Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

32
BIEX ULIEDEK JIRNEXXU LKOLL

description

www.mychoice.pn

Transcript of Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

Page 1: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

BIEX ULIEDEK

JIRNEXXU LKOLL

Page 2: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

2

INFETĦU 8 CHILD CARE CENTRES ĠODDA fis-Siġġiewi, Pembroke, Santa Venera, Ħal Qormi, Floriana, Bormla, il-Marsa u fl-MCAST.

Qed jinbena child care centre ġdid fin-Naxxar u qed jiġu ppjanati child care centres ġodda fil-Gżira, San Ġwann u ż-Żurrieq. 1,028 tifel u tifla jattendu fiċ-child care centres tal-Gvern.

Page 3: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

3

Ġenituri li jibagħtu t-tfal tagħhom f’child care centres jingħataw

TNAQQIS MILL-INCOME TAX.

Fl-2011 2,392 ġenitur ħadu tnaqqis fl-income tax.

Page 4: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

4

TMIEN ĊENTRI KLABB 3-16 QED JOFFRU PROGRAMMI GĦAT-TFAL WARA L-ĦIN TAL-ISKOLA.Permezz ta’ dawn iċ-ċentri, it-tfal jingħataw għajnuna fil-homework, fil-kitba u fl-istudji tagħhom. Tul din is-sena skolastika, se jinfetħu 21 ċentru ġdid tal-Klabb 3-16.

Page 5: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

5

SARU ESTENSJONIJIET BIEX AKTAR STUDENTI JATTENDU FL-ISKEJJEL PRIMARJI ta’ Marsascala, Ħaż-Żabbar, San Pawl il-Baħar u l-Mosta. Inbnew żewġ swali ġodda fl-Iskola Primarja ta’ Marsaxlokk u fl-Iskola Sekondarja tas-Subien ġewwa Ħal Kirkop. Inbnew ukoll estensjonijiet u laboratorji ġodda fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, iż-Żejtun, fl-Iskola Sekondarja tas-Subien, in-Naxxar, fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, il-Mosta, fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, l-Imrieħel u fl-Iskola Sekondarja tas-Subien, il-Ħamrun.

Page 6: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

6

630 TIFEL U TIFLA qed jieħdu għajnuna speċjalizzata biex jegħlbu sfidi soċjali, emozzjonali u ta’ imġieba fl-40 Learning Support Zones u Nurture Groups fil-Kulleġġi tal-Gvern. 3,814 TIFEL U TIFLA qed jingħataw appoġġ dirett u kontinwu minn 2,326 Learning Support Assistant. 

Page 7: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

7

“F’IDEJN L-GĦALLIEMA TAGĦNA NAFDAW IL-MIMMI T’GĦAJNEJNA, ULIEDNA” Lawrence Gonzi, Prim Ministru

L-għalliema kollha fl-iskejjel tal-Gvern ingħataw laptop biex iħejju l-lezzjonijiet u jwasslu t-tagħlim lill-istudenti.

Page 8: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

8

AKTAR TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI qegħdin jiġu integrati fl-iskejjel mainstream biex pajjiżna issa joffri l-iktar edukazzjoni inklussiva fl-Ewropa.

L-iskejjel speċjali nbidlu f’Ċentri ta’ Riżorsi u saru bidliet infrastrutturali u faċilitajiet ġodda biex joffru ambjent speċjalizzat lil tfal b’diżabilità severa.

Page 9: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

9

INFETAĦ IĊ-ĊENTRU TAL-KREATTIVITÀ fil-Kulleġġ San Benedittu b’investiment ta’ €1.5 miljun.

Din il-blokka hi mgħammra bi swali għat-tagħlim tal-mużika u l-arti, il-lingwi, librerija u sala li tesa’ 600 persuna.

Page 10: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

10

NIEĦDU GOST NITGĦALLMU b’2,326 interactive whiteboards fil-klassijiet u laboratorji tal-primarja, is-sekondarja u l-post-sekondarja.

Page 11: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

11

B’INVESTIMENT F’TEKNOLOĠIJA ĠDIDA FIL-LABORATORJI TAX-XJENZA fl-iskejjel tal-Gvern,

aktar studenti qed ikomplu jistudjaw ix-xjenza.

Saru 163 laboratorji ġodda tax-xjenza, il-home economics u l-arti u d-disinn.

Page 12: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

12

Kull sena, il-Gvern qed jagħti medja ta’ €40 MILJUN LILL-ISKEJJEL TAL-KNISJA biex fost l-oħrajn, jitħallsu l-għalliema u l-Learning Support Assistants.

Page 13: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

13

Ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi

SKEJJEL PRIVATI jieħdu tnaqqis fl-income tax

Għat-tielet sena konsekuttiva, din is-sena l-Gvern żied it-tnaqqis fl-income tax sa €1,600 għal tfal fi skejjel primarji u sa €2,300 għal tfal fi skejjel sekondarji privati.

Page 14: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

14

Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ Santa Margerita, Bormla.

2008

Skola ġdida kull sena...

ĦAMES SKEJJEL ĠODDA F’ĦAMES SNIN

Page 15: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

15

Skola Primarja ġdida fil-Kulleġġ Santa Klara, Pembroke.

2009

Page 16: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

16

Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ ta’ Għawdex, ir-Rabat.

2010

Page 17: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

17

Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ Maria Regina, il-Mosta.

2011

Page 18: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

18

Skola Sekondarja tal-Bniet fil-Kulleġġ San Injazju, Tal-Ħandaq, Qormi.

2012

Page 19: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

19

INFETĦET L-EWWEL SKOLA NAZZJONALI TAL-ISPORT f’Ħal Kirkop fil-Kulleġġ San Benedittu, għal tfal b’talent sportiv.

F’din l-iskola, l-istudenti jingħataw taħriġ speċjalizzat fl-isport flimkien mal-istudji akkademiċi tagħhom.

Page 20: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

20

AKTAR FAĊILITAJIET SPORTIVI biex tiżdied l-attività fiżika waqt il-ħin tal-iskola u wara. 31,000 tifel u tifla ħadu sehem fi programmi sportivi organizzati mill-iSport Promotion Unit.

Page 21: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

21

AKTAR FAĊILITAJIET SPORTIVI GĦAL ULIEDEK.

Infetaħ Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop b’investiment ta’ €3.5 miljun, u sar titjib sostanzjali fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera li ġie ċċertifikat mill-UEFA biex jintlagħbu logħbiet internazzjonali tal-futsal fih.

Page 22: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

22

Estensjoni fil-Junior College biex tilqa’ għaż-żieda fl-istudenti li qegħdin jistudjaw fil-Kulleġġ. Librerija, laboratorji u faċilitajiet sportivi ġodda fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi, in-Naxxar.

Illum, 83% tal-istudenti Maltin u Għawdxin qegħdin ikomplu jistudjaw wara s-sekondarja. Fl-1999, 43% kienu jkomplu bl-istudji tagħhom.

Page 23: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

23

Infetaħ l-Istitut tal-Istudji Turistiċi f’Għawdex. Saru laboratorji ġodda fl-MCAST f’Għawdex u fiċ-Ċentru tal-Università. L-istudenti Għawdxin qed jingħataw għajnuna addizzjonali ta’ €400 kull tliet xhur mal-istipendju biex ikopru l-ispejjeż tagħhom meta jistudjaw Malta.

L-AQWA EDUKAZZJONI F’GĦAWDEX.

Page 24: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

24

18,800 student u studenta qed jieħdu stipendju billi jkomplu jistudjaw fl-iskejjel post-sekondarji u terzjarji. Fl-2000, l-ammont ta’ studenti li kienu jieħdu stipendju kien 8,000.

Page 25: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

25

B’kampus mgħammar bl-aħjar faċilitajiet u aktar korsijiet ġodda, aktar żgħażagħ jistgħu jibnu karriera fil-qasam tat-turiżmu.

KAMPUS ĠDID għall-Istitut tal-Istudji Turistiċi f’Pembroke.

Page 26: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

26

Illum, 6,240 student u studenta full-time u 4,244 student u studenta part-time qed ikomplu jistudjaw l-MCAST, erba’ darbiet aktar milli kien hemm fl-ewwel sena tal-MCAST fl-2001.

Qed jinbena l-kampus ġdid tal-MCAST, f’Raħal Ġdid, b’investiment ta’ €120 miljun.

Page 27: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

27

LABORATORJI ĠODDA FL-MCAST fl-oqsma tal-arti u d-disinn, l-inġinerija mekkanika, l-elettriku u l-elettronika u fit-teknoloġija tad-disinn u l-komunikazzjoni.

Bl-aħjar taħriġ prattiku u bil-kollaborazzjoni tal-industrija, l-istudenti tal-MCAST mal-ewwel jagħmlu l-qabża għad-dinja tax-xogħol.

Page 28: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

28

FAKULTÀ ĠDIDA TAL-ICT FL-UNIVERSITÀ ta’ Malta biex tilqa aktar studenti u toħloq karrieri ġodda fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informatika, b’investiment ta’ €17-il miljun.

Page 29: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

29

SPINTA QAWWIJA LIR-RIĊERKA FL-UNIVERSITÀ B’LABORATORJI ĠODDA tal-ogħla kwalità tal-bioloġija u l-kimika, id-disinn u t-teknoloġija u l-inġinerija.

Permezz tal-Life Sciences Park li qed jinbena bħalissa f’San Ġwann, se jkomplu jiżdiedu l-opportunitajiet tar-riċerka fl-oqsma tax-xjenza u l-innovazzjoni. B’hekk jinħolqu aktar impjiegi f’dan il-qasam.

Page 30: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

30

AKTAR MINN 2,000 STUDENT U STUDENTA ħadu borża ta’ studju biex ikomplu jispeċjalizzaw barra minn xtutna jew fl-Università ta’ Malta. Ingħataw l-ewwel boroż ta’ studju fil-performing arts u fl-isports.

Page 31: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

31

BL-AĦJAR EDUKAZZJONI, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ QED JIBBENEFIKAW MINN AKTAR OPPORTUNITAJIET TA’ XOGĦOL, B’PAGI TAJBIN.

F’dawn l-erba’ snin inħolqu 20,000 impjieg ġdid. Permezz ta’ investimenti ġodda, fosthom fil-qasam finanzjarju, fil-gaming, fl-ekonomija tal-kreattività u proġetti ġodda bħas-Safi Aviation Park, fabbriki ġodda fl-elettronika, l-inġinerija u l-farmaċija u l-Life Science Park, aktar żgħażagħ qegħdin jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom f’impjieg li jagħtihom sodisfazzjon.

Page 32: Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

AKTAR XOGĦOL

B’PAGI TAJBIN

Nov

embr

u 20

12