Il-Magħmudija tal-Mulej

53

Click here to load reader

description

Il-Magħmudija tal-Mulej. A. Qari I Araw il-qaddej tieg ħ i li fih qalbi strie ħ et . Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. 42, 1-4.6-7. A matulis-sena 1. Dan jgħid il-Mulej : « Araw il-qaddej tiegħi , li jiena nwieżen , il-maħtur tiegħi li fih qalbi strieħet!. A matulis-sena 1. - PowerPoint PPT Presentation

Transcript of Il-Magħmudija tal-Mulej

Page 1: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Il-Magħmudija tal-MulejA

Page 2: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Qari IAraw il-qaddej tiegħi li fih qalbi strieħet.

Qari mill-Ktiebtal-Profeta Isaija.42, 1-4.6-7

Amatulis-sena1

Page 3: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Dan jgħid il-Mulej:«Araw il-qaddej tiegħi, li jiena nwieżen,il-maħtur tiegħi li fih qalbi strieħet!

Amatulis-sena1

Page 4: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«Qegħedt l-ispirtu tiegħi fuqu, biex iġib il-ġustizzja lill-ġnus.

Amatulis-sena1

Page 5: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«Ma jgħajjatx, ma jgħollix leħnu; ma jsemmax leħnu fil-pjazez,

Amatulis-sena1

Page 6: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«qasba mġelġla ma jiksirhiex, musbieħ inemnem ma jitfihx.

Amatulis-sena1

Page 7: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«Iġib il-ġustizzja fis-sewwa.

Amatulis-sena1

Page 8: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«Ma jegħjiex, ma jitfarrakx,sakemm ma jwaqqafx il-ġustizzja fuq l-art;

Amatulis-sena1

Page 9: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«u l-gżejjer imbiegħda jistennew il-liġi tiegħu.

Amatulis-sena1

Page 10: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«Jien il-Mulej, sejjaħtlek fis-sewwa,qbadtek minn idek u ħaristek,

Amatulis-sena1

Page 11: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«u għamilt minnek patt tal-poplu,dawl għall-ġnus,

Amatulis-sena1

Page 12: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«biex int tiftaħ għajnejn l-għomja,toħroġ lill-ilsiera mill-ħabs,

Amatulis-sena1

Page 13: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«u lil dawk li hemm fid-dlam minn dar l-għeluq.»

Amatulis-sena1

Page 14: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

Amatulis-sena1

Page 15: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Salm28 (29), 1a-2.3ac-4.3b u 9b-10

℟.Il-Mulej ibierek il-poplu tiegħu bis-sliem.

Amatulis-sena1

Page 16: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Agħtu lill-Mulej, ulied Alla,agħtu lill-Mulej glorja u qawwa.

Amatulis-sena1

Page 17: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Agħtu lill-Mulej il-glorja ta’ ismu,qimu l-Mulej fl-għamara mqaddsa tiegħu.

Amatulis-sena1

Page 18: Il-Magħmudija  tal-Mulej

℟.Il-Mulej ibierek il-poplu tiegħu bis-sliem.

Amatulis-sena1

Page 19: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Leħen il-Mulej fuq l-ibħra;il-Mulej fuq l-ibħra kotrana.

Amatulis-sena1

Page 20: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Leħen il-Mulej bil-qawwa,leħen il-Mulej bil-glorja.

Amatulis-sena1

Page 21: Il-Magħmudija  tal-Mulej

℟.Il-Mulej ibierek il-poplu tiegħu bis-sliem.

Amatulis-sena1

Page 22: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Alla tal-glorja jriegħed,u fit-tempju tiegħu kulħadd jgħid: «Glorja!»

Amatulis-sena1

Page 23: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Il-Mulej jaħkem fuq l-għargħar;isaltan il-Mulej għal dejjem.

Amatulis-sena1

Page 24: Il-Magħmudija  tal-Mulej

℟.Il-Mulej ibierek il-poplu tiegħu bis-sliem.

