FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi...
Transcript of FESTI INKLUSSIVI 2018 - Active Ageing Inklussivi 2018 Final... · kollha tipparteċipa fil-festi...
2
FESTI INKLUSSIVI 2018
Formola tal-Applikazzjoni
Il-formola tal-applikazzjoni tista’ timtela kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż.
Jintlaqgħu biss dawk l-applikazzjonijiet li jiġu kkompilati b’mod sħiħ, skont il-
kriterji tal-eliġibilità u fi żmien stipulat. Qabel timtela’ l-formola tal-
applikazzjoni, jekk jogħġbok aqra sew id-dokumentazzjoni annessa ma’ din l-
applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jridu jintbagħtu bil-posta lis-Segretarjat
Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Palazzo Ferreria, Triq
ir-Repubblika, Valletta jew b’email fuq [email protected] sal-31 ta’ Mejju
2018.
L-Iskop
L-għan prinċipali ta’ din l-inizjattiva huwa li tħeġġeġ lill-Każini tal-Banda ta’
madwar Malta u Għawdex joħolqu inizjattivi li bihom iħeġġu lill-komunità
kollha tipparteċipa fil-festi tal-irħula u l-bliet tagħhom.
Il-festa tibqa’ waħda mill-attivitajiet l-aktar sinifikanti f’Malta u f’Għawdex u ta’
importanza kbira għal raġunijiet varji, fosthom dawk reliġjużi u kulturali. Id-
dinamika tal-festa hija waħda kumplessa u interessanti. Imnissġa fil-ħadma
tagħha nsibu, fost oħrajn, l-ispiritwalità, l-arti, l-identità u t-tradizzjonijiet. Il-
festa tlaqqa’ flimkien u toħloq l-opportunità għall-individwi sabiex jingħaqdu
flimkien f’ambjent fejn jistgħu jitkellmu, jiċċelebraw u jitolbu.
Il-festa toħloq sens ta’ komunità, u kapaċi tiġbor fiha u tiċċelebra ġabra ta’
emozzjonijiet, flimkien ma’ motivazzjonijiet ta’ interessi varji u passjonijiet.
Bħala kullana ta’ kultura, storja, patrimonju soċjali u spiritwali, u rikkezzi
pjuttost uniċi u importanti, il-festa hija fenomenu li għandu jiġi ppreservat u
mrawwem.
Bħal kull fenomenu ieħor fis-soċjetà hemm bżonn li naraw li l-festa tkun
aċċessibbli għal kulħadd, kif ukoll tkun opportunità eċċellenti fejn jinħoloq
ambjent ekwu, fejn kulħadd jista’ jieħu pjaċir u jipparteċipa.
Bord tal-Għażla
Ġie maħtur Bord tal-Għażla sabiex janalizza l-applikazzjonijiet li ser jiġu
3
sottomessi. Huwa importanti li ma’ din l-applikazzjoni jiġu sottomessi tal-
inqas 3 kwotazzjonijiet għal kull spiża proposta li taqbeż il-€100. Il-Bord
għandu d-dritt li jitlob lill-Każin tal-Banda applikant iktar dokumenti
neċessarji, u jekk dawn id-dokumenti ma jiġux sottomessi, l-applikazzjoni
tista’ tiġi miċħuda mill-istess Bord.
Meta l-Bord tal-Għażla jaċċetta li l-proġett propost jibbenefika mill-Fond
Festi Inklussivi, jingħata lill-Każin tal-Banda rispettiv 25% tal-ammont
finanzjarju approvat tal-proġett. Il-kumplament tal-ammont finanzjarju
approvat tal-proġett, jiġifieri 75%, jingħata meta l-proġett ikun tlesta,
jekk dejjem dan ikun sar in linja ma’ dak stipulat mill-Bord tal-Għażla.
Jekk il-proġett ma jiġix finalizzat in linja ma’ dak stipulat mill-Bord tal-
Għażla, il-25% tal-ammont finanzjarju approvat tal-proġett li jkun diġa’
ngħata lill-Każin tal-Banda rispettiv irid jintradd lura lill-Fond Festi
Inklussivi.
Huwa essenzjali illi jiġu ppreżentati rċevuti għal kull spiża koperta mill-
ammont maħruġ mill-Fond Festi Inklussivi, kemm fir-rigward tal-25%
maħruġin fil-bidu tal-proġett, kif ukoll fir-rigward tal-75% li jingħataw
wara li jitlesta l-proġett, u li tali rċevuti jkunu fiskali, kif ukoll oriġinali.
L-irċevuti jridu jkopru l-ammonti kollha dikjarati fir-rigward tal-25% tal-
ammont finanzjarju approvat tal-proġett u tal-75% tal-ammont
finanzjarju approvat tal-proġett. Spejjeż li jiffurmaw parti mill-75% li ma
jkunux koperti b’irċevuti ma jitħallsux lill-Każin tal-Banda, u spejjeż li
jiffurmaw parti mill-25% li ma jkunux koperti b’irċevuti jridu jitħallsu lura
mill-Każin tal-Banda.
Il-proġett propost mill-Każin tal-Banda rispettiv irid ikun lest f’sena mid-
data tal-ittra mibgħuta mill-Bord tal-Għażla li tindika li l-proġett ġie
aċċettat. Jekk il-proġett ma jkunx sar f’dan iż-żmien stipulat, il-Każin tal-
Banda rispettiv ma jibbenefikax minn dan il-Fond.
L-inizjattiva li għaliha jintalbu l-fondi tista’ ukoll tkun fażi waħda ta’
proġett akbar li jkun jikkonsisti f’ħafna fażijiet. F’dan il-każ ukoll l-
inizjattiva in kwistjoni trid titlesti f’sena.
Il-Bord tal-Għażla jista’ jiddeċiedi li l-ammont finanzjarju li Każin tal-
Banda jingħata mill-Fond Festi Inklussivi jkun inqas minn dak propost
4
mill-Każin tal-Banda rispettiv. Jekk dan ikun il-każ, il-Każin tal-Banda
rispettiv irid jaċċetta li jkompli bil-proġett propost.
Il-Każin tal-Banda li jiġi allokat il-fondi mill-Fond Festi Inklussivi jingħata
tali fondi wara li jiġi ffirmat kuntratt bejn il-Każin tal-Banda u l-Ministeru
għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u skont it-termini u l-
kundizzjonijiet kollha li jkunu jinsabu f’dan il-kuntratt.
Il-massimu li Każin tal-Banda jista’ jibbenefika mill-Fond Festi Inklussivi
huwa ta’ €10,000.
Sabiex il-Każini tal-Banda jibbenefikaw minn dan il-Fond, iridu jkunu
reġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u jkunu
konformi mal-liġi li tirregola s-settur volontorju fid-data tal-għeluq tal-
applikazzjonijiet.
Il-Każini tal-Banda iridu jkunu attivi kif ukoll reġistrati mal-Għaqda Każini
tal-Banda.
Matul il-proġett irid ikun hemm tabella fejn ikun qiegħed isir il-proġett,
jew inkella fil-bini tal-Każin tal-Banda rispettiv, li turi li l-proġett huwa
parti mill-inizjattiva Festi Inklussivi u d-disinn tagħha ser ikun provdut
mill-Bord tal-Għażla. Din it-tabella trid tibqa’ fil-post anke wara li l-
proġett jiġi finalizzat.
Kriterji tal-Għażla
Il-proġett irid jassigura li l-parti tal-festa li tiġi organizzata mill-Każin tal-
Banda rispettiv tkun aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u/jew
għall-anzjani.
Il-proġett irid juri l-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità u/jew l-anzjani.
Il-proġett propost irid ikun innovattiv.
Il-proġett irid jippromwovi l-inklużjoni u l-aċċessibilità b’mod ħolistiku
(wieħed jew aktar minn dawn l-elementi: aċċessibilità fiżika, intelletwali
u/jew sensorjali).
5
Il-proġett irid ikun ta’ xprun għall-kumplament tal-komunità u jkompli
jħajjar aktar transformazzjonijet fl-imsemmija komunità.
Parti A:
L-identità tal-Każin tal-Banda
Isem il-Każin tal Banda: Lokalità: Membru tal-Għaqda Każini tal-Banda: Iva / Le (Immarka b’ċirku) VO Number:
Deskrizzjoni qasira tal-Każin tal-Banda (storja, attivitajiet, eċċ):
6
Informazzjoni dwar applikazzjonijiet passati għal xi tip ta’ fondi, minn kwalunkwe sors, għal proġetti li għamel jew li ried jagħmel il-Każin tal-Banda:
7
Parti B:
L-Iskop tal-Inizjattiva
Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-inizjattiva ppjanata.
8
Parti Ċ:
Livell ta’ Impenn
Jekk jogħġbok indika l-ammont finanzjarju u d-dettalji tal-investiment għal dan il-proġett u t-terminu ta’ żmien li matulu ser jitlesta l-proġett. Importanti li jiġu mehmużin mal-applikazzjoni dokumenti li juru l-ammont finanzjarju propost.
9
Parti D:
Impatt
B’liema mod din l-inizzjattiva ser tkun qiegħda ttejjeb l-aċċessibilità u l-inklużjoni fil-festa tal-Belt jew raħal tiegħek, u għalhekk il-kwalità tal-ħajja tal-
persuni b’diżabilità u/jew l-anzjani?
10
Parti E:
Involviment tal-Persuni b’Diżabilità u/jew Anzjani u Imsieħba
Relevanti
Jekk jogħġbok iddeskrivi l-involviment tal-persuni b’diżabilità u/jew anzjani fl-ippjanar ta’ din l-inizjattiva li għandha l-għan li żżid l-aċċessibilità u l-inklużjoni.
11
Parti F:
X’inhu dak li ser jiddistingwi l-proġett minn oħrajn?
12
Parti Ġ:
Kuntatt
Isem u Kunjom l-uffiċjal awtorizzat illi jiffirma skont l-istatut tal-Każin tal- Banda: Pożizzjoni fil-Każin tal-Banda: Firma: Data: Numru tat-telefon u mobile: Email: Website Uffiċjali tal-Każin tal-Banda: Facebook Page Profile tal-Każin tal-Banda: Twitter Profile tal-Każin tal-Banda: