DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex...

66
DIĊEMBRU 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Transcript of DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex...

Page 1: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

DIĊEMBRU 2018

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 1

Għaliex il-ulej qam tassew minn bejn l

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjoni tal-Papa Franġsku Evanġelizzazzjoni: Għas-Servizz tat-Tixrid tal-Fidi

Biex il-persuni li huma involuti fit-tixrid tal-fidi jsibu fid-djalogu tagħhom mal-kultura l-lingwaġġ li jgħodd għall-kundizzjonijiet taż-żminijiet tal-lum.

Dati importanti għax-xahar ta’ Diċembru: 7 ta’ Diċembru : San Ambroġ 8 ta’ Diċembru : It-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija. 15 ta’ Diċembru : Tibda n-Novena tal-Milied 21 ta’ Diċembru : San Tumas l-Appostlu 25 ta’ Diċembru : It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu 27 ta’ Diċembru : San Ġwann Evanġelista 31 ta’ Diċembru : L-Aħħar Ġurnata tas-Sena Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Diċembru issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- DIĊEMBRU 2018 -

EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

San Ġwann Battista de La Salle

Page 3: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

2 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, l-1 ta’ Diċembru San Edmond Campion u San Robert Southwell - presbiteri u sħabhom,

Il-Beatu Ġwanni ta’ Vercelli - presbiteru San Andrija - appostlu “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 22: 1-7 Lejl ma jkunx hemm iżjed, għax il-Mulej ikun jiddi fuqhom. 2. Salm 94: 1-7 Ejja, Mulej Ġesù. 3. Luqa 21: 34-36 Ishru biex tifilħu taħarbu dan kollu li għandu jiġi. ROBERT SOUTHWELL (1561-1595) - Ġiżwita u martri

Twieled f’Horsham, St.Faith’s, Norfolk, fl-Ingilterra, u trabba fir-reliġjon Kattolika. Bagħtuh jistudja, meta kien għadu żgħir, fil-kulleġġ Kattoliku ta’ Douai (Franza), fejn studja l-Filosofija taħt il-magħruf Ġiżwita Belġjan, il-Venerabbli Leonardu Lessius.

Ta’ sbatax-il sena talab biex isir Ġiżwita, u fis-17 ta’ Ottubru 1578, daħal fin-novizzjat ta’ Ruma u ntrabat bil-voti sempliċi fl-1580.

Wara li temm in-novizzjat studja l-Filosofija u t-Teoloġija fil-Kulleġġ Ruman, u fost oħrajn kellu wkoll, bħala professur, lil San Robert Bellarmino, illum Duttur tal-Knisja. Ħa l-quddiesa fl-1584, u laħaq prefett tal-istudji fil-kulleġġ Ingliż, f’Ruma.

Imħeġġeġ bix-xewqa tal-martirju f’pajjiżu, talab biex imur l-Ingilterra, u s-superjuri tiegħu bagħtuh hemm fl-1586, ma’ Patri Henry Garnett.

Hemm laqgħu Lord Vaux of Harrowden, u kien magħruf taħt l-isem ta’ Cotton, bħala sinjur tal-kampanja.

Wara sentejn, laħaq Kappillan tal-Kontessa ta’ Arundel, u għamel konoxxenza ma’ żewġha Filippu, Earl ta Arundel li kien il-ħabs għar-reliġjon Kattolika, l-antenat tad-Duke ta Norfolk, tal-lum.

Dam xi sitt snin, jaħdem b’żelu kbir f’dik il-missjoni, issa moħbi Londra, issa jgħaddi minn dar kattolika għal oħra, liebes ilbies li bih ma jistax jingħaraf.

Kien ta’ karattru dħuli, u qatt ma ħa parti fi kwistjonijiet politiċi. Fl-1592, ġie mħarrek fil-belt ta’ Harrow, għax bint sid id-dar ta’ Uxenden Hall, Anne Bellamy, ittradietu.

Sofra bosta għamliet ta’ torturi; il-membri tal-Kunsill għarbluh għal tlettax-il darba, dejjem taħt it-torturi; għal żmien twil żammewh f’qiegħ ta’ kalzri taħt l-art, mimli dud.

Wara kważi tliet snin fil-ħabs, fil-21 ta’ Frar tas-sena 1595, għallquh, u qasmuh f’erba’ biċċiet, fil-post ta’ Tyburn.

Kien awtur ta’ bosta kotba, sew proża u kemm poeżija popolari ħafna għal dak iż-żmien. L-opri tiegħu reliġjużi, kienu jinbiegħu fil-beraħ, għad li kulħadd kien jaf ta’ min kienu.

Page 4: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 3

Il-magħruf Ben Jonson kien iqim ħafna “The Burning Babe”, waħda mill-poeżiji ta’ Patri Southwell.

Waqt li x’aktarx Patri Southwell kien qara Shakespeare, huwa kważi żgur li Shakespeare kien qara Southwell, u f’xi bnadi kiteb bħalu (Herbert Thurston, S.J.). Kien ikkanonizzat fl-1970 mill-Papa San Pawlu VI.

Riflessjoni: Mulej nitolbuk ħerqana biex teħlisna mill-biża’ tal-futur oskur; mill-biża’ li ma nirnexxux, mill-biża’ tal-faqar, mill-biża’ tat-telfa ta’ xi ħadd mejjet, mill-biża’ ta’ weħidna, mill-biża’ ta’ mard u uġigħ, mill-biża’ tax-xjuħija, mill-biża’ tal-mewt. Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja ta’ mħabba fik, bi Kristu Sidna u mgħallem tagħna

Akanu Ibaim (Niġerjan)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 1, parti mill-1 punt

So that we, says Saint Augustine, will not endure a terrible and crushing sentence when we appear before the tribunal of this inexorable Judge who will judge us for eternity, let us constantly strive to free ourselves of our defects, for we cannot know either the day or the hour when we will die. Those whose life span is so uncertain must not delay to take the steps needed to insure their salvation.

TALBA San Mikiel Arkanġlu,

iddefendina fil-jum tat-taqbida, kun int li tħarisna

mill-ħażen u n-nassa tal-għadu. Bl-umiltà kollha nitolbuk, O Alla,

biex titfa’ ħarstek fuq l-għadu tagħna u ċċanfar lilu u l-ispirti ħżiena li għadhom jiġġerrew fid-dinja,

u jħabirku għat-telfin tal-erwieħ. ‘Doorway to Faith’

Missierna ...

Page 5: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

4 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, it-2 ta’ Diċembru L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.Ġeremija 33: 14-16 Intella’ min-nisel ta’ David rimja tas-sewwa. 2.Salm 24: 4bc-5ab,8-10,14 Lejk jiena nerfa’ ruħi, Mulej. 3.1Tessalonikin 3:12- 4: 2 Il-Mulej iqawwilkom qalbkom għal meta jiġi Sidna

Ġesù. 4. Luqa 21: 25-28,34-36 Il-fidwa tagħkom hi fil-qrib. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Dan il-vanġelu jġiegħelna nistaqsu jekk Ġesù kienx qiegħed jitkellem dwar iż-żminijiet tagħna. Ġesù jalludi għat-traġedji li kien hemm fi żmienu u dawk li ġraw matul is-sekli sa żmienna; sakemm jasal l-aħħar taż-żmien, u jfissrilna kif għad jintemm kollox imma l-kelma tiegħu tifraq dawn il-ġrajjiet kolllha u tibqa’ magħna għal dejjem. Kliemu jirrivelalna s-sens profond tal-ġrajjiet li ngħixu.

Madankollu fis-soċjetà tagħna jinħass il-biża’. Ma jonqosna xejn; imxebbgħin u fgati bil-kumditajiet kollha. Tant inħossuna ngħixu komdi li dan il-lussu serqilna t-tama, għaliex għandna kollox. Dawk li qegħdin ibatu jgħixu bit-tama, u jistennew il-ħelsien mingħand Alla. Aħna li ma jonqosna xejn bdilna t-tama mal-ambizzjonijiet u l-proġetti għal dinja ġdida. Mhux biss; qegħdin ngħallmu liż-żgħażagħ tagħna jneħħu ħarsithom minn fuq Alla u jiffukaw fuq l-isfidi kbar li toffri d-dinja. Nitqarrqu taparsi ma nintebħux li d-dinja li qegħdin noħolqlu tbeżżgħana; li sforz li nħarsu biss ġewwa fina, madwarna, insomma kullimkien minbarra lejn Alla qegħdin kull ma jmur insiru ddisprati. Fil-ġirja li għandna biex innaqqsu l-problemi u nħaffu l-piż tal-ħajja taqqalna qlubna. Għalhekk inħossuh ibeżżgħana dak il-jum.

F’din id-dinja stramba, sinjura f’kollox minbarra f’dak li tassew jgħodd, hemm min irid jibqa’ jemmen li miz-zokk antik tal-istorja għad toħroġ rimja ġdida, għad hemm min jishar u jitlob mhux biex iseħħ il-ħolm tiegħu imma jittama f’Dak li għad irid jiġi.

L-Avvent mhuwiex l-istennija ta’ xi ħaġa, imma ta’ xi ħadd – Ġesù, l-iben t’Alla li ġej jeħlisna għal dejjem mill-ħażen, Bin il-Bniedem li jirrivelalna n-natura li tlifna. Stennija f’talb, f’ħajja li ma titfarrakx bid-differenzi, mhix stennija passiva imma mixja ta’ fidi u fiduċja fl-imħabba; u bit-tama bħala sieħba umli u ġeneruża waqt il-vjaġġ.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 1, it-2 parti

It is not only the wicked who need to be afraid of the Last Judgment because of the evil life they have led. It will be a harrowing experience for the good as well as the wicked, says Saint Augustine. For, asserts Saint Jerome, there will be few, in fact there will be none, in that general gathering who will not deserve to be

Page 6: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 5

reproved with severity and anger by the Judge. This is why, he adds, there is no soul that does not fear God’s judgment, for the stars themselves, meaning the saints, will not be pure in his presence. It will be very difficult, this holy doctor continues, to find anyone pure and irreproachable enough to appear before this Judge with assurance and dare to say, who will convict me of sin? Because of this, says Saint Ephrem, all creatures will be penetrated with fear, and all the legions of holy angels will shudder on the great day of the Lord’s vengeance. The main reason why the just themselves will fear while awaiting the Last Judgment is that we will have to give an account not only of the idle words we have spoken, as Jesus Christ says in the Gospel, but even of the good works we have performed, according to what God declares through the Royal Prophet: I will judge justices, meaning all the good that we have accomplished during our life. He will probe it to see if it was truly good and whether anything defective can be found in it. Who of us, then, will not fear God’s judgment?

TALBA Mulej, int biss li timliena bil-fiduċja,

int biss taħfer u terġa’ taħfer, u għal darba oħra tgħinni li nerġa’ nibda mill-ġdid,

biex trawwem fija l-imħabba b’qalb imġedda.

Int taf tajjeb li l-egoiżmu u s-suppervja tiegħi

għadhom hemm, lesti biex ibegħduni ’l bogħod minnek

u minn ħuti l-bnedmin. Nirringrazzjak Mulej

għal dik il-ħniena tiegħek bla tarf. “Agħmel il-qalb ibni,

dnubietek maħfura.” (Mt. 9: 2) Bro. Louis camilleri

Missierna ...

Page 7: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

6 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, it-3 ta’ Diċembru San Franġisk Saverju - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 2: 1-5 Il-Mulej jiġma’ l-ġnus kollha fis-sliem tas-saltna ta’ dejjem. 2. Salm 121: 1-9 Fraħt meta qaluli: “Immorru f’dar il-Mulej!” 3. Mattew 8: 5-11 Għad jiġu ħafna mil-Lvant u mill-Punent fis-saltna tas-smewwiet. S. FRANĠISK SAVERJU (1506-1552) - saċerdot Dan il-qaddis jista’ jitqies bħala wieħed mill-akbar missjunarji tal-Knisja, uħud

iqabbluh mal-appostlu San Pawl. Minħabba f’hekk ġie maħtur Patrun tal-Missjonijiet.

Bħall-missier spiritwali tiegħu Sant’Injazju minn Loyola, Franġisk kien Spanjol ta’ razza Baska. Kellu f’moħħu li jagħmel isem bħala studjuż magħruf u duttur tal-Filosofija.

Ta’ 18-il sena daħal fl-Università ta’ Pariġi biex jistudja l-Filosofija u ħa l-grad mill-kulleġġ ta’ Santa Barbara. Hawn iltaqa’ u sar ħabib ta’ Sant’Injazju ta’ Loyola. Injazju, li kien jaf bl-ambizzjonijiet ta’ Franġisku Saverju, kien ifakkru ta’ spiss fi kliem Ġesù: “X’jiswielu l-bniedem jakkwista d-dinja kollha u mbagħad jitlef ruħu?”

Ta’ 28 sena ċeda għall-ideali għoljin t’Injazju, wara li kien ilu jgħix fl-istess kamra miegħu u mal-Beatu Pietru Favre fl-Università ta’ Pariġi għal erba’ snin.

Seba’ Ġiżwiti ntagħżlu għall-missjoni, iżda fl-aħħar minuta Franġisk kellu jieħu post wieħed minnhom li ma setax jagħmel il-vjaġġ. “Ix-xogħol f’idejk!”, qallu Injazju.

Franġisk kellu jħalli Ruma għall-Portugall fi żmien 24 siegħa. Hu aċċetta bil-ferħ u beda jraqqa’ qalziet qadim u suttana biex jeħodhom miegħu. F’dan kollu wera faqar, sempliċità u tfittxija għar-rieda ta’ Alla fl-ubbidjenza u t-talb li kkaratterizzaw il-ħidma tiegħu fil-missjoni.

Matul l-għaxar snin ta’ xogħol fil-missjonijiet hu vvjaġġa fil-biċċa l-kbira tal-Lvant imbiegħed bħala nunzju papali u superjur Ġiżwita. Hu ħalla warajh f’kull post li għadda knejjes jiffjorixxu li diversi minnhom komplew sa żminijietna.

Kellu xewqa kbira li jmur iċ-Ċina u jxandar il-vanġelu f’dak il-pajjiż kbir. Franġisk miet bla ma laħaq irċieva s-sagramenti u mingħajr difna Nisranija, waqt li kien fuq il-gżira ta’ Sancian, ħdejn Hong Kong, jistenna lil wieħed negozjant li wegħdu li kellu jdaħħlu bil-moħbi fiċ-Ċina. Kellu 46 sena.

San Franġisk Saverju kien iddikjarat qaddis, flimkien ma’ Sant’Injazju Loyola fl-1662 mill-Papa Girgor XV.

Page 8: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 7

Riflessjoni – L-Avvent huwa stennija: “Tiċċelebra l-Avvent ifisser li tkun kapaċi li tistenna. L-istennija hija arti li fiż-żminijiet tal-lum intesiet, il-paċenzja hija skarza ħafna. Irridu naqtgħu l-frott meta għadha tinżera’ x-xitla. Imma ħafna drabi l-għajnejn mikluba jiġu mqarrqa; il-frott li minn barra jidher tant prezzjuż ikun għadu aħdar minn ġewwa u għalhekk dawk l-idejn tant ingrati u bla rispett, iwarrbuh fil-ġenb. Min ma jagħrafx dik l-imbierka dixxiplina tal-istennija, ma jista’ qatt jesperjenza l-milja tal-barkiet. ‘God is in the Manger’ – Dietrich Bonhoeffer

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 79, l-1 parti

After Saint Francis Xavier joined Saint Ignatius and made a spiritual retreat under his direction, he resolved to give himself entirely to God. He had a great love for suffering, especially the mortification of his body and his senses. This spirit led him to undertake extraordinary penances. From time to time, he went three or four days without eating, and when he did eat, he abstained not only from meat and wine but also from wheat bread, and he was satisfied with the coarsest kind of food used by the poor. To mortify his body, he used a discipline made of metal, and he beat himself so roughly that blood flowed freely from the wounds he made. He slept very little, lying on a bit of straw on the ground. On one occasion among others, he tied cords so tightly around his body and left them there so long that they entered his flesh. The infection this caused him was judged to be incurable, but he was miraculously healed through the prayer of his companions. Once he sucked an ulcer full of pus that made him nauseous. By a life mortified like this, the saints who worked the most for the salvation of souls prepared and conditioned themselves to achieve very great results in this ministry. Because God has called you to such an exalted work, if you cannot practice these great mortifications, at least you ought to mortify your senses and your own spirit, which must no longer live in you, for God asks you not to live and to be guided except by his divine Spirit.

TALBA

Ħenn għalina, Mulej, qaddejja tiegħek, u, kollok tjieba,

kattar fuqna d-doni tal-grazzja tiegħek, biex nitħeġġu fit-tama, fil-fidi u fl-imħabba,

u nishru dejjem sal-aħħar fil-ħarsien tal-kmandamenti tiegħek.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna. Ammen.

Missierna ...

Page 9: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

8 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, l-4 ta’ Diċembru San Ġwann Damaxxenu – presbiteru u duttur tal-Knisja

Santa Barbara – verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 11: 1-10 Fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej. 2. Salm 71: 2,7,8,12,13,17 Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem kotran għal

dejjem. 3. Luqa 10: 21-24 Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu.

SANTA BARBARA (seklu 4) - verġni u martri Il-ħafna leġġendi li nsibu fuq il-ħajja ta’ din il-qaddisa jagħmluha ħaġa diffiċli

biex inkunu nafu sewwa ġrajjietha. Hi kienet waħda mill-qaddisin l-aktar popolari taż-żminijiet tan-nofs – waħda mill-“14-il Qaddis Awżiljatur”.

L-istorja tagħha tgħid li hi kienet minn Nikomedja, u twieldet għall-ħabta tas-sena 273. Bejn is-snin 286-287 hi marret toqgħod fir-raħal ta’ Scandriglia, illum fil-provinċja ta’ Rieti, fl-Italja Ċentrali, minħabba li missierha, jismu Djoskoru, kien impjegat mal-Imperatur Massimiano Erkulew.

Il-konverżjoni ta’ Barbara għar-reliġjon Nisranija rrabbjat lil Dijoskoru u t-tfajla ħteġilha taħrab f’bosk wara li kienet qerdet l-idoli fil-villa ta’ missierha. Meta sabuha kienet meħuda quddiem il-prefett Marċjanu.

Waqt il-proċess Barbara ddefendiet it-twemmin tagħha u ħeġġet lil missierha, lill-prefett u lil dawk preżenti biex jiċħdu t-twemmin pagan u jsiru Nsara.

Minħabba f’hekk hija ġiet maħqura u maqtula minħabba l-fidi tagħha, minn missierha stess, billi qatgħalha rasha.

Il-leġġenda tagħha tgħid ukoll li ftit wara sajjetta ħalliet mejjet lil missierha. Minħabba f’hekk Santa Barbara hi msejħa kontra s-sajjetti u hi patruna ta’ dawk li jaħdmu fil-minjieri, artillieri u ta’ dawk kollha li jaħdmu fl-esplossivi. Hi patruna wkoll tal-periti u tal-bennejja.

Fdalijiet tagħha jinsabu fil-katidral ta’ Rieti. Fil-Belt Valletta hemm knisja żgħira ddedikata lilha fi Triq ir-Repubblika, li

fiha ssir quddies b’diversi ilsna, speċjalment għat-turisti Tedeski. Riflessjoni – mhux kulħadd jista’ jistenna: “... La dawk imxebba’, la dawk kuntenti u lanqas dawk ta’ bla rispett ma jistennew. L-uniċi individwi li kapaċi jistennew huma dawk li jgħixu ħajja mingħajr serħan u nies li jħarsu b’ċertu qima lejn is-sabiħ tad-dinja. B’hekk l-Avvent jista’ biss jiġi ċċelebrat minn dawk li ruħhom tinsab imħabbta, li jafu li huma fqar u mhux kompluti u li qed iħossu ftit mill-kobor ta’ dak li għandu jiġi, quddiem min jistgħu biss ibaxxu rashom b’umiltà u dgħufija u jistennew sakemm ibaxxi lilu nnifsu għalina – il-Qaddis Alla, tarbija f’maxtura. Alla ġej, il-Mulej Ġesù ġej; il-Milied ġej; ifirħu ja Nsara tad-dinja kollha!” ‘God is in the Manger’ – Dietrich Bonhoeffer

Page 10: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 9

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 99; it-2 punt From the moment that grace came to Saint Paul, he was faithful to it. Jesus Christ made known to him by a voice from heaven that it was he whom Paul was persecuting in the Christians. Heeding this voice that spoke to him to deliver him from his blindness, he humbly asked Jesus Christ what orders he wished to give him and what he wanted him to do for him. Jesus Christ has called you to fulfill his ministry and to teach the poor. Are you as faithful to God’s voice as Saint Paul was? Do you correspond as promptly as he did to all the movements of grace? Are you as zealous as he was to fulfill the duties of your work? Do you say with Saint Paul, Lord, what do you want me to do? Are you as prompt to do everything that you learn about what God is asking of you?

TALBA O Alla ta’ mħabba,

oħloq fina għajn ta’ ferħ, qanqal fina spirtu lest għaż-żifna,

ħeġġeġ ġewwa fina nar ta’ kuntentizza, rawwem fina għanja ta’ radd il-ħajr,

għaliex inti huwa DAK li ġej biex tfejjaq u tbierek.

Ammen Missierna ...

L-Erbgħa, il-5 ta’ Diċembru

San Saba - abbati Il-Beatu Niels Stensen (Nikola Steno) - isqof

Il-Beatu Bartilmew Fanti - presbiteru Il-Beatu Filippu Rinaldi - presbiteru

Il-Beatu Plaċidu Riccardi - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 25: 6-10a Sidi l-Mulej jagħmel għall-popli kollha mejda b’ikel fin u jixxotta d-dmugħ minn fuq kull wiċċ. 2. Salm 22: 1-6 Ngħammar f’dar il-Mulej sakemm indum ħaj! 3. Mattew 15: 29-37 Ġesù jfejjaq ħafna morda u qasam il-ħobż

Page 11: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

10 SIGNUM FIDEI

IL-BEATU NIELS STENSEN (Nikola Steno) (1638 - † 1686) - isqof L-isem ta’ Niels Stensen aktarx hu l-aktar magħruf mill-istudjużi tal-

Ġeoloġija. Dawn f’Kungress li kellhom f’Bolonja fl-1881 iddikjarawh l-aqwa fosthom. Fi rħama li twaqqfet f’ġieħu, f’San Lorenzo f’Firenze, hu msejjaħ studjuż straordinarju tal-Ġeoloġija u tal-Anatomija.

Niels Stensen (jew kif isibuh oħrajn Nikola Steno) twieled f’Kopenhagen fid-Danimarka, fl-1 ta’ Jannar 1638. Tilef ’il missieru meta kien għad kellu sitt snin. Bħala żagħżugħ daħal l-università jistudja l-mediċina.

Billi kien tat-tajjeb, siefer biex ikompli lejn bliet Ewropej, fosthom Amsterdam (l-Olanda) fejn beda r-riċerki xjentifiċi tiegħu. Għamel diversi skoperti importanti, fosthom li hija l-glandola li tikkomunika l-widna mal-ħalq. Irnexxielu wkoll janalizza l-glandoli tad-dmugħ, tal-muskoli u tal-qalb.

Ta’ 26 sena daħal l-Università ta’ Lerida (Spanja) fejn iltaqa’ mal-għaref Spinoza li tiegħu sar ħabib kbir. Minn hemm mar Pariġi fejn beda l-istudji tiegħu tal-Embrijoloġija u l-Anatomija. Żar ħafna bliet oħra ta’ Franza jagħmel konferenzi u fl-aħħar mar Firenze li saret it-tieni patrija tiegħu.

Hu kien studjuż kbir tal-Ġeoloġija u interessa ruħu wkoll dwar l-Arkeoloġija tal-gżira tagħna. Mhux ħaġa kbira li anke żar Malta.

Fl-1667, meta kellu 29 sena, megħjun minn xi ħbieb u wara maturazzjoni intelletwali u spiritwali, Niels Stensen ħaddan il-fidi kattolika minn dik protestanta. Hu ma waqafx fil-ħidma xjentifika tiegħu u kompla bil-vjaġġi jagħmel riċerki biex jipperfezzjona ruħu kemm jista’ jkun.

Fl-1675 sar saċerdot. Kellu 35 sena. Minn dak il-mument fittex li jkun kollu kemm hu ta’ Alla. Skont kliemu stess hu ried jagħti lil Alla l-aħjar li kellu u jagħtihulu bl-aħjar mod possibbli. Sentejn wara ġie kkonsagrat isqof u mibgħut bħala Awżiljarju ta’ Munster, fil-Westfalja. Ta ruħu biex jgħin kif jista’ ’l-ftit kattoliċi f’dawk l-artijiet, mheddin kif kienu bil-propaganda qawwija tal-luteraniżmu. Minn Munster intbagħat f’Hamburg, u wara, fi Schwerin, fejn kien bħala sempliċi missjunarju biex ikun aktar qrib il-fidili.

L-apostolat tiegħu bħala saċerdot u bħala isqof ma kellux wisq suċċess għax madwaru kien hemm ambjent mill-aktar ostili, maħkum minn Protestanti ħorox u mill-politika u forza qawwija.

Il-Beatu Nikola Steno miet fil-belt ta’ Schwerin (Ġermanja) fil-5 ta’ Diċembru 1686, ta’ 49 sena neqsin xahar. Wara li kien midfun fil-katidral tal-post, il-fdal tiegħu ttieħed sena wara fil-knisja ta’ San Lorenzo ġewwa Firenze.

Hu kien ibbeatifikat mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fit-23 ta’ Ottubru 1988. Waqt id-diskors tal-beatifikazzjoni, il-Papa tenna aktar minn darba li “l-fidi u x-xjenza mhumiex kontra xulxin, imma waħda tikkomplementa lill-oħra.”

Riflessjoni: “Meta l-ewwel Insara tad-dinja kienu jitkellmu fuq il-miġja tal-Mulej Ġesù, kienu dejjem jaħsbu fuq dak il-jum il-kbir tal-ġudizzju. Għalkemm din l-idea, li ġejja mill-Kristjaneżmu tal-bidu, ma tixbahx lil dik tal-Milied, wieħed irid jeħodha bis-serjetà ... Il-miġja ta’ Alla, fil-verità, mhijiex biss messaġġ ta’ ferħ, imma l-ewwelnett, għal kull min għandu kuxjenza hija aħbar ta’ biża’. Huwa meta biss inkunu ħassejna din il-biża’ li nistgħu nagħarfu din il-bonagrazzja li ma titqisx. Alla jiġi qalb il-ħażen,

Page 12: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 11

qalb il-mewt u jiġġudika l-ħażen li hemm ġo fina u ġod-dinja. U b’dan il-ġudizzju Huwa jħobbna, jippurifikana, jqaddisna u jiġi għandna bil-grazzja u l-imħabba tiegħu! Huwa jagħmilna ferħana bħat-tfal.” ‘God is in the Manger’ – Dietrich Bonhoeffer Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 188; it-23 punt Consider that what ought to encourage us to have deep sentiments of respect and devotion in these holy places is the thought that this is where God is pleased to give us grace with very special generosity, goodness, and mercy. This is where the Father of mercies welcomes with open arms the prodigal, where the Good Shepherd brings back to the fold the strayed sheep, where the afflicted find comfort, and where the sick are healed, the weak are strengthened,and the tempted are given new power over their enemies. Finally, this is where God listens favorably to the prayers we offer and is pleased to fill with graces those who have recourse to his goodness. Let us acknowledge all these truths, and let us resolve again to act with such respect in churches that we may be worthy to receive the divine mercy there and to experience in ourselves all its effects in us. Let us renew the consecration of the temple of our body and our soul by consecrating to God our heart and all our will after devoutly receiving Holy Communion.

TALBA O Alla,

matul dan l-Avvent agħmel li d-dawl tal-paċi u l-imħabba

jiddu mad-dinja kollha. Agħtina l-għajnejn biex naraw

is-sinjal tal-preżenza tiegħek fid-dinja. Għinna nħejju l-ħajja tagħna

u d-djar tagħna biex nilqgħu lil DAK li qal ‘Jiena d-dawl tad-dinja’.

Ammen. http://onlineministries.creighton.edu

Missierna ...

Page 13: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

12 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, is-6 ta’ Diċembru San Nikola – isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 26: 1-6 Jidħol poplu ġust li jżomm is-sewwa. 2. Salm 117: 1,8,9,19-21,25-27a Imbierek min ġej f’isem il-Mulej. 3. Mattew 7: 21,24-27 Min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-

smewwiet jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet.

SAN NIKOLA TA’ BARI († c.352) - isqof S. Nikola kien isqof ta’ Myra fl-Asja ż-Żgħira, kmieni fis-seklu erbgħa. Aktarx

twieled f’Patara, fil-Liċja, fl-Asja ż-Żgħira minn ġenituri għonja. Ġie maħtur isqof ta’ Myra, djoċesi li kienet marret lura, u baqa’ magħruf għal qdusitu, il-ħeġġa u l-mirakli tiegħu.

Hu kien mitfugħ il-ħabs minħabba l-fidi tiegħu fil-persekuzzjoni kontra l-Insara taħt l-Imperatur Djoklezjanu.

San Nikola ħa sehem fil-konċilju ta’ Niċea, fejn ħadha kontra l-Arjaniżmu (li ċaħad li Ġesù kien Alla), u miet f’Mira għall-ħabta tas-sena 350/352.

Ma’ dawn il-fatti storiċi ntisġu ħafna leġġendi. Il-leġġendi prinċipali dwar il-mirakli ta’ dan il-qaddis juruhulna jeħles tliet uffiċjali arrestati inġustament, isalva żgħażagħ innoċenti li kienu kkundannati għall-mewt u jipprokura tliet boroż tad-deheb bħala doti ħalli jsalva l-unur ta’ tliet xebbiet żgħażagħ.

Fis-seklu ħdax, meta s-Saraċini rebħu lil Myra, ir-relikwi tal-qaddis ittieħdu bil-moħbi f’Bari, fl-Italja tan-nofsinhar, u għal din ir-raġuni spiss jissejjaħ Nikola ta’ Bari.

Fil-Punent dan il-qaddis igawdi popolarità kbira minħabba li hu l-eroj ta’ diversi leġġendi li juru l-interċessjoni tiegħu kollha minħabba li ħadem favur vittmi innoċenti u dawk inqas ixxurtjati.

Huwa l-patrun tal-Greċja, tar-Russja, tal-baħrin, tal-istudenti u oħrajn. Imma fuq kollox hu l-patrun tat-tfal u għadha ħajja d-drawwa Kattolika, li baqgħet ukoll ħajja f’pajjiżi li ħaddnu r-reliġjon Potestanta, li San Nikola jżur it-tfal tajba biex iferraħhom bir-rigali tiegħu lejlet il-festa tiegħu. Din id-drawwa ħaduha magħhom fl-Amerka l-emiġranti Olandiżi, fejn iż-żjara tal-qaddis ġiet trasferita għal lejlet il-Milied u isem l-Isqof Biżantin sar Santa Klaws.

F’Malta, il-paroċċa tas-Siġġiewi hi ddedikata lil dan il-qaddis. Riflessjoni – Isaija jħabbar il-miġja ta’ Ġesù: “F’nofs l-uġigħ u t-tbatija tal-poplu, vuċi ħelwa u misterjuża titkellem fuq is-salvazzjoni qaddisa bit-twelid ta’ tarbija divina. Għad jonqos 700 sena qabel il-milja taż-żmien, u l-Profeta Isaija li tant jinsab midfun fil-ħsibijiet u t-tħabbir mingħand Alla, jitkellem fuq il-ġejjieni daqslikieku qiegħed jara. Jitkellem fuq is-siegħa tas-Salvazzjoni bħallikieku qiegħed hemm jadura lill-Bambin Ġesù fil-maxtura. ‘Għax twildilna tifel, ingħatalna iben ...’ (Isaija 9:6)

‘God is in the Manger’ – Dietrich Bonhoeffer

Page 14: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 13

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 80, it-2 parti

This saint (St. Nicholas) loved prayer, and it was through his prayers that he calmed a furious storm when he was on the sea to make a devotional visit to the holy places of Jerusalem. To make prayer more easily and with more devotion, he spent much time in churches and went there early in the morning. It is said that this is what led to his being chosen as bishop in a seemingly miraculous manner. Prayer also helped him a great deal to govern his diocese, for in this way he became imbued with the episcopal spirit and the divine wisdom that he needed to guide souls. Your obligation to instruct children and to bring them up in the Christian spirit ought to make you very diligent in prayer to obtain from God the graces you need to carry out your work well and to draw down on you the light you need to know how to form Jesus Christ in the hearts of the children entrusted to your guidance and how to give them the spirit of God. Realize that being filled with God as much as you ought to be in the state in which Providence has placed you obliges you to converse frequently with God.

TALBA O Mulej,

aħna nsejħulek fil-bżonn ta’ mħabbtek biex tifdina.

Fil-ħniena tiegħek ejja u għamilna sħaħ. Inti li tgħix u ssaltan

m’Alla l-Missier u l-Ispirtu s-Santu Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Missierna ...

Page 15: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

14 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, is-7 ta’ Diċembru Sant’ Ambroġ – isqof u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 29: 17-24 Dakinhar għajnejn il-għomja jibdew jaraw. 2. Salm 26: 1,4,13,14 Il-Mulej, id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi. 3. Mattew 9: 27-31 Żewġ għomja jitfejqu għax jemmnu fil-Mulej.

SAN AMBROĠ - isqof ta’ Milan u duttur tal-Knisja San Ambroġ kien l-iżgħar tifel fil-familja; iż-żewġ ħutu l-oħra, Sátiru u

Marċellina, huma miżmuma b’qaddisin ukoll. Ambroġ twieled fi Trier (Treviri), fil-Ġermanja. Missieru, jismu wkoll Ambroġ, kien Ruman, prefett pretorjan tal-Gallja (Franza tal-qedem).

Wara l-mewt tal-missier, il-familja reġgħet lura f’Ruma. Hemm Ambroġ sar avukat u kien magħruf għall-oratorja u l-għerf tiegħu. Is-suċċessi tiegħu wasslu lil Ancius Probus, il-prefett pretorjan tal-Italja, biex jaħtru l-assessu tiegħu.

L-Imperatur Valentinjanu nnominah gvernatur ta’ żewġ provinċji Ligurja u Emilja bir-residenza tiegħu f’Milan, kariga li hu mexxa b’kapaċità u ġustizzja kbira.

Fit-374 il-mewt ta’ Auxentius, isqof ta’ Milan u arjan, ġabet tilwim kbir bejn il-Kattoliċi u l-Arjani, kull naħa tiġġieled biex isir isqof kandidat imressaq minnha. Meta Ambroġ mar fil-katidral biex jipprova jikkwieta lin-nies u jżomm l-ordni, hu nnifsu ġie magħżul miż-żewġ naħat biex ikun l-isqof, minkejja li kien għadu katekumenu ta’ xi 35 sena. Ambroġ ma riedx jaċċetta, imma kien sfurzat li jagħmel hekk meta l-imperatur ikkonferma l-għażla. Hu tgħammed u fis-7 ta’ Diċembru 374 kien ikkonsagrat isqof.

Hu ta kull ma kien jippossjedi u beda jistudja t-Teoloġija, il-Bibbja, u l-kittieba kbar Insara taħt it-tutur li kellu qabel, Simpliċjanu, u beda jgħix ħajja ta’ awsterità kbira. Malajr hu sar l-aktar predikatur elokwenti ta’ żmienu u l-aktar oppożitur qawwi kontra l-Arjaniżmu fil-Punent.

Sar il-kunsillier tal-Imperatur Grazjanu u fit-379 ipperswadih li jikkundanna l-Arjaniżmu fil-Punent.

Kien San Ambroġ li għammed lil S. Wistin. Huwa miet fis-Sibt Imqaddes tal-Għid, fl-4 ta’ April, tas-sena 397. Imma l-

festa ta’ Sant’Ambroġ issir fis-7 ta’ Diċembru, il-jum ta’ meta kien ikkonsagrat isqof.

Ambroġ kien difensur qawwi tal-indipendenza tal-Knisja kontra l-awtorità sekolari; iddefenda t-tagħlim tal-Knisja u ippopolarizza l-primat tal-Papa fil-Punent. Hu wieħed mill-ewlenin fit-tixrid tad-devozzjoni lejn il-Madonna u tkellem b’persważjoni fuq il-verġinità tagħha. Ambroġ kiteb diversi trattati, prietki u innijiet liturġiċi.

Page 16: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 15

Meta kien qed jispiċċa l-Imperu Ruman, Sant’Ambroġ kien wieħed mill-figuri kbar tal-Knisja bikrija u aktar minn kull bniedem ieħor kien responsabbli tal-qawmien tal-Kristjaniżmu fil-Punent.

Huwa l-qaddis Patrun tal-ikbar arċidjoċesi, dik ta’ Milan, fejn id-devozzjoni lejh hija waħda kbira ħafna.

Riflessjoni: Dawn l-għomja jitfgħu dawl fuq dak li għandu jkun l-atteġġament tagħna matul l-Avvent, li bl-umiltà nagħarfu li għadna m’aħniex naraw. Dan hu l-ewwel dawl tagħna; li nagħarfu li għadna għomja. It-tieni pass hu li nemmnu sħiħ li hu biss jista’ jagħtina l-kliem tal ħajja ta’ dejjem. Għalhekk il-bżonn li nixxenqu għalih u għall-Kelma tiegħu u li nistednuh jidħol f’ħajjitna biex nibnu relazzjoni intima miegħu. Dan ifisser messilhom għajnejhom, li daħal f’relazzjoni intima magħhom. Ħallew il-Kelma tiegħu tgħammar f’qalbhom u għexu skont dik il-Kelma. Min jagħmel esperjenza ta’ Ġesù, min għajnejh jinfetħulu, tkun ħaġa ħafifa għalih li jibda jitkellem mal-oħrajn. L-esperjenza vera ma’ Ġesù ma tiġix minn dak li jgħidlek ħaddieħor iżda mill-esperjenza li inti trid tagħmel direttament u personalment miegħu. Patri Arthur Cutajar, Franġiskan, Inħejju t-triq għall-Mulej Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 81, it-2 parti

When Saint Ambrose became a bishop, his natural eloquence became heavenly and completely divine. It served him so well in the conversion of souls that no one was able to resist him. With God’s help he had the power to convert Saint Augustine from a stubborn Manichean to one of the greatest doctors of the Church. This was also the reason why the heretics feared him and did not dare challenge him, because he alone was quite able to refute all of them. He joined to his eloquence and piety a marvelous power and firmness that were reinforced by his extraordinary disinterestedness. You do not need eloquence of this sort, but you do need to share in his apostolic zeal in order to labour usefully in your work of saving souls. Often ask God for the grace to touch hearts as he did. This is the grace of your state, for it would be of little use to those whom you instruct if, as Saint Paul says of the Jews, their minds remained blinded and hardened after so many instructions and if, after you have announced to them so many times the truths of the holy Gospel, a veil still remained over their hearts.

TALBA Mulej Ġesù Kristu, re etern, Alla u bniedem,

itfa’ ħarsa ta’ ħniena fuqi u isma’ t-talba tiegħi, għax jiena nafda fik.Ikollok ħniena minni,

jien kollni mnikket u mimli nuqqasijiet għax il-kompassjoni tiegħek ma tintemmx. San Ambroġ

Missierna ...

Page 17: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

16 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, it-8 ta’ Diċembru It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 3: 9-15,20 Innissel mibegħda bejn nislek u bejn nisel il-mara. 2. Salm 97: 1-4 Ngħannu lill-Mulej, għax għamel l-għeġubijiet. 3. Efesin 1: 3-6,11,12 Alla għażilna fi Kristu sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. 4. Luqa 1: 26-38 Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.

SOLENNITÀ TAT-TNISSIL BLA TEBGĦA TAL-IMQADDSA VERĠNI MARIJA Fl-ewwel jiem tal-Avvent, iż-żmien li fih nitħejjew għall-miġja fostna tal-Iben

ta’ Alla bħala bniedem, il-Knisja turina kif Alla nnifsu ħejja lil dik li kellha tagħtih il-ġisem uman u tagħmel il-Festa tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija.

Fit-8 ta’ Diċembru 1854, il-Papa Piju IX iddikjara solennement bħala domma tal-fidi illi “l-Imqaddsa Verġni Marija, in vista tal-merti ta’ Ġesù Kristu, il-feddej tal-bnedmin, sa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha kienet, bi grazzja u bi privileġġ singulari ta’ Alla li jista’ kollox, meħlusa minn kull tebgħa tad-dnub oriġinali.”

Twemmin speċifiku fid-duttrina tat-Tnissil bla Tebgħa żviluppa gradatament matul sekli ta’ riflessjoni devozzjonali u teoloġika fuq il-qdusija tal-Madonna. Diġà fis-seklu 2, il-kittieba tal-Knisja raw lil Marija bħala Eva l-ġdida; fis-seklu ħamsa, il-Konċilju ta’ Efesu (431) iddefenda t-titlu tagħha ta’ “Omm Alla” (Theotokos). Sas-seklu 8 kienu ġeneralment rikonoxxuti li l-Madonna personalment kienet bla ebda dnub u l-festa tat-tnissil tagħha, għalkemm mhux speċifikament “immakulat” kienet tiġi ċelebrata fil-Lvant.

Fis-seklu tnax Eadmer ta’ Canterbury kiteb l-ewwel trattat fuq il-Konċepiment Immakolat u ta bidu għall-ewwel dibattiti teoloġiċi fuq in-natura tal-ħelsien ta’ Marija mid-dnub. Kien il-Franġiskan Ingliż il-Beatu Ġwanni Duns Scotus li rebaħ l-aħħar oġġezzjoni li t-teoloġi kellhom, jiġifieri li jekk Marija kienet għal kollox preservata minn kull dnub, allura jiġi li Kristu ma kienx ikun il-Feddej tagħha. Scotus wieġeb: “Marija kellha bżonn ta’ Kristu bħala l-Feddej tagħha aktar minn kull bniedem, għaliex kienet tittebba’ bid-dnub oriġinali … kieku l-grazzja tal-Medjatur ma laqgħetlux minn qabel.”

Il-festa tal-Konċepiment Immakulat iddaħħlet fil-kalendarju Ruman fl-1476 u sas-seklu 17, id-dinja Kattolika kienet tikber u tiżdied fl-entużjażmu dwar dan il-privileġġ singulari tal-Madonna.

Fid-dehriet tal-Madonna lil Santa Katerina Labouré u lil Santa Bernardetta Soubirous l-Madonna wriet kemm hu għal qalbha dan il-privileġġ. F’tal-ewwel, il-Madonna talbet lil Katerina (Nov. 1830) biex fil-midalja li riditha xxrerred ikun hemm il-kelmiet ‘O Marija mnissla bla dnub idħol għalina li nirrikorru lejk’. Lil Bernardetta, fid-dehra tal-25 ta Marzu 1858, għall-mistoqsija li għamlet lill-Madonna biex tgħidilha min kienet, weġbitha ‘Jiena l-Konċizzjoni Immakulata’.

