahar, l-informazzjoni dwar dawk il-kaxxi għandha tiġi pprovduta fi
żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara n-notifika mill-awtoritajiet doganali.
14
SPJEGAZZJONIJIET TAL-KAXXI LI JRIDU JIMTLEW FIL-FORMOLA TAL-
APPLIKAZZJONI
Attributi ta’ għażla u dawk obbligatorji: Huwa obbligatorju li timla l-attributi kollha fil-
kaxxi mmarkati b'asterisk (*). Fejn f’kaxxa waħda jkun hemm bosta attributi mmarkati
bis-sinjal (+), irid jimtela mill-inqas wieħed minnhom.
Iddaħħalx dejta fil-kaxxi mmarkati "għall-użu uffiċjali".
Kaxxa 1. Applikant
F’din il-kaxxa għandhom jiddaħħlu d-dettalji dwar l-applikant.
Għandu jkun fiha informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz sħiħ tal-applikant u n-numri
tat-telefon, tat-telefon ċellulari jew tal-faks tiegħu.
Huwa rakkomandat, iżda mhux meħtieġ, li tiddaħħal l-informazzjoni dwar in-Numru
ta’ Identifikazzjoni Fiskali, kwalunkwe numru ieħor ta’ reġistrazzjoni nazzjonali jew in-
Numru ta’ Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni bħala Operatur Ekonomiku (EORI-No) tal-
applikant.
In-numru EORI huwa numru, uniku fl-Unjoni kollha, assenjat mill-awtoritajiet doganali
ta’ Stat Membru lill-operaturi ekonomiċi involuti f’attivitajiet doganali.
Huwa wkoll irrakkomandat, iżda mhux meħtieġ, li tingħata l-informazzjoni dwar l-
indirizz elettroniku u dak tal-websajt.
L-applikant huwa l-persuna jew l-entità li f'isimha qed titressaq l-applikazzjoni. Fejn l-
applikazzjoni titressaq minn rappreżentant li qed jaġixxi f'isem l-applikant, il-kaxxa 1
għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar l-applikant li f'ismu qed titressaq l-applikazzjoni
u l-kaxxa 4 għandu jkun fiha l-informazzjoni tar-rappreżentant.
Kaxxa 2: Applikazzjoni tal-Unjoni/Nazzjonali
Għandha tiġi mmarkata s-sub-kaxxa xierqa biex tindika jekk l-applikazzjoni hijiex
applikazzjoni Nazzjonali jew tal-Unjoni.
- Applikazzjoni nazzjonali: applikazzjoni mressqa fi Stat Membru li titlob lill-awtoritajiet
doganali tiegħu jieħdu azzjoni f’dak l-Istat Membru.
- Applikazzjoni tal-Unjoni: applikazzjoni mressqa fi Stat Membru li titlob lill-awtoritajiet
doganali ta’ dak l-Istat Membru u lill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru wieħed jew
aktar jieħdu azzjoni fit-territorji rispettivi tagħhom.
15
Applikazzjonijiet tal-Unjoni, li huma maħsuba biex japplikaw f'aktar minn Stat Membru
wieħed, jistgħu jitressqu biss fir-rigward ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali bbażati
fuq il-liġi tal-Unjoni applikabbli fl-Unjoni kollha, bħall-marka kummerċjali Komunitarja
jew id-disinn Komunitarju. Applikazzjonijiet nazzjonali, li japplikaw biss fl-Istat
Membru fejn ikunu tressqu, jistgħu jitressqu kemm fir-rigward ta’ drittijiet ta’ proprjetà
intellettwali bbażati fuq liġi tal-Unjoni applikabbli fl-Unjoni kollha u fir-rigward ta’
drittijiet oħrajn ta' proprjetà intellettwali bbażati fuq il-liġi applikabbli f’dak l-Istat
Membru.
Kaxxa 3: Status tal-applikant
Għandha tiġi mmarkata l-kaxxa xierqa biex tindika l-istatus tal-applikant skont it-tifsira
tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013. L-applikazzjoni għandha tinkludi
dokumenti li jipprovdu evidenza li tissodisfa lid-dipartiment doganali kompetenti li l-
applikant huwa intitolat li jressaq applikazzjoni.
Il-persuni u l-entitajiet intitolati li jressqu applikazzjoni huma dawk imsemmija fl-
Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013.
Kaxxa 4: Rappreżentant li jressaq l-applikazzjoni f’isem l-applikant
Fejn l-applikazzjoni titressaq mill-applikant permezz ta’ rappreżentant, f'din il-kaxxa
għandhom jiddaħħlu d-dettalji dwar dak ir-rappreżentant. L-applikazzjoni għandha
tinkludi evidenza tas-setgħat tiegħu li jaġixxi bħala rappreżentant skont il-leġiżlazzjoni
tal-Istat Membru li fih tressqet l-applikazzjoni u l-kaxxa korrispondenti għandha tiġi
mmarkata.
Għandu jkun fiha informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz sħiħ tal-applikant u n-numri
tat-telefon, tat-telefon ċellulari jew tal-faks tiegħu.
