IL-FESTI TAGĦNA KOMPETIZZJONIJIET IL-KOMUNITÀ … · 2020. 8. 31. · tal-Assedju l-Kbir...
Transcript of IL-FESTI TAGĦNA KOMPETIZZJONIJIET IL-KOMUNITÀ … · 2020. 8. 31. · tal-Assedju l-Kbir...
-
FERĦ U GĦAQDAIl-festa isimha magħha. L-element reliġjuż jiżżewwaq mad-divertiment tal-komunità. Il-ġimgħa tal-festa tlaqqa’ lill-komunità kollha, inklużi dawk li ma baqgħux jgħixu fil-lokalità fejn trabbew, f’atmosfera ta’ ferħ u għaqda.
IL-FESTI TAGĦNA...IL-KOMUNITÀ TIĊĊELEBRA
© 2020 Publishing
DIMOSTRAZZJONIJIET U MARĊIL-aktar popolari fost iż-żgħażagħ huma l-marċi tal-briju, bil-banda ddoqq innijiet ferrieħa u l-partitarji jaqbżu u
jkantaw quddiemha. F’waħda mis-serati ta’ qabel jum il-festa jkun hemm id-dimostrazzjoni fejn l-istatwa ta’ barra
tal-qaddis (differenti minn dik tal-purċissjoni ta’ nhar il-festa) tiġi mdawwra mal-lokalità u wara mtella’ fuq kolonna jew
pedestal kbir fejn tibqa’ hemm sa tmiem il-festa.
IS-SUNETTIIl-pjazez u t-toroq jinksew b’karti żgħar
ta’ kull kulur u għamla, speċjalment waqt il-purċissjoni, id-dimostrazzjoni jew xi marċ.
Dawn jintefgħu mill-kampnari tal-knisja u mill-bjut u l-galleriji tad-djar u l-każini.
Jintefgħu wkoll karti mdaqqsa bl-innijiet u s-sunetti (poeżiji b’14-il-vers).
FESTA TA’ IKELMingħajr ikel u xorb m’hemmx festa! Il-pjazez ewlenin
tal-lokalità jimtlew bil-bejjiegħa tal-ikel, tal-ħelu, tax-xorb u tal-ġelati. Fost l-aktar tradizzjonali hemm
dawk tal-qubbajt, ħelu magħmul miz-zokkor u l-ġellewż. Il-bank tal-qubbajt ikollu miżien kbir
imdendel f’ark tal-injam u vetrina mimlija biċċiet tal-qubbajt ta’ daqs, għamla u kuluri varji.
IX-XALATAL-għada tal-festa ħafna min-nies tal-lokalità jorganizzaw ix-xalata. Huma jerħulha lejn il-baħar minn
filgħodu u jgħaddu l-ġurnata hemm. Fit-triq lura lejn id-dar issir carcade b’ħafna briju li jinstema’
minn seba’ mili bogħod.
KOMPETIZZJONIJIET
Numru ta’ lokalitajiet li jinsabu ħdejn il-baħar jorganizzaw il-ġostra. Din tikkonsisti f’arblu twil mwaħħal fit-tarf ta’ moll jew irdum baxx u mmejjel għal
fuq l-ilma. Mal-ponta tiegħu jintrabtu xi premjijiet
filwaqt li l-arblu jindilek bix-xaħam. Min jirnexxielu jasal
sat-tarf jieħu wieħed mill-premjijiet.
Drawwa marbuta mal-ibliet u l-irħula ta’ madwar il-portijiet hija r-regatta (tlielaq tad-dgħajjes). Illum din issir fit-8 ta’ Settembru,
il-Festa tal-Bambina (it-twelid tal-Madonna) u tal-Vitorja (ir-Rebħa tal-Assedju l-Kbir tal-1565). Fil-passat, kien hemm festi oħra li fihom
kienu jsiru t-tiġrijiet tad-dgħajjes.
Diversi lokalitajiet li ma jinsabux ħdejn il-baħar jorganizzaw it-tiġrijiet tal-bhejjem, speċjalment iż-żwiemel. Dawn huma popolari l-aktar f’Għawdex. Fil-passat kienu jiġu organizzati
ukoll tlielaq għan-nies.