Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

8
Il-Ħamis, 10 ta' Jannar 2013 www.mychoice.pn Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ biex jimxu ‘l quddiem Iż-żgħażagħ dejjem kienu prijorità kbira fil-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Qasam li fih jispikka dan l-impenn tal-Gvern hu dak tat-tkattir tal-opportunitajiet tax-xogħol u t-taħriġ Matul is-snin li għaddew sar ħafna xogħol siewi fl-oqsma industrijali biex tjiebu mhux biss il-faċilitajiet u d-dehra tagħhom, iżda biex min jaħdem minnhom jista’ joffri prodott aħjar. Fil-fatt żdiedu l-fabbriki f’dawn l-oqsma industrijali bir-riżultat li nħolqu wkoll aktar postijiet tax-xogħol. Il-Gvern għamel dan l-investiment, fosthom f’titjib ta’ toroq u bil-ftuħ ta’ toroq ġodda li jwasslu għal dawn l-oqsma industrijali, biex hekk l-ambjent fl-istess oqsma industrijali kompla jitjieb. Matul dawn l-aħħar snin il-Gvern qed jinvesti €16 miljun fit-titjib ta’ dawn iz-zoni industrijali, fosthom fil-qasam industrijali ta’ Ħal Far, f’dak ta’ Bulebel, fil-qasam industrijali ta’ Kordin u f’dak tal-Mosta u Grazzi għal din il-ħidma kontinwa llum fil- pajjiż hawn għadd kbir ta’ opportunitajiet ta’ xogħol u taħriġ. Mhux biss hawn diversi postijiet tax-xogħol fejn iż-żgħażagħ jistgħu jimirħu u jimxu ‘l quddiem, iżda llum għadd ta’ żgħażagħ jibdlu l-impjieg tagħhom biex jissoktaw itejbu l-kwalità ta’ ħajja tagħhom. Illum il-ġurnata diversi huma s-setturi ġodda fejn iż-żgħażagħ jistgħu jitħarrġu għalihom – fosthom fl-MCAST – biex imbagħad jagħmlu karriera ta’ suċċess. Fost l-oħrajn wieħed isib il-qasam tal- avjazzjoni fejn illum l-opportunitajiet huma kbar. L-industrija tal-avjazzjoni qed toħloq aktar impjiegi f’pajjiżna. Żgħażagħ fl-MCAST qed ikomplu jitħarrġu u jsegwu korsijiet fl-avjazzjoni. Bħalissa din l-industrija timpjega 1,000 ħaddiem. Sar Park tal-Avjazzjoni b’investiment ta’ €17-il miljun. Dan joffri l-faċilitajiet u l-infrastruttura meħtieġa biex tissaħħaħ din l-industrija u jinħolqu aktar impjiegi f’dan is-settur ġdid li qed jiżviluppa f’pajjiżna. F’pajjiżna twaqqaf għall-ewwel darba r-Reġistru tal-Avjazzjoni. Sal-2011 kien hemm 104 ajruplani reġistrati, żieda ta’ 21 fil-mija fuq l-2010. F’Malta hawn ukoll ħames skejjel tal- avjazzjoni li fihom jattendu 113-il student u studenta. Imtejba z-zoni industrijali biex żdiedu aktar il-fabbriki u l-impjiegi fil-qasam industrijali tax-Xewkija f’Għawdex. Il-fabbriki jeħtieġu infrastruttura u servizzi tajbin għall-ħtiġijiet tagħhom. Mingħajr dan it-titjib, pajjiżna ma jkunx jista’ jattira aktar investiment privat. FATTI U ĊIFRI 50 servizz taħt saqaf wieħed għas-sidien tal-SMEs u l-investituri Għawdex għamel avvanzi kbar f'kull settur tax-xogħol Il-Leader tal-Labour riedna nkunu bħal Ċipru li falla u ddikjarawh junk TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN ii iii vi f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13

description

Suppliment - In-Nazzjon 10/1/2013

Transcript of Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Page 1: Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 10 ta' Jannar 2013 www.mychoice.pn

Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ biex jimxu ‘l quddiemIż-żgħażagħ dejjem kienu prijorità kbira fil-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Qasam li fih jispikka dan l-impenn tal-Gvern hu dak tat-tkattir tal-opportunitajiet tax-xogħol u t-taħriġ

Matul is-snin li għaddew sar ħafna xogħol siewi fl-oqsma industrijali biex tjiebu mhux biss il-faċilitajiet u d-dehra tagħhom, iżda biex min jaħdem minnhom jista’ joffri prodott aħjar. Fil-fatt żdiedu l-fabbriki f’dawn l-oqsma industrijali bir-riżultat li nħolqu wkoll aktar postijiet tax-xogħol.