Page 18: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 17

Ġakulatorja għażiża marbuta mal-privileġġ tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija jixraq li llum ngħiduha b’mod speċjali: O Marija, li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa, aqlagħlna l-grazzja li noħorġu minnha mingħajr ħtija.

Riflessjoni - Alla hu l-kenn għalina, nirriflettu fuq il-Kelma ta’ Alla: F'Alla biss il-mistrieħ ta' ruħi, għax mingħandu tiġini t-tama. Hu biss il-blata u s-salvazzjoni tiegħi, hu l-kenn tiegħi; xejn ma jċaqlaqni. F'Alla s-salvazzjoni u l-ġieħ tiegħi, hu l-blata qawwija tiegħi u l-kenn tiegħi f'Alla. Ittama fih f'kull żmien, o poplu; iftħu qalbkom quddiemu. Alla hu kenn għalina! Salm 62:6-9

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: From all eternity, God destined the Most Blessed Virgin to be the mother of his Son and so formed her in soul and in body that she was worthy to hold him in her womb. This is why he preserved her from anything that could be the least displeasing to him. Because it would have been a disgraceful thing for the mother of God to have had anything to do with sin, God, by an entirely special privilege, exempted her from original sin. It is true that we cannot understand how this came about; nevertheless, it would be unbecoming for us to doubt the exemption she had from sin in her conception, for this is the pious and common sentiment of the faithful, and the Church accepts it as appropriate. Honor the Most Blessed Virgin today, then, as the purest of all creatures and the only one on earth who has been exempt from original sin. Tell her, with the whole Church, that she is all beautiful and that in her soul there is no stain of sin, not even the sin that is common to all the human race. Beg her on this day, in virtue of this extraordinary grace that God gave her, to obtain for you from God to be entirely freed from the corruption of the world throughout your life. Ask that there no longer be found in you any habit of sin, for this is what makes a soul unworthy of God’s special graces.

TALBA

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-Salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja,

għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom. Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull ġid lil min hu bil-ġuħ u l-għonja bagħathom ’il barra b'xejn. Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu għax ftakar fil-ħniena tiegħu,

bħalma wiegħed lil missirijietna, b'riżq Abraham u nislu għal dejjem. Missierna ...

Page 19: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

18 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, id-9 ta’ Diċembru It-Tieni Ħadd tal-Avvent

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Baruk 5: 1-9 Alla juri sbuħit Ġerusalemm lid-dinja. 2. Salm 125: 1-6 Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! 3. Filippin 1: 4-6,8-11 Kunu safja u bla ebda ħtija fil-jum ta’ Kristu. 4. Luqa 3: 1-6 Il-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’Alla. Riflessjoni fuq il-Vanġelu tal-lum:

F’dan l-evanġelju ninnotaw kif Luqa jagħmel referenza għas-seba’ min-nies li l-aktar kellhom poter f’dak iż-żmien biex joħloq kuntrast qawwi mal-figura ta’ Ġwanni l-Battista. Alla jinjora lis-setgħanin tad-dinja u jagħżel lil dan il-persunaġġ, Alla ma jingħalaqx fil-ġerarkiji tal-poter, ma jsegwix il-loġika tal-bniedem, jagħżel il-kollaboraturi tiegħu b’mod li jħawwadna. Alla li meta wasal iż-żmien tal-fidwa jagħżel li jibda mid-deżert, mixja bil-maqlub ta’ dak li jagħmel il-poter tad-dinja li minflok joqgħod fiċ-ċentru u jimbotta dejjem iktar nies lejn it-truf.

Mhux b’kumbinazzjoni li wara l-Battista l-istess Ġesù jibda l-mixja tiegħu mid-deżert. Fil-baħħ totali tad-deżert, il-bniedem ifittex il-Preżenza, fis-skiet ifittex il-Kelma, fil-vojt il-Milja.

Ġwanni jiġbed il-folol, il-mogħdijiet jidrittaw, il-qlub magħluqa, u l-irjus iebsa jikkonvertu. Xejn ma jibqa’ kif kien jekk il-bniedem jara l-fidwa t’Alla. Ġwanni ma jimponix imma jilqa’ x-xewqa t’Alla, ma jsirx id-dawl, imma l-musbieħ umli tiegħu, m’għandux messaġġi personali xi jwassal imma jislef leħnu lill-Kelma. Ġwanni hu l-profeta li juri l-mixja ta’ fidi tal-Avvent, inħallu spazju għal Alla ġewwa fina u fl-oħrajn, fid-dinja billi nirbħu t-tentazzjoni li nagħmlu aħna minfloku. Il-fidwa tal-bniedem hi opra t’Alla mhux tagħna għalhekk il-profeta jistedinna biex “inħejju triq għall-Mulej” b’hekk ikun jista’ jilħaq kull rokna tad-dinja u ta’ qalb il-bniedem.

Quddiem il-proġetti l-kbar tal-inġinjerija u tax-xjenza, dawk li jemmnu m’għandhomx jistħu jieħdu f’idejhom l-impenn li jidher dgħajjef meta mqabbel ma’ dawn; inwarrbu l-vizzji, inwittu l-ħotob tas-suppervja, nidfnu l-indifferenza, nagħmlu t-tajjeb fejn hu nieqes, nistennew bil-perseveranza biex il-fidi taħdem u bil-ħerqa x-xogħol ta’ min ma jipretendix li jieħu l-post ta’ Alla, anzi jilqgħu bil-ħerqa kollha. Kif jgħid it-teologu martri ta’ żmienna, Dietrich Bonhoeffer, “m’għandniex bżonn ta’ ... nies li jiddisprezzaw lill-bniedem jew ta’ ħafna manuvri raffinati, imma ta’ bnedmin miftuħa, sempliċi u retti. Baqagħlna forza ta’ reżistenza ġewwa fina ... sinċerità bla tarf lejna nfusna biex nerġgħu nsibu t-triq tas-sempliċità u tas-sewwa?”

Don Davide Rota, La Realtà é Cristo

Page 20: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 19

Nirriflettu fuq il-Kelma t’Alla: Dan nagħmlu biex inqawwilhom qalbhom u jinġabru lkoll flimkien fl-imħabba, ħalli jaslu għall-għana tal-fehma sħiħa u l-għarfien tal-misteru ta' Alla li hu Kristu. Fih hemm moħbija t-teżori kollha tal-għerf u x-xjenza. Kolossini 2: 2,3

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, it-3 parti

After having prepared himself interiorly to preach to the Jewish people and in order to make them ready to receive Jesus Christ, Saint John proposed to them six ways to prepare a path and an entry into their hearts for Jesus Christ. First, he required of them a true horror for sin, reproaching them with being a generation of vipers. Second, he urged them to fear the Last Judgment, assuring them that at that moment their sins would be closely scrutinized and strictly judged. Flee, he urged them, from the wrath to come. Every tree that does not bear good fruit will be cut down and thrown into the fire. Third, to help them escape the rigor of that judgment, he incited them to do penance by the words: Bring forth worthy fruits of penance. Fourth, he did not want them to be satisfied with lamenting their sins and doing penance for them; he wanted them to do good works, without which their penances would be of no avail. This he pointed out to them by these words: Every tree that does not bring forth good fruit will be cut down and thrown into the fire. Fifth, he declared that it was not enough for them to claim Abraham as their father, that they had no right to glorify themselves on that account unless they acted as Abraham did. Do not say, he told them, we have Abraham for our father. Sixth, he gave them to understand that they could not be saved, whatever good deeds they might perform, unless they practiced the good works proper and becoming to their state of life. For this reason he pointed out to the wealthy their obligation of giving alms; he told the publicans not to exact anything beyond what was due, and he enjoined on the soldiers to be content with their pay. Take these counsels to heart, and follow them carefully; pass them on to your disciples and see to it that they practice them.

TALBA Mulej,

jien nistqarr b’qalbi kollha u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu

u nipproklama li ‘Ġesù hu l-Mulej’.

Missierna ...

Page 21: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

20 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, l-10 ta’ Diċembru Il-Madonna ta’ Loretu San Ġwann Roberts

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 35: 1-10 Alla ġej biex isalvakom. 2. Salm 84: 9ab,10-14 Alla ġej biex isalvana. 3. Luqa 5: 17-26 Rajna ħwejjeġ tal-għaġeb illum.

SAN ĠWANN ROBERTS (1577-1610) – saċerdot u martri Ġwanni Roberts kien minn Wales. Huwa ħalla Oxford biex jistudja l-liġi, sar

Kattoliku f’Pariġi. Hu sar qassis fi Spanja u kien Benedittin tal-Kongregazzjoni ta’ Valladolid. Hu reġa’ lura lejn l-Ingilterra ta’ 26 sena. Ħames darbiet ġie arrestat matul is-seba’ snin li dam ħaj wara.

Hu kien ta’ karattru ferrieħi u xi ftit ġelliedi wkoll. Ġwanni baqa’ magħruf għad-dedikazzjoni tiegħu lejn dawk li ntlaqtu bl-epidemja ta’ Londra u għall-konverżjonijiet li għamel.

Ġwanni Roberts kien wieħed mill-fundaturi ewlenin tal-komunità oriġinali f’Douai, fi Franza, il-kulleġġ li kien iħejji żgħażagħ Ingliżi biex isiru saċerdoti u jmorru lura jaħdmu fl-Ingilterra waqt il-persekuzzjoni protestanta.

Hu ġie arrestat u ngħata s-sentenza tal-mewt. Lejlet mewtu, sinjura Spanjola xaħħmet lill-kalzrier u għamlet ċena kbira fil-ħabs li fiha ħadu sehem 20 ħabsi Kattoliku. Fr. Roberts ħaseb li ma kienx qed jedifika bil-ferħ kbir li kien qed juri. Iżda s-sinjura Spanjola qaltlu li kien qed jagħmel tajjeb għax b’hekk wera lil kulħadd b’liema ferħ u kuraġġ kien ser imut għal Kristu.

L-għada huwa ġie maqtul f’Tyburn flimkien ma’ qassis ieħor il-Beatu Tumas Somers. Kien nhar l-10 ta’ Diċembru, 1610, fl-età ta’ 35 sena.

San Ġwann Roberts kien iddikjarat qaddis flimkien ma’ 39 martri oħra Ingliżi fl-1970 mill-Papa San Pawlu VI.

Riflessjoni: X'bidla tal-għaġeb! Il-Ħallieq tal-bniedem ħa ġisem u ruħ u tana d-divinità. Iva, għal din il-bidla tal-għaġeb ġie fid-dinja s-Salvatur. Alla sar bin il-bniedem, sabiex ulied il-bnedmin ikunu jistgħu jsiru wlied Alla. Kien wieħed minna li ħall ir-rabta tal-ulied ma' Alla, u għalhekk kellu jkun wieħed minna li jerġa' jgħaqqad ir-rabta u jpatti għad-dnub. Ma setax ikun xi ħadd mir-rabta l-qadima, imħassra u vvizzjata. Wieħed minna sar; iżda aktar minn hekk: huwa ġie magħmul ħaġa waħda magħna. Dan hu l-misteru tal-għaġeb fil-bniedem: li kollna kemm aħna nkunu ħaġa waħda. Għaliex kieku ma sarx hekk, għaliex kieku bqajna wieħed ħdejn l-ieħor, kulħadd għalih u mifrud, distinti u indipendenti, il-waqgħa ta' wieħed ma kinetx se ġġib il-waqgħa ta' kulħadd. Għalhekk il-prezz tal-fidwa seta' jitħallas u jitwettaq, iżda l-ġustizzja tiegħu ma setgħetx tgħaddi biex tiġbor taħtha lill-midinbin u għalhekk kienu jibqgħu barra. Iżda hu ġie, biex isir magħna un Corpus mysticum [Ġisem mistiku]: huwa hu r-ras,

Page 22: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 21

aħna l-membri. Għalhekk ma nibżgħux inqiegħdu idejna f'idejn Ġesù Tfajjel, inwieġbu “Iva” għall-“Imxi warajja” tiegħu, u nsiru tiegħu u tinfetaħ għalina t-triq li permezz tagħha l-ħajja divina tiegħu minnu tista' tgħaddi fina.

Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein),

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 71; silta mit-2 punt When we are in the presence of Jesus, that is, when some passing inspiration enlightens us, whether it comes on our part or fromthose who guide us, let us wait until Jesus speaks to us and restores our health and movement, as he did for the paralytic. Let us rely onthe firmness of our faith, even though we have no feeling of God and are without any movement toward God. Let us be assured that this view of faith will be very pleasing to God and that after he has helped us and stirred up our confidence, he will say, as he did to the paralytic, Stand up, that is, rise up to God.

TALBA

Mulej, nirringrazzjawk li tajtna ’l Marija omm Alla u ommna fil-fidi.

Għax hi kienet imbierka fi Kristu b’kull barka spiritwali

u kienet magħżula minn Kristu biex tkun qaddisa u bla mittiefsa. minn qabel ma twaqqfet id-dinja.

Ammen. ‘Doorway to Faith’

Missierna ...

It-Tlieta, il-11 ta’ Diċembru San Damasu - iI-Papa

Santa Marija Maravillas ta’ Ġesù - verġni Il-Beatu Franku minn Siena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 40: 1-11 Alla jfarraġ il-poplu tiegħu. 2. Salm 95: 1-3,10ac,11-13 Sidi l-Milej ġej bil-qawwa. 3. Mattew 18: 12-14 Alla ma jridx li jintilef wieħed minn dawn ż-żgħar.

Page 23: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

22 SIGNUM FIDEI

SANTA MARIJA MARAVILLAS DE JESUS (1891-1974) - reliġjuża Din il-qaddisa Karmelitana Skalza twieldet f’Madrid, fi Spanja, fl-1891. Hija

ġiet iddikjarata qaddisa mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-4 ta’ Mejju 2003, jiġifieri 29 sena biss wara mewtha.

Kien jisimha Maravillas Pidal u kienet bint l-ambaxxatur ta’ Spanja għas-Santa Sede. Daħlet fil-famuż Karmelu Tereżjan ta’ El Escorial (Madrid) meta kienet għadha żgħira.

Meta kienet għadha kemm għamlet il-voti temporanji għarfet li l-Mulej kien qed isejħilha biex twaqqaf monasteru fiċ-Cerro de los Angele, lokalità qrib Getafe fejn ir-Re Alfonsu XIII kien ried li jitwaqqaf monument lill-Qalb ta’ Ġesù. Dan kien l-ewwel minn lista twila ta’ monasteri mwaqqfin minnha li jwasslu sa Kotajjam, fl-Indja.

Meta qamet il-gwerra ċivili Spanjola Madre Marija Maravillas u sħabha s-sorijiet Karmelitani Skalzi f’Lulju 1936 kellhom iħallu l-monasteru, fejn setgħu jmorru lura fih tliet snin wara. Minn hawn l-ispirtu kontemplattiv tas-Sorijiet Tereżjani reġa’ beda jinfirex għal Spanja kollha.

Santa Marija Maravillas mietet fil-11 ta’ Diċembru 1974 meta kellha 83 sena. Riflessjoni: Illum Ġesù qed jidher quddiemna bħala dak li ġie biex ifittex lil dawk tal-aħħar. Lil dawk li huma skartati u mwarrba minn kulħadd. Lill-midneb, lill-fqir, liż-żgħir, lil dawk li ma għandhom ebda valur f’din il-ħajja, l-ebda valur f’għajnejna. Huwa ġie biex jagħti tama ġdida lil dawn in-nies. Ġie biex jurihon b’liema mħabba huma maħbuba minn Alla u x’kien lest li jagħmel biex jurihom mħabbtu. Huwa niżel mill-għoli tas-smewwiet sal-qiegħ nett tal-art meta ssallab fuq is-salib u tgħabba bid-dnubiet kollha tal-bnedmin. Huwa fuq is-salib sar l-agħar folt, l-agħar għax libes il-ħmieġ kollu tagħna u ħaslu fid-demm prezzjuż tiegħu. Huwa meta libes id-dnub tagħna lkoll, xtaq li aħna nagħrfu sa fejn kellu ħila jasal u x’kien kapaċi jagħmel biex ikun qrib tagħna. Patri Arthur Cutajar, Inħejju t-Triq għall-Mulej Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 194, parti mit-2 punt

It is not enough that children remain in school for most of the day and be kept busy. Those who have dedicated themselves to instruct them must devote themselves especially to bring them up in the Christian spirit, which gives children the wisdom of God, which none of the princes of this world has known. It is completely opposed to the spirit and wisdom of the world, for which you must inspire children with a great horror, because it serves as a cloak for sin. Children cannot be too much separated from such a great evil, for this alone can make them displeasing to God.

Page 24: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 23

TALBA

O Alla kollok imħabba, agħmel li f’qalbna nżommu post

għal dawk li jeħtieġu l-għajnuna tagħna. Nirringrazzjawk għal dawk

il-ħbieb u anke stranġieri li laqqajtna magħhom meta konna mdejqa, mbeżża’ u għajjiena.

Agħmel li nkunu dejjem lesti biex nilqgħu l-imħabba li inti toffrilna

u naqsmu din l-istess imħabba mal-oħrajn. Ammen.

http://onlineministries.creighton.edu

Missierna ...

L-Erbgħa, it-12 ta’ Diċembru Il-Madonna ta’ Gwadalupe

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 40: 25-31 Il-Mulej ikattar il-qawwa lil min hu bla saħħa. 2. Salm 102: 1-4,8,10 Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej. 3. Mattew 11: 28-30 Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin. IL-MADONNA TA’ GUADELUPE Il-Verġni Marija dehret erba’ darbiet fl-1531 lil wieħed Indios, Juan Diego (li kien

iddikjarat beatu fl-1990), fuq l-għolja Tepeyac, barra mill-belt tal-Messiku, u ordnatlu biex jgħid lill-Isqof Zumarraga bix-xewqa tagħha li tinbena knisja għaliha hemmhekk.

Wara xi sentejn, l-isqof għamel dak li kien mitlub, wara li kkonvinċa ruħu li d-dehriet kienu ġenwini meta ra x-xbiha ta’ daqs naturali tal-Verġni Marija stampat mirakolużament fuq il-fardal (mantle) tal-Indjos.

Il-mantell li fih ix-xbieha tal-Madonna għadu ppreservat u hu merfugħ fil-bażilika ta’ Sidtna Marija ta’ Guadelupe, li għandu storja twila bħala ċentru ta’ devozzjoni u pellegrinaġġi fil-Messiku.

Il-Papa Benedittu XIV fl-1754 awtorizza quddiesa u talb għall-Uffiċju divin f’ġieħ il-Madonna taħt dan it-titlu biex tkun iċċelebrata fit-12 ta’ Diċembru. Ħatar ukoll lill- Madonna bħala patruna ta’ Spanja l-Ġdida.

Il-Madonna ta’ Guadelupe kienet iddikjarata patruna tal-Amerika Latina minn Piju X fl-1910 u patruna taż-żewġ Ameriki minn Piju XII fl-1945.

Page 25: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

24 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Tajjeb nifhmu li t-toqol tiegħu huwa ħafif għaliex ma jikkmandana xejn li huwa impossibbli. Għalkemm mhux dejjem faċli li nħobbu kif jgħidilna hu, iżda dan mhuwiex impossibbli għax l-imħabba li biha jgħidilna nħobbu lill-oħrajn jagħtihielna hu stess, u mal-kmand biex inħobbu jagħtina l-grazzja biex dan nagħmluh. Għalhekk hija l-istess imħabba tiegħu li ssaħħaħna u tqawwina. Kristu qed jistedinna nitwaħħdu mal-madmad veru tiegħu, jiġifieri mas-salib tiegħu. Imwaħħda mas-salib nifhmu kif kull salib tagħna jagħmel parti mis-salib ta’ Kristu (huwa refa’ fuqu l-mard u l-uġigħ kollu tagħna) li qed jgħinna nerfgħu l-itqal parti tiegħu, u mwaħħda mas-salib nagħrfu u nħossu din il-ħlewwa ta’ mħabbtu li trid tgħinna nagħtu b’xejn dak li b’xejn irċevejna.

Patri Arthur Cutajar, Inħejju t-Triq għall-Mulej Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 12, parti mit-2 punt We can attribute to obedience what Solomon says of Wisdom, that all good things come to us along with it. Indeed, whoever obeys in a spirit of religion possesses all the virtues: he is humble, because he must be humble to submit to another; he is gentle, because no matter how irksome the thing commanded may be, he does not complain; he is silent, because the truly obedient man has lost the use of his tongue and knows only how to do what is ordered without making any reply; he is patient, because he endures everything and bears all the burdens imposed on him; he is charitable beyond measure, because obedience makes him undertake all things for the good of his neighbor.

TALBA Marija, mara tas-smigħ,

agħmel li widnejna jkunu miftuħa; agħmel li nitgħallmu nisimgħu l-Kelma ta’ Ibnek Ġesù

qalb il-ħafna kliem ta’ din id-dinja; agħmel li nagħarfu nisimgħu r-realtajiet li fihom ngħixu,

lil kull persuna li magħha niltaqgħu, speċjalment dik li hi fqira, fil-bżonn, f’diffikultà. Marija, mara tad-deċiżjoni, dawwal il-moħħ tagħna

u l-qalb tagħna, biex nagħarfu nobdu l-kelma ta’ ibnek Ġesù, bla tnikkir; agħtina l-kuraġġ tad-deċiżjoni,

biex ma nitkaxkrux mill-kurrent ta’ oħrajn li jmexxulna ħajjitna huma. Marija, mara tal-azzjoni, agħmel li jdejna u riġlejna

jmorru “jħaffu” lejn l-oħrajn,

biex iwasslu l-karità u l-imħabba ta’ ibnek Ġesù, biex iwasslu, kif għamilt int, id-dawl tal-Vanġelu fid-dinja.

Ammen. Il-Papa Franġisku

Missierna ...

Page 26: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 25

Il-Ħamis, it-13 ta’ Diċembru Santa Luċija - verġni u martri

Il-Beatu Anton Grassi - saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 41: 13-20 Jien il-feddej tiegħek, il-qaddis ta’ Israel. 2. Salm 144: 1,9,10-13ab Il-Mulej twajjeb u ħanin. 3. Mattew 11: 11-15 Ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. SANTA LUĊIJA (c. 283-303) - verġni u martri Din il-qaddisa, verġni u martri ta’ Sirakuża, fi Sqallija, qanqlet devozzjoni

kbira lejha wara ftit snin mill-mewt tagħha. Hija saret tant popolari li isimha tniżżel fil-kanoni tal-quddiesa f’Ruma u f’Milan.

Skont tradizzjoni, Santa Luċija twieldet Sirakuża, Sqallija madwar is-sena 283 minn familja nobbli. Meta kienet għadha żgħira tilfet lil missierha u rabbietha ommha, Ewtakja.

Meta kibret, Luċija pperswadiet lil ommha, li kienet ilha marida, biex jagħmlu pellegrinaġġ flimkien għal Katanja u jmorru fuq il-qabar ta’ Santa Agata li kienet mietet martri xi ħamsin sena qabel. Waqt li kienu qed jitolbu, l-omm fieqet f’daqqa waħda.

Luċija ddeċidiet li tħalli d-dinja u tikkonsagra ħajjitha kollha lil Alla, u tgħin lill-fqar. Għamlet il-vot tal-verġinità, u ħassret iż-żwieġ li kienet ser tidħol fih ma’ nobbli pagan.

Iż-żagħżugħ ħassu mweġġa’ b’din l-azzjoni ta’ Luċija, u biex ipattihielha akkużaha quddiem il-Konslu Ruman li kienet Nisranija, u ma kinitx tosserva l-liġijiet tal-imperu.

Santa Luċija b’kuraġġ kbir stqarret il-fidi tagħha u ġiet ikkundannata għat-torturi bin-nar u l-ilma jagħli. Hi baqgħet soda minkejja t-torturi li sofriet, sakemm fl-aħħar nifdulha griżmejha b’xabla. Hi baqgħet ħajja sakemm xi ħadd qarbinha, imbagħad mietet.

Dan ġara fil-persekuzzjoni tal-Imperatur Djoklezjanu fis-sena 304. Ma hemm l-ebda dubju dwar il-kult tagħha u l-konnessjoni tagħha ma’ Sirakuża.

Mis-seklu XIV, ix-xbihat tagħha bdew iġibuha qed iżżomm platt b’għajnejha fih, minħabba l-leġġenda li qalgħulha għajnejha t-tnejn.

Billi l-isem Luċija ġej mill-kelma latina lux, li tfisser dawl, il-qaddisa kienet assoċjata ma’ festivals tad-dawl, u msejħa wkoll kontra l-mard tal-għajnejn.

Santa Luċija hija l-patruna ewlenija ta’ Sirakuża. F’Malta, subborg ħdejn Ħal Tarxien iġib isem din il-qaddisa (għalkemm il-parroċċa hi ddedikata lil San Piju X), u fil-belt Valletta, fi Triq il-Lvant, hemm knisja ddedikata lilha.

Page 27: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

26 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni – Il-Qawwa tal-Maxtura: “Hemm żewġ postijiet fejn il-kbarat u l-qawwiet tad-dinja, fil-fond ta’ qalbhom, jibżgħu jersqu u jitilfu kull kuraġġ. Dawn huma s-salib u l-maxtura ta’ Ġesù Kristu. L-ebda persuna setgħana m’għandha l-ħila tersaq qrib il-maxtura u dan jgħodd ukoll għar-Re Erodi. Għaliex hawn jitregħdu t-tronijiet, is-setgħana jaqgħu, dawk li jogħlew jissabtu, għaliex Alla hu mal-umli. Hawnhekk l-għonja jiġu fix-xejn, għax Alla hu mal-fqar u l-imġewħa u l-għonja bagħathom ’il barra b’xejn. Quddiem Marija, il-qaddejja tal-maxtura ta’ Kristu, quddiem l-umiltà t’Alla, is-setgħana jiġu fix-xejn; m’għandhomx dritt, m’għandhomx tama; huma jiġu ġġudikati ...” ‘God is in the Manger’ – Dietrich Bonhoeffer

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 2, silta mill-1 punt Gospel informs us that Saint John the Baptist, while in prison where he had been thrown by Herod’s command, sent two of his disciples to Jesus Christ to ask him whether he is the Messiah. This gave Jesus Christ the opportunity to praise Saint John before the people; he ended by saying that John is the man of whom it was written: I am sending my angel before you, to prepare for you the path where you will walk. You too, as well as Saint John, are angels sent by God to prepare a path for him, so that he can enter your heart and the hearts of your disciples. For this purpose you need to do two things: first, you must resemble the angels by your interior and exterior purity. Like the angels, you must be entirely detached from your body and from the pleasures of the senses, so that nothing seems to be left in you but your soul, which you are concerned about exclusively and which is the only object of your care.

TALBA

O Alla ħanin, f’dan iż-żmien tal-Avvent

ibgħatilna l-grazzja biex inħejju ruħna għall-miġja tiegħek. Missilna qalbna sabiex nixxenqu

li nħobbuk aħjar u naqdu lilek u lill-oħrajn. Imliena bit-tama, biex nitbiddlu bl-Ispirtu tiegħek

u b’hekk ngħinu biex inbiddlu d-dinja. Agħtina l-għajnuna biex nifhmu

li int ġejt taqsam il-ħajja magħna biex tifdina,għax tħobbna. Dan nitolbuk f’isem Ġesù,

DAK li qed infittxu saltnatu. Ammen.

http://onlineministries.creighton.edu

Missierna ...

Page 28: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 27

Il-Ġimgħa, l-14 ta’ Diċembru San Ġwann tas-Salib – presbiteru u duttur tal-knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 48: 17-19 Li kieku tajt widen għall-kmandamenti tiegħi. 2. Salm 1, 1-4,6 Min jimxi warajk, Mulej, ikollu d-dawl tal-ħajja.

3. Mattew 11, 16-19 La minn Ġwanni u lanqas minn Bin il-bniedem ma jridu jisimgħu.

SAN ĠWANN TAS-SALIB (1542-1591) – saċerdot u duttur tal-knisja

San Ġwann twieled f’Fontiberos, fil-provinċja ta’ Avila, Spanja, għall-ħabta tal-1542. Tilef lil missieru meta kien għadu tarbija. Għadda żgħożitu Medina del Campo, fejn kienet marret ommu biex issib xogħol. Meta kiber xi ftit, beda jmur l-iskola iżda ma damx għax malli tfarfar, beda jaħdem. Ipprova bosta snajja’, iżda mkien ma saddad.

Fl-aħħar meta kellu 17-il sena daħal jaħdem fi sptar. Fl-istess ħin kien jattendi skola mmexxija mill-Ġiżwiti. Wera li kellu moħħu tajjeb.

Fl-1563, daħal mal-Patrijiet Karmelitani li bagħtuh Salamanca biex jistudja l-Filosofija u t-Teoloġija. Fl-1567, ta’ 25 sena, sar saċerdot.

Ġwanni mar iqaddes l-ewwel quddiesa solenni tiegħu f’Medina, fejn kien hemm ommu u ħuh. Hawn iltaqa’ ma’ Santa Tereża ta’ Ġesù, li kienet ġa bdiet taħdem biex tirriforma l-Ordni Karmelitana, u pperswadietu biex jaħdem magħha għar-riforma tal-patrijiet.

Fit-28 ta’ Novembru 1568, Ġwanni u erba’ oħra, fosthom dak li kien il-pirjol tal-monasteru Karmelitan ta’ Medina, waqqfu l-ewwel dar tal-irġiel tar-riforma f’Duruelo. Il-qaddis kien l-ewwel patri li libes l-abitu bħala Karmelitan Skalz (ħafi), u ħa l-isem ta’ Ġwanni tas-Salib.

Fl-1570, sar ir-rettur tad-dar ġdida tal-istudju tal-Karmelitani Skalzi f’Alcalà, u fl-1572 ġie maħtur id-direttur tal-kunvent tal-Inkarnazzjoni Tereżjan f’Alcalà, fejn għadda ħames snin.

Sadanittant tilwim bejn il-Karmelitani Kalzati u dawk Skalzi kien fl-aqwa tiegħu u Ġwanni fl-1577 kien arrestat mill-Karmelitani Kalzati u ordnat biex jabbanduna r-riforma; billi ma riedx jagħmel dan, allura kien mitfugħ f’ħabs f’Toledo. Wara li kellu jġarrab tbatijiet kbar fil-ħabs u pressjoni qawwija tul id-disa’ xhur li ġew wara, huwa ħarab minn hemm. Fl-1579, il-Karmelitani Skalzi ġew rikonoxxuti u twaqqfet provinċja separata.

Fl-1591, f’kapitlu ġenerali li kien sar f’Madrid, Ġwanni ġie mneħħi minn kull kariga u ġie mibgħut bħala sempliċi patri fil-monasteru mbiegħed ta’ La Penuela.

Meta kien f’La Penuela qabdu deni qawwi. Hu mar f’Ubeda għall-kura, u miet hemm fl-14 ta’ Diċembru 1591 fl-età ta’ 49 sena.

San Ġwann tas-Salib kien ikkanonizzat fl-1726 u ddikjarat duttur tal-Knisja minn Piju XI fl-1926.

Page 29: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

28 SIGNUM FIDEI

F’Malta huwa l-patrun tal-parroċċa ta’ Ta’ Xbiex immexxija mill-patrijiet Tereżjani.

S. Ġwann huwa t-teologu mistiku l-aktar awtorevoli wara s-Santi Padri. Id-duttrina tal-qaddis hija pożittiva u waħda mill-aqwa massimi tiegħu hu: “Fejn int ma ssibx imħabba, qiegħed l-imħabba u inti ssib l-imħabba.”

Riflessjoni: Ħafna drabi aħna nsibu l-iskużi biex naħarbu minn dak li Alla jissuġġerilna nagħmlu. Ġwanni l-Batista għajjat b’leħen għoli biex in-nies jindmu, iżda huma warrbuh billi qalu li kliemu iebes wisq. Hekk għamlu wkoll ma’ Ġesù, quddiem it-tjieba u l-ħniena tiegħu u l-libertà li ried ixandar. Malajr qalu li kien wieħed wikkiel u sakranazz. F’kelma waħda, minn ma jridx jinbidel jew iħossu komdu fil-ħajja medjokri tiegħu, isib kull skuża. Illum dan l-atteġġament insibuh ħafna f’dawk li għax jinsabu komdi fejn qegħdin iġibu kull skuża bil-Knisja u n-nies tal-Knisja, bl-imġiba żbaljata ta’ xi wħud, biex huma ma jagħmlu l-ebda sforz ta’ bidla. Din mhijiex akkuża biex wieħed ma jagħmel xejn. Kulħadd huwa responsabbli ta’ għemilu! Patri Arthur Cutajar, Inħejju t-Triq għall-Mulej Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mill-1 punt

The Jews sent priests and Levites from Jerusalem to ask Saint John who he was: the Christ, Elijah, or a Prophet. Saint John told them he was none of these, but he declared, I am the voice of one crying in the desert: make straight the way of the Lord. Saint John wished to leave to Jesus Christ all the honor of converting souls, the task at which he labored so constantly. He said, therefore, that he was only a voice crying out in the desert. He thus showed that the substance of the doctrine he taught was not his own and that it was indeed the word of God which he preached; as for himself, he was only the voice which proclaimed it. In the same way that a voice is a sound that strikes the ear and makes it possible for a word to be heard, so it was that Saint John prepared the Jews to receive Jesus Christ.

TALBA Ġesù, fid-dlam ta’ dawn l-iljieli tal-Avvent

agħmel li d-dawl tal-kelma tiegħek tmexxini. Agħtini l-umiltà biex nimxi warajk

u l-għerf biex nitgħallem mingħandek. Jien qed inħoss id-dawl tiegħek f’ħajti u fid-dinja.

Ninsab grat lejn is-salvatur li qed jistenniena u b’ħerqa nistenna ż-żmien ta’ ferħ. Ħallini nittama u ndur lejk b’fidi kbira

għax naf li inti tmexxini f’dik it-trejqa li jien ma nafx biha. http://onlineministries.creighton.edu

Missierna ...

Page 30: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 29

Is-Sibt, il-15 ta’ Diċembru

Tibda n-Novena tal-Bambin Ġesù Santa Kristjana – appostlu tar-raba’ seklu Santa Pawla Marija Di Rosa – fundatriċi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Bin Sirak 48,: 1-4,9-11 Elija jerġa’ jiġi. 2. Salm 79: 2ac,3b,4,15,16,18,19 Reġġgħana għal li konna, Alla tal-eżerċti. 3. Mattew 17: 10-13 Elija diġà ġie u huma baqgħu ma għarfuhx.

SANTA PAWLA MARIJA DI ROSA (1813-1855) Kien jisimha Pawla Francesca Marija, u kienet ġejja minn familja tat-tajjeb

minn Brescia. Ommha mietet meta hi kellha 11-il sena, u kienet edukata fl-iskola tas-sorijiet tal-Viżitazzjoni.

Meta ħalliet l-iskola ta’ 17-il sena, hi bdiet tieħu ħsieb ix-xogħol ta’ missierha, u billi kienet inklinata għal ħajja reliġjuża, hi rruftat l-proposta ta’ missierha biex tieħu l-istat taż-żwieġ.

Bdiet tiddedika ruħha għal xogħol soċjali u ta’ apostolat fost ix-xebbiet li kienu jaħdmu fil-fabbrika tat-tessuti ta’ missierha. Kienet taħdem fi sptar fi Brescia, iddur bil-vittmi tal-kolera fl-1836, saret direttriċi ta’ dar għal bniet abbandunati s-sena ta’ wara; waqqfet dar oħra hi nfisha għall-bniet u anki fetħet skola għall-bniet torox u muti.

Bdiet tifforma lil dawk li kienu jaħdmu magħha, f’komunità reliġjuża biex jieħdu ħsieb il-morda fl-isptarijiet.

Fl-1840, ta’ 27 sena, id-direttur spiritwali tagħha Mons. Faustino Pinzoni ħatarha superjura tal-grupp tan-nisa, u ħadet l-isem ta’ Maria Crocifissa. Hekk twaqqfet is-soċjetà tal-Qaddejja tal-Karità ta’ Brescia.

L-istitut irċieva l-approvazzjoni tal-isqof ta’ Brescia fl-1843, u tul il-gwerer li xxukkjaw l-Ewropa fl-1848 kienu jduru bil-feruti fil-battalji fl-Italja ta’ Fuq u fl-isptarijiet ta’ Brescia. Fl-1850 kisbet l-approvazzjoni għall-kongregazzjoni tagħha mill-Papa.

Wara li ħliet saħħitha dgħajfa fis-servizz tal-proxxmu, hi mietet fi Brescia fil-15 ta’ Diċembru 1855 meta kellha 42 sena. Kienet iddikjarata qaddisa minn San Piju XII fl-1954.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 83, it-2 parti

Għall-Ottava tal-Kunċizzjoni l-Fundatur kiteb din il-meditazzjoni: In her Immaculate Conception, the Most Blessed Virgin enjoyed from the first moment the practice of the virtues, at least those that are interior. She knew God by infused faith; she loved him by the charity of the Holy Spirit, who filled her from the first moments of her existence. She praised, blessed, thanked, and glorified God by her spiritual and interior acts more excellently than did all the angels together. This is what we must learn to

Page 31: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

30 SIGNUM FIDEI

imitate; this is what is called the science of the saints. We must learn the knowledge of God in prayer and by reading good spiritual books and catechisms. We must strive to set our hearts on fire with the love of God by fervently and frequently raising our hearts in short, repeated prayers. We must strive to make ourselves agreeable in the eyes of the Divine Majesty by continual acts of thanksgiving, love, and praise, as well as by the practice of the most solid virtues, especially humility, patience, and obedience, which were so dear and so familiar to the most holy Mother of God. L-Ewwel Jum tan-Novena - Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Marija tisma’ L-anġlu qalilha: Ifraħ, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek. Marija tħawdet għal dan il-kliem. (Lq. 1,28-29) Fir-relazzjoni tagħna ma’ Alla, is-smigħ huwa importanti. Bħall-kliem tal-anġlu lil Marija, Alla għandu għalina kliem li jferraħna u kliem li jistedinna għal ħwejjeġ sbieħ. Għaldaqstant, għandu jkollna widnejna dejjem miftuħin biex nagħrfu, fost il-ħafna ilħna, il-leħen ta’ Alla. Meta ma jirnexxilniex nisimgħu, tinqata’ l-komunikazzjoni ta’ bejnietna. Hekk ukoll meta, għal xi raġuni, ma jirnexxilniex nisimgħu lil Alla. Bis-smigħ tal-Kelma t’Alla nistgħu “naraw” lil Alla aħjar. Fuq it-Tabor, Alla jistedinna ngħaddu mid-dehra tal-glorja għas-smigħ: “... isimgħu lilu” (Mk. 9,7). Marija, qabel ma laqgħet il-Kelma ta’ Alla f’ġufha, laqgħetha b’widnejha u għalhekk, f’moħħha u f’qalbha.

Il-Verbi ta’ Marija – Għemil Marija f’rabta mal-ġrajja tal-Milied Dun Simon Mario Cachia u Dun Daniel Sultana

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem minn omm

li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

Hu li hu Alla. Din it-talba tingħad kulljum matul in-Novena tal-Milied

Missierna ...

Page 32: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 31

Il-Ħadd, is-16 ta’ Diċembru It-Tielet Ħadd tal-Avvent

It-Tieni Jum tan-Novena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Sofonija 3: 14-18a Minħabba fik il-Mulej jithenna b’hena kbir. 2. Salm Isaija 12: 2-6 Kbir hu f’nofsok il-Qaddis ta’ Iżrael. 3. Filippin 4: 4-7 Il-Mulej qorob. 4. Luqa 3: 10-18 U aħna, x’għandna nagħmlu? Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

F’din is-silta naraw kuntrast qawwi bejn id-diskors li Ġwanni l-Battista għamel qabel dan u l-mod ta’ kif ikellem lin-nies f’dan it-test. Ġwanni jagħti pariri lill-kategoriji differenti ta’ nies li kienu jgħixu f’dak iż-żmien meta kienet tirrenja l-inġustizzja u l-illegalità. Naraw minn din is-silta speċjalment fil-mistoqsija “x’għandna nagħmlu?” li hija ripetuta tliet darbiet, li fil-poplu diġà hemm sens ġdid li jgħaqqad il-kuraġġ tad-deċiżjoni mal-umiltà tal-ubbidjenza.

Faċli biex nifhmu għaliex. F’dinja bħal tagħna fejn il-bniedem ideali hu dak li m’għandu bżonn jistaqsi għal xejn, rari ħafna li ssib min lest jaċċetta pariri u inqas u inqas ifittixhom; anzi għandna soċjetà mimlija b’esperti f’kull qasam lesti li jagħtu pariri, isolvu l-problemi (sakemm huma tal-oħrajn) f’dinja bħal din il-mistoqsija sempliċi “x’għandna nagħmlu?” mhix komuni anzi hija kważi rivoluzzjonarja, hija sinjal u prova tal-bidu tal-konverżjoni. Tfisser li tammetti li ma tafx kollox li lest titlob l-għajnuna, fuq kollox li temmen li baqa’ xi ħaġa, xi ħadd fiex temmen. Dawn huma l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-magħmudija fl-ispirtu s-Santu u bin-nar, li ssaffi l-qlub tal-bnedmin u ġġedded lid-dinja.

Il-konverżjoni li jitkellem fuqha Ġwanni mhijiex biss eżerċizzju ta’ sawm, penitenza u talb imma tintwera fis-solidarjiet, fit-tqassim tal-ġid fl-għaqda, billi nneħħu kull forma ta’ ħakma u sfruttament ta’ bniedem fuq l-ieħor. Il-konverżjoni li jitlob Ġwanni hi pprovokata mill-wasla tal-Messija li jiftaħ l-istrutturi tas-sistemi ħżiena li jiggvernaw lid-dinja, u jħabbar iż-żmien tal-ġustizzja u l-paċi universali.

Ġwanni jistqarr li hu serv umli tiegħu li hu privileġġ għalih li jkun jista’ “jħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu.” Madankollu se jkun dan li hu “aqwa minni” li għad jitbaxxa quddiem l-umanità fqira u fil-bżonn tal-purifikazzjoni biex jaħsel is-saqajn, għad ikun Hu li jieħu l-magħmudija tan-nar fuq is-salib biex jeħles lill-ħatjin mill-kastig. Din il-preżenza tiegħu fid-dinja tibdel l-iktar ġest umli f’ġest nobbli bil-kundizzjoni li l-bniedem ikollu kuraġġ u umiltà biżżejjed li jistaqsih “u jien, x’għandi nagħmel?”

