“Dar Birzebbuga”, Triq Santa Marija, Birżebbuġa Tel : +356 21650165 e-mail: [email protected]
MINUTI
Laqgħa tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa
7 LEĠISLATURA
Laqgħa Annwali
It-Tnejn 3 ta’ Diċembru, 2018 Il-Kunsill Lokali Birżebbuġa sejjaħ il-laqgħa annwali tal-Lokalita’ li nżammet fis-Sala tal-Komunità, li tinsab fl-indirizz ‘Dar Birżebbuġa’, Dawret Qalb Imqaddsa, Birżebbuġa, fis-6.00 ta’ filgħaxija. PREŻENTI: Is-Sur Joseph Cutajar (JC) Sindku Is-Sur Joseph Baldacchino (JB) Viċi Sindku Is-Sinjorina Leanne Abela Grech (LAG) Kunsillier Is-Sinjura Josette Busuttil (JBD) Kunsillier Is-Sur Sandro Alexander Caruana (AC) Kunsillier Is-Sur Stanley Zammit (SZ) Kunsillier Is-Sur Johann Borg (JBO) Kunsillier Membri tal- Pubbliku: (appross. 45) ASSENTI b’APOLOĠIJI (Skont Ordni Permanenti 14A (3): Nil ASSENTI Nil UFFIĊJAL PREŻENTI: Is-Sur Svetlick Flores – Segretarju Eżekuttiv
2 of 5 | P a ġ n a
Minuti tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa – Laqgħa tal-Lokalita Diċembru 2018 – Leġislatura Numru 7
Minuti
Is-Sindku, is-Sur Joseph Cutajar ippresjeda l-laqgħa.
1 Indirizz ta’ Merħba; 1.1. Is-Sindku JC ta merħba lil dawk preżenti, u rringrazzja lill-pubbliku u lill-membri tal-
Kunsill tal-preżenza tagħhom.
2 Rapport ta’ Ħidma tal-Kunsill għas-Sena 2018 2.1. Is-Sindku JC talab lis-Segretarju Eżekuttiv jippreżenta r-rapport li jelenka l-ħidma
tal-Kunsill matul is-sena 2018, (Anness Dok A).
3 Estimi Finanzjarji 3.1. Is-Sindku JC talab lis-Segretarju Eżekuttiv jippreżenta l-estimi finanzjarji għas-sena
2019.
3.2. Is-Segretarju Eżekuttiv spjega l-punti saljenti tal-estimi finanzjarji, li jirrigwardjaw id-dħul, l-infiq rikorrenti, u l-infiq kapitali pjanat mill-Kunsill.
4 Interventi mill-Pubbliku
4.1. Ma kienx hemm kummenti mqajjma relatati mal-estimi finanzjarji.
4.2. Resident irrimarka dwar il-bżonn ta’ rifreskar tas-senjalazzjonijiet tat-traffiku, fi Triq iż-Żurrieq.
4.3. Residenti staqsa dwar iż-zebra crossing ta’ Misraħ il-Knisja, li fil-preżent hemm
parti minnha bla dawl.
4.3.1. Huwa kien infurmat li hemm ħsarat li saru mill-kuntrattur waqt ix-xogħlijiet tal-Enemalta u għaddejjin id-diskussjonijiet mal-Enemalta sabiex dawn jiġu rranġati.
4.4. Resident irrimarka li l-ġabra tal-iskart qed iddum. 4.4.1. Huwa kien infurmat li saret bidla fil-kuntrattur mis-Sibt 1 ta’ Diċembru,
u l-problema mistennija li tissolva.
3 of 5 | P a ġ n a
Minuti tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa – Laqgħa tal-Lokalita Diċembru 2018 – Leġislatura Numru 7
4.5. Numru ta’ residenti talbu li jkun hemm pjattaforma fejn ikun hemm iktar
informazzjoni pubblika u aċċessibbli. 4.5.1. Kien hemm suġġeriment li jkun hemm iktar komunikazzjoni, permezz
ta’ iktar laqgħat pubbliċi mar-residenti, bħal eżempju kull tlett xhur.
4.6. Resident staqsa dwar jekk hux ser issir it-trakka tal-karozzi f’Birżebbuġa, inkluż
f’Ħal Far. 4.6.1. Kien infurmat li l-Kunsill mhuwiex infurmat b’dan, u s’issa ma
ssemmiex post fejn din ser issir.
4.7. Residenta irrimarkat dwar bżonn ta’ immaniġġjar tat-traffiku aħjar fi Triq iż-Żurrieq, li jinkludi anke zebra crossing, minħabba l-periklu li hemm. 4.7.1. Kienet infurmata li fil-preżent sar disinn li ġie propost lil Transport
Malta għall-immaniġġjar aħjar.
4.8. Resident talab sabiex l-isleeping policemen li hemm fi Triq San Filippu, jitwalu iktar lejn il-bankini, u dan sabiex ma jkunx hemm vetturi li jippruvaw jiskapolawhom, b’riskju li joħolqu aċċident.
4.9. Resident talab li jsir pont żgħir bħala passaġġ bejn il-prominade u l-Lukanda Water’s Edge u san sabiex ikunu jistaw jaqsmu in-nies meta ikun hemm l-għargħar tal-ilma tax-xita.
4.10. Resident staqsa jekk hux ser isir parkeġġ fi Triq San Patrizju meta jsir l-proġett tal-
parkeġġ u miljorament.
4.10.1. Huwa kien infurmat li ser isir parkeġġ fit-triq, iżda għad m’hemmx pjanti finali mgħotija lill-Kunsill.
4.11. Resident issuġġerixxa tagħlim ta’ kompjuter.
4.12. Resident tkellem dwar blokk ta’ bini fi stat delapidat fi Triq San Patrizju, u staqsa
x’passi ittieħdu.
4.12.1. Huwa kien infurmat li saru diversi rapporti lill-Awtoritajiet kompetenti.
4.13. Residenti tkellmu dwar il-Freeport u diversi problemi relatati miegħu, fostom dawk ta’ storbju u dħaħen.
4 of 5 | P a ġ n a
Minuti tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa – Laqgħa tal-Lokalita Diċembru 2018 – Leġislatura Numru 7
4.13.1. Kien hemm suġġeriment li pressjoni ssir permezz anke tan-nies stess, billi jitkellmu kollettivament, anke billi jsiru laqgħat mad-diriġenti tal-Freeport.
4.14. Residenti irrimarkaw li wettqu studju dwar dħaħen u storju tal-Freeport u li ser ikunu qed jippreżentawh formalment lill-Kunsill.
4.15. Residenti staqsew dwar is-ship to shore supply, u staqsew meta dan ser jidħol fis-
seħħ, għax b’din il-miżura jitnaqqsu konsiderevolment il-problemi ġġenerati mill-Freeport
4.15.1. Huma kienu infurmati li l-cable mill-Enemalta twassal sal-Freeport,
iżda dan ma jfissirx li ser jopera b’mod immedjat. Dan għaliex trid issir l-infrastruttura mill-Freeport kif ukoll mill-vapuri innifishom.
4.16. Residenti rrimarkaw dwar l-aċċessi fuq il-prominade:
4.16.1. li l-aċċess għal taħt il-prominade mir-rampa u l-barrier qed ikun liberu
wisq, fejn dawk li għandhom aċċess qed jiftħu u jħallu lill-terzi persuni jinżlu f’dik iż-żona bil-vetturi.
4.16.2. Vetturi privati u kummerċjali qed jidħlu fl-ispazju pedonali fejn il-lukanda Water’s Edge.
4.16.3. Vetturi privati u kummerċjali qed jidħlu fil-promenade minn-naħa tal-klabb tal-boċċi.
4.17. Resident talab li l-minuti tal-laqgħat tal-EMC mal-Freeport jiġu ppubblikati.
4.18. Resident tkellem dwar il-possibilta’ li jsir park rikreattiv f’Birżebbuġa, in-naħa ta
Ħal Far.
4.19. Residenta staqsiet dwar il-proġett tal-iskatepark, u liema żgħażagħ għażlu l-post.
4.19.1. Kienet infurmata li saru numru konsiderevoli ta’ laqgħat ma’ diversi żgħażagħ, li minnhom jidhru ukoll fil-filmat pubbliċitarju.
4.20. Residenta ssuġġerit l-użu ta’ Fondi Ewropej fir-rigward ta’ ħarsien tal-kultura u storja.
4.21. Resident irrimarka dwar id-dħaħen tossiċi li qed ikun hemm ħerġin minn impjanti f’Ħal Far.
5 Għeluq tal-laqgħa
5 of 5 | P a ġ n a
Minuti tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa – Laqgħa tal-Lokalita Diċembru 2018 – Leġislatura Numru 7
5.1. Il-Kunsill irrimarka li ttieħdet nota tas-suġġerimenti riċevuti, u li ser ikunu ikkunsidrati mill-istess Kunsill.
5.2. Is-Sindku irringrazzja lill-membri tal-pubbliku preżenti talli għoġobhom jattendu u jipparteċipaw.
5.3. Ir-Residenti talbu li jkun hemm iktar laqgħat pubbliċi matul is-sena sabiex jiġu diskussi suġġetti varji.
5.4. Il-laqgħa intemmet fis-7.30 ta’ filgħaxija.
Konfermati, illum 7 ta’ Jannar 2018. Iffirmati Iffirmati Joseph Cutajar Svetlick Flores Sindku Segretarju Eżekuttiv
Top Related