Jekk jogħġbok, kun af li r-rappreżentant (kaxxa 4) li jkun qed iressaq l-applikazzjoni
f’isem l-applikant u r-rappreżentanti maħtura fl-applikazzjoni biex ikunu inkarigati
minn kwistjonijiet legali u tekniċi (kaxxi 7, 8 u 9) jistgħu jkunu differenti. Ir-
rappreżentant fil-kaxxa 4 huwa dak li qed iressaq l-applikazzjoni f’isem l-applikant u li
jkun ingħata l-awtorizzazzjoni xierqa mill-applikant minn qabel; ir-rappreżentanti fil-
kaxxi 7 u 8 jew 9 inkarigati minn kwistjonijiet legali u tekniċi jsiru rappreżentanti tal-
applikant permezz tal-applikazzjoni mressqa u għandhom ir-rwol ta' persuni ta’
kuntatt għall-amministrazzjonijiet doganali fir-rigward taż-żamma ta’ oġġetti skont id-
deċiżjoni li tagħti applikazzjoni li fiha jkunu ġew maħtura bħala rappreżentanti.
Kaxxa 5: Tip ta’ dritt li għalih tirreferi l-applikazzjoni
Fil-kaxxa 5 għandhom jiġu mmarkati t-tipi ta’ drittijiet applikabbli. F’applikazzjoni
waħda jista' jiġi mmarkat aktar minn dritt wieħed. Madankollu, f'applikazzjoni tal-
16
Unjoni jistgħu jiġu mmarkati biss id-drittijiet ibbażati fuq il-liġi tal-Unjoni applikabbli fl-
Unjoni kollha.
Bħalissa, id-drittijiet komunitarji bbażati fuq il-liġi tal-Unjoni applikabbli fl-Unjoni kollha
huma:
Marki kummerċjali komunitarji (CTM)
Marki kummerċjali rreġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li
għandhom effett fl-Unjoni
Disinn Komunitarju Rreġistrat
Disinji rreġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom
effett fl-Unjoni
Disinji Komunitarji mhux irreġistrati
Indikazzjonijiet ġeografiċi jew denominazzjonijiet tal-oriġini
protetti għall-prodotti agrikoli u tal-ikel
Denominazzjonijiet tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għall-
inbid
Denominazzjonijiet ġeografiċi għal xorb aromatizzat ibbażat fuq
prodotti tal-inbid
Indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb alkoħoliku
Drittijiet ta' varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità
Kaxxa 6: Stat Membru jew, fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni, Stati Membri fejn tintalab l-azzjoni doganali
Fil-każ ta’ applikazzjoni nazzjonali, għandha tiġi mmarkata sub-kaxxa waħda biss: is-
sub-kaxxa li tikkorrispondi mal-Istat Membru fejn titressaq l-applikazzjoni u li fih
tintalab l-azzjoni doganali.
Fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni:
- Immarka s-sub-kaxxa li tikkorrispondi għall-“Istati Membri kollha” jekk
tintalab azzjoni doganali fl-Istati Membri kollha jew
- Immarka s-sub-kaxxa li tikkorrispondi għall-Istat Membru fejn titressaq l-
applikazzjoni u li fih tintalab azzjoni doganali, u s-sub-kaxxa(i) tal-Istat(i)
Membru(i) l-ieħor(oħrajn) li fih(om) tintalab ukoll azzjoni doganali.
Kaxxa 7: Rappreżentant għal kwistjonijiet legali
Fil-kaxxa 7 għandhom jiddaħħlu d-dettalji ta’ kull rappreżentant maħtur mill-applikant
biex ikun inkarigat mill-kwistjonijiet legali.
Meta oġġetti suspettati jiġu miżmuma, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkuntattjaw
lir-rappreżentant għal kwistjonijiet legali dwar l-obbligi u d-drittijiet legali tad-detentur
tad-deċiżjoni li tagħti l-applikazzjoni u, b'mod partikolari, dwar l-aspetti legali tal-
17
proċeduri amministrattivi għaż-żamma ta’ oġġetti suspettati. Ir-rappreżentant għall-
aspetti legali għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali bħala intitolat sabiex jaġixxi
f'isem id-detentur tad-deċiżjoni. Ir-rappreżentant għall-aspetti legali għandu jkun
ikkuntattjat faċilment wara notifika qasira u għandu jkun kapaċi jitkellem il-lingwa(i)
tal-Istat Membru fejn tkun saret it-talba għal azzjoni doganali. Barra minn hekk, il-
persuna għandha tkun aċċessibbli, tal-anqas, matul il-ħinijiet normali tax-xogħol ta’
dak il-pajjiż. Madankollu, mhuwiex meħtieġ li r-rappreżentant ikun stabbilit fl-Istati
Membri fejn tenħtieġ l-azzjoni doganali iżda huwa ferm rakkomandat li jkun stabbilit
ġewwa l-Unjoni.
Il-Kaxxa 7 tal-applikazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz
sħiħ tar-rappreżentant u n-numri tat-telefon, tat-telefon ċellulari jew tal-faks tiegħu.
Huwa rakkomandat, iżda mhux meħtieġ, li tiddaħħal l-informazzjoni dwar dan li ġej:
- L-identifikazzjoni tal-kumpanija li għaliha jkun jaħdem ir-rappreżentant għal
kwistjonijiet legali.
- Informazzjoni dwar l-indirizz elettroniku u dak tal-websajt
tar-rappreżentant għal kwistjonijiet legali.
Kaxxa 8: Rappreżentant għal kwistjonijiet tekniċi
Fil-kaxxa 8 għandhom jiddaħħlu d-dettalji ta’ kull rappreżentant maħtur mill-applikant
biex ikun inkarigat mill-kwistjonijiet tekniċi.
Ir-rappreżentant għal kwistjonijiet legali u r-rappreżentant għal kwistjonijiet tekniċi
jistgħu jkunu l-istess persuna.
Meta l-oġġetti jkunu soġġetti għal kontroll doganali bil-għan tal-infurzar ta’ DPI, l-
awtoritajiet doganali jistgħu jikkuntattjaw lir-rappreżentant għal kwistjonijiet tekniċi
rigward informazzjoni fuq dejta speċifika u teknika dwar l-oġġetti awtentiċi,
informazzjoni meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jidentifikaw l-oġġetti
foloz u informazzjoni rilevanti għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet doganali tar-
riskju ta’ ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali jew id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
kkonċernati. B'mod partikolari, l-awtoritajiet doganali jistgħu jikkuntattjaw lir-
rappreżentant għal kwistjonijiet tekniċi qabel ma jinżammu l-oġġetti f’każijiet fejn tkun
meħtieġa aktar informazzjoni mid-detentur ta’ deċiżjoni biex jiġi vvalutat ksur
potenzjali tad-DPI tiegħu. Ir-rappreżentant għal aspetti tekniċi għandu jitqies mill-
awtoritajiet doganali bħala intitolat biex jaġixxi f'isem id-detentur tad-deċiżjoni.
Ir-rappreżentant għal aspetti tekniċi għandu jiġi kkuntattjat faċilment wara notifika
qasira u għandu jkun kapaċi jitkellem il-lingwa(i) tal-Istat Membru fejn tkun saret it-
talba għal azzjoni doganali. Barra minn hekk, il-persuna għandha tkun aċċessibbli,
tal-anqas, matul il-ħinijiet normali tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru. Madankollu,
18
mhuwiex meħtieġ li r-rappreżentant ikun stabbilit fl-Istati Membri fejn tenħtieġ l-
azzjoni doganali iżda huwa ferm rakkomandat li jkun stabbilit ġewwa l-Unjoni.
Il-Kaxxa 8 tal-applikazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz
sħiħ tar-rappreżentant u n-numri tat-telefon, tat-telefon ċellulari jew tal-faks tiegħu.
Huwa rakkomandat, iżda mhux meħtieġ, li tiddaħħal informazzjoni dwar dan li ġej:
- L-identifikazzjoni tal-kumpanija li għaliha jkun jaħdem ir-rappreżentant għal
kwistjonijiet tekniċi.
- Informazzjoni dwar l-indirizz elettroniku u dak tal-websajt tar-rappreżentant
għal kwistjonijiet tekniċi.
Kaxxa 9: Rappreżentanti għal kwistjonijiet legali u tekniċi f’applikazzjonijiet tal-Unjoni.
Fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni, id-dettalji tar-rappreżentant jew tar-rappreżentanti
maħtura mill-applikant biex ikunu inkarigati mill-kwistjonijiet tekniċi u legali fl-Istati
Membri indikati fil-kaxxa 6 għandhom jiġu pprovduti f'anness separat li għandu jkun
fih l-elementi tal-informazzjoni mitluba fil-kaxxi 7 u 8. Fil-każ li rappreżentant jkun ġie
maħtur għal aktar minn Stat Membru wieħed, għandu jiġi indikat b'mod ċar għal liema
Stati Membri jkun ġie maħtur.
Kaxxa 10: Proċedura dwar kunsinni żgħar.
Din il-kaxxa għandha tiġi mmarkata meta l-applikant ikun jixtieq jitlob l-użu tal-
proċedura għall-qerda ta’ oġġetti f'kunsinni żgħar stabbilita fl-Artikolu 26 tar-
Regolament (UE) Nru 608/2013.
Il-proċedura speċifika għal kunsinni żgħar ta’ oġġetti foloz u illegali ġiet introdotta
sabiex il-piż amministrattiv u l-ispejjeż jitnaqqsu għall-minimu kemm għall-awtoritajiet
doganali kif ukoll għad-detenturi tad-drittijiet. Il-proċedura tippermetti li dawn l-oġġetti
jinqerdu mingħajr il-qbil espliċitu tal-applikant f'kull każ.
Il-proċedura għall-qerda ta’ oġġetti f'kunsinni żgħar tapplika biss meta l-kundizzjonijiet
kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
a) l-oġġetti jkunu suspettati li jkunu oġġetti falsifikati jew foloz;
b) l-oġġetti ma jkunux prodotti li jiħżienu malajr;
c) l-oġġetti jkunu koperti minn deċiżjoni li tagħti l-applikazzjoni;
d) id-detentur tad-deċiżjoni jkun talab l-użu tal-proċedura stabbilita f'dan l-
Artikolu fl-applikazzjoni;
e) l-oġġetti jkunu trasportati f'kunsinni żgħar kif definit fl-Artikolu 2 (19) tar-
Regolament (UE) Nru 608/2013.
19
Din il-kaxxa 10 tirrigwarda l-kundizzjoni taħt l-ittra c) hawn fuq, li tippermetti li l-
applikant jitlob il-proċedura dwar kunsinni żgħar. Din it-talba tinkorpora l-impenn min-
naħa tal-applikant li jkopri l-ispejjeż relatati mal-qerda tal-oġġetti skont din il-
proċedura, meta l-awtoritajiet doganali jitolbu dan.
Fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni, fejn l-applikant ma jkunx irid jitlob li l-proċedura
dwar kunsinni żgħar tintuża fl-Istati Membri kollha indikati fil-kaxxa 6, għandhom jiġu
prodotti żewġ applikazzjonijiet separati tal-Unjoni; waħda bl-Istati Membri kollha fejn
tintalab il-proċedura dwar kunsinni żgħar u waħda bl-Istati Membri kollha fejn ma
tkunx qed tintalab il-proċedura dwar kunsinni żgħar. F’dan il-każ, kull applikazzjoni
għandha titressaq f'wieħed mill-Istati Membri indikati fil-kaxxa 6.