Page 33: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

32 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mill-1 parti

The Jews sent priests and Levites from Jerusalem to ask Saint John who he was: the Christ, Elijah, or a Prophet. Saint John told them he was none of these, but he declared, I am the voice of one crying in the desert: make straight the way of the Lord. Saint John wished to leave to Jesus Christ all the honor of converting souls, the task at which he labored so constantly. He said, therefore, that he was only a voice crying out in the desert. He thus showed that the substance of the doctrine he taught was not his own and that it was indeed the word of God which he preached; as for himself, he was only the voice which proclaimed it. In the same way that a voice is a sound that strikes the ear and makes it possible for a word to be heard, so it was that Saint John prepared the Jews to receive Jesus Christ. It-Tieni Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Marija tistaqsi Marija qalet lill-anġlu: Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel? (Lq. 1,34) Mhux biżżejjed tisma’, imma jeħtieġ li tifhem. Għaldaqstant, il-mistoqsijiet huma importanti. Min jistaqsi juri interess f’dak li qed jisma’ – min ma jinteressaħx, ma jistaqsix. Marija tistaqsi mhux biss għall-ksib ta’ iktar informazzjoni imma għax kienet umli biżżejjed li terħi f’idejn min kien jaf iktar minnha! Hemm differenza bejn informazzjoni u għerf. Min jistaqsi għall-informazzjoni frott il-kurżità jew iz-zekzik, mhuwiex bħal min ifittex li jkollu l-għerf li għandu l-ħila jagħraf fejn hu l-Ispirtu ta’ Alla fil-ħajja tiegħu (dixxerniment).

Il-Verbi ta’ Marija – Għemil Marija f’rabta mal-ġrajja tal-Milied Dun Simon Mario Cachia u Dun Daniel Sultana

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem minn omm

li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

Hu li hu Alla.

Missierna ...

Page 34: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 33

It-Tnejn, is-17 ta’ Diċembru It-Tielet Jum tan-Novena San Lazzru – l-ewwel seklu

San Ġwann ta’ Matha Santa Olimpja – armla tar-raba’ seklu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 49: 2,8-10 Ix-xettru minn idejn Ġuda ma jitneħħiex. 2. Salm 71: 2-4,7,8,17 Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem.

Hallelujah: O Għerf tal-Għoli. 3. Mattew 1: 1-17 Ktieb in-nisel ta’ Ġesù, bin David. SANTA OLIMPJA (368-410) - armla Santa Olimpja twieldet f’Ismilja, nobbli u għanja minn Kostantinopoli. Hija

sfat iltima kmieni u zijuha, li kien il-prefett tal-belt, fdaha taħt il-ħarsien ta’ Teodosja.

Żewwġuha meta kienet għadha żgħira, imma romlot wara ftit jiem biss ta’ żwieġ. Hi rrifjutat it-tieni żwieġ u ddedikat ruħha għall-opri ta’ karità. Bil-ġid immens li kellha hi għenet kemm felħet lill-Knisja u lill-fqar.

Il-Patriarka Nektarju ta’ Kostantinopli ikkonsagraha djakonessa, uffiċċju li kien għadu jeżisti fil-Knisja dak iż-żmien.

San Ġwann Kriżostmu, li sar Patrijarka ta’ Kostantinopli fit-398, kellu hu wkoll rispett kbir lejha għall-virtujiet tagħha. Dan il-qaddis, li kien għal xi żmien direttur spiritwali tagħha, minħabba li kienet ġeneruża ħafna, kellu wkoll iwiddibha għall-moderazzjoni.

Olimpja waqqfet sptar u orfanatrofju, tat kenn lil xi patrijiet eżiljati u dejjem baqgħet leali lejn id-direttur spiritwali tagħha meta dan ġie eżiljat hekk li sfat vittma ta’ kundanni, rat il-komunità tagħha tiġi xolta u mċaħħda li tkompli l-ħidmiet ta’ karità.

Lejn tmiem ħajjitha hija batiet il-mard, iżda sabet għajnuna minn San Ġwann Krisostmu li mill-eżilju tiegħu kitbilha diversi ittri għall-inkuraġġiment u l-faraġ tagħha.

Santa Olimpja mietet fl-410, sena wara l-mewt tal-Kriżostmu u bħalu fl-eżilju wkoll.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 173, silta mit-2 punt

He (St. Francis of Assisis) discovered perfect poverty and total emptying of self in Jesus Christ at his birth and in Jesus Christ suffering and dying. This is why he had special devotion to these two mysteries and every year celebrated the Nativity of Jesus Christ with very particular devotion in the desire to conform himself to Jesus Christ in the extreme poverty of his birth and death.

Page 35: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

34 SIGNUM FIDEI

Learn from this saint to love poverty and to live in detachment from all things. The more detached you will be from creatures, the more you will possess God and his holy love. What! Will you keep on saying, as Saint Augustine said before his conversion, They are mere trifles that hold me back and keep me from belonging entirely to God! It-Tielet Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Marija taċċetta Qalet Marija: Hawn jien, il-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek! (Lq. 1,38) Ladarba wieħed ikun sema’ u mbagħad fehem dak li Alla jrid minnu, ikun jonqos biss pass: li jwettaq dak li sema’ u fehem. L-ubbidjenza tinbena fuq il-fiduċja li Alla jitlobna nagħmlu biss dak li jġibilna l-hena tassew. Il-kontra tal-fiduċja huwa l-biża’, li tissuspetta li Alla se jidħak bina (bħalma daħħlilna f’moħħna s-serp tal-Eden). Bħal Marija, meta nintebħu bis-sabiħ ta’ dak li jitlobna Alla, ikollna seba’ mitt sena sakemm dan iseħħ. Alla ma jitlob xejn mingħandna, imma jixtieq jagħtina kollox. L-ubbidjenza lejn Alla mhijiex ċaħda tal-libertà tagħna, imma wieħed mill-isbaħ atti ta’ libertà li wieħed jista’ jwettaq, ġaladarba l-ubbidjenza mhijiex “għamja” imma “fiduċjuża”: isserraħ fuq il-fidi li Alla jħobbna u li ma jrid xejn ħlief il-ġid tagħna.

Il-Verbi ta’ Marija – Għemil Marija f’rabta mal-ġrajja tal-Milied Dun Simon Mario Cachia u Dun Daniel Sultana

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem minn omm

li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

Hu li hu Alla Missierna ...

Page 36: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 35

It-Tlieta, it-18 ta’ Diċembru Ir-Raba’ Jum tan-Novena

Santa Adele ta’ Pfazel - badessa San Gatjanu - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 23: 5-8 Inqajjem lil David rimja ġusta. 2. Salm 71: 1,2,12,13,18,19 Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem.

Hallelujah: O Sid u Mexxej tad-dar. 3. Mattew 1: 18-24 Ġesù jitwieled minn Marija, għarusa ta’ Ġużeppi,

bin David. SAN GATJANU (l-ewwel nofs tar-raba’ seklu) – l-ewwel isqof ta’ Tours Aktarx kien ġej mill-inħawi ta’ Tours. Hawn, kien l-ewwel wieħed li daħħal il-

fidi Nisranija, xi ftit għaxriet ta’ snin qabel San Martin, u kien l-ewwel isqof ta’ Tours.

Kiseb bosta għall-fidi. Għall-ewwel kien jiġbor il-merħla żgħira tiegħu fl-għerien, fejn kien iqaddes, biex jaħrab it-theddid tal-pagani.

Dam jaħdem mal-ħamsin sena u miet fil-paċi madwar it-337 w.K. Iżda meta San Martinu mar Tours (ara 11 ta’ Novembru), it-traċċi tal-appostolat ta’ San Gatjanu kienu għebu kważi għal kollox, għax Sulpizju Severu jgħid: “kważi ħadd ma kien jaf b’isem Kristu”.

Iżda xi ftit kienu jiftakru f’San Gatjanu, li kien mar jipprietkalhom il-Vanġelu u li kien temm ħajtu hemm.

Skont leġġenda taż-żminijiet tan-nofs, San Gatjanu kien wieħed mir-rgħajja li marru jqimu ’l Ġesù f’Betlemm u wieħed mit-72 dixxiplu ta’ Kristu, u San Pietru nnifsu bagħtu l-Gallja. Din hi fi żgur invenzjoni, bħall-oħrajn tal-istess għamla.

San Girgor, isqof ta’ Tours, fis-seklu sitta, jgħid fl-“Istorja tal-Franki”, li San Gatjanu kien wieħed mis-seba’ isfqijiet li l-Papa San Fabjanu bagħat minn Ruma, madwar nofs is-seklu tlieta.

Iżda dan il-grupp ta’ seba’ isfqijiet, numru simboliku, hu wkoll leġġendarju. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 86, silta mill-1 punt

Jesus Christ is born poor in a stable. The Most Blessed Virgin brings him into the world in a place where she finds no comfort or any human help and where there is no other bed for this newborn Child than a manger. Behold the palace and the bed for presenting Jesus our Savior on his entry into the world! This is how he is lodged in the middle of the night in a very rigorous season. Despite his pressing needs, no one goes to any trouble to help him. The poverty that Jesus practices so eminently at his birth ought to commit us to have great love for this virtue, for it is to make us love it that he is born in this condition. Let us not be surprised, then, when we lack something, even

Page 37: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

36 SIGNUM FIDEI

necessities, for at his birth, Jesus was lacking everything. This is how we must be born in the spiritual life, dispossessed and deprived of everything. Because the Son of God willed that the humanity he took on be in this condition, he also wants us to share this disposition, so that he can take entire possession of our hearts. Ir-Raba’ Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Marija tgħaġġel F’dawk il-ġranet, Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet. (Lq. 1,39) Xi kultant mhuwiex f’waqtu li wieħed jgħaġġel, imma xi kultant jeħtieġ li wieħed iħaffef. Il-ħeffa hija marbuta mal-ferħ, ma’ dak li jferraħna. It-telqa, min-naħa l-oħra, hi marbuta ma’ dak li ma jqanqalniex, ma’ dak li ma jinteressaniex. Meta jien misjuq mill-imħabba u l-ferħ, l-għaġla ma tistax ma tkunx tajba – bħal Marija li tħaffef tmur għand Eliżabetta. Il-ħeffa ta’ Marija, il-ħeffa tar-rgħajja, il-ħeffa tad-dixxipli msejħa minn Ġesù fuq xatt il-baħar, il-ħeffa ta’ Żakkew, il-ħeffa ta’ dak li sab teżor moħbi f’għalqa: “minnufih”, għax għarfu li Ġesù hu teżor li m’għandux jintilef. Meta l-hena tal-Vanġelu jidħol f’qalbna, ħajjitna ssir ħeġġa. Meta, bil-kontra, jiena mehdi fil-ħafna xogħol bla ma jien misjuq mill-imħabba, allura ħajti ssir għejja, tixrid il-moħħ, ħafna truf mibdija u xejn konkluż.

Il-Verbi ta’ Marija – Għemil Marija f’rabta mal-ġrajja tal-Milied Dun Simon Mario Cachia u Dun Daniel Sultana

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem minn omm

li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

Hu li hu Alla Missierna ...

Page 38: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 37

L-Erbgħa, id-19 ta’ Diċembru Il-Ħames Jum tan-Novena Il-Beatu Urbanu V - Papa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Mħalfin 13: 2-7,24-25a Anġlu tal-Mulej iħabbar it-twelid ta’ Sansun. 2. Salm 70: 3-6ab,8,16,17 Mulej, mimli fommi b’tifħirek u b’sebħek.

Hallelujah: O Għerq ta’ Ġesse. 3. Luqa 1: 5-25 L-anġlu Gabrijel iħabbar it-twelid ta’ Ġwanni l- Battista. IL-BEATU URBANU V (1310-1370) - Papa William de Grimouard, il-futur Papa Urbanu V, kien ġej minn familja nobbli

Franċiża u twieled fi Grisac, Franza. Daħal mal-Benedittini f’Chirac, u studja f’Montpellier, Toulouse, Pariġi u

Avignon. Kien ordnat saċerdot u ħa d-dottorat fil-liġi, u kiseb fama kbira bħala professur tal-liġi u serva bħala vigarju ġenerali fi Clermont u f’Uzés.

Ta’ 42 sena l-Papa Klement VI ħatru Abbati ta’ St Germain f’Auxerre, u serva fuq ħafna missjonijiet diplomatiċi fl-Italja. Il-Papa Innoċenz VI ħatru abbati ta’ San Vittore f’Marsilja fl-1361 u legat tar-reġina Ġwanna tal-Italja f’Napli. Kien hawn meta huwa ntgħażel Papa fl-1362 f’Avignon meta l-kardinali ma setgħux jiftehmu biex jagħżlu wieħed minn fosthom wara l-mewt ta’ Innoċenz VI u ħa l-isem ta’ Urbanu V.

Urbanu kompla juri interess fl-edukazzjoni u waqqaf l-universitajiet ta’ Krakovja u ta’ Vjenna. Hu kien eżempju ta’ sempliċità u integrità, kien ħieles min-nepotiżmu u ħadem ħafna għar-riforma tal-Knisja. L-ikbar att tal-pontifikat tiegħu kien ir-ritorn tiegħu minn Avignon għal Ruma, minn fejn il-Papa kien ilu nieqes 60 sena.

Urbanu V b’enerġija kbira beda jibni mill-ġdid il-bażilki l-kbar li kienu ġġarrfu. Iżda wara 3 snin, mifni mid-diżordnijiet lokali, ċeda għal diversi pressjonijiet, huwa reġa’ lura lejn Avignon minkejja t-twissija ta’ Santa Briġida li jekk jitlaq minn Ruma jmut f’qasir żmien.

Mewtu ġrat f’Avignon fid-19 ta’ Diċembru 1370, f’inqas minn tliet xhur wara li ħalla Ruma. Il-kult lejh kien approvat minn Piju IX fl-1870.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mit-3 punt Saint Zechariah, the father of Saint John the Baptist, says, in the canticle he sang at the birth of his son, that the reason why Saint John is to walk before Jesus Christ and to prepare the way for him is to bring to his people the knowledge of salvation. But this knowledge is not enough; it is necessary for God, through Jesus Christ,

Page 39: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

38 SIGNUM FIDEI

our Lord, to show us the path we must follow and to inspire us to walk in the footsteps of his Son… Beg God, therefore, to lead you on the way to heaven by the path he has traced out for you. Ask him to help you embrace the perfection of your state, because he is the one who brought you into it and who consequently desired, and still desires, that you find in it the way and the means to be sanctified. Il-Ħames Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Marija tfaħħar Qalet Marija: Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej! (Lq. 1, 46) Meta wieħed jagħraf kemm doni għandu, kemm tah rigali Alla, ma jistax ma jirringrazzjahx. Il-kelma “grazzi” hija minn tal-ewwel li nitgħallmu (anke meta nsiefru, nippruvaw nitgħallmuha bil-lingwa tal-post). Hekk ukoll fir-relazzjoni tagħna ma’ Alla fit-talb, il-kelma “grazzi” għandha tkun minn ta’ quddiem. Għalhekk tidher l-importanza tat-talb, imma mhux talb għall-għajnuna biss imma wkoll it-talb ta’ tifħir u t-talb ta’ ringrazzjament. Sikwit niffissaw fuq l-affarijiet li sejrin ħażin, fuq dak li m’għandniex u li jixtieq li jkollna. Meta naqgħu f’dawn il-ħsibijiet nispiċċaw ingorru u jkun diffiċli nirringrazzjaw u nfaħħru lil Alla. Hu sabiħ li nieqfu ftit, ninnutaw il-ġid li Alla għamel magħna, u nitolbu, speċjalment quddiem Ġesù Ewkaristija.

Il-Verbi ta’ Marija – Għemil Marija f’rabta mal-ġrajja tal-Milied Dun Simon Mario Cachia u Dun Daniel Sultana

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem minn omm

li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

Hu li hu Alla. Missierna ...

Page 40: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 39

Il-Ħamis, l-20 ta’ Diċembru Is-Sitt Jum tan-Novena

Il-Beatu Vinċenz Romano – saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 7: 10-14 Araw, ix-xebba ssir omm. 2. Salm 23: 1-6 Araw ġej il-Mulej, is-Sultan tal-glorja.

Hallelujah: O Muftieħ ta’ David. 3. Luqa 1: 26-38 Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben. IL-BEATU VINĊENZ ROMANO (1751-1831) - saċerdot Il-Beatu Vinċenz Romano kien ġej minn familja ta’ bdiewa f’Torre del Greco,

qrib Napli. Huwa studja fis-seminarju Djoċesan ta’ Napli u fost dawk li kienu jgħallmuh kien hemm ukoll San Alfons M. de Liguori. Kien ordnat qassis Djoċesan fl-10 ta’ Ġunju 1775. Hu għadda kważi s-56 sena tiegħu bħala qassis fil-belt fejn kien twieled ta’ Torre del Greco.

Kien iddedikat b’mod speċjali għat-tagħlim u għall-predikazzjoni u kien mezz biex ħafna żgħażagħ saru qassisin bħalu.

Ta’ 48 sena ġie nominat kappillan, imma minkejja li kien ilu ġa 24 sena bħala saċerdot, huwa ma riedx jidħol għal din ir-responsabbiltà ta’ kappillan u kien biss wara ordni formali mill-isqof tiegħu li aċċetta din il-kariga. B’kollox għamel 33 sena (mill-1799 sal-1831) kappillan tal-unika parroċċa f’dik il-belt dak iż-żmien, il-knisja ta’ Santa Croce, illum bażilika pontifiċja.

Bħala kappillan daħħal il-prattika li jqabbad saċerdoti bħala kappillani għas-sajjieda li jaħdmu fuq l-ibħra; kien iħabrek biex il-baħħara jkollhom paga ġusta u anki waqqaf arbitraġġ għall-kwistjonijiet li dawn kien ikollhom ma’ dawk li jimpjegawhom.

Wara l-eruzzjoni tal-Vessuvju tal-15 ta’ Ġunju 1794 li qerdet il-belt kważi għal kollox, hu għen biex jerġgħu jinbnew id-djar imwaqqgħin. Hu kien mudell ta’ ragħaj.

Meta l-Beatu Vinċenz Romano miet, fl-20 ta’ Diċembru 1831, ta’ 80 sena, il-belt kollha ħarġet tagħti qima lill-missier maħbub u ġeneruż tagħha.

Iddikjarah mill-Papa San Pawlu VI fis-17 ta’ Novembru 1963. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 112, l-1 punt Let us give thanks with the whole Church for the honor that the Most Blessed Virgin received on this day, to become the Mother of God. This is the greatest honor any mere creature can ever receive. Saint Ambrose declares that it was the greatness and the excellence of Mary’s faith that procured this favor for her. In this role she has become an object of veneration for the angels themselves, who, although much higher by nature, nevertheless, are far beneath her in view of the dignity she received on this day.

Page 41: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

40 SIGNUM FIDEI

Still, this dignity only leads her to humble herself, for when the angel declares to her that she is the Mother of God and honors her as such, this admirable virgin has no reply except that she is the servant of the Lord. Saint Ambrose cannot help marveling at such a response in the mouth of this holy virgin at the very moment when she is chosen to be the Mother of God. Let us profit today from such a great example. May all the graces that God gives us, no matter how remarkable they might be, incline us also to humble ourselves below everyone else. Is-Sitt Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Marija tgħin Marija baqgħet ma’ Eliżabetta għal tliet xhur. (Lq. 1,56) Il-ferħ tassew – dak il-ferħ li jħeġġiġna – jinqasam mal-oħrajn, igawdu minnu l-oħrajn. Ir-rigali li jagħtina Alla – u li tagħhom nirringrazzjawh u nfaħħruh – jibqgħu sbieħ biss jekk naqsmuhom mal-oħrajn, jekk igawdu minnhom l-oħrajn. Il-ferħ li jkollna f’qalbna għax nemmnu f’Alla u nagħmlu r-rieda tiegħu, irid jidher bl-għajnuna tagħna, bla ebda interess, lill-proxxmu kollu tagħna. Ma nagħmlux bħan-nies ta’ Betlem, imma bħal Marija m’Eliżabetta... dak li trid li jsir miegħek, agħmlu qabel int ma’ ħaddieħor! Wara kollox, dak li se nieħdu magħna mhuwiex dak li żammejna għalina, imma dak li tajna lill-foqra: “... dan għamiltuh miegħi” (Mt. 25,40).

Il-Verbi ta’ Marija – Għemil Marija f’rabta mal-ġrajja tal-Milied Dun Simon Mario Cachia u Dun Daniel Sultana

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem minn omm

li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

Hu li hu Alla Missierna ...

Page 42: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 41

Il-Ġimgħa, il-21 ta’ Diċembru

Is-Seba’ Jum tan-Novena San Pietru Kanisju - presbiteru u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.L-Għanja tal-Għanjiet 2: 8-14 Il-maħbub tiegħi; arah ġej, jaqbeż fuq il- muntanji. jew Sofonija 3:14-18a Il-Mulej, Alla tiegħek, qiegħed f’nofsok. 2. Salm 32: 1a,2,3,11,12,20,21 Għannu, ġusti bil-ferħ, lill-Mulej; għannulu għanja ġdida.

Hallelujah: O xemx tielgħa. 3. Luqa 1: 39-45 Minn fejn ġieni dan li omm Sidi tiġi għandi. SAN PIETRU KANISJU (1521 – 1597) Twieled f’Nijmeħen dak iż-żmien fil-Ġermanja, illum fl-Olanda, fit-8 ta’ Mejju,

1521. Għad li mietet ommu meta kien għadu żgħir, it-tieni mara ta’ missieru ħabbitu bħal binha, u ta’ 19-il sena nsibuh fl-Università ta’ Cologne, u wara f’dik ta’ Louvain u mill-ġdid f’Cologne, biex jistudja t-Teoloġija.