Amatulis-sena1

Page 25: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Qari IIAlla jikkonsagra li Ġesù ta’ Nażaret bl-Ispirtu s-Santu.

Qari mill-Ktiebtal-Atti tal-Appostli.10, 34-38

Amatulis-sena1

Page 26: Il-Magħmudija  tal-Mulej

F’dak iż-żmien, Pietru qabad jitkellem u qal:

Amatulis-sena1

Page 27: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«Issa tassew qiegħed nifhem li Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd,

Amatulis-sena1

Page 28: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«imma jilqa’ lil kull mingħandu l-biża’ tiegħu u jagħmel is-sewwa,

Amatulis-sena1

Page 29: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«ikun minn liema poplu jkun.

Amatulis-sena1

Page 30: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«Huwa bagħat il-Kelma tiegħu lil ulied Iżrael

Amatulis-sena1

Page 31: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«u xandrilhom is-sliempermezz ta’ Ġesù Kristu, li hu s-Sid ta’ kollox.

Amatulis-sena1

Page 32: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«Intom tafu b’dak li ġara mal-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija,

Amatulis-sena1

Page 33: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«wara li Ġwanni kien xandar il-magħmudija;

Amatulis-sena1

Page 34: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«tafu kif Alla kkonsagra lil Ġesù ta’ Nażaret bl-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa,

Amatulis-sena1

Page 35: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«u kif dan Ġesùgħadda jagħmel il-ġid

Amatulis-sena1

Page 36: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«u jfejjaq lil dawk kollha li kienu maħkuma mix-xitan, għax Alla kien miegħu.»

Amatulis-sena1

Page 37: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

Bilwieqfa

Amatulis-sena1

Page 38: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Hallelujah.℟.Hallelujah.

Amatulis-sena1

Page 39: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Ara Mark 9,7

Is-smewwiet infetħu, u leħen il-Missier instama’:

Amatulis-sena1

Page 40: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«Dan hu Ibni l-għażiż: isimgħu lilu.»

Amatulis-sena1

Page 41: Il-Magħmudija  tal-Mulej

℟.Hallelujah.

Amatulis-sena1

Page 42: Il-Magħmudija  tal-Mulej

EvanġeljuĠesù wara li tgħammed, ra l-ispirtu ta’ Alla nieżel u jieqaf fuqu.

Qari mill-Evanġeljuskont San Mattew.3, 14-17

Amatulis-sena1

Page 43: Il-Magħmudija  tal-Mulej

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie mill-Galilija lejn il-Ġordan

Amatulis-sena1

Page 44: Il-Magħmudija  tal-Mulej

għand Ġwannibiex jitgħammed minnu.

Amatulis-sena1

Page 45: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Imma Ġwanni ma ħalliehx, u qallu:

Amatulis-sena1

Page 46: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«Jiena hu li jeħtieġ li nitgħammed minnek, u inti tiġi għandi?»

Amatulis-sena1

Page 47: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Ġesù qallu:«Inti għalissaħallik minn dan,

Amatulis-sena1

Page 48: Il-Magħmudija  tal-Mulej

«għax hekk jixraq nagħmlu, biex intemmu s-sewwa kollu.»

Amatulis-sena1

Page 49: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Imbagħad Ġwanni ħallieh jitgħammed.

Amatulis-sena1

Page 50: Il-Magħmudija  tal-Mulej

Ġesù, wara li tgħammed, minnufih tala’ mill-ilma;

Amatulis-sena1

Page 51: Il-Magħmudija  tal-Mulej

u ara,is-smewwiet infetħu, u ra l-Ispirtu ta’ Alla nieżel qisu ħamiema u ġej għal fuqu.

Amatulis-sena1

Page 52: Il-Magħmudija  tal-Mulej

U mis-smewwiet instama’ leħen jgħid: «Dan hu Ibni l-għażiż: fih sibt l-għaxqa tiegħi.»

Amatulis-sena1

Page 53: Il-Magħmudija  tal-Mulej

℟.Tifħir lilek Kristu.

Bilqiegħda

Amatulis-sena1