Il-Gvern għamel dan l-investiment, fosthom f’titjib ta’ toroq u bil-ftuħ ta’ toroq ġodda li jwasslu għal dawn l-oqsma industrijali, biex hekk l-ambjent fl-istess oqsma industrijali kompla jitjieb.

Matul dawn l-aħħar snin il-Gvern qed jinvesti €16 miljun fit-titjib ta’ dawn iz-zoni industrijali, fosthom fil-qasam industrijali ta’ Ħal Far, f’dak ta’ Bulebel, fil-qasam industrijali ta’ Kordin u f’dak tal-Mosta u

Grazzi għal din il-ħidma kontinwa llum fil-pajjiż hawn għadd kbir ta’ opportunitajiet ta’ xogħol u taħriġ. Mhux biss hawn diversi postijiet tax-xogħol fejn iż-żgħażagħ jistgħu jimirħu u jimxu ‘l quddiem, iżda llum għadd ta’ żgħażagħ jibdlu l-impjieg tagħhom biex jissoktaw itejbu l-kwalità ta’ ħajja tagħhom.

Illum il-ġurnata diversi huma s-setturi ġodda fejn iż-żgħażagħ jistgħu jitħarrġu għalihom – fosthom fl-MCAST – biex imbagħad jagħmlu karriera ta’ suċċess.

Fost l-oħrajn wieħed isib il-qasam tal-avjazzjoni fejn illum l-opportunitajiet huma kbar.

L-industrija tal-avjazzjoni qed toħloq aktar impjiegi f’pajjiżna. Żgħażagħ fl-MCAST qed ikomplu jitħarrġu u jsegwu korsijiet fl-avjazzjoni. Bħalissa din l-industrija timpjega 1,000 ħaddiem.

Sar Park tal-Avjazzjoni b’investiment ta’ €17-il miljun. Dan joffri l-faċilitajiet u l-infrastruttura meħtieġa biex tissaħħaħ din l-industrija u jinħolqu aktar impjiegi f’dan is-settur ġdid li qed jiżviluppa f’pajjiżna.

F’pajjiżna twaqqaf għall-ewwel darba r-Reġistru tal-Avjazzjoni. Sal-2011 kien hemm 104 ajruplani reġistrati, żieda ta’ 21 fil-mija fuq l-2010.

F’Malta hawn ukoll ħames skejjel tal-avjazzjoni li fihom jattendu 113-il student u studenta.

Imtejba z-zoni industrijali biex żdiedu aktar il-fabbriki u l-impjiegi

fil-qasam industrijali tax-Xewkija f’Għawdex.

Il-fabbriki jeħtieġu infrastruttura u servizzi tajbin

għall-ħtiġijiet tagħhom. Mingħajr dan it-titjib,

pajjiżna ma jkunx jista’ jattira aktar investiment privat.

FattI u ĊIFrI50 servizz taħt saqaf wieħed għas-sidien tal-SMEs u l-investituri

Għawdex għamel avvanzi kbar f'kull settur tax-xogħol

Il-Leader tal-Labour riedna nkunu bħal Ċipru li falla u ddikjarawh junk

tItkELLEM Int MuScat jaGħżEL ħażInii iii vi

f’din l-ElezzjoniSuPPLIMEnt

2013

Page 2: Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 10 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

50 servizz taħt saqaf wieħed

għas-sidien tal-SMEs u l-investituri

Malta fl-1 post

fl-eGovernment minn fost 32 pajjiż

Ewropew

Fatti u Ċifri

1,000 ħaddiem

jaqilgħu l-għajxien tagħhom

mill-industrija tal-avjazzjoni

€16-il miljun

f’titjib fiz-zoni industrijali ta’ ħal Far, Bulebel, kordin,

il-Mosta u x-Xewkija

Kien f’Jannar tal-2012 meta l-Gvern ġabar is-servizzi kollha li jingħataw minn dipartimenti u entitajiet differenti lis-sidien tan-negozji żgħar u medji u lill-investituri taħt saqaf wieħed.

Illum qed jingħataw ħamsin servizz differenti miċ-Ċentru Business First li qiegħed f'Tal-Pietà.