U meta sema’ l-priedki tal-Beatu Pietru Favre, l-ewwel dixxiplu ta’ Sant’Injazju, fil-belt ta’ Mainz, Pietru daħal Ġiżwita - l-ewwel Ġiżwita Ġermaniż - u sar saċerdot fl-1546.

Kien ukoll il-ħabib ta’ qaddisin kbar bħalu, fosthom San Karlu Borromeo, San Franġisk De Sales u San Filippu Neri. U minħabba l-ħidma immensa tiegħu baqa’ magħruf, bir-raġun kollu, bħala t-Tieni Appostlu tal-Ġermanja, wara San Bonifazju.

Xerred id-devozzjoni lejn il-Madonna permezz tar-Rużarju, u kiteb dwar l-Assunzjoni tagħha. Wara li għex għal żmien f’Augsburg, mar jgħix f’Dillingen, fejn iltaqa’ ma’ ħabibu, il-Kardinal Otto Truchsess, u fejn kien iqarar ħafna, u kiteb b’ordni tas-superjuri, kotba biex iwieġeb lill-Protestanti ta’ Magdeburg, magħrufa bħala Centuriators.

Minn Dillingen fl-1580, telaq lejn Fribourg fl-Isvizzera, fejn qatta’ l-aħħar 17-il sena ta’ ħajtu u fejn miet fil-21 ta’ Diċembru, fl-età ta’ 76 sena.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 141, l-1 punt Let us admire the promptness with which the Most Blessed Virgin went to visit her cousin, Saint Elizabeth, as soon as she learned the will of God. She undertook this journey without delay, in spite of the difficulties of the road, which was mountainous. She had nothing in view except to do what God desired of her; this was what she had most at heart. Her promptness drew down God’s blessings on her visit and was a cause of the great things that God performed through her.

Page 43: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

42 SIGNUM FIDEI

We must consider ourselves blessed when we are visited by God through his inspirations. Let us be faithful to them, for to this fidelity God usually attaches a great number of graces. He does this only insofar as we do what he shows us that he wants us to do when he gives us his inspirations. God sends us his holy inspirations only to make us prompt to put them into practice with the intent to accomplish his holy will exactly. Is-Seba’ Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla Marija twelled Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, u wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura (Lq. 2,6-7). Lil Marija nsejħulha “Omm Alla”, għaliex ġarret fil-ġuf, tat it-twelid u rabbiet lil Ġesù. Fl-għar ta’ Betlem dan kollu jidher ċar għall-ewwel darba. Għal din il-missjoni tagħha, Marija ħejjiet ruħha bis-smigħ, bit-talb, bil-karità ... bħalma għedna fil-jiem li għaddew. Bl-istess mod, aħna li ngħixu dak kollu li għedna s’issa, jgħinna nkunu “omm Ġesù”. “Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa (ħija, u oħti, u ...) ommi” (Mk. 3,35). Tkun ‘omm Ġesù’ jfisser li l-frott ta’ għemilek ikun li jidher aktar Ġesù fis-sbuħija kollha tiegħu, quddiem kulħadd: “biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet” (Mt. 5,16).

Il-Verbi ta’ Marija – Għemil Marija f’rabta mal-ġrajja tal-Milied Dun Simon Mario Cachia u Dun Daniel Sultana

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem minn omm

li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

Hu li hu Alla.

Missierna ...

Page 44: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 43

Is-Sibt, it-22 ta’ Diċembru It-Tmien Jum tan-Novena

Santa Franġiska Saveria Cabrini

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Samwel1: 24-28 Ir-radd ta’ ħajr ta’ Anna għat-twelid ta’ Samwel. 2. 1Samwel 2: 1,4-8 Ferħet qalbi fil-Mulej.

Hallelujah: O Sultan tal-ġnus. 3. Luqa 1: 46-56 Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar.

SANTA FRANĠISKA SAVERIA CABRINI (1850-1917) Franġiska twieldet f’Sant’Angelo Lodigiano, qrib Milan; kienet l-iżgħar fost 13

aħwa ta’ familja ta’ bdiewa. Minn kmieni kienet mimlija b’żelu missjunarju għax fil-familja kienu jinqraw l-Annali tal-Propagazzjoni tal-Fidi. Hija kisbet ċertifikat ta’ għalliema u applikat biex tidħol soru f’żewġ ordnijiet reliġjużi differtenti li kellhom djar fil-missjoni iżda d-darbtejn ġiet rifjutata billi kienet tidher ta’ saħħa dgħajfa.

Ix-xewqa tagħha kienet li tmur missjunarja fiċ-Ċina. Kontra qalbha, fuq talba tal-isqof tagħha, hija ppruvat issalva orfanatrofju f’Codogno u tagħmel l-istaff tiegħu komunità reliġjuża, iżda wara 6 snin ta’ xogħol iebes, din il-ħidma ma rnexxietx. Fl-1880, meta kellha 30 sena, Franġiska ma’ 7 minn sħabha mill-orfanatrofju bdiet il-komunità tagħha tas-Sorijiet Missjunarji tal-Qalb ta’ Ġesù bl-iskop li jmorru missjunarji fiċ-Ċina.

L-isqof ta’ Piacenza, il-Beatu Giovanni Battista Scalabrini, issuġġerielha li tmur taħdem fost l-immigranti Taljani, speċjalment fl-Istati Uniti, bħalma diġà kienet qiegħda tagħmel il-kongregazzjoni tiegħu ta’ San Karlu; iżda qalb Madre Cabrini kienet aktar miġbuda lejn iċ-Ċina.

Dik il-ħabta eluf kbar ta’ Taljani kienu emigraw lejn l-Amerika fejn ma kienu popolari xejn; ħafna minnhom bla sengħa u bla ma jafu kelma bl-Ingliż, u spiss kienu jsibu rwieħhom f’sitwazzjonijiet fejn kienu jiġu sfruttati. Madre Franġiska talbet il-parir tal-Papa Ljun XIII, li bla tlaqliq qalilha: “Mhux lejn il-Lvant, iżda lejn il-Punent.” Hija obdiet mill-ewwel u flimkien ma’ sitt sorijiet tagħha waslet fi New York fl-1889, fejn ma damitx ma waqqfet l-ewwel dar u orfanatrofju.

L-ilsien Ingliż sabitu tqil, kif ukoll ħassitha stramba meta kellha tiltaqa’ mal-Protestanti, imma ma kinitx bniedma taqta’ qalbha. Minkejja li għall-bidu kienet tibża’ tivvjaġġa fuq il-baħar, hi qasmet l-Atlantiku tletin darba. Matul 28 sena rnexxielha twaqqaf diversi skejjel, djar għall-iltiema, kif ukoll erba’ sptarijiet fosthom il-famuż Columbus Hospital ġo New York.

Madre Cabrini daħħlet ukoll is-sorijiet tagħha f’diversi pajjiżi fl-Ewropa barra mill-Italja, fosthom Franza, Spanja u l-Ingilterra, kif ukoll fl-Amerika t’Isfel bħall-Brażil, l-Arġentina u n-Nikaragwa. Xtaqet tasal anke sal-Alaska.

Madre Cabrini mietet għal għarrieda waħedha f’wieħed mill-isptarijiet tagħha f’Chicago waqt li kienet qed tħejji r-rigali tal-Milied għal 500 tifel u tifla, nhar

Page 45: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

44 SIGNUM FIDEI

it-22 ta’ Diċembru 1917 meta kellha 67 sena. Ġiet ibbeatifikata 21 sena wara mewtha (13.11.1938) u ddikjarata qaddisa 8 snin wara (7.7.1946), l-ewwel ċittadina tal-Istati Uniti li ġiet ikkanonizzata. Fl-1950 il-Papa Piju XII ħatarha patruna tal-emigranti.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 141, silta mit-2 punt … God inspired the Most Blessed Virgin, as soon as she had conceived, to go without delay to visit her cousin, so that Jesus Christ might make known his coming to Saint John and thus perform for his precursor his first miracle while still enclosed in Mary’s womb. God also wanted Saint John to pay homage to Jesus by leaping for joy at the approach of his Savior. Let us beg Jesus to be willing to visit us and to perform a miracle of grace in our favor by encouraging us to do significant violence to ourselves in order to practice a virtue for which we experience much repugnance. It-Tmien Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla Marija turi Ir-rgħajja sabu lil Marija u ’l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura (Lq. 2,16). Fid-dlam tal-lejl, Marija wriet lil Ġesù, id-dawl tad-dinja, lir-rgħajja li waslu fl-għar. Il-laqgħa mad-Dawl ġabet ferħ kbir fir-rgħajja preżenti. Hekk ukoll fil-ħajja tagħna, Marija turina d-Dawl ta’ dejjem u tistedinna biex, meta niltaqgħu ma’ dan id-Dawl, aħna wkoll immorru fid-dinja u nxandru lid-Dawl, li hu Kristu l-Mulej. Ġesù ma jridx li aħna niftaħru jew li nitħabtu biex nidhru. Imma jrid li jidher ċar li f’ħajjitna qed jaħdem hu, qed isalvana hu. B’dan il-mod inkunu bħal “belt fuq muntanja li ma tistax tinħeba” (Mt. 5,14), inkunu dawl ta’ Kristu għall-oħrajn: “Intom dawl tad-dinja” (Mt. 5,14).

Il-Verbi ta’ Marija – Għemil Marija f’rabta mal-ġrajja tal-Milied Dun Simon Mario Cachia u Dun Daniel Sultana

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem minn omm

li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

Hu li hu Alla. Missierna ...

Page 46: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 45

Il-Ħadd, it-23 ta’ Diċembru Id-Disa’ Jum tan-Novena Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Mikea 5:1-4a Minnek joħroġli dak li jkun prinċep f’Iżrael. 2. Salm79: 2ac,3b,15,16,18,19 Mulej, itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek u nkunu salvi. 3. Lhud 10: 5-10 Hawn jien, ġejt biex nagħmel ir-rieda tiegħek. 4. Luqa 1: 39-45 U minn fejn ġieni dan li omm sidi tiġi għandi?

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

F’din is-silta nifhmu kif anke l-iżjed affarijiet normali u ta’ kuljum jistgħu jkunu miraklu ta’ fidi. Ir-rakkont ta’ laqgħa bejn żewġ nisa tqal jiġi kkontemplat minn San Luqa bħala esperjenza straordinarja, mument ta’ ferħ mhux tas-soltu, rakkuntat minn xi ħadd li fi xjuħitu xorta jħares lejn dan il-fatt bl-għaġeb ta’ tifel żgħir. Dan għaliex fil-ħajja trankwilla u ordinarja ta’ xbejba, u f’dik ta’ anzjana sterili jiġri dak li ħadd ma kien jistenna.

Il-misteru tal-ħajja u l-imħabba tant hu qawwi li jikser kull limitu, hu l-misteru li jaħsad lil Marija li qatt ma stenniet ħaġa bħal din u jnibbet il-ħajja f’Eliżabetta li għal żmien twil issa ma kinitx għadha tistenna, hu l-Ispirtu t’Alla li joħloq il-ġdid, li jibdel il-mixja tal-ħajja u jwassal għas-salvazzjoni. Kif nibbet fil-ġuf verġni ta’ Marija u f’dak sterili ta’ Eliżabetta; l-azzjoni ħielsa u imprevedibbli tal-Ispirtu fid-dinja tqabbad dik ix-xrara ta’ ferħ li tixgħel id-dinja.

Tajjeb niftakru li dak li se niċċelebraw ftit jiem oħra – it-twelid ta’ dak li kien minn dejjem, hu Alla stess li jirrivela lilu nnifsu. Tajjeb li ma ninsewhx dan, meta għandna l-perikli; li tant il-knejjes tagħna huma organizzati u strutturati li kollox isir prevedibbli, u dak li jsir fihom isir jappella biss għal dawk li jibżgħu jiġġeddu; li l-qassisin u dawk li jemmnu, jitħabtu żżejjed biex jogħġbu l-bniedem imfissed ta’ żmienna, u ninsew li Ġesù qalilna nkunu “l-melħ” mhux l-għasel tad-dinja; li l-merħla ċkejkna ta’ dawk li jimxu wara Ġesù bil-biża’ li se tispiċċa fix-xejn, tingħalaq fiha nnifisha bir-riskju li tispiċċa tassew.

It-tieni qari tal-lum jgħidilna kif Alla ma jixtieqx offerti oħra ħlief l-offerta ta’ ġisimna stess bħal dik ta’ Ġesù fuq is-salib li jsir l-ikel tagħna u bħal dak ta’ Marija fejn il-Kelma t’Alla ssir bniedem u Marija ssir tempju, l-Arka tal-Patt il-ġdid. Meta noffru ġisimna lill-Mulej, il-grazzja tiegħu tgħammar fina, l-art tiġġedded bl-għemejjel tiegħu li jsiru permezz tagħna. Għalhekk għandna bżonn “ix-xokk” tal-Ispirtu s-Santu li jaqlgħana mill-kumdità ta’ ħajjitna biex jimliena bil-ħeffa li kellha Marija b’hekk nixhdu għall-Kelma li tiġina permezz tal-fidi u nwasslu lil ħutna l-barka divina li timla ħajjitna.

Dawn iż-żewġ nisa jgħallmuna, Eliżabetta tinsa lilha nnifisha u titfa’ l-barka li rċeviet hi fuq Marija “Imbierka int fost in-nisa”; Marija trodd lura din il-barka ta’ kuġintha lura lil Alla: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej”. Bħalhom

Page 47: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

46 SIGNUM FIDEI

aħna msejħin biex inwasslu l-grazzja lil ħutna l-bnedmin, bħalhom aħna msejħin biex inwasslu s-salvazzjoni lil kulħadd sakemm il-laqgħa tagħhom mal-Mulej tnissel dak il-ferħ li ġiegħel lil Ġwanni jaqbeż f’ġuf ommu, jitnissel fuq kollox f’min ma jistħoqqlux u għalhekk isir oġġett privileġġat tal-grazzja t’Alla.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 141, l-1 punt

Let us admire the promptness with which the Most Blessed Virgin went to visit her cousin, Saint Elizabeth, as soon as she learned the will of God. She undertook this journey without delay, in spite of thedifficulties of the road, which was mountainous. She had nothing in view except to do what God desired of her; this was what she had most at heart. Her promptness drew down God’s blessings on her visit and was a cause of the great things that God performed through her. We must consider ourselves blessed when we are visited by God through his inspirations. Let us be faithful to them, for to this fidelity God usually attaches a great number of graces. He does this only insofar as we do what he shows us that he wants us to do when he gives us his inspirations. God sends us his holy inspirations only to make us prompt to put them into practice with the intent to accomplish his holy will exactly.

Id-Disgħa Jum tan-Novena – Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla Marija tilqa’ Il-maġi daħlu d-dar u raw lit-tifel ma’ ommu Marija (Mt. 2,11). Marija tilqa’ lill-maġi fid-dar tagħha, u tippreżentalhom lil binha Ġesù. Fid-dar ta’ Marija – li fuq kollox hija d-dar ta’ binha Ġesù – hemm post għal kulħadd, b’mod

speċjali għal min terraq ħafna u kellu jfittex qatigħ sakemm wasal hemm. F’

Għawdex, mid-dar tagħha, Marija stednitna “EJJA”, biex inkunu nistgħu niltaqgħu ma’ Ġesù. Is-Santwarju Ta’ Pinu huwa post fejn nagħmlu l-esperjenza tal-maġi: wara mixja tul it-triq (pellegrinaġġ), naslu fid-dar ta’ Marija u hemm niltaqgħu ma’ Ġesù u quddiemu niftħu t-teżor ta’ qalbna. Il-vera devozzjoni lejn Marija hija dik li twassalna għand Ġesù li miet u rxoxta għalina. Huwa providenzjali li dak li nikkontemplaw fl-inkwatru u fid-devozzjoni Ta’ Pinu (it-“tliet Ave Marijiet”) huwa l-misteru tal-Għid tagħha, li hu xbieha tal-misteru tal-Għid ta’ Kristu, iċ-ċentru tal-fidi tagħna. Il-Madonna Ta’ Pinu tilqagħna f’darha biex tfakkarna li aħna pellegrini fuq din l-art u ċittadini tas-sema.

Il-Verbi ta’ Marija – Għemil Marija f’rabta mal-ġrajja tal-Milied Dun Simon Mario Cachia u Dun Daniel Sultana

TALBA

O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem minn omm

li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

Hu li hu Alla. Missierna ...

Page 48: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 47

It-Tnejn, l-24 ta’ Diċembru Il-Vġili tal-Milied

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2Samwel 7: 1-5, 8-12, 14,16 Is-saltna ta’ David tibqa’ għal dejjem quddiem il- Mulej. 2. Salm 88: 2-5,27,29 It-tjieba tal-Mulej, irrid dejjem ngħanni. Hallelujah: O Xemx tielgħa. 3. Luqa 1: 67-79 Mill-għoli jiġi jżurna bħax-xemx tielgħa. L-EWWEL PRESEPJU San Franġisk ta’ Assisi għamel l-ewwel presepju ġewwa għar, fl-għolja ta’

Assisi fl-1223. Ried iwassal il-messaġġ ta’ sempliċità – umiltà – faqar tat-twelid ta’ Ġesù

Iben Alla lil dawk ir-rgħajja u bdiewa tal-post. Lejliet il-Milied “il-frajjiet” u n-nies inġabru bix-xemgħat u l-fjakkoli biex idawlu

l-lejl. Franġisku feraħ ħafna meta ra n-nies ġejjin bit-tiben u l-bdiewa ġabu ħmar u

baqra u r-rgħajja ġabu n-nagħaġ. Franġisku poġġa xi ftit ħwejjeġ forma ta’ tarbija fuq altar tal-ġebel. In-nies talbu u kantaw. F’nofsillejl bdiet il-quddiesa, Franġisku qara l-vanġelu, irrakkonta kif Marija u

Ġużeppi mxew minn Nazzaret għal Betlem. Meta waslu ma sabu l-ebda kamra għal-lejl. Sabu kenn ġo għar – fejn Marija welldet lit-tarbija Ġesù.

Il-kelma Betlem tfisser – Dar tal-Ħobż - snin wara Ġesù qal lill-ġemgħa li:

“Hu l-Ħobż tal-Ħajja”.

Meta ntemmet il-quddiesa n-nies marru lura lejn darhom jgħannu l-kliem tal-Anġlu, kuntenti u jixtiequ lil xulxin: Paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

Riflessjoni: Marija għandha ħarsitha mitfugħa fuq wiċċ Ġesù. Il-ħafna ħsibijiet li ħerġin minn qalbha ‘jinkwetawha’ xi ftit: Hija Omm Alla. Hija hi, propju hi. Ġiet imħabbra b’dal-misteru tat-twelid. Mumenti ta’ solitudini profondi li jgħaddu minn fuqha; imma l-fidi tagħha f’Alla hija kbira. F’dan il-mument ta’ solitudini, Marija tieqaf taħseb. Filwaqt li tħoss fuqha t-toqol tal-profezija li għadha kif seħħet, fuq sidirha tħoss in-nifs tal-misteru żvelat, il-Verb magħmul Bniedem. L-istraordinarju u dak li mhux immaġinabbli saru realtà; Alla ġie inkarnat, bil-ġisem u d-demm: jismu Ġesù!

‘Nitolbu mal-Presepju’ – Publikazzjoni Dumnikana Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 85, l-1 punt

The Emperor Augustus having issued an edict ordering a census to be taken of all the inhabitants of all the cities belonging to the Roman Empire, every person was

Page 49: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

48 SIGNUM FIDEI

obliged to register in his native town. This made Saint Joseph leave Nazareth, the city in Galilee where he lived, to go to Bethlehem, a town in Judea, to register there with Mary, his wife. On arriving there, they looked for a house where they could stay, but no one was willing to accept them, because they were occupied by people more wealthy, more distinguished than they. See how the world acts! People consider only what is externally apparent in a person and pay respect only if they are attracted by what fascinates the eyes of the world. If the people in Bethlehem had regarded Mary as the Mother of the Messiah, as the woman who would soon bring forth for the world God made man, who would have dared to refuse to lodge her in their home? What marks of respect would not all Judea have paid her? But because they considered her only as an ordinary person and the wife of a workingman, there was no shelter for her. For how long has Jesus been presenting himself to you and knocking at the door of your heart to make his dwelling within you, and you have not wanted to receive him? Why? Because he only presents himself under the form of a poor man, a slave, a man of sorrows.

TALBA

Missierna li inti fis-smewwiet; Inti qatt ma timponi lilek innifsek fuq il-bnedmin,

imma toqgħod wara l-bieb u tħabbat. Hieni min jagħrfek u jiftaħlek qalbu.

Iva Mulej! Jien nixtieq nilqgħek u niftaħlek il-bieb ta’ ħajti. Idħol u għammar għandi

u b’hekk inkun nista’ nieħu t-triq tal-“Qaddej”, Ibnek l-Għażiż, il-Mulej, li jgħix miegħek flimkien

mal-Ispirtu s-Santu, issa u għal dejjem. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

It-Tlieta, il-25 ta’ Diċembru It-Twelid ta’ Ġesù Bambin – il-Milied Imqaddes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 52, 7-10 Raw it-truf kollha tal-art is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna. 2. Salm 97, 1-6 Raw it-truf kollha tal-art is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna. 3. Lhud 1, 1-6 Alla kellimna permezz ta’ Ibnu. 4. Ġwanni 1, 1-18 Il-Verb ħa l-gisem u għammar fostna.

Page 50: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 49

Riflessjoni mill-Papa Franġisku ( 24 ta’ Diċembru 2017):

Marija “tat id-dawl lill-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda” (Lq. 2:7). B’din l-espressjoni sempliċi imma ċara, Luqa jeħodna fil-qalba ta’ dak il-lejl imqaddes: Marija tat id-dawl, Marija tatna d-Dawl. Rakkont sempliċi biex nidħlu fil-ġrajja li tibdel għal dejjem l-istorja tagħna. Kollox, f’dak il-lejl, sar għajn ta’ tama.

Ejja mmorru xi versi lura. B’digriet tal-imperatur, Marija u Ġużeppi kellhom jitilqu. Kellhom jitilqu lil nieshom, darhom, arthom u jibdew mexjin biex imorru jinkitbu. Traġitt xejn komdu u lanqas faċli għal koppja żagħżugħa li kienet waslet biex ikollha tarbija: ħassewhom imġiegħla jħallu arthom. Kellhom qalbhom mimlija tama fil-futur minħabba dik it-tarbija li kienet ġejja; imma l-passi tagħhom kienu tqal bl-inċertezzi u l-perikli ta’ min ikollu jitlaq minn daru.

U mbagħad isibu ruħhom wiċċ imb wiċċ ma’ dik li forsi kienet l-aktar ħaġa iebsa: jaslu Betlem u jsibu li kienet art li ma kinitx qed tistenniehom, art fejn ma kienx hemm post għalihom.

U proprju hemm, f’dik ir-realtà li kienet sfida, Marija tatna l-Għimmanuel. L-Iben ta’ Alla kellu jitwieled fi stalla għax niesu ma kellhomx wisgħa għalih. “Ġie għand niesu, u niesu ma laqgħuhx” (Ġw. 1:11). U hemm … qalb id-dalma ta’ belt li m’għandhiex wisgħa għall-barrani li jiġi mill-bogħod, qalb id-dalma ta’ belt kollha moviment u li f’dan il-każ donnha riedet tibni lilha nfisha billi tagħti daharha lill-oħrajn, proprju hemm xegħlet ix-xrara rivoluzzjonarja tal-ħlewwa ta’ Alla. F’Betlem inħoloq ftuħ ċkejken għal dawk li tilfu darhom, pajjiżhom, il-ħolm tagħhom; saħansitra għal dawk li ċedew għall-qtugħ ta’ nifs minħabba f’ħajja mjassra.

Fil-passi ta’ Ġużeppi u Marija huma moħbija tant passi. Naraw il-passi ta’ familji sħaħ li llum ikollhom iħallu arthom. Naraw il-passi ta’ miljuni ta’ persuni li mhumiex huma li jagħżlu li jitilqu imma huma obbligati jinfirdu mill-għeżież tagħhom, huma mkeċċija minn arthom. F’ħafna każi dan it-tluq ikun mimli tama, mimli bil-futur; f’ħafna oħrajn, dan it-tluq ikollu biss isem wieħed: sopravivenza. Li jiskampawha mill-Erodijiet ta’ żmienna li, biex jimponu l-poter tagħhom u jkattru l-għana tagħhom, ma jsibuhiex bi tqila jxerrdu demm l-innoċenti.

Marija u Ġużeppi, li għalihom ma kienx hemm post, huma l-ewwel li jgħannqu lil Dak li jiġi biex jagħti lilna lkoll id-dokument ta’ ċittadinanza. Dak li fil-faqar u ċ-ċokon tiegħu jċanfar u juri li l-poter veru u l-libertà awtentika huma dawk li jonoraw u jwieżnu d-dgħufija ta’ min hu l-iżjed dgħajjef.

F’dak il-lejl, Dak li bilkemm kellu post fejn jitwieled, jiġi mħabbar lil dawk li ma kellhomx post fuq l-imwejjed u fit-toroq tal-belt. Ir-rgħajja huma l-ewwel destinatarji ta’ din il-Bxara t-Tajba. Minħabba f’xogħolhom, kienu rġiel u nisa li kellhom jgħixu fit-trufijiet tas-soċjetà. Il-kundizzjonijiet ta’ ħajjithom, il-postijiet li fihom kienu obbligati joqogħdu, kienu jżommuhom milli josservaw il-preskrizzjonijiet ritwali ta’ purifikazzjoni reliġjuża u, għalhekk, kienu meqjusa impuri. Il-ġilda tagħhom, ilbieshom, ir-riħa, il-mod kif jitkellmu, l-oriġni kienet tittradihom. Fihom kollox kien iqanqal suspett. Irġiel u nisa li ridt toqgħod bogħod minnhom, tibża’ minnhom; kont tqishom pagani fost

Page 51: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

50 SIGNUM FIDEI

min jemmen, midinba fost il-ġusti, barranin fost iċ-ċittadini. Lilhom – pagani, midinba u barranin – l-anġlu jgħidilhom: “Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu. Illum, fil-belt ta’ David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej” (Lq. 2:10-11).

Araw il-ferħ li f’dan il-lejl aħna mistednin naqsmu, niċċelebraw u nxandru. Il-ferħ li bih Alla, fil-ħniena bla tarf tiegħu, għannaq lilna l-pagani, midinba u barranin, u jħeġġiġna nagħmlu l-istess.

Il-fidi ta’ dan il-lejl twassalna biex nagħrfu lil Alla preżenti fis-sitwazzjonijiet kollha li fihom naħsbu li hu assenti. Hu jinsab fil-viżitatur invadenti, fejn ħafna drabi ma nagħrfuhx, u jimxi fl-ibliet tagħna, fil-postijiet fejn noqogħdu, jivvjaġġa fuq il-karozzi tal-linja tagħna, iħabbat fuq bibienna.

U din l-istess fidi twassalna biex nagħmlu wisgħa għal immaġinazzjoni soċjali ġdida, biex ma nibżgħux induqu għamliet ġodda ta’ relazzjoni fejn ħadd m’għandu jħossu li f’din l-art m’hemmx wisgħa għalih. Il-Milied hu ż-żmien biex nibdlu l-qawwa tal-biża’ f’qawwa tal-karità, f’qawwa għal immaġinazzjoni ġdida tal-karità. L-imħabba ma dderri qatt fejn hemm l-inġustizzja bħallikieku din kienet ħaġa naturali, imma għandha l-kuraġġ, qalb tensjonijiet u ġlied, li ssir “dar tal-ħobż”, art ta’ ospitalità. Dan fakkarhulna San Ġwanni Pawlu II: “Tibżgħux! Iftħu, anzi, iftħu beraħ il-bibien tagħkom għal Kristu” (Omelija fil-Quddiesa tal-bidu tal-Pontifikat, 22 ta’ Ottubru 1978).

Fit-tarbija ta’ Betlem, Alla jiġi jiltaqa’ magħna biex jagħmilna protagonisti tal-ħajja ta’ madwarna. Joffri ruħu biex naqbduh f’dirgħajna, biex nerfgħuh u ngħannquh. Biex fih ma nibżgħux naqbdu f’dirgħajna, nerfgħu u ngħannqu lil min hu għatxan, barrani, għarwien, marid, fil-ħabs (ara Mt. 25:35-36). “Tibżgħux! Iftħu, anzi, iftħu beraħ il-bibien tagħkom għal Kristu”. F’din it-tarbija, Alla jistedinna nimtlew bit-tama. Jistedinna nieħdu ħsieb ta’ ħafna li ċedew taħt it-toqol tad-deżolazzjoni meta huma jsibu tant bibien magħluqin f’wiċċhom. F’din it-tarbija, Alla jagħmilna protagonisti tal-ospitalità tiegħu.

Imqanqla mill-ferħ tad-don, o tarbija ċkejkna ta’ Betlem, nitolbuk li l-biki tiegħek iqajjimna mill-bruda tagħna, jiftħilna għajnejna quddiem min qed ibati. Ħa tqajjem il-ħlewwa tiegħek is-sensibbiltà tagħna u tgħinna nħossuna mistednin nagħrfuk f’dawk kollha li jaslu fil-bliet tagħna, fl-istorja tagħna, fil-ħajja tagħna. Il-ħlewwa rivoluzzjonarja tiegħek tipperswadina biex inħossuna mistiedna nieħdu fuqna t-tama u l-ħlewwa tal-poplu tagħna.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 86, it-2 punt

It is not enough for Jesus to be born poor. He likewise chose lowliness as his lot in this world, according to the words of the Royal Prophet. He wished to make his entry into the world in a place where he was unknown and where no attention would be paid either to him or to his holy Mother, a place where he would be abandoned by everyone. It is true that he is visited at his birth, but it is only by poor shepherds, who can honor him only by their good wishes. Even so, it is necessary for an angel sent by God to notify them that this Child about to be born in Bethlehem is their Savior, whose birth would be for all the people a subject of great joy.

Page 52: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 51

Except for these poor shepherds, no one ever thought of Jesus when he was born. It even seems that God does not want the rich and the great to find their way to him, for the angel who announces his coming gives the shepherds no other sign to recognize him than the poor and lowly circumstances where they would find him, which could only turn away for this is what is most noticeable in our profession and in our work. We are poor Brothers, forgotten and little appreciated by the people of the world. Only the poor come looking for us. They have nothing to offer us but their hearts ready to accept our instructions. Let us love what is most humiliating in our profession in order to share in some way in the lowliness of Jesus Christ at his birth.

TALBA O Ġesù tarbija, tant adorabbli,

f’dan il-lejl qaddis, fejn int fawwart tant erwieħ bil-grazzji tiegħek,

agħti l-faraġ qaddis lil din ir-ruħ fqajra tiegħi. Nitolbok biss li tagħtini l-grazzja li minn dan il-jum ’il quddiem,

inħobbok dejjem b’qalbi kollha. Hekk kif l-imħabba divina tiegħek

tħeġġeġ fija nar ta’ mħabba tiegħi lejk, tħallini qatt li nieqaf inħobbok. O Marija, Omm Ġesù u ommi,

itlob lil Ġesù għalija. Ammen

Missierna ...

Page 53: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

52 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, is-26 ta’ Diċembru San Stiefnu - protomartri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 6, 8-10; 7, 54-59 Qiegħed nara s-smewwiet miftuħa. 2. Salm 30, 3-4,6,7,8,16 F’idejk, Mulej, jien nerħi ruħi. 3. Mattew 10,17-22 L-Ispirtu ta’ Missierkom jitkellem permezz tagħkom. SAN STIEFNU – l-ewwel martri L-għada tal-festa tal-Milied, il-Knisja tfakkar liż-żagħżugħ qaddis Stiefnu

msejjaħ il-protomartri, jiġifieri l-ewwel wieħed li xerred demmu għall-fidi tiegħu f’Ġesù.

Il-ktieb tal-Atti tal-Appostli f’kapitli 6 u 7 jiddeskrivi lil San Stiefniu bħala żagħżugħ “mimli bil-grazzja u l-qawwa, li għamel għeġubijiet kbar u sinjali qalb il-poplu”.

Jidher li hu kien jappartjeni mal-grupp ta’ Lhud Ellenisti (jitkellmu bil-Grieg) u li sar Nisrani ftit wara l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli. Meta f’Ġerusalemm l-Insara li kienu jitkellmu bil-Grieg bdew igergru li r-romol tagħhom kienu qegħdin jiġu traskurati aktarx fit-tqassim tal-karità ta’ kuljum, l-Appostli qalulhom biex jagħżlu sebat irġiel ta’ ħajja tajba biex jieħdu ħsieb dak ix-xogħol u huma (l-Appostli) jibqgħu jipprietkaw il-kelma ta’ Alla. Ingħażel Stiefnu u sitta oħra u ġew maħtura djakni.

Stiefnu kien jipprietka lill-grupp tiegħu ta’ Lhud ta’ kultura Griega. Xi wħud emmnu; oħrajn qiesu l-messaġġ tiegħu bħala dagħwa għax kien jgħallem li l-liġi u t-tempju kellhom jiġu spiritwalizzati fi Kristu.

Il-kliem tal-qaddis waqt mewtu, meta l-ġebel kien nieżel bħal xita fuqu, kien: “Mulej Ġesù ilqa’ ’l ruħi” u fuq l-eżempju ta’ Ġesù msallab, talab ukoll għal dawk li kienu joqtluh: “Mulej, la tgħoddulhomx dan id-dnub.”

Iż-żagħżugħ Sawl ta’ Tarsu kien hemm u approva t-tħaġġir: iżda aktar tard huwa kellu jkun il-messaġġier ewlieni tal-istess messaġġ u kellu jxandar lil kull bniedem li Kristu huwa l-milja tal-liġi. Josserva Santu Wistin: “Kieku Stiefnu ma talabx, il-Knisja ma kienx ikollha lil Pawlu.”

Riflessjoni, il-Paċi f’Ġesù: Bit-twelid ta’ Ġesù, bdiet isseħħ is-saltna kbira tal-paċi. Mhuwiex miraklu li kull fejn Ġesù sar il-Mulej tal-poplu, saltnet il-paċi? Mhuwiex miraklu ukoll li fid-dinja kollha tinsab saltna Nisranija li f’nofsha tirrenja l-paċi? Huwa biss fejn ma ħallewx lil Ġesù jsaltan – fejn is-suppervja, l-isfida, il-mibgħeda u r-regħba tal-bniedem, qed taħkem – li l-paċi ma tistax isseħħ. Ġesù ma jixtieqx li jwaqqaf is-saltna tiegħu tal-paċi bil-forza, imma jagħti dik il-paċi sabiħa tiegħu lil dak il-poplu li b’rieda tajba lest li jintelaq f’idejh u jħallih imexxih.

‘God is in the manger’ – Dietrich Bonhoeffer

Page 54: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 53

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 87, it-2 punt

This saint was not satisfied to be filled with faith. He wanted to share the fullness of his faith with those of his nation by preaching to them the new religion that had just been established and by making known to them, with the testimony of Holy Scripture, Jesus Christ, whom they did not know and who had come to give them the means of salvation and to die for them. He also wanted to make them realize that they were the ones who, moved by hatred and envy of the good he had done, had him condemned to death. But these Jews, with their hard and uncircumcised hearts, as Saint Stephen told them, showed indeed the truth of what Saint Paul says, that all do not obey the Gospel, and of what Isaiah says, Who are those who have believed what you have preached to them? You have been chosen by God to make Jesus Christ known and to proclaim him. Therefore, admire the goodness of God to you, as the same Apostle says, provided, however, that you remain firm in the state where his goodness has placed you. Following the example of Saint Stephen, then, make Jesus Christ known to those whom you have to instruct. Teach them the rules of the Christian life and the means they must use to be saved. For this purpose God entrusted to you the ministry in which you are employed. Do not become unworthy of it by negligence.

TALBA

Alla, missier tagħna, int nissilt f’San Stiefnu

l-imħabba fi Kristu li sawret lill-ħajtu skont ix-xempju li kien predestinat

mill-Imgħallem tiegħu. Agħtina l-istess imħabba,

fedeltà u dixxipulat ta’ veru, bl-istess Kristu Sidna.

Ammen. Magnificat

Missierna ...

Page 55: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

54 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, is-27 ta’ Diċembru San Ġwann - appostlu u evanġelista

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.1Ġwanni 1: 1-4 Dak li rajna u smajna, dan se nxandrulkom. 2. Salm 96: 1,2,5,6,11,12 Ifirħu, ġusti, fil-Mulej. 3. Ġwanni 20: 2-8 Id-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru, u laħaq

qablu ħdejn il-qabar. SAN ĠWANN – appostlu u evanġelista: l-ewwel seklu San Ġwann twieled fil-Galilija, madwar is-sena 6 w.K. Missieru kien sajjied,

jismu Żebedew. Ġwanni u ħuh San Ġakbu l-Kbir, ġew imsejħin minn Ġesù biex ikunu dixxipli

tiegħu (Mk.1: 19, 20). Mid-dehra kellhom karattru fuq tagħhom. Darba resqu lejn Ġesù u qalulu: “Mgħallem, irridu li dak li nitolbuk tagħmilhulna”. (ara Mk. 10: 35-41). Darb’oħra meta s-Sammaritani ma laqgħux lil Ġesù, dawn it-tnejn staqsewh: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?” (Lq. 9: 54). Ġesù kien isejħilhom Boanerges, jiġifieri “Ulied ir-ragħad”. (Mk. 3: 17)

B’danakollu, Ġesù kellu mħabba kbira lejn dawn iż-żewġ aħwa. U San Ġwann kien id-dixxiplu maħbub ta’ Ġesù.’ (Ġw. 21: 7)

Huwa kien preżenti fit-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù fuq l-għolja Tabor; meta Ġesù qajjem lit-tifla ta’ Ġajru, fl-agunija ta’ Ġesù fil-Ġetsemani. Flimkien ma’ Pietru, kien magħżul biex iħejji l-aħħar ikla. F’dik l-ikla nsibuh ħdejn Ġesù b’rasu fuq sidru. Kien ukoll l-uniku fost l-Appostli, li għalkemm l-iżgħar fosthom baqa’ mal-Madonna taħt is-salib meta Ġesù ġie msallab. Dam miegħu sakemm miet u difnuh.

Minn fuq is-salib, ftit qabel miet, Ġesù fdah f’idejn il-Madonna u fl-istess waqt talbu biex jieħu ħsieb lill-Madonna.

F’Ħadd il-Għid, Ġwanni (flimkien ma’ Pietru) mar jiġri ħdejn il-qabar ta’ Ġesù, u emmen li Ġesù kien qam mill-mewt. Kien hu wkoll l-ewwel wieħed, li għaraf lil Ġesù rxuxtat ħdejn il-baħar ta’ Tiberijade.

Ġwanni, kien ma’ Pietru ħdejn it-tempju, wara l-Pentekoste, meta sar l-ewwel miraklu kbir – il-fejqan ta’ wieħed magħtub minn twelidu, li minħabba f’hekk kellu jqatta’ l-lejl fil-ħabs, flimkien ma’ San Pietru.

Wara li waqqaf il-Knisja f’Ġerusalemm, huwa mar għal xi snin f’Efesu, fl-Asja Minuri (it-Turkija). Hawnhekk, skont tradizzjoni, għex mal-Madonna sakemm mietet u kiteb il-Vanġelu u l-ittri.

Minħabba t-tagħlim tiegħu huwa ġie eżiljat għal xi żmien fil-gżira ta’ Patmos, fejn kiteb l-Apokalissi (Apok.1: 9).

Huwa ħadha bil-qawwa kollha mal-eretiċi li kienu jgħidu li Ġesù ma kienx Alla u saħaq mal-Insara fuq il-kmandament tal-imħabba.

Huwa miet f’Efesu, l-aħħar fost l-Appostli, meta kellu madwar 94 sena.

Page 56: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 55

Riflessjoni: Hekk jgħid San Ġwann l-Evanġelista: kull min jemmen li Ġesù hu l-Messija hu mwieled minn Alla. Min hu dak li ma jemminx li Ġesù huwa l-Messija? Min ma jgħixx il-ħajja kif irid Kristu. Għax ħafna jgħidu: Jiena nemmen; u jaħsbu li l-fidi waħeda mingħajr opri tajba hi biżżejjed. Il-poplu li huwa ta’ dan it-tip għandu joqgħod attent għall-kliem tal-Appostlu San Ġakbu li jgħid: fidi mingħajr ħidma ma tiswa xejn. Għandhom ukoll jisimgħu lil Pawlu: fidi, li taħdem bl-imħabba. Kull min jemmen li Ġesù hu l-Messija hu mwieled minn Alla. Imma xi jfisser li temmen? Kull

min iħobb lill-Missier iħobb lil min twieled minnu. Immedjetament huwa għaqqad l-

imħabba mal-fidi, għax mingħajr l-imħabba l-fidi ma tiswa xejn. San Cesarju ta’ Arles

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 88, punti mit-2 u t-3 parti

…See what his tender love made Saint John do to respond to the love of Jesus for him. Reflect often that because Jesus gave himself entirely to us and for us, we too must give ourselves totally to him, do everything for him, and not seek ourselves in anything. Our whole care ought to be to detach ourselves from all things in order to attach ourselves to God alone, because nothing is equal to him and he is the only one to whom we can securely give our hearts ... … If we have love for Jesus and are loved by him, we cannot fail to be deeply loved by the Most Blessed Virgin. Because there is such a very close union between Jesus and his most holy Mother, all those who love Jesus and are specially loved by him greatly honor Mary and are also deeply cherished by this holy Mother of God. Let us make ourselves worthy of this tenderness of the Blessed Virgin. To obtain what we desire from her more easily, let us address ourselves to Saint John. As her dear son, in place of Jesus, he will secure for us from her what we cannot obtain by ourselves.

TALBA

Missier, għallimni kif nikkontrolla lili nnifsi. L-ispirtu tal-ħażen, l-għadu tagħna

qed idur madwarna bħal iljun feroċi lest biex jiblagħna.

Bil-qawwa tal-isem tad-demm u s-salib ta’ Ġesù aħna nieqfu sodi fil-fidi

u mmorru kontra kull setgħa ħażina. Ammen.

‘Doorway to Faith’

Missierna ...

Page 57: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

56 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, it-28 ta’ Diċembru Qaddisin Innoċenti – martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.1Ġwanni 1: 5-10, 2:1-2 Id-demm ta’ Ġesù Kristu jnaddafna minn kull dnub. 2. Salm 123: 2-5,7b,8 Ħajjitna ħelset mix-xbiek. 3. Mattew 2:13-18 Erodi qatel it-tfal subien kollha ta’ Betlem. QADDISIN INNOĊENTI – martri Tliet ijiem wara l-festa tal-Milied, il-knisja tfakkar il-martirju ta’ l-hekk imsejħa

Innoċenti. Din il-festa tweġġaħ lit-tfal subien li l-qtil tagħhom f’Betlem u madwarha taħt is-Sultan Erodi jissemma fit-tieni kap tal-Evanġelju ta’ San Mattew.