Fejn l-applikant ma jitlobx l-użu tal-proċedura fl-applikazzjoni tiegħu, l-awtoritajiet
doganali għandhom jużaw il-proċedura standard fir-rigward ta’ oġġetti f'kunsinni
żgħar.
Sub-kaxxa dwar “immaniġġjar ristrett” fil-kaxxi 11 sa 28
Skont ir-Regolament (UE) Nru 608/2013, id-dipartimenti doganali kompetenti tal-Istati
Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet
(għall-għoti, għall-estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom
jieħdu azzjoni, għar-revoka, għall-emenda u s-sospensjoni ta’ deċiżjoni). It-
trażmissjoni ta’ dik l-informazzjoni u kull skambju ta' dejta dwar l-applikazzjonijiet bejn
l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandha ssir permezz ta’ bażi ta' dejta ċentrali
tal-Kummissjoni (COPIS). L-informazzjoni u d-dejta għandhom jinħażnu f’COPIS.
L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess
għall-informazzjoni miżmuma f’COPIS.
Madankollu, billi jimmarka s-sub-kaxxa “immaniġġjar ristrett” fil-kaxxi 11 sa 28 l-
applikant jista' jitlob li l-informazzjoni, inklużi d-dokumenti mehmuża, f’dawk il-kaxxi
tkun viżibbli biss għall-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fejn tintalab azzjoni,
jiġifieri, dawk immarkati fil-kaxxa 6 mill-applikant.
Kaxxa 11: Lista ta’ drittijiet li għalihom tirreferi l-applikazzjoni.
F'din il-kaxxa għandha tiddaħħal l-informazzjoni dwar id-dritt jew id-drittijiet li
għandhom jiġu infurzati.
Fil-kolonna “Nru”, għandhom jiddaħħlu numri sekwenzjali għal kull dritt ta’ proprjetà
intellettwali li għalih tirreferi l-applikazzjoni.
Fil-kolonna “Tip ta’ dritt”, it-tip ta’ DPI għandu jiġi indikat permezz tal-
abbrevjazzjonijiet xierqa li jidhru fil-kaxxa 5 fil-parentesi.
20
Fil-kolonna “Numru tar-reġistrazzjoni”, in-numru ta' referenza tad-dritt tal-proprjetà
intellettwali rreġistrat f'reġistru IP.
Fil-kolonna “Data tar-reġistrazzjoni”, id-data tar-reġistrazzjoni tad-dritt tal-proprjetà
intellettwali f'reġistru PI.
Fil-kolonna “Data ta’ skadenza”, id-data li fiha d-dritt tal-proprjetà intellettwali ma
jibqax effettiv.
Fil-kolonna “lista ta’ oġġetti li għalihom jirreferi d-dritt”, għandu jiddaħħal it-tip ta'
oġġetti koperti mid-DPI rilevanti u li fir-rigward tiegħu l-applikant jixtieq jitlob infurzar
doganali. Jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali ikun ingħata għal diversi kategoriji ta’
oġġetti, f'din il-kolonna l-applikant jista' jinkludihom kollha jew parti minnhom: il-lista
tal-oġġetti fl-applikazzjoni tista' tkun iqsar mil-lista tal-oġġetti koperti mid-dritt tal-
proprjetà intellettwali; madankollu l-lista tal-oġġetti fl-applikazzjoni ma tistax tmur lil
hinn mil-lista ta’ oġġetti koperti mid-dritt ta’ proprjetà intellettwali.
Informazzjoni dwar oġġetti awtentiċi (kaxxi 12 sa 19) u informazzjoni dwar oġġetti foloz (kaxxi 20 sa 27)
L-applikazzjoni għandu jkun fiha dejta speċifika u teknika dwar l-oġġetti awtentiċi,
informazzjoni meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu faċilment
jidentifikaw oġġetti suspettati bi ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u
informazzjoni rilevanti għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet doganali tar-riskju
ta’ ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali jew tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
kkonċernati.
Il-Kaxxi 12 sa 27 huma maħsuba għal informazzjoni speċifika u preċiża li biha l-
awtoritajiet doganali jimmiraw għal kunsinni suspettużi għall-finijiet ta’ infurzar tad-
drittijiet ta’ proprjetà intellettwali permezz tal-użu ta’ tekniki għall-analiżi tar-riskju,
biex b’hekk l-oġġetti foloz suspettużi jiġu identifikati b’mod korrett u jiġi evitat is-
sekwestru bla bżonn ta’ oġġetti li ma jkunux qed jiksru d-drittijiet ta’ proprjetà
intellettwali jew li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE)
Nru 608/2013. Jekk din l-informazzjoni dettaljata ma tiġix ipprovduta, l-applikazzjoni
tista’ tiġi rifjutata.
Din l-informazzjoni obbligatorja għandha tiġi aġġornata meta jkun hemm xi tibdil,
skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 u l-impenn korrispondenti mill-
applikant fi ħdan din l-applikazzjoni.
Il-provvediment ta’ informazzjoni dettaljata huwa partikolarment rilevanti f'każijiet fejn
l-applikant jitlob il-proċedura għall-qerda ta’ oġġetti f'kunsinni żgħar.
F’dawn il-kaxxi għandhom jiddaħħlu diversi tipi ta’ informazzjoni sabiex titjieb l-
intelliġenza tad-dwana dwar prodotti relatati.
21
L-informazzjoni rilevanti dwar oġġetti awtentiċi għandha tkun komprensiva u tiġi inkluża fl-applikazzjoni; jista’ ma jkunx biżżejjed jekk tiġi sostitwita minn:
o referenza għal indirizz pubbliku tal-internet;
o katalgu ġenerali li minn fuqu jsiru l-ordnijiet mingħajr deskrizzjoni teknika ulterjuri;
o stampi mingħajr deskrizzjoni teknika ulterjuri.
Informazzjoni dwar oġġetti awtentiċi (kaxxi 12 sa 19)
Kaxxa 12: Dettalji dwar l-oġġetti (oġġetti awtentiċi)
Il-Kaxxa 12 għandu jkun fiha informazzjoni relatata mal-prodott dwar l-oġġetti
awtentiċi.
Agħti deskrizzjoni tal-oġġetti u agħti spjegazzjoni tad-dehra tagħhom. Żid l-istampi
tal-oġġetti awtentiċi, fejn xieraq.
Jekk ikun hemm aktar minn tip wieħed ta’ oġġett (eż. ħwejjeġ, żraben) jew
assortimenti differenti ta' oġġetti, jekk jogħġbok iddeskrivihom separatament.
Huwa partikularment importanti li tagħti l-kodiċi tan-nomenklatura magħquda5 u
informazzjoni dwar il-valuri differenti tal-oġġetti sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-għodod
tal-IT għall-analiżi tar-riskju u biex jiġu mmirati mill-awtoritajiet doganali.
Kaxxa 13: Karatteristiċi distintivi tal-oġġetti (oġġetti awtentiċi)
Daħħal l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-oġġetti awtentiċi eż. tikketti,
ħjut tas-sigurtà, ologrammi, buttuni, hangtags, eċċ.
Spjega l-pożizzjoni eżatta fejn jinsabu l-karatteristiċi fuq l-oġġetti u d-dehra tagħhom.
Ipprovdi stampi tal-oġġetti u l-karatteristiċi distintivi tagħhom.
Kaxxa 14: Post tal-produzzjoni (oġġetti awtentiċi)
Daħħal l-informazzjoni dwar il-post tal-produzzjoni tal-oġġetti awtentiċi.
5
http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/combined_nomenclature/index_en.htm
22
Kaxxa 15: Kumpaniji involuti (oġġetti awtentiċi)
Daħħal l-informazzjoni dwar kwalunkwe importaturi, fornituri, manifatturi,
trasportaturi, destinatarji jew esportaturi awtorizzati, u għal liema oġġetti jkunu
awtorizzati.
Kaxxa 16: Kummerċjanti (oġġetti awtentiċi)
Daħħal l-informazzjoni dwar il-persuni jew l-entitajiet awtorizzati biex jikkummerċjaw
il-prodotti li jinvolvu l-użu tad-DPI(s) li għalihom qed jintalab l-infurzar. L-informazzjoni
għandha tirreferi għall-isem, l-indirizz u n-numri tar-reġistrazzjoni, bħan-numru EORI,
ta’ dawk il-persuni jew l-entitajiet. Bl-istess mod, l-informazzjoni għandha tinkludi
informazzjoni dwar kif id-detenturi tal-liċenzja jistgħu juru l-awtorizzazzjoni tagħhom li
jużaw id-DPI(s) inkwistjoni.
Kaxxa 17: Informazzjoni dwar id-dettalji tal-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti (oġġetti awtentiċi)
Jekk l-approvazzjoni doganali ta’ oġġetti awtentiċi ssir biss f’ċerti uffiċċji doganali,
elenka l-uffiċċji kkonċernati.
Daħħal l-informazzjoni, jekk magħrufa, dwar il-proċeduri doganali speċifiċi (eż.
proċeduri doganali simplifikati, ħażna doganali, eċċ.) li taħthom jiġu approvati l-
oġġetti awtentiċi.
Daħħal l-informazzjoni dwar kwalunkwe mezzi speċifiċi ta’ distribuzzjoni (eż. aġenziji
ġenerali, imħażen ċentrali, dipartimenti tad-dispaċċ).
Daħħal l-informazzjoni dwar ir-rotot tat-traffiku bħal pajjiżi u postijiet ta’ provenjenza,
tranżitu u dħul. Liema mezzi ta’ trasport qed jintużaw?
Kaxxa 18: Pakketti (oġġetti awtentiċi)
Spjega kif l-oġġetti awtentiċi jiġu ppakkjati (f'pakketti singoli, fuq il-bords, bl-ingrossa,
fuq il-palits?) u d-dehra tal-pakketti. Jekk possibbli, żid l-istampi tal-pakketti.
Fejn l-imballaġġ tal-oġġetti awtentiċi juri karatteristiċi speċifiċi eż. marki partikolari ta’
identifikazzjoni (l-isem tal-manifattur, in-numru tal-ordni, kulur, eċċ), jew fejn ikun
hemm disinji speċjali fuq il-pakkett (kulur, moffa), jew tikketti, ħjut tas-sigurtà,
ologrammi, daħħal l-informazzjoni xierqa dwar il-pożizzjoni eżatta fuq l-oġġetti u d-
dehra tal-karatteristiċi.
23
Kaxxa 19: Dokumenti ta’ akkumpanjament (oġġetti awtentiċi)
Ipprovdi dettalji ta’ kwalunkwe dokumenti speċifiċi li jkunu mal-oġġetti awtentiċi, bħal
dokumenti mehmuża, ittri ta’ garanzija, struzzjonijiet ta’ tagħrif jew struzzjonijiet għall-
użu.
Informazzjoni dwar oġġetti foloz (kaxxi 20 sa 27)
Kaxxa 20: Dettalji dwar l-oġġetti (oġġetti foloz)
Il-Kaxxa 20 għandu jkun fiha kwalunkwe informazzjoni magħrufa relatata mal-prodott
dwar l-oġġetti foloz.
Agħti deskrizzjoni tal-oġġetti u agħti spjegazzjoni tad-dehra tagħhom. Żid l-istampi
tal-oġġetti foloz, fejn xieraq.
Jekk ikun hemm aktar minn tip wieħed ta’ oġġett (eż. ħwejjeġ, żraben) jew
assortimenti differenti ta' oġġetti, jekk jogħġbok iddeskrivihom separatament.
Jekk jogħġbok daħħal il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda u informazzjoni dwar il-
valur tal-oġġetti sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-għodod tal-IT għall-analiżi tar-riskju u
biex jiġu mmirati mill-awtoritajiet doganali u sabiex tinġabar l-istatistika.
Kaxxa 21: Karatteristiċi distintivi tal-oġġetti (oġġetti foloz)
Daħħal l-informazzjoni, jekk magħrufa, dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-oġġetti foloz
eż. tikketti, ħjut tas-sigurtà, ologrammi, buttuni, hangtags, eċċ.
Spjega l-pożizzjoni eżatta fejn jinsabu l-karatteristiċi fuq l-oġġetti u d-dehra tagħhom.
Żid stampi tal-karatteristiċi fuq l-oġġetti, fejn xieraq.
Kaxxa 22: Post tal-produzzjoni (oġġetti foloz)
Daħħal l-informazzjoni, jekk magħrufa, dwar il-post tal-produzzjoni tal-oġġetti foloz.
Kaxxa 23: Kumpaniji involuti (oġġetti foloz)
Daħħal l-informazzjoni (ismijiet u indirizzi) dwar kwalunkwe importaturi, fornituri,
manifatturi, trasportaturi, destinatarji jew esportaturi magħrufa li fil-passat ġew
identifikati li jkunu kisru l-liġi jew li huma suspettati li huma involuti fi ksur fir-rigward
tad-DPIs tiegħek.
24
Kaxxa 24: Kummerċjanti (oġġetti foloz)
Daħħal l-informazzjoni dwar il-persuni jew l-entitajiet mhux awtorizzati biex
jikkummerċjaw il-prodotti li jinvolvu l-użu tad-DPI(s) li għalihom qed jintalab l-infurzar
u li fil-passat kienu jikkummerċjaw il-prodotti fl-Unjoni.
Kaxxa 25: Informazzjoni dwar id-dettalji tal-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti (oġġetti foloz)
Daħħal kwalunkwe informazzjoni magħrufa dwar il-kanali ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti
foloz eż. kif u fejn l-oġġetti jidħlu fl-UE, liema mezzi ta’ trasport qed jintużaw.
Jekk l-approvazzjoni doganali tal-oġġetti foloz issir b’mod partikolari f’ċerti uffiċċji
doganali, elenka l-uffiċċji kkonċernati. Daħħal l-informazzjoni, jekk magħrufa, dwar
proċeduri doganali speċifiċi (eż. proċeduri doganali simplifikati, ħażna doganali, eċċ.)
li taħthom l-oġġetti foloz qed jiġu approvati.
Jekk ikollok xi informazzjoni dwar kunsinni ppjanati (l-isem tal-bastiment, l-isem u l-
indirizz ta’ importaturi, il-fornituri, il-manifatturi, it-trasportaturi, id-destinatarji jew l-
esportaturi, in-numri tal-kontejners, il-kumpaniji tat-tbaħħir, il-linji tal-ajru, in-numri tat-
titjiriet, id-dipartimenti tad-dispaċċ, in-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni tat-trakkijiet,
in-numri tad-dħul tad-dwana internazzjonali, eċċ.), jekk jogħġbok, minbarra li ddaħħal
l-informazzjoni hawnhekk, agħti dik l-informazzjoni billi tuża formola red alert jew new
trend u ibgħatha direttament lill-awtoritajiet doganali rilevanti.
Kaxxa 26: Pakketti (oġġetti foloz)
Jekk magħruf, spjega kif l-oġġetti foloz jkunu ppakkjati (f'pakketti singoli, fuq il-bords,
bl-ingrossa, fuq il-palits?) u d-dehra tal-pakketti. Jekk possibbli, żid l-istampi tal-
pakketti.
Fejn il-pakketti tal-oġġetti foloz juru karatteristiċi speċifiċi eż. marki partikolari ta’
identifikazzjoni (l-isem tal-manifattur, numri, kulur, eċċ), disinji speċjali fuq il-pakkett
(kulur, moffa), jew tikketti, ħjut tas-sigurtà, ologrammi, daħħal l-informazzjoni xierqa
dwar il-pożizzjoni eżatta fuq l-oġġetti u d-dehra tal-karatteristiċi.
Kaxxa 27: Dokumenti ta’ akkumpanjament (oġġetti foloz)
Ipprovdi dettalji ta’ kwalunkwe dokumenti speċifiċi li jkunu mal-oġġetti foloz, bħal
dokumenti mehmuża, ittri ta’ garanzija, struzzjonijiet ta’ tagħrif jew struzzjonijiet għall-
użu u jekk dawn id-dokumenti fihomx żbalji speċifiċi.
Kaxxa 28: Informazzjoni addizzjonali.
Jekk jogħġbok daħħal kwalunkwe informazzjoni oħra li tqis rilevanti għall-finijiet tal-
applikazzjoni tiegħek.
25
Kaxxa 29: Impenn.
Iddaħħal l-ebda informazzjoni f’din il-kaxxa. L-impenji fil-kaxxa 29 li l-applikant
qiegħed jikkommetti għalihom billi jiffirma l-applikazzjoni huma spjegati aktar kmieni
f’dan il-manwal.
Kaxxa 30: Firma.
L-applikanti jridu jdaħħlu l-post u d-data tal-iffirmar tal-applikazzjoni u jiffirmawha. Fil-
każ ta’ applikazzjoni mressqa permezz ta’ rappreżentant, l-applikazzjoni għandha tiġi
ffirmata mir-rappreżentant. Wara l-firma tiegħu l-firmatarju għandu jżid ismu u
kunjomu f'ittri kbar u l-kapaċità li fiha jkun qed jiffirma.
TALBA GĦALL-EMENDA TAD-DEĊIŻJONI RIGWARD ID-DRITTIJIET TA’
PROPRJETÀ INTELLETTWALI FUQ TALBA MID-DETENTUR TAD-DEĊIŻJONI;
Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, id-detentur ta’ deċiżjoni li
jagħti l-applikazzjoni jista' jitlob il-modifika tal-lista tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali
f’dik id-deċiżjoni (kaxxa 11 tal-formola tal-applikazzjoni).
Modifika ta’ applikazzjoni tal-Unjoni tista' tintalab biss fir-rigward ta’ drittijiet ta’
proprjetà intellettwali bbażati fuq liġi tal-Unjoni applikabbli fl-Unjoni kollha.
Meta d-detentur tad-deċiżjoni jitlob iż-żieda ta’ DPI mal-lista fil-Kaxxa 11, it-talba
għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
- dokumenti li jipprovdu evidenza li tissodisfa d-dipartiment doganali kompetenti li l-
applikant huwa intitolat li jressaq applikazzjoni fir-rigward tad-DPI ġdid, fil-każ li ma
jkunux disponibbli onlajn.
- informazzjoni dwar id-DPI ġdid kif mitlub fil-kaxxa 11 tal-formola tal-applikazzjoni:
“Nru”, għandhom jiddaħħlu numri sekwenzjali għal kull dritt ta’ proprjetà
intellettwali li għalih tirreferi t-talba.
“Tip ta’ dritt”, it-tip ta’ DPI għandu jiġi indikat permezz tal-abbrevjazzjonijiet
xierqa li jidhru fil-kaxxa 5 tal-formola tal-applikazzjoni fil-parentesi.
“Numru tar-reġistrazzjoni”, in-numru ta' referenza tad-dritt tal-proprjetà
intellettwali rreġistrat f'reġistru PI.
“Data tar-reġistrazzjoni”, id-data tar-reġistrazzjoni tad-dritt tal-proprjetà
intellettwali f'reġistru PI.
“Data ta’ skadenza”, id-data li fiha d-dritt tal-proprjetà intellettwali ma jibqax
effettiv.
26
“lista ta’ oġġetti li għalihom jirreferi d-dritt”, għandu jiddaħħal it-tip ta' oġġetti
koperti mid-DPI rilevanti u li fir-rigward tagħhom l-applikant jixtieq jitlob infurzar
doganali.
It-talba għandu jkun fiha data speċifika u teknika dwar l-oġġetti awtentiċi,
informazzjoni meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu faċilment
jidentifikaw oġġetti suspettati bi ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-
informazzjoni rilevanti għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet doganali tar-riskju
ta’ ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali jew tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
kkonċernati.
Dan ifisser li t-talba għandha tinkludi, fir-rigward tad-DPI ġdid, l-informazzjoni
meħtieġa fil-kaxxi 12 sa 27 tal-formola tal-applikazzjoni, li huma maħsuba għal
informazzjoni speċifika u preċiża li biha l-awtoritajiet doganali jkollhom il-kunsinni
suspettużi fil-mira għall-finijiet tal-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali
permezz tal-użu ta’ tekniki għall-analiżi tar-riskju, biex b’hekk l-oġġetti foloz
suspettużi jiġu identifikati b’mod korrett u jiġi evitat is-sekwestru bla bżonn ta’ oġġetti
li ma jkunux qed jiksru d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew li ma jaqgħux taħt il-
kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 608/2013. Jekk din l-informazzjoni
dettaljata ma tiġix ipprovduta, it-talba tista’ tiġi rifjutata.
Għalkemm ma hemm l-ebda formola uffiċjali stabbilita sabiex tiġi emendata l-
informazzjoni fid-deċiżjoni, huwa rakkomandat li tintuża l-formola inkluża fl-anness.
Innota li f'dawk l-Istati Membri fejn jintużaw sistemi kompjuterizzati għat-tressiq tal-
applikazzjonijiet (DE, ES u mill-1-7-2014 IT), it-talba għall-emenda tad-deċiżjoni
għandha titressaq skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom.
27
TALBIET GĦAL ESTENSJONI
ESTENSJONI TAL-PERJODU LI MATULU L-AWTORITAJIET DOGANALI
GĦANDHOM JIEĦDU AZZJONI
Meta jilqa' applikazzjoni, id-dipartiment doganali kompetenti jispeċifika l-perjodu li
matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni f’kaxxa riservata għall-użu
uffiċjali fil-qiegħ tal-paġna 4 tal-formola tal-applikazzjoni. Id-dipartiment doganali
kompetenti li jkun ta d-deċiżjoni jista’, fuq talba tad-detentur tad-deċiżjoni, jestendi
dak il-perjodu.
L-estensjoni għandha tintalab billi tintuża l-formola uffiċjali approvata bir-
Regolament (UE) Nru 1352/2013. Il-formola tista’ tinstab fuq il-websajt tad-Direttorat
Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali f’dan is-sit:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_controls/counterfeit_piracy/ri
ght_holders/forms_en.htm.
Din il-formola ġiet stabbilita mingħajr preġudizzju għall-obbligu li t-talba għal
estensjoni tiġi mressqa permezz ta’ tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta fejn
ikun hemm sistemi kompjuterizzati disponibbli għall-għan li jiġu riċevuti u pproċessati
l-applikazzjonijiet. Bħalissa, sistema bħal din teżisti fil-Ġermanja u fi Spanja (l-Italja
minn 1-7-2014) u t-talbiet għal estensjoni għandhom jitressqu skont id-
dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom.
Peress li l-formola fuq il-websajt tal-Europa fil-ħolqa t’hawn fuq ma tistax timtela
b’mod elettroniku, m'hemm l-ebda oġġezzjoni li l-applikanti li jressqu t-talbiet għal
estensjoni u jużaw verżjonijiet tal-formola tat-talba għal estensjoni li jkunu pproduċew
huma stess jimlewha b’mod elettroniku, sakemm dawn il-formoli jkunu identiċi kemm
fil-format kif ukoll fil-kontenut għall-formoli stabbiliti bir-Regolament (UE)
Nru 1352/2013.
F'din is-sezzjoni għandek issib informazzjoni biex timla l-kaxxi tal-formola tat-talba
għal estensjoni.
It-talba għal estensjoni għandha tasal fid-dipartiment doganali kompetenti 30 jum ta’
xogħol qabel it-tmiem tal-perjodu li se jiġi estiż. Inkella, jekk it-talba għal estensjoni
tasal għand id-dipartiment doganali kompetenti anqas minn 30 jum ta’ xogħol qabel
it-tmiem tal-perjodu li se jiġi estiż, dan jista’ jirrifjuta t-talba għal estensjoni.
Id-dipartiment doganali kompetenti għandu jinnotifika lid-detentur tad-deċiżjoni bid-
deċiżjoni tiegħu dwar l-estensjoni fi żmien 30 jum ta’ xogħol mill-wasla tat-talba.
28
Id-dipartiment doganali kompetenti għandu jispeċifika l-perjodu li matulu l-awtoritajiet
doganali għandhom jieħdu azzjoni.
Il-perjodu estiż li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni għandu jibda
mill-jum wara d-data ta’ skadenza tal-perjodu preċedenti u m'għandux ikun ta’ aktar
minn sena.
SPJEGAZZJONIJIET DWAR IL-KAXXI LI GĦANDHOM JIMTLEW FIL-
FOROMOLA TAT-TALBA GĦAL ESTENSJONI.
Oqsma ta’ għażla u dawk obbligatorji: huwa obbligatorju li timla l-oqsma kollha fil-
kaxxi mmarkati b'asterisk (*). Fejn f’kaxxa waħda jkun hemm bosta oqsma mmarkati
bis-sinjal (+), irid jimtela tal-inqas wieħed minnhom.
Iddaħħalx dejta fil-kaxxi mmarkati "għall-użu uffiċjali ".
Kaxxa 1: Detentur tad-deċiżjoni.
F’din il-kaxxa għandhom jiddaħħlu d-dettalji dwar id-detentur tad-deċiżjoni.
Għandu jkun fiha informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz sħiħ tad-detentur tad-deċiżjoni
u n-numri tat-telefon, tat-telefon ċellulari jew tal-faks tiegħu.
Huwa rakkomandat ukoll, iżda mhux meħtieġ, li tingħata informazzjoni dwar l-indirizz
elettroniku.
Kaxxa 2: Talba tal-estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu azzjoni.
Daħħal in-numru tar-reġistrazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha tkun ingħatat l-
applikazzjoni li għaliha tirreferi t-talba għal estensjoni.
Jekk l-informazzjoni, inklużi l-annessi, dwar id-deċiżjoni li għaliha tirreferi t-talba għal
estensjoni tkun aġġornata u ma jkun hemm l-ebda tibdil li jrid jiġi notifikat lill-
awtoritajiet doganali, immarka s-sub-kaxxa “Nikkonferma li ma hemm l-ebda tibdil fl-
informazzjoni dwar l-applikazzjoni u l-annessi tagħha”.
Inkella, immarka s-sub-kaxxa “Qed nipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-
applikazzjoni għal azzjoni” u daħħal il-modifiki għall-informazzjoni.
Kaxxa 3: Firma.
Daħħal il-post u d-data ta’ meta t-talba tkun ġiet iffirmata u ffirmaha. Fil-każ ta’ talba
mressqa minn rappreżentant, it-talba għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant. Wara l-
firma tiegħu l-firmatarju għandu jżid ismu u kunjomu f'ittri kbar u l-kapaċità li fiha jkun
qed jiffirma.