Il-maġġoranza tas-servizzi jingħataw fi żmien

Bil-Business First in-negozji ż-żgħar jinqdew f'ħafna servizzi taħt saqaf wieħedBl-iskop li titnaqqas il-burokrazija u tiżdied l-effiċjenza fis-servizzi offruti mill-Gvern lis-sidien ta’ negozji żgħar u medji, illum il-ġurnata mal-ħamsin servizz huma miġbura taħt saqaf wieħed. Dan hu fattur ferm importanti għall-istess sidien ta’ negozji żgħar u medji li ħafna drabi jkollhom il-ħidma tagħhom f’taqtigħa kontra l-ħin

għaxart ijiem. Min jinvesti qed jinqeda b’aktar effiċjenza u jiffranka l-ġiri u spejjeż żejda.

Fl-ewwel xahrejn saru laqgħat ma’ 262 sid ta’ negozju u investitur.

Fl-2010 daħal fis-seħħ l-Att dwar in-Negozji Żgħar. Din il-liġi saret b’konsultazzjoni wiesgħa mas-sidien tal-ħwienet u l-SMEs u r-rappreżentanti tagħhom. L-iskop ta’ din il-liġi hu li jittieħdu inizjattivi differenti

li permezz tagħhom tiżdied l-effiċjenza biex igawdu s-sidien tan-negozji u l-ħwienet u biex dawn ikunu jistgħu jkomplu jikbru u jinvestu aktar.

Is-servizzi offruti permezz tal-eGovernment żdiedu għal 99. Dan jissarraf f’aktar effiċjenza u tnaqqis ta’ burokrazija. Malta kienet ikklassifikata fl-ewwel post fl-eGovernment minn fost 32 pajjiż Ewropew.

€17-il miljunf’investiment għall-Park tal-avjazzjoni

li qed jgħin biex tissaħħaħ din l-industrija u jinħolqu aktar impjiegi

Il-politika tal-Gvern wasslet biex pajjiżna llum qed

jikteb storja ta’ suċċess fil-kamp tal-avjazzjoni

li minnu qed igawdu ħafna żgħażagħ u familji

Page 3: Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 10 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

titkellem

F’Għawdex saru numru ta’ skemi u proġetti b’risq kull resident Għawdxi u min jagħmel użu minn dawn is-servizzi jew iżur Għawdex. Ħafna minn dawn il-proġetti huma viżibbli meta tmur f’din il-gżira fosthom it-toroq li saru u qegħdin isiru u b’hekk iħaffu l-ivvjaġġar f’din il-gżira.

Il-kampanja ta’ riklamar li saret u qiegħda ssir fuq Għawdex hi fenomenali u ssarraf f’ġid kbir għax numru ikbar ta’ turisti qegħdin jagħżlu lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika tagħhom.

Sar titjib fil-qasam tax-xogħol ukoll fejn żdiedu n-numru ta’ impjiegi u anki saret biċċerija ġdida biex tkompli ssaħħaħ il-kwalità għolja tal-prodott lokali.

Fl-aħħar u mhux l-inqas il-proġett li sar biex il-cruise liners se jkunu jistgħu jorbtu viċin u jniżżlu t-turisti se jkun ferm ta’ vantaġġ għall- Għawdxin. L-Għawdxin jistgħu joffru numru ta’ servizzi lil dawn it-turisti fosthom ġiti madwar il-gżira fi żmien qasir għax id-daqs mhux daqshekk vast.

Il-bejgħ ta’ prodotti lokali wkoll jiżdied għax nafu li t-turisti jħobbu jieħdu xi prodotti ta’ artiġjanat, bħal bizzilla, bħala tifkira tal-post u f’dan Għawdex għandu fejn jimraħ.

Għawdex mar ħafna ’l quddiem bl-investiment li dejjem sar matul is-snin, speċjalment ta’ proġetti kbar u għadd ta’ skemi ta’ żvilupp li qegħdin isiru favur ir-residenti u t-turist li jżur din il-gżira.

Wieħed jinnota li għalkemm it-turist imur fil-gżira Għawdxija l-ekonomija li jiġġenera l-istess turist tinħass mal-arċipelagu kollu għax wieħed juża numru ta’ servizzi biex jitla’ Għawdex.

L-inizjattivi li saru huma kollha biex isaħħu l-pożizzjoni ekonomika Maltija biex din tkompli tkampa f’sitwazzjoni daqshekk globalment prekarja. L-importanti li l-poplu jkun katina u wieħed jagħti sehmu f’din ix-xibka kbira biex flimkien nibqgħu ngħinu l-investiment Malti jikber.

