L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif...

15
L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 MT Jannar 2021

Transcript of L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif...

Page 1: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal-Awditurigħall-perjodu 2021-2025

MT Jannar 2021

Page 2: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

2

Werrej

Paġna

Daħla tal-President 3

L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-perjodu 2021-2025 5

Il-valuri, il-missjoni u l-viżjoni tagħna 6

Għan 1: Isir titjib f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-arranġamenti tal-awditjar f’kull tip ta’ azzjoni li tittieħed mill-UE 7

Għan 2: L-awditi tal-prestazzjoni li nwettqu jiġu mmirati lejn l-oqsma u s-suġġetti fejn aħna nistgħu nipprovdu l-aktar valur miżjud 8

Għan 3: L-għoti ta’ aċċertament qawwi tal-awditjar f’ambjent diffiċli u li qed jinbidel 9

Inwettqu l-azzjoni tagħna 10 Użu tat-teknoloġija fl-awditjar 10 Il-kwalità tax-xogħol u r-rappurtar tagħna 10 L-interazzjoni tagħna mal-partijiet ikkonċernati istituzzjonali 11 Il-komunikazzjonijiet tagħna 12 Il-kooperazzjoni tagħna mal-pari 12 L-obbligu ta’ rendikont proprju tagħna 13

Page 3: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

3

Daħla tal-President

L-istrateġija l-ġdida tagħna sal-2025

Fi ħdan il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), aħna adottajna l-istrateġija l-ġdida tagħna għall-ħames snin li ġejjin.

L-istrateġija tagħna tibni fuq il-kisbiet li saru sa issa u se tiggwida x-xogħol tagħna bħala l-awditur indipendenti estern tal-UE sal-2025. Aħna żviluppajna din l-istrateġija fuq il-bażi ta’ proċess parteċipattiv li jinvolvi l-livelli kollha tal-organizzazzjoni tagħna.

Il-kuntest strateġiku tagħna

Unjoni li tasserixxi lilha nfisha fil-livell internazzjonali u tipproteġi ċ-ċittadini tagħha

L-Unjoni Ewropea hija kburija bil-kisbiet straordinarji tagħha, li se jimmarkaw għal dejjem l-istorja tal-Ewropa: perjodu mingħajr preċedent ta’ paċi, ta’ żvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali, u ta’ integrazzjoni politika bejn il-pajjiżi u l-popli tal-kontinent tagħna.

Matul l-istorja tagħha, il-proċess tal-integrazzjoni Ewropea ffaċċja diffikultajiet u kriżijiet. Madankollu, l-UE dejjem irnexxielha tieħu l-passi meħtieġa biex dawn jingħelbu. L-UE wriet li hija kapaċi tieħu azzjoni vigoruża u deċiżiva, u tniedi inizjattivi innovattivi fuq skala kbira li jaffermaw ir-reżiljenza u l-vitalità tal-Unjoni tagħna. Il-QFP 2021-2027 u l-Inizjattiva Next Generation EU, li l-eżekuzzjoni tagħhom se tiġi awditjata minna, huma eżempju konkret ta’ din il-vitalità.

Daħla tal-President

Page 4: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

4

Żminijiet ta’ bidla rapida

Id-dinja tagħna saret aktar kumplessa, ikkontestata u kompetittiva minn qabel – u qed tinbidel b’pass mingħajr preċedent. Fit-tħejjija għal din l-istrateġija, aħna qisna l-isfidi l-ġodda li qed jirriżultaw fl-oqsma prinċipali li ġejjin.

• Kompetittività u koeżjoni Ewropej: revoluzzjoni teknoloġika u xjentifika li tittrasforma l-mudelli ekonomiċi u s-swieq tax-xogħol, u li tippreżenta sfidi etiċi għas-soċjetajiet Ewropej tagħna. Din se tkun akkumpanjata minn kunflitti kummerċjali, bidliet demografiċi u sfidi ġodda tas-saħħa pubblika.

• Sfidi Ewropej fl-oqsma tal-klima u tar-riżorsi: it-tibdil fil-klima; l-impronta ekoloġika tal-umanità li qed tikber; u l-konsum mhux sostenibbli tar-riżorsi.

• Sigurtà u valuri Ewropej: bidliet profondi fis-setgħat fil-livell globali; migrazzjoni tal-massa; sfidi għall-istituzzjonijiet tad-demokrazija liberali, għall-istat tad-dritt u għall-multilateraliżmu; theddid fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, bħat-terroriżmu.

• Finanzi pubbliċi Ewropej: perspettiva negattiva għall-baġits pubbliċi sostenibbli; żieda fid-domandi fuq is-settur pubbliku; sfidi ġodda għall-ġestjoni u għas-sistemi finanzjarji tal-UE u tal-Istati Membri; l-isfidi relatati mal-protezzjoni tal-fondi pubbliċi mill-frodi u l-korruzzjoni kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons għall-COVID-19 qed iżidu mal-isfidi f’dan il-qasam.

L-għanijiet strateġiċi tagħna

Aħna, l-awdituri indipendenti esterni tal-UE, se nissodisfaw ir-rwol tagħna billi nkunu konxji ta’ dawn l-isfidi kollha biex nikkontribwixxu għal Unjoni Ewropea aktar reżiljenti, sostenibbli u ġusta.

L-istrateġija tagħna għall-perjodu 2021-2025 tippreżenta l-mod kif biħsiebna nagħmlu dan billi nsegwu tliet għanijiet strateġiċi:

• Għan 1: Isir titjib f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-arranġamenti tal-awditjar f’kull tip ta’ azzjoni li tittieħed mill-UE;

• Għan 2: L-awditi li nwettqu jiġu mmirati lejn l-oqsma u s-suġġetti fejn aħna nistgħu nipprovdu l-aktar valur miżjud; u

• Għan 3: L-għoti ta’ aċċertament qawwi tal-awditjar f’ambjent diffiċli u li qed jinbidel.

Barra minn hekk, l-istrateġija tagħna għall-perjodu 2021-2025 tippreżenta wkoll il-valuri, il-missjoni u l-viżjoni tagħna kif ukoll ħarsa ġenerali lejn il-mezzi li se jgħinuna biex nilħqu l-għanijiet strateġiċi tagħna.

Klaus-Heiner LEHNE Il-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Page 5: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

5

L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-perjodu 2021-2025

L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-perjodu 2021-2025

Page 6: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

6

Il-valuri, il-missjoni u l-viżjoni tagħna Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-awditur estern tal-Unjoni. Il-Kulleġġ tal-QEA huwa magħmul minn Membru wieħed minn kull Stat Membru u huwa appoġġat minn madwar 900 membru tal-persunal min-nazzjonalitajiet kollha tal-UE. Aħna nibbażaw ix-xogħol tagħna fuq il-valuri li ġejjin:

Indipendenza Aħna nwettqu x-xogħol tagħna mingħajr influwenzi li jistgħu jikkompromettu, jew li jistgħu jitqiesu bħala li jikkompromettu l-ġudizzju professjonali tagħna.

Integrità Aħna naġixxu b’mod onest, affidabbli u unikament fl-interess pubbliku tal-UE, u l-għan tagħna huwa li mmexxu bl-eżempju fix-xogħol professjonali tagħna u fil-mod kif nimmaniġġjaw l-istituzzjoni tagħna.

Oġġettività Aħna imparzjali u oġġettivi, u nibbażaw il-konklużjonijiet tal-awditjar tagħna fuq evidenza suffiċjenti, rilevanti u affidabbli.

Trasparenza Aħna nikkomunikaw is-sejbiet tagħna permezz ta’ rapporti ċari, komprensivi u aċċessibbli, ippubblikati fil-lingwi kollha tal-UE, filwaqt li nirrispettaw ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data.

Professjonalità F’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar, aħna niksbu, niżviluppaw u nżommu l-ogħla livelli ta’ għarfien, kompetenzi u ħiliet relatati kemm mal-professjoni tal-awditjar tas-settur pubbliku, kif ukoll mal-ġestjoni finanzjarja u tal-politika tal-UE.

Il-missjoni tagħna

Permezz tax-xogħol tal-awditjar li nwettqu, li huwa indipendenti, professjonali u jħalli impatt, aħna nivvalutaw l-ekonomija, l-effettività, l-effiċjenza, il-legalità u r-regolarità tal-azzjonijiet tal-UE biex intejbu l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja, b’hekk tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u nirrispondu b’mod effettiv kemm għall-isfidi attwali li qed tiffaċċja l-UE kif ukoll dawk li se tiffaċċja fil-futur.

Page 7: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

7

Il-viżjoni tagħna

Aħna għandna l-għan li nkunu fuq quddiem nett f’dak li jirrigwarda l-professjoni tal-awditjar tas-settur pubbliku, u li nikkontribwixxu għal Unjoni Ewropea aktar reżiljenti u sostenibbli li tiddefendi l-valuri li fuqhom hija bbażata.

Għan 1: Isir titjib f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-arranġamenti tal-awditjar f’kull tip ta’ azzjoni li tittieħed mill-UE L-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza huma partijiet vitali ta’ sistema demokratika u huma essenzjali biex iċ-ċittadini jkollhom fiduċja fl-UE u fil-finanzi tagħha. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li “l-Qorti tal-Awdituri għandha tagħmel il-verifika [l-awditjar] tal-Unjoni” u aħna nikkondividu responsabbiltà għat-titjib tal-obbligu ta’ rendikont għal azzjonijiet tal-UE ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Għal għadd ta’ snin, aħna identifikajna għadd kbir ta’ lakuni fl-obbligu ta’ rendikont u fl-awditjar fil-qafas istituzzjonali u legali tal-UE, b’mod partikolari f’dawk l-oqsma fejn l-UE taġixxi permezz ta’ approċċ intergovernattiv. Bħalissa, l-awditjar estern tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-azzjonijiet tal-UE huwa parzjalment frammentat u għalhekk potenzjalment inkoerenti. L-attivitajiet tal-awditjar jistgħu jikkoinċidu u jidduplikaw minħabba l-eżistenza ta’ bosta saffi ta’ awditjar u kontrolli fl-UE.

Matul il-ħames snin li ġejjin, se nkunu qed nużaw il-mandat tagħna bħala l-awditur estern tal-Unjoni biex:

o nivvalutaw il-governanza tal-UE kif ukoll l-arranġamenti tagħha tal-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza;

o nidentifikaw lakuni fl-awditjar u fl-obbligu ta’ rendikont kif ukoll l-attivitajiet tal-awditjar li jikkoinċidu u jidduplikaw fl-arkitettura attwali u futura tal-UE; u

o neżaminaw il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni u d-data rrappurtati mill-partijiet awditjati tagħna dwar l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE u l-ġestjoni finanzjarja tal-UE.

Lil hinn minn dan, aħna nemmnu li l-aħjar soluzzjoni tkun li l-QEA tingħata l-mandat li tawditja l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE stabbiliti mit-Trattati, iżda wkoll l-istrutturi intergovernattivi kollha li huma ta’ rilevanza ewlenija għall-funzjonament tal-UE. Dan huwa konformi mal-kompitu prinċipali tagħna li nżommu responsabbli d-diversi istituzzjonijiet u korpi li jimmaniġġjaw il-fondi tal-UE u jimplimentaw il-politiki tal-UE.

Għalhekk, aħna se nappoġġaw b’mod espliċitu l-inizjattivi kollha li jafdaw lill-QEA b’mandat tal-awditjar ċar u usa’, u se nikkoordinaw mal-istanzi rilevanti kollha biex nappoġġaw il-kisba ta’ dan l-għan.

Page 8: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

8

Għan 2: L-awditi tal-prestazzjoni li nwettqu jiġu mmirati lejn l-oqsma u s-suġġetti fejn aħna nistgħu nipprovdu l-aktar valur miżjud Bħala l-awditur estern tal-Unjoni, aħna nimmiraw l-awditi tagħna lejn dawk il-kwistjonijiet li huma l-aktar importanti. Permezz tax-xogħol tagħna, aħna nikkontribwixxu għas-sorveljanza demokratika, id-dibattitu pubbliku u s-solidità tal-ġestjoni finanzjarja. Ir-rapporti tal-awditjar, l-opinjonijiet u pubblikazzjonijiet oħra li nwettqu, li huma rilevanti u f’waqthom, jipprovdu analiżi u valutazzjonijiet indipendenti għall-partijiet ikkonċernati tagħna.

Ibbażat fuq l-analiżi li wettaqna fir-rigward tax-xejriet, il-valutazzjoni tagħna tar-riskji u tal-prijoritajiet iddikjarati tal-partijiet ikkonċernati istituzzjonali u l-partijiet awditjati tagħna, aħna identifikajna erba’ oqsma strateġiċi li fuqhom se niffukaw l-awditi tal-prestazzjoni li se nwettqu matul il-perjodu kopert mill-istrateġija tagħna:

o Il-kompetittività ekonomika tal-Unjoni;

o Ir-reżiljenza fil-konfront ta’ theddid għas-sigurtà tal-Unjoni, u r-rispett għall-valuri Ewropej tal-libertà, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

o It-tibdil fil-klima, l-ambjent u r-riżorsi naturali; u

o Il-politiki fiskali u l-finanzi pubbliċi fl-Unjoni.

Permezz ta’ approċċ ta’ programmazzjoni pluriennali, se niżguraw ukoll kopertura tajba ta’ inizjattivi ġodda bħall-ġestjoni tan-“Next Generation EU” (NGEU) u ta’ suġġetti trażversali bħas-sostenibbiltà u l-valuri tal-UE. Barra minn hekk, se nkomplu u se nsaħħu l-valutazzjoni tagħna ta’ kwistjonijiet ta’ prestazzjoni ta’ livell għoli, pereżempju billi nkopru suġġetti fil-livell ta’ politika/programm jew suġġetti tematiċi. Se nikkontribwixxu biex tiġi miġġielda l-frodi li tolqot il-baġit tal-UE. Fl-awditi magħżula tagħna, se ngħinu fil-prevenzjoni tal-frodi billi neżaminaw, fil-livelli kollha, jekk il-programmi ffinanzjati mill-UE humiex affettwati minn dgħufijiet li jagħmluhom suxxettibbli għall-frodi, billi nieħdu kont tal-esperjenza li ksibna mill-awditi tagħna li huma relatati mad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni. Barra minn hekk, se nintensifikaw ix-xogħol tal-awditjar tagħna mal-korpi responsabbli għall-identifikazzjoni tal-frodi u se nivvalutaw l-attivitajiet tagħhom fuq bażi regolari.

Aħna se nkomplu niżviluppaw il-metodi tagħna billi nfittxu li niksbu żidiet addizzjonali fil-produttività fil-prattika fl-awditi tal-prestazzjoni tagħna, insaħħu l-approċċ tagħna bbażat fuq ir-riskju, u nipprovdu informazzjoni speċifika għall-pajjiżi meta jkun adegwat. Barra minn hekk, se nkomplu ntejbu l-impatt tar-rakkomandazzjonijiet tagħna biex nagħmluhom aktar rilevanti, utli, prattiċi u kosteffettivi, u nsaħħu s-segwitu li nagħtuhom (kemm fil-livell tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri).

Page 9: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

9

Għan 3: L-għoti ta’ aċċertament qawwi tal-awditjar f’ambjent diffiċli u li qed jinbidel Il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss għall-2021-2027 u l-inizjattiva “Next Generation EU” (NGEU) se jinvolvu bidliet importanti u sfidi relatati għalina. Dan jikkonċerna b’mod partikolari r-rapporti ta’ aċċertament tagħna, jiġifieri d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni u r-Rapport Annwali tagħna.

Għal dan il-għan, aħna se nkomplu niżviluppaw l-approċċ tal-awditjar tagħna u nużaw id-data u l-informazzjoni disponibbli, li se jippermettulna nkomplu nipprovdu aċċertament qawwi, ibbażat fuq il-mandat tagħna skont it-Trattat u f’konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali tal-awditjar tas-settur pubbliku.

Il-bidliet relatati mal-QFP li jmiss u mal-inizjattiva tal-NGEU se jkunu estensivi u jaffettwaw il-finanzjament u l-użu tal-baġit tal-UE, inklużi forom ġodda ta’ riżorsi proprji u bidla potenzjali mir-regoli ta’ eliġibbiltà għal aspetti bbażati fuq il-prestazzjoni għall-oqsma ta’ politika prinċipali. Aħna se nkunu proattivi u nsegwu dawn il-bidliet mill-qrib ħafna, li se jippermettilna nadattaw u niżviluppaw l-approċċ tal-awditjar tal-aċċertament li nwettqu biex nipprovdu rapporti rilevanti u f’waqthom.

Se nagħmlu ħilitna biex nikkomplementaw l-informazzjoni kwantitattiva li tinsab fir-rapport annwali tagħna b’elementi kwalitattivi bbażati fuq ir-riżultati ta’ xogħol speċifiku relatat mas-sistemi u l-konformità. F’dan il-kuntest, aħna se nqisu wkoll il-kapaċità korrettiva tal-partijiet awditjati tagħna.

Se nagħmlu ħilitna wkoll biex inżidu l-effiċjenza tar-riżorsi li jintużaw għax-xogħol tal-aċċertament li nwettqu.

Aħna se nirrieżaminaw il-metodoloġija u l-prattiki tagħna matul il-perjodu biex inwettqu u nadattaw ix-xogħol tal-awditjar tal-aċċertament li nwettqu. Dan jinkludi li nagħmlu użu aħjar mid-data kif ukoll mill-għodod u t-teknoloġiji tal-IT, li għalihom naraw potenzjal fit-terminu qasir fir-rigward tal-awditi finanzjarji li nwettqu tal-affidabbiltà tal-kontijiet u fl-awditi tar-regolarità tad-dħul u tan-nefqa amministrattiva.

L-approċċ tal-awditjar tagħna se jkompli jieħu inkunsiderazzjoni li l-livell ta’ riskju jvarja fost l-oqsma differenti ta’ politika tal-UE. Għal dan il-għan, dawn ir-riskji u l-informazzjoni l-oħra kollha disponibbli se jiġu vvalutati fl-ippjanar u fl-eżekuzzjoni tal-ittestjar sostantiv tagħna.

Matul il-perjodu 2021-2025, se nkomplu nużaw, sa fejn ikun possibbli, ix-xogħol imwettaq mill-partijiet awditjati kif ukoll minn awdituri oħra sabiex nużaw ir-riżorsi tagħna b’mod aktar effiċjenti u biex innaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji.

Page 10: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

10

Inwettqu l-azzjoni tagħna Biex niksbu l-istrateġija tagħna, aħna nserrħu fuq il-persunal tagħna, li huwa l-assi l-aktar importanti tagħna. Aħna se nimmaniġġjaw ir-riżorsi umani tagħna (reklutaġġ, taħriġ, żvilupp tal-karriera, eċċ.) biex niżguraw li l-kapaċità tal-awditjar tagħna taqbel mal-isfidi futuri.

Aħna se nibnu wkoll fuq it-titjib reċenti fil-mod kif norganizzaw u nimmaniġġjaw ir-riżorsi tagħna, u se nieħdu azzjoni ta’ bidla ewlenija fl-oqsma ppreżentati hawn taħt.

Użu tat-teknoloġija fl-awditjar Aħna nsibu ammonti dejjem akbar ta’ data diġitali fl-oqsma li nawditjaw. Dan jagħtina l-opportunità li nieħdu vantaġġ minn għodod u tekniki ġodda tal-IT biex intejbu x-xogħol tagħna. Biex niksbu dan aħna se:

o infittxu li niksbu aċċess sikur u faċli għad-data tal-partijiet awditjati;

o inrawmu kultura u attitudni ta’ awditjar diġitali fix-xogħol tagħna;

o ninvestu fil-ħiliet u l-għarfien meħtieġa fost il-persunal tagħna; u

o nimplimentaw għodod u tekniki ġodda tal-awditjar diġitali li huma adatti għall-qasam tal-awditjar tagħna, inkluż il-ġbir u l-analiżi awtomatizzati tad-data kif ukoll nieħdu vantaġġ mill-kapaċità diġitali eżistenti tal-QEA.

Fl-istess ħin, permezz tal-awditi li nwettqu se nippromovu l-iżvilupp u l-użu ta’ prattiki diġitali fil-ġestjoni u l-kontroll tal-politiki u l-programmi tal-UE. Għal dan il-għan, se nfittxu impenn ta’ livell għoli min-naħa tal-Kummissjoni biex inkunu nistgħu niffaċilitaw u nespandu l-ambitu tax-xogħol tal-awditjar tagħna permezz ta’ użu akbar tat-teknoloġija diġitali.

Il-kwalità tax-xogħol u r-rappurtar tagħna Aħna se nkomplu nassiguraw il-kwalità fix-xogħol tal-awditjar li nwettqu permezz ta’ proċeduri msaħħa ta’ kontroll tal-kwalità bbażati fuq standards internazzjonali. Dawn il-proċeduri jinkludu superviżjoni u rieżaminar, rieżaminar indipendenti tal-kwalità u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ aċċertament tal-kwalità. Dan huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-partijiet ikkonċernati tagħna jkollhom fiduċja fis-saħħa tas-sejbiet tagħna, u jkunu jistgħu jserrħu fuq il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħna.

Aħna nirrappurtaw l-awditjar li nwettqu u xogħol ieħor b’mod ċar u aċċessibbli, sabiex niksbu l-akbar impatt. Għaldaqstant, l-abbozzar u t-tħejjija tar-rapporti tagħna huma attività essenzjali. Aħna nsibu bilanċ xieraq bejn iċ-ċarezza u s-sempliċità rigward dawk li spiss ikunu suġġetti tekniċi.

Page 11: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

11

Aħna se nkomplu ntejbu r-rappurtar tagħna billi:

o nassiguraw il-kwalità lingwistika tat-testi, permezz tal-użu konsistenti ta’ lingwaġġ ċar u billi nieħdu kont tal-udjenza mistennija;

o napplikaw identità editorjali u viżwali komuni għall-pubblikazzjonijiet kollha tagħna;

o nartikolaw il-pubblikazzjonijiet tagħna abbażi ta’ messaġġi ewlenin; u

o inżidu l-użu ta’ materjal awdjoviżiv u preżentazzjoni aktar attiva tad-data.

L-interazzjoni tagħna mal-partijiet ikkonċernati istituzzjonali Matul il-ħames snin li ġejjin, aħna għandna l-għan li nużaw ir-rwol tagħna u nagħtu spinta lill-impatt tax-xogħol li nwettqu billi nipparteċipaw f’diskussjonijiet dwar suġġetti ewlenin li jaffettwaw lill-Unjoni Ewropea u nikkontribwixxu għalihom. Dan nistgħu niksbuh bl-aħjar mod bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati istituzzjonali tagħna.

Dan ifisser li fil-perjodu 2021-2025, irridu nkomplu nintensifikaw l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tagħna, speċjalment lejn:

o il-Parlament Ewropew, b’mod partikolari l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Baġits u l-kumitati settorjali; u

o il-Kunsill: niksbu relazzjoni aktar mill-qrib, pereżempju billi nintensifikaw il-kuntatti mal-istrutturi responsabbli għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill.

Se nniedu wkoll inizjattivi ġodda biex insaħħu r-relazzjonijiet tagħna ma’:

o il-gvernijiet tal-Istati Membri - navviċinaw rappreżentanti mill-pajjiżi li jkollhom il-Presidenza b’rotazzjoni u napprofondixxu l-kollaborazzjoni fil-livell ministerjali, b’fokus partikolari fuq kwistjonijiet ewlenin identifikati fl-awditi li nwettqu; u

o il-parlamenti Nazzjonali - norganizzaw skambji regolari mal-kumitati inkarigati mill-kwistjonijiet tal-UE, b’fokus partikolari fuq kwistjonijiet ewlenin identifikati fl-awditi li nwettqu.

Fl-istess ħin, se nkomplu nimpenjaw lilna nfusna għal relazzjoni kostruttiva mal-Kummissjoni, il-parti prinċipali awditjata minna, filwaqt li nosservaw l-istandards internazzjonali f’dan ir-rigward.

Page 12: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

12

Il-komunikazzjonijiet tagħna Filwaqt li r-rapporti tal-awditjar, ir-rapporti analitiċi u l-opinjonijiet tagħna huma partikolarment rilevanti għal dawk li jfasslu, jimplimentaw u jissorveljaw jew jimmonitorjaw il-politiki u l-programmi tal-UE, il-komunikazzjonijiet tagħna jindirizzaw liċ-ċittadini kollha tal-UE.

Aħna għandna l-għan li nkomplu niżviluppaw l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tagħna.

Fil-perjodu 2021-2025, se nippromulgaw bidla billi:

o nibbażaw aktar il-komunikazzjoni fuq messaġġi trażversali ewlenin, aktar milli nippromovu pubblikazzjonijiet speċifiċi biss;

o nagħmlu użu minn mezzi u formati tal-midja aktar diversi;

o nimmiraw l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tagħna lejn mezzi tal-midja ewlenin magħżula kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali u reġjonali sabiex niżguraw firxa wiesgħa ta’ kopertura; u

o napplikaw approċċ aktar immirat fl-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tagħna biex inżidu l-ilħuq tagħhom.

Il-kooperazzjoni tagħna mal-pari Il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza ma’ istituzzjonijiet pari tal-awditjar tas-settur pubbliku fi ħdan l-UE u madwar id-dinja huma ta’ benefiċċju reċiproku, notevolment fir-rigward tad-diskussjoni, l-iżvilupp u l-kondiviżjoni tal-għarfien rigward il-metodoloġija u t-tekniki tal-awditjar. L-għan tagħna huwa li nikkontribwixxu għal dawn l-attivitajiet meta jkollna kompetenzi partikolari x’nikkondividu, u li nibbenefikaw minn opportunitajiet ta’ tagħlim rilevanti.

Matul il-perjodu 2021-2025, aħna se:

o nintensifikaw aktar il-kooperazzjoni tagħna mal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar kollha tal-UE, kemm b’mod bilaterali kif ukoll multilaterali;

o nesploraw il-mod kif nipprovdu l-aktar valur għall-parteċipanti kollha mill-Kumitat ta’ Kuntatt tal-kapijiet tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tal-UE, bl-għan li jiġu ottimizzati r-rilevanza u l-impatt tiegħu;

o nintensifikaw il-kooperazzjoni tagħna mal-korpi pubbliċi tal-awditjar lil hinn mill-Unjoni Ewropea, u l-parteċipazzjoni tagħna fl-INTOSAI, fl-EUROSAI u f’fora rilevanti oħra għall-awdituri tas-settur pubbliku, u

Page 13: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

13

o insaħħu l-kooperazzjoni fl-oqsma tal-iżvilupp tal-istandards tal-awditjar professjonali, il-ġestjoni tal-għarfien, l-iżvilupp tal-persunal u l-bini tal-kapaċità.

L-obbligu ta’ rendikont proprju tagħna L-għan tagħna huwa li niksbu l-ogħla standards ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tagħna u l-kisba ta’ żidiet fil-produttività fix-xogħol li nwettqu.

Matul il-perjodu 2021-2025, dan se jkun appoġġat permezz tal-inizjattivi li ġejjin:

o il-konkretizzazzjoni tal-istrateġija fi pjanijiet ta’ azzjoni li fihom stadji importanti u eżiti li jistgħu jitkejlu;

o l-allinjament tal-indikaturi tal-prestazzjoni tagħna ma’ din l-istrateġija; u

o ir-rappurtar perjodiku dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-istrateġija, ikkomplementat minn rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2023, u evalwazzjoni bejn il-pari fl-2024.

Page 14: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

DRITTIJIET TAL-AWTUR

© L-Unjoni Ewropea, 2021.

Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.

Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.

Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

Softwer jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.

Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u d-drittijiet tal-awtur.

Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.

Page 15: L-istrateġija tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri għall-perjodu 2021-2025 · 2021. 2. 4. · kif ukoll il-ħtif tal-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni. Il-miżuri ta’ rispons

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI12, rue Alcide De Gasperi1615 LuxembourgLUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspxSit web: eca.europa.euTwitter: @EUAuditors