L-Innoċenti kienu mweġġħa bħala l-ewwel li mietu minħabba Kristu; huma, anzi, mietu minfloku – rimjiet, kif jgħid S. Wistin, maqtula fil-mument li dehru fid-dinja.

Billi Betlem ma kienx xi post kbir u l-popolazzjoni tiegħu mhux kbira ħafna, l-għadd ta’ dawn l-innoċenti ma jistax ikun li kien wieħed kbir, kif kienu jaħsbu fl-antik. L-għadd ta’ trabi li ġew maqtula aktarx hu inqas minn għoxrin.

Il-festa għall-ġieħ ta’ dawn it-trabi martri twaqqfet fis-seklu ħamsa.

Riflessjoni: Minħabba li lkoll aħwa, għalhekk, il-bnedmin kollha min-natura tagħhom, jirrelataw bejniethom, differenti, imma ġejjin mill-istess oriġini, natura u dinjità. U bis-saħħa ta’ dan, il-fraternità hija x-xibka tar-relazzjonijiet fundamentali li tibni l-familja umana maħluqa minn Alla. Sfortunatament, bejn l-ewwel ħolqien irrakkuntat fil-Ktieb tal-Ġenesi u t-twelid ġdid fi Kristu, li lil dawk li jemmnu jagħmilhom aħwa «ħalli dan ikun il-kbir fost l-aħwa» (Rumani 8,29), hemm ir-realtà negattiva tad-dnub, li bosta drabi tinterrompi l-fraternità tal-kreazzjoni u l-ħin kollu tisfigura s-sbuħija u n-nobiltà li nkunu aħwa membri tal-istess familja umana. Mhux biss Kajin ma jissaportix lil ħuh Abel, imma għall-għira joqtlu u jikkommetti l-ewwel fratriċidju. «Il-qtil ta’ Abel hu xhieda traġika tar-rifjut radikali tal-vokazzjoni li nkunu aħwa. L-istorja tagħhom (cfr Ġenesi 4,1-16) tikxef il-biċċa xogħol diffiċli li l-bnedmin kollha huma msejħin iwettqu: dik li jgħixu għall-għaqda u jieħdu ħsieb xulxin».

Il-Papa Franġisku ( l-1 ta’ Jannar 2015) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 89, l-1 punt

Today let us honor the innocence of these holy children, who had the privilege of dying before knowing evil and being able to do it. How fortunate they are, for their life was consecrated to God at an age when evil had not yet taken possession of their heart. They were snatched out of this world almost as soon as they had entered it, and this by an altogether special grace to be preserved from the corruption that is so difficult to escape in society.

Page 58: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 57

We have known the misery of the world, and we know only too well through our sad experience how rare it is to preserve innocence and purity of heart there. God has done us the favor of withdrawing us from it. Let us, then, thank him every day for so great a benefit and make our life innocent by seclusion, penance, and the holiness of our actions. To merit perseverance in so saintly a life, let us be faithful to all the smallest practices of the community and the smallest point of the Rule. In this way we will make up for the injury that the world, which we have so fortunately left, might have done to our innocence. We will also place ourselves in a sort of guarantee of not sinning any more during the rest of our life.

TALBA Verġni Mqaddsa Marija Omm Ġesù,

itfa’ l-ħarsa tiegħek ta’ omm, fuq it-tfal iż-żgħar

li għandhom f’wiċċhom dik il-ħarsa innoċenti. Ħelwa Ommna Marija,

ħu ħsieb dawn it-tfal f’din id-dinja mwergħa, u mexxi l-familji tagħna, lejn

Id-Dawl Divin ta’ Ibnek l-għażiż Alla ta’ mħabba, ħa jkunu tiegħek

u jibqgħu tiegħek. Br. Louis Camilleri

Missierna ...

Is-Sibt, id-29 ta’ Diċembru San Tumas Becket - isqof u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Ġwanni 2, 3-11 Min iħobb lil ħuh jgħammar fid-dawl. 2. Salm 95, 1-3.5b-6 Ħa jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art. 3. Luqa 2, 22-35 Dawl biex idawwal il-ġnus. SAN TUMAS BECKET (1118-1170) - isqof martri Tumas kien iben ta’ negozjant u twieled f’Londra. Huwa kien edukat fl-aqwa

skejjel tal-Ewropa u kellu l-patronaġġ tal-Arċisqof Theobald ta’ Canterbury li għamlu arċidjaknu tal-istess post u wara pproponieh bħala kanċellier tar-re ġdid Neriku II li kellu biss 21 sena.

Page 59: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

58 SIGNUM FIDEI

Tumas mexxa lis-sultan, kien jeħodlu ħsieb il-korrispondenza, kien kunsillier u l-aqwa diplomatiku tiegħu. Meta s-sedi ta’ Canterbury sfat vakanti Tumas inħatar mir-re bħala arċisqof u primat tal-Ingilterra.

Tumas kien iżomm bil-qawwa kollha mal-Papa, aċċetta l-prinċipji tar-Riforma Gregorjana, ta l-ewwel attenzjoni tiegħu lil dak li kellu x’jaqsam mas-saċerdozju u qies li l-ġid tad-dinja u l-libertà tal-Knisja kienu meħtieġa għall-ħidmiet tagħha spiritwali u l-karitajiet lill-fqar. Huwa mill-ewwel irriżenja minn kanċellier u ma damx ma qam konflitt mar-re dwar il-proprjetà tal-Knisja u l-privileġġ li l-kjeriċi jiġu pproċessati fi qrati tal-Knisja biss.

F’ċertu żmien Tumas iddgħajjef u mexxa l-isqfijiet biex jaċċettaw r-restrizzjonijiet tal-libertajiet tal-Knisja li kien hemm fil-kostituzzjonijiet ta’ Clarendon; iżda mbagħad reġa’ bdielu u rrifjuta li jiffirma d-dokument. Huwa ħarab lejn Franza, dam sitt snin fl-eżilju u reġa’ lura f’perjodu ta’ rikonċiljazzjoni, biex ġie maqtul fil-katidral tiegħu minn erbgħa min-nies tar-Re Neriku II.

Waqt li kien qed imut qal: “Jiena naċċetta l-mewt għall-isem ta’ Ġesù u għad-difiża tal-Knisja.” Huwa ġie kkanonizzat f’inqas minn sentejn wara mewtu.

Riflessjoni – dak li sar bniedem: “Min hu dan Alla? Dan Alla huwa dak li sar bniedem, bniedem bħalna. Huwa kompletament uman, daqs kemm jiena u inti aħna bnedmin u xejn min-natura tal-bniedem mhi ġdida għalih. Però Alla u l-bniedem fin-natura tagħhom, m’għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin. Għalhekk, meta ngħidu: ‘Dan il-bniedem hu Alla’, inkunu qed nifhmu xi ħaġa differenti. Id-divinità, fin-natura ta’ Ġesù Kristu, bħala bniedem, mhix xi ħaġa miżjuda. Dan, Ġesù Kristu li ġej minn ‘Fuq’, u għalhekk jissejjaħ Alla! Meta ngħidu, ‘dan il-bniedem huwa Alla’, ma nkunu la nżidu u lanqas innaqsulu xejn ... Il-fidi hija mkebbsa minn Ġesù Kristu, il-bniedem ... Jekk lil Ġesù Kristu niddiskrivuh bħala Alla, ma nkunux qed nitkellmu fuq il-qawwa u l-għerf tiegħu, imma fuq il-maxtura u s-salib tiegħu. M’hemmx ħolqien divin ieħor b’daqshekk qawwa u li jinsab kullimkien.”

‘God is in the manger’ – Dietrich Bonhoeffer Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 90, it-2 punt

Because our soul has been created by God only that we might enjoy him, all our happiness on earth consists in being attached to him alone, as the Royal Prophet says very well. It would be disgraceful for a soul, says Saint Leo, who shares in the divine nature to fall so low from its original nobility as to degrade itself by taking its pleasure in creatures. To whom ought we to give ourselves if not to the One from whom we have received everything, who alone is our Lord and our Father, and who, as Saint Paul says, has given being to all things and has made us only for himself? This thought and the gratitude we owe him for all his goodness to us ought to have frequently occupied our minds and touched our hearts during this year, in order to engage us to give ourselves entirely to God and to tell him, with Saint Augustine, My God, you have made us for you alone, and our hearts will never be at rest until they rest in you!

Page 60: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 59

TALBA O Alla,

li tgħammar f’dawl li ma tistax tersaq lejh, inti ġejt fostna biex iddawwalna. Iftħilna għajnejna sabiex naraw

il-glorja tiegħek moħbija fir-rivelazzjoni tal-ħajja ta’ kuljum;

iftħilna qalbna biex nirċevuk, bil-fidi qawwija ta’ Xmun.

Dan nitolbuk bi Kristu sidna ibnek, li jgħix u jsaltan miegħek,

flimkien mal-Ispirtu s-Santu Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen. ‘Magnificat’

Missierna ...

Il-Ħadd, it-30 ta’ Diċembru Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Samwel 1, 20-22.24-28 Samwel mogħti lill-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajtu. 2. Salm 83, 2-3.5-6.9-10 Henjin dawk li jgħammru f’darek, Mulej. 3. 1 Ġwanni 3, 1-2.21-24 Nistgħu nissejħu wlied Alla, u hekk aħna tassew! 4. Luqa 2, 41-52 Il-ġenituri sabu lil Ġesù fit-tempju, bilqiegħda f’nofs l-għalliema. IL-FAMILJA MQADDSA TA’ ĠESÙ, MARIJA U ĠUŻEPPI Id-devozzjoni lejn il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi żviluppat

fis-seklu sbatax. Il-festa liturġika tal-Familja Mqaddsa ta’ Nazzaret mhijiex waħda qadima

ħafna fil-Liturġija; kellha bidu fil-Kanada mill-ewwel isqof ta’ Quebec fis-seklu 18. Hu rrealizza r-rwol importanti tal-familja fit-tixrid tal-influwenza salvifika

Page 61: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

60 SIGNUM FIDEI

tal-Knisja fis-soċjetà. Hu ħejja talb għall-quddiesa li fiha hu xebbah u ddedika l-familja Nisranija mal-Familja Mqaddsa ta’ Nazzaret.

Fl-1921 il-Papa Benedittu XV estenda din iċ-ċelebrazzjoni għall-Knisja kollha u ordna li tkun osservata fl-ewwel Ħadd fuq l-Epifanija. Mir-riforma tal-Kalendarju Universali tal-1969, il-Festa tal-Familja Mqaddsa bdiet issir jew il-Ħadd li jiġi fl-Ottava tal-Milied, jew, jekk il-Milied ikun ħabat il-Ħadd, allura ssir fit-30 ta’ Diċembru.

Fid-dar ċkejkna u umli ta’ Nazzaret, Ġesù, Marija u Ġużeppi pprattikaw il-virtujiet domestiċi tal-imħabba, l-ubbidjenza u l-għajnuna lil xulxin u b’hekk qaddsu l-ħajja tal-familja. Hemmhekk ukoll huma sabu hena u paċi fit-talb flimkien. Il-familji Nsara għandhom iħarrġu hawn fid-dinja l-virtujiet tal-Familja Mqaddsa u b’hekk jimmeritaw ħajja fis-sħubija tagħha fil-ġenna.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Huwa propju l-fatt li din il-festa bdiet tiġi ċċelebrata ftit iktar minn seklu ilu li jurina l-iskop tagħha. Il-Papa Ljun XIII ried ipoġġi l-familja ta’ Nazzaret bħala mudell għall-familji Nsara biex iħarsu rwieħhom mill-istili ta’ ħajja ġodda li kienu diġà bdew inaqqru l-valuri u l-karatteristiċi fundamentali tal-familja. Minkejja l-biża’ dwar dan, il-familja rnexxielha tadatta ruħha u l-qagħda li tinsab fiha llum mhix daqshekk ħażina daqskemm kien imbassar.

Għad baqa’ sens li niċċelebraw din il-festa llum? Is-sens insibuh meta naqraw bir-reqqa l-vanġelu tal-lum. Kif jista’ jkun li żewġ ġenituri attenti jindunaw li binhom kien mitluf wara ġurnata sħiħa? U iben bil-għaqal kif kien Ġesù jirrispondihom mingħajr ma jagħti kas ta’ kemm kienu inkwetati ommu u missieru? San Luqa jirrakkonta dan il-fatt li jantiċipalna kif xi għoxrin sena wara Ġesù kellu jerġa’ jmur Ġerusalemm għall-Għid tiegħu stess. Hekk hawnhekk jerġa’ jintilef għall-familja l-ġdida tiegħu biex jinstab wara tlett ijiem imqajjem mill-mewt, ħaj għal dejjem.

It-tweġiba stramba tat-tfajjel “għaliex kontu qegħdin tfittxuni?” tixbaħ ħafna lit-tweġiba li l-anġlu jagħti lin-nisa “għaliex tfittxu qalb il-mejtin lil dak li hu ħaj?”

It-tfajjel fit-tempju qalb l-għorrief jurina lil Ġesù rebbieħ fuq id-dnub u l-mewt u jurina l-misteru tal-Għerf Divin li jġiegħel anke lil min l-iktar kien jopponieh biex jaċċettah.

Għalekk il-festa tal-lum għandha żewġ tifsiriet, waħda li Alla huwa Trinità – “familja” ġie fostna permezz ta’ familja li bil-fidi u l-imħabba saret l-iżjed xbiha ċara tal-mudell divin. Id-dinjità ta’ kull familja hija indiskutibbli, min-naħa l-oħra, lill-familji tal-lum imħabbtin bi problemi ta’ kull xorta, u mtaqqla bil-kriżijiet ta’ kull tip, din il-festa toffri kriterji ta’ kif għandhom jinterpretaw ħajjithom fuq dik ta’ Ġesù, il-mewt u l-qawmien tiegħu.

Il-vanġelu tal-lum fil-fatt iħabbrilna kif fid-dawl tal-fidi kull telfa tista’ twassal għal sejba ġdida, li fin-nuqqas ta’ sens ta’ ħafna stejjer familjari, spiss hemm moħbija rivelazzjoni ta’ tifsira ġdida. Li saħansitra fil-kriżijiet l-iktar profondi, Alla bil-paċenzja, imma bil-qawwa kollha qiegħed jaħdem għas-salvazzjoni tagħhom.

Page 62: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 61

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 91, l-1 punt

It is an obligation for you to act toward your superiors as toward God. Such is the advice given to you by the Apostle. Because you have a body with senses and because God’s interior guidance does not suffice to lead you to him, you need guides who direct you through your senses. This is why God has given you superiors, whose duty it is to hold God’s place in your regard and to guide you on the way to heaven externally as God guides you internally. How have you acted during this year toward your superiors? Have you regarded them as God’s ministers who have been given to you by him and hold his place, for it is only through the authority that God has entrusted to them and shared with them that they have a right to guide and to command you? Is it with this motive that you have been submissive to their guidance? During this year, have you been as dependent on your superiors as you depend on God? With this conviction, have you felt obliged to obey them in all things and as you believe you must obey God, who has said, Who hears you, hears me? Have you been firmly convinced in the depths of your heart that all they tell you is on the part of God, or to say it better, that it is God who is telling you? From this day onward, adopt these dispositions toward your superiors.

TALBA Mulej, bil-grazzja u l-qawwa ta’ mħabbtek,

għallimna nħobbu u naqdu lil għajrna. Agħmel li dejjem niftakru f’dak li inti għidt:

“Tassew ngħidilkom, kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar

fost dawn ħuti,għamiltuh miegħi”. (Mat. 25:40) Ammen.

‘Doorway to Faith’ Missierna ...

It-Tnejn, il-31 ta’ Diċembru San Silvestru I - Papa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Ġwanni 2, 18-21 Għandkom id-dilka mill-Qaddis, u dan tafuh ilkoll. 2. Salm 95, 1-2.11-13 Ħa jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art. 3. Ġwanni 1, 1-18 Il-Verb sar bniedem.

Page 63: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

62 SIGNUM FIDEI

SAN SILVESTRU I (? – 335) – Papa San Silvestru kien iben ta’ wieħed Ruman jismu Rufinu. Il-Papa San

Marċellinu ordnah qassis f’dak iż-żmien ta’ paċi qabel bdiet il-persekuzzjoni ta’ Djoklezjanu. Imbagħad fil-persekuzzjoni, il-qaddis wera qlubija l-iktar kbira.

Fi żmienu saru l-abdikazzjonijiet tal-Awgusti Djoklezjanu u Massimiljanu. Ra jseħħ it-trijonf ta’ Kostantinu l-Kbir, fis-sena 312.

Wara l-mewt tal-Papa San Milzjade, San Silvestru nħatar bħala s-suċċessur tiegħu, it-33 Papa, fis-sena 314.

San Silvestru mexxa l-Knisja b’għaqal u responsabbilità kbira, meta l-Knisja, bis-saħħa ta’ Kostantinu l-Kbir, ħarġet mill-Katakombi.

Permezz tad-delegati tiegħu, San Silvestru I, ħa sehem fil-Konċilju ta’ Arles fis-sena 314, li kkundanna l-ereżija tad-Donatisti u wettaq il-validità tas-sagramenti amministrati mill-eretiċi; approva l-Konċilju ta’ Anċira, fejn twaqqaf li l-midinbin niedma għandhom jiġu milqugħa lura fil-Knisja, ikunu xi jkunu dnubiethom; approva l-ewwel Konċilju Ekumeniku, dak ta’ Niċea, fis-sena 325, li kkundanna l-ereżija ta’ Arju, li Ġesù mhux Alla u għalhekk il-Madonna mhix Omm Alla u fformula l-Kredu ta’ Niċea.

Fi żmien il-Papat tiegħu nbnew il-knejjes kbar ta’ San Pietru, ta’ Santa Croce, ta’ San Lawrenz Fouri le Mura, ta’ San Silvestru, u oħrajn. Fi żmienu wkoll il-Palazz tal-Lateran sar ir-residenza uffiċjali tal-Papa.

San Silvestru miet fil-31 ta’ Diċembru tas-sena 335. Kien ilu Papa 21 sena. Riflessjoni – Is-Sena l-Ġdida: “Fil-bidu ta’ sena ġdida, kulħadd jipprova jagħmel lista ta’ vizzji ħżiena li hu jixtieq ibiddel. Spiritwalment kemm proponimenti għamilna - biex nibdew b’intenzjoni tajba – però ħafna għadhom marbuta mal-paganiżmu tagħhom. Jemmnu li intenzjoni tajba tfisser bidu ġdid; jaħsbu li weħedhom jistgħu jibdew mill-ġdid, meta jridu. Imma din hi illużjoni ħażina: huwa biss Alla li jista’ biss joħloq bidu ġdid mal-bniedem meta jrid hu u mhux il-bniedem. Għalhekk il-bniedem ma jistax jagħmel bidu ġdid ma’ Alla, iżda biss jitolbu għal dan il-għan. Meta l-bniedem jipprova jgħix għal rasu, hu jibqa’ marbut mal-imgħoddi u l-passat. Fejn hemm Alla biss jista’ jkun hemm bidu ġdid. Aħna ma nistgħux nikkmandaw ’l Alla biex jagħtina dan, iżda nistgħu biss nitolbuh jagħtihulna. U dan nistgħu nitolbuh biss meta aħna nagħarfu li mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn, u l-limitu tagħna daqshekk jasal, li xi ħadd ieħor għandu bidu ġdid għalina.”

‘God is in the manger’ – Dietrich Bonhoeffer Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 92, it-2 punt It is no less important to be faithful to the Rule outside the house than in it, because we ought to edify our neighbor, which must be especially required of religious people. The first thing we must pay attention to is great self-control. Saint Paul recommends this to the faithful above all things. Let your self-control, he says, be known to everyone. This is as if he said, do not be self-controlled only when you are alone and in private, as you must be, of course, because the Lord is near you,

Page 64: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 63

but also act in the same way before everyone. Thus, when you are outside the house, act in such a way that all may recognize and be edified by your self-control. This is necessary because you work for the salvation of others, and you must begin by giving them good example in order to win them to God. You must also carefully observe silence in the streets and, as your Rule prescribes, say the rosary, so as not to be distracted by what comes before your eyes. You ought, instead, to be occupied with the presence of God. Patience and silence especially are equally necessary for you when people say something insulting or that is liable to trouble you. Have you been faithful to all these practices during this year? They are of very great importance for you if you do not want to scandalize others and to be distracted in the streets. A person consecrated to God must be easily distinguished from a secular by his exterior appearance and by the way he acts, because he owes edification not only to prudent people, as Saint Paul says, but also to those who are not such and who often take scandal over everything, especially in the case of religious.

TALBA Mulej Ġesù,

fik, iż-żmien u l-istaġuni jilħqu l-milja tagħhom. F’dan l-aħħar jum tas-sena,

ġedded fil-poplu tiegħek it-tama għall-milja tal-libertà,

il-paċi u l-imħabba, inti li tgħix u ssaltan fil-Missier, fl-għaqda mal-Ispirtu s-Santu,

Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen Magnificat

Missierna ...

JGĦIX ĠESÙ

F’QALBNA!

GĦAL DEJJEM

Page 65: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

64 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil: Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 66: DIĊEMBRU 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · Għinna Missier bil-grazzja tiegħek biex inħobbu u nibżgħu biss minnek, imla ’l qlubna b’kuraġġ ferrieħ u fiduċja

SIGNUM FIDEI 65

TALBA

GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, int għażilt lil

San Ġwann Battista De La Salle

biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ;

qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel

li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ,

sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna,

li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu,

għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen.