L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali,...

12
MT L-Ibliet ta’ Għada Sfidi, viżjonijiet, modi ‘l quddiem Ottubru 2011

Transcript of L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali,...

Page 1: L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku. • Bliet żgħar u ta’ daqs medju

MT

L-Ibliet ta’ Għada Sfidi,

viżjonijiet, modi ‘l quddiem

Ottubru 2011

Page 2: L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku. • Bliet żgħar u ta’ daqs medju

i

L-Ibliet ta’ Għada Sfidi, viżjonijiet, modi 'l quddiem

Page 3: L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku. • Bliet żgħar u ta’ daqs medju

i

Daħla

Aktar minn żewġ terzi tal-popolazzjoni Ewropea tgħix f’żoni urbani. L-ibliet huma postijiet fejn jinħolqu kemm problemi kif ukoll jinstabu soluzzjonijiet. Dawn jagħtu lok għax-xjenza u t-teknoloġija, għall-kultura u l-innovazzjoni, għall-kreattività individwali u dik kollettiva, u għall-mitigazzjoni tal-impatt tal-tibdil fil-klima. Madanakollu, l-ibliet huma wkoll postijiet fejn huma kkonċentrati problemi bħall-qgħad, is-segregazzjoni u l-faqar.

Għandna bżonn nifhmu aħjar l-isfidi li l-ibliet Ewropej differenti se jiltaqgħu magħhom fis-snin li ġejjin. Din hija r-raġuni għaliex iddeċidejt li niġbor flimkien numru ta' esperti urbani u rappreżentanti tal-ibliet Ewropej biex jaħsbu dwar il-futur. Dan ir-rapport huwa r-riżultat ta' dik ir-riflessjoni.

Dan iżid l-għarfien tal-impatti possibbli tal-futur fuq firxa ta’ tendenzi, bħat-tnaqqis demografiku u l-polarizzazzjoni soċjali, u l-vulnerabbiltà ta’ tipi differenti ta’ bliet. Jixħet dawl ukoll fuq l-opportunitajiet u l-irwol prinċipali li jista' jkollhom l-ibliet biex jinkisbu l-objettivi tal-UE – speċjalment fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020. Dan jippreżenta xi mudelli u viżjonijiet ta’ ispirazzjoni. Jikkonferma wkoll l-importanza ta’ approċċ integrat għall-iżvilupp urban.

Il-proċess ta’ riflessjoni tal-‘Ibliet ta’ Għada’ se jipprovdi ispirazzjoni għall-politiki involuti fl-iżvilupp urban, kemm jekk f'livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropew.

Il-fatt li nħarsu ‘il quddiem u niżviluppaw viżjonijiet tal-ibliet ta’ għada qed isir aktar importanti fil-livelli kollha. L-iżvilupp tal-ibliet tagħna se jiddetermina l-futur tal-Ewropa.

Johannes Hahn Il-Kummissarju Ewropew għall-Politika Reġjonali

Page 4: L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku. • Bliet żgħar u ta’ daqs medju

ii

Kontributuri Nixtiequ nirringrazzjaw lill-kontributuri kollha tal-proċess ta’ riflessjoni tal-Ibliet ta’ Għada, kemm jekk bħala parteċipanti u preżentaturi fit-tliet workshops li ġew organizzati f’Mejju, Ġunju, Ottubru u Diċembru 2010, jew permezz ta’ kontribuzzjonijiet bil-miktub fil-forma ta’ karti uffiċjali jew tweġibiet lill-konsultazzjonijiet esperti tagħna.

Isabel André L-Università ta’ Lisbona Thierry Baert Agence d’urbanisme de Lille métropole

Alessandro Balducci L-Università ta’ Milan Catalin Berescu L-Università tal-Arkitettura u l-Urbaniżmu ‘Ioan Mincu’ ,

Bukarest Fiona Bult Bilbao Metropoli-30

Antonio Calafati Università Politecnica delle Marche Pierre Calame Fondation Charles Léopold Mayer pour le progrès de l’Homme

Jennifer Cassingena Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Patrick Crehan CKA Brussels

Philippe Destatte The Destrée Institute Dominique Dujols CECODHAS Housing Europe Jean-Loup Drubigny URBACT Secretariat

Martin Eyres Il-Belt ta’ Liverpool Elie Faroult Konsulent indipendenti

Sonia Fayman ACT Consultants Birgit Georgi Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Grzegorz Gorzelak L-Università ta’ Varsavja Sir Peter Hall University College London Tomasz Kayser Il-Belt ta’ Poznań

Krisztina Keresztély ACT Consultants Clemens Klikar Stadt Menschen Berlin

Vanda Knowles EUROCITIES Moritz Lennert Université Libre de Bruxelles

Bernhard Leubolt L-Università ta’ Vjenna Heinrich Mäding eks-Direttur ta’ Deutsches Institut für Urbanistik

Gérard Magnin Energy Cities Karel Maier L-Università Teknika Ċeka ta’ Praga

Torsten Malmberg Il-Belt ta’ Stokkolma Simon Marvin L-Università ta’ Salford Frank Moulaert Katholieke Universiteit Leuven Rémy Nouveau Il-Belt ta’ Lyon

Andreas Novy L-Università ta’ Vjenna Stijn Oosterlynck Katholieke Universiteit Leuven Beth Perry L-Università ta’ Salford

Yaron Pesztat Membru tal-Parlament ta’ Brussell Angelika Poth-Mögele Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej

Anne Querrien URBAN-NET Francisca Ramalhosa Porto Vivo, Sociedade de Reabilitação Urbana

John S. Ratcliffe The Futures Academy Joe Ravetz L-Università ta’ Manchester

Stefan Rettich KARO*, Leipzig

Page 5: L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku. • Bliet żgħar u ta’ daqs medju

iii

Gerda Roeleveld Deltares Karl-Peter Schön L-Istitut Federali għar-Riċerka dwar il-Bini, l-Affarijiet Urbani u l-

Iżvilupp Spazjali, il-Ġermanja Antonio Serrano Rodriguez Universidad Politécnica de Valencia Manfred Sinz Bundesministerium für Verkehr, Bau und Stadtentwicklung

Uno Svedin L-Università ta’ Stokkolma Roey Sweet L-Università ta’ Leicester

Luděk Sýkora Charles University, Praga Nuria Tello Clusella EUROCITIES

Jacques Theys MEEDDAT (Ministère de l’Écologie, de l’Énergie du Développement Durable et de l’Aménagement du Territoire)

Iván Tosics L-Istitut tar-Riċerka Metropolitan, Budapest

Ronan Uhel Aġenzija Ewropea għall-Ambjent Michaël Van Cutsem The Destrée Institute

Jan Vranken L-Università ta’ Antwerp Martin Zaimov Il-Belt ta’ Sofia Marie Zezůlková Il-Belt ta’ Brno

Page 6: L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku. • Bliet żgħar u ta’ daqs medju

iv

Sommarju eżekuttiv

L-ibliet huma essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni Ewropea • L-Ewropa hija waħda mill-aktar kontinenti urbanizzati fid-dinja. Illum, aktar minn

żewġ terzi tal-popolazzjoni Ewropea tgħix f’żoni urbani u dan is-sehem qed ikompli jikber. L-iżvilupp tal-ibliet tagħna se jiddetermina l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali tal-futur tal-Unjoni Ewropea.

• L-ibliet għandhom rwol kruċjali bħala magni tal-ekonomija, bħala postijiet ta’ konnettività, kreattività u innovazzjoni u bħala ċentri għas-servizzi għaż-żoni tal-madwar tagħhom. Minħabba d-densità tagħhom, l-ibliet joffru potenzjal kbir ħafna għall-iffrankar tal-enerġija u pass lejn ekonomija mingħajr karbonju. Madanakollu,l-ibliet huma wkoll postijiet fejn huma kkonċentrati problemi bħall-qgħad, is-segregazzjoni u l-faqar. L-ibliet huma għalhekk essenzjali għall-implimentazzjoni b'suċċess ta’ Ewropa 2020.

• Il-konfini amministrattivi tal-ibliet ma jirrifflettux aktar ir-realtà fiżika, soċjali, ekonomika, kulturali jew ambjentali tal-iżvilupp urban u huma meħtieġa forom ġodda ta’ governanza flessibbli.

• F‘termini tal-għanijiet, l-objettivi u l-valuri, hemm viżjoni komuni tal-belt Ewropea ta’ għada bħala:

post ta’ progress soċjali avvanzat b’livell għoli ta’ koeżjoni soċjali, akkomodazzjonijiet soċjalment ibbilanċjati kif ukoll servizzi soċjali, tas-saħħa u ta’ ‘edukazzjoni għal kulħadd’;

pjattaforma għad-demokrazija, djalogu u diversità kulturali;

post ta’ riġenerazzjoni agrikola, ekoloġika jew ambjentali;

post ta’ attrazzjoni u magna ta’ tkabbir ekonomiku.

• L-ibliet għandhom rwol prinċipali għall-iżvilupp territorjali tal-Ewropa. Hemm kunsens dwar il-prinċipji ewlenin tal-iżvilupp urban u territorjali tal-futur Ewropew li għandu:

jkun ibbażat fuq tkabbir ekonomiku bbilanċjat u organizzazzjoni territorjali tal-attivitajiet, bi struttura urbana poliċentrika;

jibni fuq reġjuni metropolitani b’saħħithom u żoni oħra urbani li jistgħu jipprovdu aċċessibbiltà tajba għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali;

jkun karatterizzat minn struttura kumpatta tal-insedjament b’tixrid urban limitat;

jgawdi minn protezzjoni ambjentali u kwalità ta’ livell għoli ġewwa u madwar l-ibliet.

Il-mudell Ewropew tal-iżvilupp urban sostenibbli jinsab taħt theddida • It-tibdil demografiku jagħti lok għal sensiela ta’ sfidi li huma differenti minn belt għal

oħra, bħall–popolazzjoni li qiegħda tixjieħ, l-ibliet li qed jiċkienu jew il-proċessi intensi ta’ suburbanizzazzjoni.

• L-Ewropa mhijiex aktar f’sitwazzjoni ta’ tkabbir ekonomiku kontinwu u ħafna bliet, speċjalment l-ibliet mhux kapitali fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, iżda wkoll l-ibliet antiki

Page 7: L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku. • Bliet żgħar u ta’ daqs medju

v

industrijali fl-Ewropa tal-Punent, jiffaċċjaw it-theddida serja ta’ staġnar jew tnaqqis ekonomiku.

• L-ekonomiji tagħna fil-forma kurrenti tagħhom ma jistgħux jipprovdu impjiegi għal kulħadd – il-konnessjonijiet li qegħdin jiddgħajfu bejn it-tkabbir ekonomiku, l-impjieg u l-progress soċjali imbuttaw sehem akbar tal-popolazzjoni ‘l barra mis-suq tax-xogħol jew lejn impjiegi tas-settur tas-servizzi ta’ ftit kompetenzi professjonali u ta’ paga baxxa.

• Id-differenzi fid-dħul qed jikbru u l-fqir qed isir aktar fqir – f’xi viċinati, il-popolazzjonijiet lokali jbatu minn konċentrazzjoni ta’ inugwaljanzi fi’termini ta’ akkomodazzjonijiet foqra, edukazzjoni ta’ kwalità baxxa, qgħad u diffikultajiet jew inkapaċità biex ikollhom aċċess għal ċertu servizzi (is-saħħa, it-trasport, l-ICT).

• Il-polarizzazzjoni soċjali u s-segregazzjoni qed jiżdiedu – il-kriżi ekonomika riċenti kompliet tkabbar l-effetti tal-proċessi tas-suq u l-irtirar gradwali tal-istat assistenzjali f’ħafna pajjiżi Ewropej. Saħansitra fl-aktar bliet sinjuri tagħna, is-segregazzjoni soċjali u spazjali huma problemi li qed jikbru.

• Il-proċessi ta’ segregazzjoni spazjali – bħala effett tal-polarizzazzjoni soċjali – jagħmluha aktar diffiċli għall-gruppi bi dħul baxx jew dawk marġinalizzati biex isibu akkomodazzjonijiet diċenti bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu.

• In-numru dejjem jiżdied ta’ dawk li ‘jabbandunaw is-soċjetà’ jista’ jwassal għall-iżvilupp ta' sottokulturi magħluqa b’attitudnijiet fundamentalment ostili lejn is-soċjetà ġenerali f’ħafna bliet.

• It-tixrid urban u l-firxa tal-insedjament ta’ densità baxxa huma waħda mit-theddidiet prinċipali għall-iżvilupp territorjali sostenibbli; is-servizzi pubbliċi huma l-aktar għoljin u diffiċli biex jiġu provduti, ir-riżorsi naturali huma sfruttati żżejjed, in-netwerks tat-trasport pubbliku huma insuffiċjenti u d-dipendenza fuq il-karozza u l-konġestjoni ġewwa u madwar l-ibliet huma peżanti.

• L-ekosistemi urbani huma taħt pressjoni – it-tixrid urban u l-issiġillar tal-ħamrija jheddu l-bijodiversità u jżidu r-riskju kemm tal-għargħar kif ukoll tal-iskarsezza tal-ilma.

Hemm opportunitajiet biex dawn it-theddidiet jinbidlu fi sfidi pożittivi • L-ibliet Ewropej isegwu perkorsi tal-iżvilupp differenti u d-diversità tagħhom għandha tiġi

sfruttata. Il-kompetittività fl-ekonomija globali għandha tiġi magħquda mal-ekonomiji lokali sostenibbli billi jiġu ankrati l-kompetenzi u r-riżorsi prinċipali fit-tessut tal-ekonomija lokali u tiġi sostnuta l-parteċipazzjoni soċjali u l-innovazzjoni.

• Tinħoloq ekonomija reżiljenti u inklużiva – il-mudell tal-iżvilupp tal-ekonomija preżenti, li fih it-tkabbir tal-ekonomija ma jfissirx aktar impjiegi, joħloq sfidi: li tiġi żgurata ħajja diċenti għal dawk li tħallew barra mis-suq tax-xogħol u li dawn jiġu impenjati fis-soċjetà.

• Il-potenzjal tad-diversità soċjoekonomika, kulturali, ġenerazzjonali u etnika irid ikompli jiġi sfruttat bħala sors ta’ innovazzjoni. L-ibliet ta’ għada għandhom jirrispettaw kemm lill-anzjani u lill-familji, kif ukoll ikunu postijiet ta’ tolleranza u rispett.

• Il-ġlieda kontra l-esklużjoni spazjali u l-faqar tal-enerġija permezz ta’ akkomodazzjonijiet aħjar hija essenzjali mhux biss biex belt u l-agglomerazzjoni tagħha

Page 8: L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku. • Bliet żgħar u ta’ daqs medju

vi

jsiru aktar attraenti u abitabbli, iżda wkoll biex tirrispetta aktar l-ekoloġija u tkun kompetittiva.

• Li tagħmel l-ibliet ‘ekoloġiċi u b’saħħithom’ imur aktar lil hinn milli sempliċiment jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2. Għandu jiġi adottat approċċ olistiku għall-kwistjonijiet ambjentali u tal-enerġija minħabba li l-ħafna komponenti tal-ekosistema naturali huma minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku.

• Bliet żgħar u ta’ daqs medju li qed jirnexxu u huma dinamiċi jista’ jkollhom rwol importanti għall-benesseri mhux biss tal-abitanti tagħhom iżda wkoll tal-popolazzjonijiet rurali tal-madwar. Dawn huma essenzjali biex jiġi evitat tnaqqis fil-popolazzjoni u l-eżodu miż-żoni rurali u għall-promozzjoni ta’ żvilupp territorjali bbilanċjat.

• Belt sostenibbli jrid ikollha spazji pubbliċi miftuħa attraenti u tippromwovi mobilità sostenibbli, inklużiva u b’saħħitha. Il-mobilità mingħajr karozza għandha ssir aktar attraenti u għandhom jiġu favoriti sistemi tat-trasport pubbliku multimodali.

Forom ġodda ta’ governanza huma essenzjali biex iwieġbu għal dawn l-isfidi urbani L-Ibliet ta’ Għada għandhom jaddottaw mudell olistiku ta’ żvilupp urban sostenibbli

Jittrattaw l-isfidi b’mod integrat u olistiku; Iqabblu l-approċċi bbażati fuq il-postijiet u n-nies; Jgħaqqdu strutturi tal-gvern formali ma’ strutturi ta’ governanza informali u flessibbli

li jikkorrispondu mal-iskala li jinsabu l-isfidi fiha; Jiżviluppaw sistemi ta’ governanza kapaċi jibnu viżjonijiet komuni li jirrikonċiljaw l-

objettivi f’kompetizzjoni u mudelli tal-iżvilupp f’kunflitt; Jikkooperaw biex jiżguraw żvilupp spazjali koerenti u użu effiċjenti tar-riżorsi.

• Jeħtieġ li s-sistemi ta’ governanza jiġu adattati għaċ-ċirkostanzi li jevolvu u jikkunsidraw skali varji territorjali (eż. sovraurbani kif ukoll infraurbani) u temporali.

• L-ibliet iridu jaħdmu fis-setturi kollha u ma jħallux viżjonijiet ‘monosettorjali’ jistabbilixxu l-aġenda ta’ kif għandha tkun il-ħajja urbana.

• Hija meħtieġa koordinazzjoni orizzontali u vertikali minħabba li l-ibliet iridu jaħdmu ma’ livelli ta’ governanza oħra u jirrinfurzaw il-kooperazzjoni u n-netwerking tagħhom ma' bliet oħra biex jaqsmu l-investimenti u s-servizzi li huma meħtieġa fuq skala territorjali akbar.

• Huma meħtieġa modi ta’ governanza ġodda bbażati fuq l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini, il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati relevanti kollha u l-użu innovattiv tal-kapital soċjali.

• Fil-kuntest tar-rabtiet imdgħajfa bejn it-tkabbir ekonomiku u l-progress soċjali, l-innovazzjoni soċjali toffri opportunità biex twessa’ l-ispazju pubbliku għall-inkarigu ċiviku, il-kreattività, l-innovazzjoni u l-koeżjoni.

• It-tbassir huwa għodda speċjalment rilevanti għall-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet, biex jingħelbu kunflitti u kuntradizzjonijiet bejn l-objettivi, u jiġi żviluppat fehim aħjar tar-realtajiet, il-kapaċitajiet u l-objettivi.

Page 9: L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku. • Bliet żgħar u ta’ daqs medju

vii

Konklużjonijiet Dan ir-rapport għadda minn tliet passi: fejn juri li hemm mudell Ewropew tal-iżvilupp urban (kapitolu 1); fejn jiddiskuti l-qawwiet, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u t-theddidiet għal dan il-mudell (kapitoli 2 u 3); u fejn jiffoka fuq l-isfidi tal-governanza tal-Ibliet ta’ Għada tagħna (kapitolu 4).

Il-konklużjonijiet jappoġġjaw il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-objettivi tal-iżvilupp urban u territorjali ewlenin li ġew espressi mill-Karta ta’ Leipzig, id-Dikjarazzjoni ta’ Toledo u l-Aġenda Territorjali tal-2020, li jenfasizzaw l-importanza ta’ dimensjoni territorjali aktar b’saħħitha fil-politika ta’ koeżjoni tal-futur. Ir-rapport jappoġġja l-objettivi prinċipali tal-istrateġija Ewropa 2020 iżda jindika l-ħtieġa għal approċċi integrati, koerenti u olistiċi fis-setturi, il-livelli ta’ governanza u t-territorji.

L-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali jridu jiġu indirizzati kemm fil-livell tal-viċinat kif ukoll f’kuntesti territorjali aktar wiesa’. L-ibliet ma jistgħux aktar jiġu definiti biss mil-limiti amministrattivi tagħhom, u lanqas il-politiki urbani ma jistgħu jimmiraw biss lejn l-unitajiet amministrattivi fil-livell tal-belt. Għandha tingħata attenzjoni għall-kumplimentarjetajiet neċessarji bejn l-approċċi funzjonali – fil-livell ta’ agglomerazzjonijiet u metropolijiet akbar – u l-approċċi soċjali u kulturali li jinvolvu l-inkarigu u l-għoti tas-setgħa taċ-ċittadini - fil-livell tal-viċinati. Kemm ir-realtà territorjali aktar wiesa' kif ukoll il-forma urbana interna jridu jiġu kkunsidrati. Il-politiki urbani se jkollhom jiżguraw koerenza bejn l-inizjattivi settorjali b’impatti spazjali u l-inizjattivi bbażati fuq il-post.

Sabiex jiġu ssodisfatti dawn l-objettivi, il-mekkaniżmi tal-koordinazzjoni fissi jridu jiġu kkumplimentati minn oħrajn flessibbli sabiex jiġu żgurati djalogu u kooperazzjoni bejn il-livelli territorjali u governattivi kif ukoll bejn is-setturi kkonċernati mill-iżvilupp urban. Se jkollhom jiġu megħluba t-tensjonijiet bejn l-interessi differenti. Iridu jiġu nnegozjati kompromessi bejn l-objettivi f’kompetizzjoni u l-mudelli tal-iżvilupp f’kunflitt. Viżjoni komuni hija importanti biex jiġi sostnut dan id-djalogu.

Bażi ta’ għarfien solidu huwa meħtieġ biex isaħħaħ il-fehim komuni tal-potenzjali tal-iżvilupp – dan huwa obbligu qabel ma tkun tista’ tiġi elaborata kwalunkwe viżjoni tal-futur. Dan l-għarfien ma jistax jiġi derivat biss minn esperti iżda jeħtieġ li jinftiehem u xi drabi saħansitra jiġi koprodott minn dawk kollha kkonċernati. Barra milli tittejjeb id-disponibbiltà u l-komparabbiltà tad-dejta territorjali u l-għarfien ibbażat fuq sorsi bħall-ESPON, il-Verifika Urbana u l-Atlas Urban, hemm ħtiġijiet għal dejta inqas tanġibbli. L-involviment tal-partijiet interessati u ċ-ċittadini huwa essenzjali biex jiġu mistoqsija l-mistoqsijiet it-tajba, jitkejlu l-oġġetti t-tajba, tinħoloq sjieda tal-istrateġiji u jiġi mobilizzat il-potenzjal endoġenu.

L-istrateġiji se jkollhom jikkunsidraw id-diversità tal-ibliet: ir-rotot tal-iżvilupp tagħhom, id-daqs tagħhom, il-kuntesti demografiċi u soċjali tagħhom u l-assi kulturali u ekonomiċi tagħhom. Pereżempju se jkun importanti li tiġi eżaminata r-rilevanza tal-istrateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti f'dawk l-ibliet jew reġjuni li jiffaċċjaw diffikultajiet speċifiċi minħabba l-konverġenza tad-diffikultajiet demografiċi, ekonomiċi u soċjali.

L-innvoazzjoni se jkollha tiġi mrawma biex tappoġġja t-tranżizzjoni lejn l-Ibliet ta’ Għada. L-Ibliet ta’ Għada għandhom ikunu bliet ta’ diversità, koeżivi u attraenti, għandhom ikunu ekoloġiċi u b’saħħithom, u għandhom ikunu postijiet għal ekonomija reżiljenti u inklużiva. Il-potenzjal tad-diversità soċjoekonomika, kulturali, ġenerazzjonali u etnika għandu jkun sfruttat

Page 10: L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku. • Bliet żgħar u ta’ daqs medju

viii

kompletament bħala sors ta’ innovazzjoni. L-istrateġiji tal-innovazzjoni jridu jkunu multipli, li jindirizzaw is-servizzi u t-teknoloġija kif ukoll l-innovazzjoni istituzzjonali u soċjali.

‘[…] Nemmen li fit-tensjoni ekonomika kurrenti fejn il-kriżi finanzjarja diġà kellha konsegwenzi serji fuq il-baġit tal-impjieg u dak pubbliku, irridu nimmobilizzaw il-qawwiet kollha tagħna biex innaqqsu l-impatti negattivi fuq il-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli. L-innovazzjoni soċjali mhijiex rimedju iżda jekk tiġi mħeġġa u vvalorizzata tista’ ġġib soluzzjonijiet immedjati għall-kwistjonijiet soċjali urġenti li ċ-ċittadini huma kkonfrontati bihom. Fit-tul, nara l-innovazzjoni soċjali bħala parti mill-kultura l-ġdida tal-għoti tas-setgħa li qed nippruvaw nippromwovu b’numru ta’ inizjattivi minn tagħna, li jibdew bl-Aġenda Soċjali Mġedda. […]’

José Manuel Barroso, President tal-Kummissjoni Ewropea, 31 ta’ Marzu 2009

L-innovazzjoni se jkollha tindirizza wkoll kwistjonijiet organizzazzjonali u istituzzjonali hekk kif ikunu meħtieġa forom ġodda ta’ governanza biex jiġġieldu l-kumplessità tal-isfidi fil-ġejjieni. B’rabta mal-innovazzjoni soċjali, il-kwistjoni tal-valuri u l-etika ġiet enfasizzata minn ħafna esperti waqt il-proċess ta’ riflessjoni.

L-istrateġiji tat-tkabbir inklużiv se jkollhom jegħlbu l-konsegwenzi negattivi tad-diżakkoppjar tat-tkabbir ekonomiku mill-iżvilupp soċjali u jindirizzaw iċ-ċirkli vizzjużi tat-tnaqqis demografiku u ekonomiku li numru dejjem jiżdied ta’ bliet Ewropej se jiffaċċjaw fis-snin li ġejjin. Irid jiġi addottat approċċ koerenti għall-istrateġiji tat-tkabbir intelliġenti, inklużiv u ekoloġiku biex il-kunflitti u l-kontradizzjonijiet bejn dawn l-objettivi differenti jistgħu jingħelbu u l-ikkompletar ta’ objettiv wieħed ma jkunx ta’ detriment biex jintlaħqu l-oħrajn.

In-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji, is-saħħa fiskali jew regolatorja baxxa, jew il-potenzjal ta’ żvilupp endoġenu insuffiċjenti jagħmluha aktar diffiċli għal ħafna bliet Ewropej biex jiżviluppaw b’mod armonjuż u sostenibbli, skont il-mudell ideali tal-attrattività u t-tkabbir. L-ibliet li qed jiċkienu jista’ jkollhom jerġgħu jiddefinixxu l-bażi ekonomika tagħhom u jamministraw it-tranżizzjonijiet lejn forom ġodda ta’ organizzazzjoni ekonomika, soċjali u spazjali.

Barra minn hekk, jekk it-tendenzi kurrenti jkomplu, l-esklużjoni soċjali u s-segregazzjoni spazjali dejjem tiżdied se jaffettwaw numru dejjem jikber ta’ reġjuni u bliet, inklużi dawk l-aktar sinjuri. Żoni ta’ faqar u tiċħid diġà jeżistu fl-aktar bliet Ewropej sinjuri u l-“faqar enerġetiku” jolqot il-gruppi l-aktar vulnerabbli, speċjalment fl-ibliet b’ħażna ta’ djar fqar jew obsoleti.

Hemm razzjonal politiku qawwi biex tingħata attenzjoni speċjali għall-viċinati mċaħħda fi ħdan il-kuntest tal-belt u t-territorju akbar fl-intier tiegħu, kif enfasizzat mill-Karta ta’ Leipzig u mid-Dikjarazzjoni ta’ Toledo. L-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom rwol kruċjali biex jippermettu mobilità soċjali u spazjali u biex jistimulaw l-impjieg u l-intraprenditorija - dan ir-rapport jenfasizza wkoll l-importanza tal-kapital soċjali, li jmur lil hinn mill-edukazzjon u t-taħriġ u jinkludi l-ħiliet relazzjonali. Iżda l-inklużjoni soċjali m'għandhiex tkun skop għall-politiki 'bbażati fuq in-nies' biss; l-approċċi bbażati fuq in-nies jeħtieġ li jkunu magħquda ma' dawk ibbażati fuq il-post. Il-fatt li jiġu indirizzati 'nies‘ biss jista’ jgħin lin-nies biex jersqu ‘l bogħod mill-problemi u jkomplu jfaqqru l-viċinati żvantaġġati; il-fatt li jiġi indirizzat il-‘post’ biss jista’ jew imexxi l-problema jew ikollu effetti ta’ lock-in fuq il-komunitajiet lokali.

Kif diġà ġie enfasizzat permezz tad-Dikjarazzjoni ta’ Toledo, dan ir-rapport jindika r-rwol strateġiku tar-riġenerazzjoni urbana integrata, fil-qafas tal-kunċett aktar wiesa’ tal-iżvilupp

Page 11: L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku. • Bliet żgħar u ta’ daqs medju

ix

urban integrat, bħala perspettiva importanti biex jinkisbu sensiela ta’ objettivi bħal: li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-involviment tal-partijiet interessati biex jaħdmu lejn 'mudell aktar sostenibbli u soċjalment inklużiv fl-ambjent kollu mibni u fin-nisġa kollha soċjali tal-belt eżistenti'1; li jiġu indirizzati t-tibdil fil-klima, it-tibdil demografiku u l-mobilità bħala sfidi urbani ewlenin; li tiġi żgurata koerenza akbar bejn il-kwistjonijiet territorjali u urbani; u li jiġi promoss fehim komuni tal-approċċ integrat.

Dan ir-rapport jindika r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenda Territorjali 2020 fir-rigward tat-tfassil tal-iżvilupp urban fil-kuntest territorjali marbut mal-istrateġija Ewropa 2020 u l-promozzjoni ta’ żvilupp territorjali poliċentriku bilanċjat u l-użu ta' approċċi tal-iżvilupp integrat fl-ibliet, ir-reġjuni rurali u speċifiċi.

Waħda mill-isfidi fl-iżvilupp territorjali armonjuż tal-Ewropa, kif identifikat mit-TA2020, huwa l-pass mgħaġġel tat-teħid tal-art minħabba l-firxa ta' insedjamenti ta' densità baxxa, jiġifieri t-tixrid urban. L-istrateġiji għar-riċiklaġġ tal-art (ir-riġenerazzjoni urbana, l-iżvilupp u l-użu mill-ġdid ta’ żoni abbandunati, mitluqa u mhux użati) diġà ġew żviluppati fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni u jista’ jkollhom rwol prinċipali fil-futur, kif jista’ jkollhom ukoll strateġiji oħra ekoloġiċi bħall-iżvilupp ta’ żoni u/jew kurituri bijoloġiċi, ir-rendiment ta' belt aktar ekoloġika u t-trawwim ta’ bliet li jirrispettaw lill-familji u lill-anzjani permezz ta’ spazji pubbliċi u servizzi għal kulħadd, filwaqt li jtejbu l-ġestjoni tal-enerġija u r-riżorsi u l-flussi tal-materjali fil-belt (il-metaboliżmu urban, ir-riċiklaġġ, is-soluzzjonijiet tal-enerġija lokali).

Skont it-TA2020, dan ir-rapport jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal integrazzjoni territorjali f’reġjuni transkonfinali u transnazzjonali u jixħet dawl fuq l-importanza li tittejjeb il-konnettività territorjali u l-kooperazzjoni bejn l-ibliet Ewropej.

L-ibliet ma jistgħux jiġu definiti biss mil-limiti amministrattivi tagħhom u lanqas il-politiki urbani ma jistgħu jimmiraw biss lejn l-unitajiet amministrattivi fil-livell tal-belt. L-importanza ta’ governanza f'diversi livelli ġiet enfasizzata b'mod qawwi mill-Parlament Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni. Dan huwa kompletament konformi mal-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport: jeħtieġ li l-politiki Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali jiġu artikulati ma’ xulxin.

Dan ir-rapport jżid ma’ dan il-kunċett ta’ governanza f’diversi livelli. Jeħtieġ li l-politiki li jindirizzaw il-viċinati jiġu artikulati mal-politiki li jindirizzaw mhux biss agglomerazzjonijiet jew territorji akbar li l-ibliet huma inkorporati fihom, iżda wkoll żoni tal-viċinat. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà li ġie msaħħaħ permezz tat-Trattat ta’ Lisbona jimplika mhux biss li l-governanza ta’ livell ogħla qed tiġi sostitwita minn oħra aktar baxxa iżda wkoll li relazzjonijiet ġodda qed jiġu maħluqa bejn livelli differenti eż. bejn il-livelli Ewropej u dawk lokali. Jeħtieġ li titwessa' l-firxa ta’ atturi involuti fit-tfassil tal-politika u fl-iffurmar tal-politika biex tinkludi l-partijiet interessati differenti, inklużi ċ-ċittadini. Bażikament, il-politiki jridu joperaw f’qafas ta’ governanza f’diversi skali.

Hija r-responsabbiltà tal-livelli kollha ta' governanza li jiżguraw li l-potenzjal kollu tal-ibliet u l-agglomerazzjonijiet urbani jista' jiġi sfruttat għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej kollha. Il-futur tal-Ewropa jiddependi fuq l-Ibliet ta’ Għada tagħna.

1 Il-Laqgħa Ministerjali Informali ta’ Toledo dwar id-Dikjarazzjoni dwar l-Iżvilupp Urban, Toledo, 22 ta’

Ġunju 2010.

Page 12: L-Ibliet ta’ Għada - European Commission · minsuġa ma’ dawk tas-sistema urbana soċjali, ekonomika, kulturali u politika b’mod uniku. • Bliet żgħar u ta’ daqs medju

Full version of the original report and additional information at:http://ec.europa.eu/regional_policy/conferences/citiesoftomorrow/index_en.cfm