Wieħed għandu jara li apparti sehem il-Gvern, bħal ngħidu aħna skemi ta’ roħs fin-nolijiet, toroq aħjar, restawr ta’ siti storiċi, eċċ, irridu bħala ċittadini nibżgħu għall-prodott lokali. Ta' Għawdex jispikka ħafna fosthom kemm fl-ikel u tradizzjonijiet oħra bħal-lingwa u anki xogħol ta’ artiġjanat. Dawn l-attivitajiet ifittxuhom ħafna t-turisti barranin.

Twelidt Malta u emigrajt lejn il-Kanada. Matul dawn is-snin rajt bidla kbira f’Malta speċjalment iċ-ċentri turistiċi, restoranti u servizzi relatati magħhom. Il-bidla saret mija fil-mija u fejn qabel is-servizz kien isir għax hekk hemm bżonn, illum l-imprenditur jieqaf u jirrifletti kif għandu jagħmel l-investiment favur it-turist. Dan kollu kien possibbli wkoll bl-investiment li sar matul is-snin li għamel kuraġġ lill-imprenditur biex ikompli jinvesti fis-servizz u l-kwalità.

Meta niġi Malta dejjem sibt ospitalità differenti, imma differenti għall-aħjar fuq kull livell kemm minn swieq tradizzjonali li ġew aktar organizzati u numru ta’ spazji fejn wieħed jimxi. B’hekk it-turist jista’ jieqaf u jiffoka biex jara u jixtri u mhux jissogra li jintlaqat b’karozza.

Għawdex hu post li fih issib dan kollu għax nikkonsidrah bħala l-aktar ambjent u lokal nadif u dan għax l-Għawdxin huma kburin b’dak li hu tagħhom. Din kienet kwalità li ġibdet numru ta’ turisti hemm għax it-turisti fl-indafa iħossuhom milqugħin bħall-każ tad-dar meta tilqa’ l-mistednin.

Bħala turist ma nafx xi proġetti hemm bżonn għaliex ma ngħixx hawn, imma l-akkoljenza li sibt mill-Għawdxin hi l-ikbar proġett li jista’ jkun hemm għaliex jilqgħuk bil-qalb u bi trattament tant speċjali.

Charles CoNtI stellINI Il-Belt valletta

emmaNuel FormosasaN Pawl Il-Baħar

JosePh BrINCat hamIltoN, oNtarIo, Il-KaNaDa

F’Għawdex sar investiment fil-qasam tan-negozju imma hemm aktar xi jsir biex nilħqu aktar turisti u nkabbru t-turiżmu f’din il-gżira. Bl-użu tal-ġżejjer u reġjuni nġibu lejn pajjiżna turiżmu speċifiku li jissejjaħ ‘short break tourism’.

Dan offrut fi Sqallija fejn l-element tal-agrituriżmu qed jattira ammont kbir ta’ nies matul is-sena kollha.

Nemmen li bil-kwalità għolja tal-korsijiet offruti mill-ITS u permezz ta’ programmi oħra jkun hemm ferm iktar ideat ta’ x’nistgħu noffru lit-turisti. Dan iwassal biex permezz tal-privat jiżdiedu l-impjiegi u s-servizzi. Filwaqt li bis-saħħa tal-privat ukoll ikun offrut servizz ta’ enterpreneurship fejn iż-żgħażagħ interessati jieħdu t-taħriġ neċessarju u esperjenza diretta fil-post tax-xogħol.

Dan kollu hu ta’ vantaġġ għall-istudent għax ikun qiegħed jiġbor l-esperjenza u għan-negozjant li jkollu l-ħaddiem imħarreġ minn qabel.

Permezz ta’ Ċentru tal-IT f’Għawdex ikun ferm aktar ta’ vantaġġ għall-istudenti Għawdxin li jistudjaw u jaħdmu f’Għawdex stess u b’hekk jgħin ukoll fit-tkattir tal-impjiegi fil-gżira.

marK PortellIsaN ĠIlJaN

Bil-proġetti li saru u numru ta’ inizjattivi li ttieħdu, Għawdex ingħata pjattaforma akbar u ġie inkluż f’ħafna ġiti turistiċi. It-turisti barra li jaraw is-siti storiċi u ambjentali ta’ Malta jistgħu jitilgħu Għawdex u jgawdu tip differenti ta’ kampanja u kultura.

Għandhom ikomplu jsiru proġetti u titkattar l-istrateġija ta’ impjiegi f’Għawdex biex b’hekk iż-żgħażagħ Għawdxin li jkunu ġew Malta biex jistudjaw ladarba jiggradwaw ikunu jistgħu jaħdmu Għawdex u jibqgħu jistudjaw hemm u b’hekk ikunu ferm aktar komdi.

Barra minn hekk issa l-aċċess ikbar lill-cruise liners għen biex iġib lejn Għawdex numru ikbar ta’ turisti li jkollhom l-għażla li jinżlu fil-gżira pittoreska ta’ Għawdex. Barra li jaraw kultura kemxejn differenti minn dik Maltija, bl-infiq tagħhom ikunu wkoll qegħdin jiġġeneraw kummerċ u ekonomija lil Għawdex.

Prezz irħas fin-nol tal-vapur żgur għen u inkoraġġixxa numru ta’ anzjani biex individwalment jew fi gruppi jitilgħu Għawdex u jgawdu kampanja aktar pura u pittoreska li fl-aħħar mill-aħħar tagħmel ġid lil saħħithom.

tIzIaNa GrImaIN-Naxxar

matul dawn il-ħames snin Għawdex mhux biss għamel avvanzi kbar ‘il quddiem, iżda nħolqu fih ħafna opportunitajiet tax-xogħol, fosthom fl-oqsma tas-servizzi

Page 4: Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 10 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Investiment li kattar ix-xogħol u ħoloq 20,000 job ġdid bi dħul akbar għall-ħaddiema

Il-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista wasslet biex

Malta hi t-tieni l-aktar pajjiż fir-rata tal-ħolqien tal-impjiegi

Matul dawn il-ħames snin komplew ikunu attirati lejn Malta fabbriki u azjendi li jħallu dħul akbar għall-ħaddiema u l-familji tagħhom

Page 5: Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 10 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Il-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista wasslet biex

Malta hi t-tieni l-aktar pajjiż fir-rata tal-ħolqien tal-impjiegi

Fil-qasam tat-telekomunikazzjoni f’pajjiżna komplew isiru avvanzi kbar

li minnhom gawda kulħadd grazzi għall-politika b’viżjoni tal-Gvern

immexxi mill-Partit Nazzjonalista

Eluf ta’ ħaddiema jaħdmu fl-industrija tas-servizzi, fosthom fis-settur tal-catering, grazzi għaż-żidiet fit-turiżmu u fil-flus fil-bwiet tal-ħaddiema

Page 6: Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 10 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Falza stIKKa ta' eDwarD sCICluNa... Għal sItt DarBIet(dehret għall-ewwel darba: il-mument 08.07.12)

Muscat jagħżel ħażin...Muscat riedna nkunu bħal Ċipru. Fid-diskors tiegħu fil-Parlament dwar il-Baġit għall-2011, Muscat qal hekk:“...Lawrence Gonzi mhux kapaċi daqs il-mexxejja ta’ pajjiżi kompetituri tagħna....Ħudu l-gżira ta’ Ċipru, li daħlu fl-Unjoni Ewropea u fl-ewro bħalna, u li tant iqabbluna magħhom.Waqt ir-riċessjoni, li laqtet lilhom ukoll, l-ekonomija tagħhom żdiedet."

...u tbati int

muscat falla bil-kbir dwar Ċipru li talab bailout

u ġie dikjarat junk

Page 7: Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 10 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

Il-baġit li tressaq f’Novembru li għadda kien uniku f’ħafna aspetti. Uniku meta f’ħafna bnadi tad-dinja u tal-Ewropa hemm reċessjoni fonda u twila.

Fir-reċessjoni tas-snin tmenin f’Malta batejna minn ħames baġits ta’ friża u kontrolli li tellgħu l-qgħad għal 11 fil-mija, l-ekwivalenti ta’ 15,000 ruħ jirreġistraw. Illum, Malta qed tgawdi xogħol u baġit tajjeb li l-Labour ta’ Muscat ivvota kontrih.

Baġit unikuUniku wkoll kien il-baġit ta’ Novembru li għadda għall-mod kif il-Labour stess laqgħu. Muscat kien qed jgħid li jaqbel ma’ kulma hemm fil-baġit u jwettqu kollu kif inhu, imma ma vvutax favurih.

Din hi ħaġa unika ħafna għax min jaqbel ma’ xi ħaġa fis-sħuħija tagħha ma jistax imbagħad ma jivvutax favuriha, l-aktar meta jaf li l-vot tiegħu hu fuq benefiċċji għan-nies.

Muscat juri sfiduċja fin-nies u jivvota kontra n-nies

Il-Labour bid-dikjarazzjonijiet u bil-vot tiegħu kontra l-baġit għamilha ċara li m’għandux fiduċja fin-nies. Għax huma n-nies li jmisshom qed igawdu mill-baġit li skont Muscat tant hu tajjeb li jaqbel miegħu kollu imma li m’għaddiex għax Muscat ivvota kontrih.

muscat ivvota kontra l-għarajjesIl-Labour ta’ Muscat fil-baġit ivvota kontra għarajjes li jixtru dar li tiswa aktar minn 50,000 lira u li se jwaħħalhom taxxa tal-boll ta’ 5 fil-mija, flok 3.5 fil-mija, fuq dak l-ammont. Muscat ivvota kontra l-għarajjes kollha li fil-baġit imisshom igawdu mill-istima li jagħti l-perit tal-bank għad-dar li jixtru flok joqgħod jiġi l-perit tal-Gvern.

muscat ivvota kontra werrieta u bejjiegħaIl-Labour ivvota kontra werrieta li jirtu dar mingħand il-ġenituri

tagħhom u li l-baġit ħelishom mit-taxxa tal-boll. Ivvota kontra dawk li jbigħu proprjetà u li kieku għadda l-baġit kienu se jgawdu minn għażla usa’ x’taxxa jħallsu.

muscat ivvota kontra ħaddiema li jieħdu korsIl-Labour ivvota kontra l-ħaddiema kollha b’paga sa 1,300 fix-xahar li bil-baġit kienu se jgawdu minn għotja ta’ 110 ewro fix-xahar jekk jagħmlu kors tal-ETC.

Dan kien vot kontra l-filosofija tal-Partit Nazzjonalista li mhux biss jiżdiedu l-pagi imma li l-ħaddiema jkunu mħarrġin għal xogħol aħjar u dan isir billi l-Gvern stess iħallas lill-ħaddiema biex jitħarrġu.

muscat ivvota kontra l-ġenituri u l-anzjaniIl-Labour ivvota kontra l-ġenituri u t-tfal li kieku għadda l-baġit igawdu żieda qawwija fiċ-Children’s Allowance minn 350 ewro għal 450 ewro fis-sena għal kull wild. Ivvota kontra

l-anzjani ta’ 78 u 79 sena li jkunu għadhom joqogħdu d-dar u li skont il-baġit se jgawdu għall-ewwel darba mis-servizz soċjali ġdid ta’ 300 ewro fis-sena.

muscat ivvota kontra l-ħaddiema u kontra l-pensjonantiIl-Labour ivvota kontra l-ħaddiema bil-paga minima li skont il-baġit igawdu Children’s Allowance ta’ 1,150 ewro fis-sena

għal kull wild u stipendju aktar għal uliedhom jekk ikunu jistudjaw. U allavolja l-Gvern sab mod kif xorta jagħti ż-żidiet, Muscat ivvota kontra l-ħaddiema u l-pensjonanti kollha fiż-żieda ta’ 212-il ewro fis-sena.

Il-Labour u Muscat ivvutaw kontra ħafna kategoriji ta’ nies. Il-vot ta’ Muscat fuq il-baġit li qal li jaqbel miegħu kollu ma kien xejn għajr sfiduċja fin-nies u vot kontra n-nies.

muscat ivvota kontra l-Baġit għal din is-sena. Dan ifisser li muscat ivvota kontra l-ġenituri

u l-anzjani, kontra l-ħaddiema u l-pensjonanti, kontra l-werrieta u l-bejjiegħa, kontra l-għarajjes...

LEntI FuQ...

Il-Labour bid-dikjarazzjonijiet u bil-vot tiegħu kontra l-baġit għamilha

ċara li m’għandux fiduċja fin-nies. Għax huma n-nies li jmisshom qed

igawdu mill-baġit li skont Muscat tant hu tajjeb li jaqbel miegħu kollu imma li m’għaddiex għax Muscat ivvota kontrih

Page 8: Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 10 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

"l-opportunitajiet ta’ xogħol maħluqa mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern matul din il-leġiżlatura kienu jvarjaw minn impjiegi fit-turiżmu għal impjiegi fil-qasam tal-fabbriki, minn ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni għal kumpaniji fis-settur finanzjarju, mill-industrija tas-servizzi għal dik tal-kostruzzjoni u minn impjiegi fi ħwienet għall-impjiegi fil-qasam soċjali."

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi