Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali...

21
Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) Rapport Annwali Amministrattiv JANNAR - DIĊEMBRU 2012 Il-Hames Sena tal-Leġislatura Tal-Ħames Kunsill Lokali 2007 – 2012 u l-Ewwel Sena tal-Legislatura Tas-Sitt Kunsill Lokali 2012-2015 Werrej L-Introduzzjoni tas-Sindku 2 Il-Kunsill 3 Il-Finanzi u l-Ħidma tal-Kunsill 6 Il-Ħidma tal-Kunsill 10 L-Iskeda tal-Varjazzjonijiet fid-Dħul u fin-nefqa 29

Transcript of Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali...

Page 1: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto)

Rapport Annwali Amministrattiv

JANNAR - DIĊEMBRU 2012

Il-Hames Sena tal-Leġislatura Tal-Ħames Kunsill Lokali 2007 – 2012

u l-Ewwel Sena tal-Legislatura

Tas-Sitt Kunsill Lokali 2012-2015

Werrej

L-Introduzzjoni tas-Sindku

2

Il-Kunsill

3

Il-Finanzi u l-Ħidma tal-Kunsill 6

Il-Ħidma tal-Kunsill

10

L-Iskeda tal-Varjazzjonijiet fid-Dħul u fin-nefqa

29

Page 2: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

2

1.0 L-Introduzzjoni tas-Sindku Nilqagħkom għal dan l-ewwel Rapport Annwali Amministrattiv tiegħi bħala Sindku biex naghti rendikont tal-hidma li saret fis-sena li ghaddiet u biex il-Kunsill jelenka ix-xogholijiet li saru. Kif dejjem shaqt, il-Kunsill ma ghandux ikun tal-bankini u t-toroq biss izda ghandu impenn socjali, kulturali u edukattiv x’ihares. Il-Kunsill kien minn tal-ewwel biex jghin lill-ghaqdiet lokali fl-organizzar ta’ numru ta’ attivitajiet fil-lokalita’ taghna. Il-kalendarju kulturali f’Hal Qormi, li ghandu dimensjonijiet nazzjonali, huwa rikk u mimli daqs bajda. Attivitajiet fil-karnival, fil-Gimgha Mqaddsa, Akkademji Muzikali mill-baned taghna, Drammi, Attivitajiet nazzjonali tal-Massa bhal Springfest, Casal Fornaro, Wine Festival, Malta Records u ohrajn, imlew mhux bi ftit il-kalendarju taghna. Bħala għalliema li nħobb ħafna t-tfal xtaqt li l-ewwel priorita' tieghi tkun dik li naghtu bandli godda u tal-oghla sigurta' lit-tfal taghna. It-tfal ghandhom hafna energija u wara gurnata skola jridu post fejn jiddevertu u jirrilissaw flimkien mal-hbieb, il-genituri jew in-nanniet taghhom. It-tfal jibqghu fic-centru tal-hidma tieghi, ftit iktar minn xahar inawgurajna il-progett tar-Reading and Learning zone, progett edukattiv u innovattiv li intghogob hafna mic-cttadini Qriema u dawk ta’ lokalitajiet ohra hekk kif kien l-ewwel wiehed f'Malta tax-xorti tieghu. fil-fatt kien irrapurtat fuq diversi mezzi tax-xandir fosthom stazzjonijiet tar-radju, gazzetti u fuq l-istazzjijiet televizivi. Dan il-progett jinkludi fih il-kuncett innovattiv ghal pajjizna tal-Book box. Il-book box hija librerija fi gnien pubbliku f'forma ta’ kaxxa telefonika ta' lewn ahmar. L-idea hija li filwaqt li niggieldu l-illitterizmu, nrawwmu fit tfal taghna l-importanza tal-qari. Il-bookbox tahdem billi tiehu ktieb u tpoggi iehor biex b'hekk dejjem ikun hemm kotba differenti. Din ir-reading and learning zone hija certament ta' beneficcju ghall-ghalliema hekk kif jistghu facilment jaghmlu sessjonijiet ta’ story telling mal-istudenti taghhom f'ambjent stimulanti u rikreattiv li jmur lil hinn mill-erbgha hitan tal-klassi. Nistedinkom biex taqraw dan ir-rapport fid-dettal biex taraw il-hidma tal-Kunsill Lokali. Inwegħed li ser inkunu qed nisimghu ghas-suggerimenti u lmenti taghkom fil-profond bħalma dejjem għamilna. Rosianne Cutajar Sindku

Page 3: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

3

2.0 Il-Kunsill 2.1 IL-KUNSILL Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, Citta’ Pinto, belt b’popolazzjoni ta’ madwar 17,300 skont il-popolazzjoni stmata għal kull lokalita', huwa magħmul minn Ħdax-il Kunsillier, b’Sindku u Viċi-Sindku, eletti direttament mill-poplu Qormi. L-Amministrazzjoni tal-Kunsill, bir-responsabilitajiet kollha skont l-Att XV ta’ l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali, hi mmexxija mis-Segretarju Eżekuttiv, bl-assistenza ta’ ħames impjegati skrivani fix-xogħol tal-Uffiċċju. Biex jgħinu fil-ħidma tiegħu, il-Kunsill jaħtar Kumitati/Sotto Kumitati, fejn il-funzjoni ta’ dawn il-Kumitati/Sotto Kumitati, imwaqqfa fi ħdan il-Kunsill, hija proprju li jipproponu, jiddiskutu u jassistu lill-Kunsill fit-tħejjija tal-pjanijiet tiegħu sabiex ikunu mwettqa dawk ir-responsabbilitajiet fdati lill-Kunsill, bħala Gvern Lokali. Matul din is-sena saru l-elezzjonijiet lokali fejn rat bidla fis-Sindku kif ukoll f’sitt Kunsillieri ġodda. Għaldaqstant mill-1 ta’ April 2012, il-Kunsill kien iffurmat kif ġej, fejn hemm mniżżel ukoll il-Kumitati u r-responsabiltajiet ta’ kull kunsillier. Is-Sindku Rosianne Cutajar tmexxi l-Kumitat tal-Finanzi bil-Viċi Sindku Jesmond Aquilina bħala Viċi Chairman u l-Kunsillier Ralph Puli bħala membru. Is-Sindku Rosianne Cutajar jmexxi l-Kumitat tal-Proġetti u l-Kumitat tal-Kuntratti, bil-Viċi Sindku Jesmond Aquilina bħala Viċi Chairman u l-Kunsilliera Angelo Briffa bħala membru. Il-Viċi-Sindku Jesmond Aquilina huwa r-rappreżentant tal-Kunsill fuq il-Kumitat Reġjonali Nofsinhar. Fl-istess waqt kull Kunsillier għandu assenjat responsabbilta’ fil-ħidma tas-Sitt Kunsill kif ġej:

Lista ta’ Responsabbiltajiet ta’ kull Kunsillier fis-Sitt Kunsill

Sindku Rosianne Cutajar Kumitat Finanzi (Chaiperson); Kumitat Kuntratti (Chairperson);; Kumitat Progetti Infrastrutturali (Deputat Chairperson); Relazzjonijiet mal-Media; Editur tal-Gurnal Id-Dielja; Ir-Ricerka u l-Izvilupp Sostennibbli; L-ilmenti taċ-Ċittadini; Ordni Pubblika; Il-Politika Soċjali (Djalogu u Konsultazzjoni); Premju INT

Viċi Sindku Jesmond Aquilina Rappreżentant fir-Reġjun; Kunsillier Ralph Puli Kumitat Finanzi; Kumitat Kuntratti; Kumitat Proġetti Infrastrutturali; Tismija ta’ Toroq

Kunsillier Bjorn Azzopardi Edukazzjoni * ; Widien u Periferiji

Kunsillier Robert Cremona

Page 4: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

4

Edukazzjoni; Animal Welfare

Kunsillier Jason Busuttil Kultura * ; Wirt Storiku.

Kunsillier Charles Farrugia Ambjent * ; Wirt Storiku * ; Anzjani

Kunsillier Jerome Caruana Cilia Żgħażagħ; Gender Equality

Kunsillier Margaret Mercieca

Kultura; Sports

Kunsillier Antoine Saliba Żgħażagħ * ; Sports * ; Ħidma Internazzjonali (inkluż Ġemellaġġi, Turizmu, Eu Funding)

Kunsillier Sean Meli Ħarsien Soċjali (Saħħa u Sigurta’, Persuni b’Diżabilita’) * ; Komunita

Kummercjali;

* Chairperson f’każ ta’ Sotto-Kumitat 2.2 PARTEĊIPAZZJONI FIL-LAQGĦAT TAL-KUNSILL Bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u t-31 ta’ Marzu 2012 inżammu hames (5) laqgħa tal-Kunsill, ġeneralmet dejjem nhar ta’ Tlieta fis-7.00 ta’ fil-għaxija, u l-attendenza kienet hekk: KUNSILLIERA LAQGĦAT PREŻENTI

SKUŻAT/A %

1 Is-Sindku Jesmond Aquilina 5 5 0 100% 2 Il-Kunsillier Ralph Puli 5 5 0 100% 3 Il-Viċi Sindku Kenneth Busuttil 5 5 0 100% 4 Il-Kunsillier Bjorn Azzopardi 5 5 5 100% 5 Il-Kunsillier Jason Busuttil 5 1 3 20% 6 Il-Kunsillier Dennis Zammit 5 5 0 100% 7 Il-Kunsillier Jeffrey Camilleri 5 5 0 100% 8 Il-Kunsillier Angelo Briffa 5 5 0 100% 9 Il-Kunsillier Margaret Mercieca 5 4 1 80%

10 Il-Kunsillier Simon Peter Vella Gregory 5 4 1 80% 11 Il-Kunsillier Thomas Harmsworth 5 3 2 60%

Nirringrazzja lill-Kunsilliera kollha għall-ħidma tagħhom fil-Kunsill matul din is-sena 2012. Bejn l-1 ta’ April 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2012 inżammu ghaxar (10) laqgħat tal-Kunsill, u l-attendenza kienet hekk:

Page 5: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

5

KUNSILLIERA LAQGĦAT PREŻENTI SKUŻAT/A ASSENTI %

1 Ralph Puli 10 10 0 0 100% 2 Rosianne Cutajar 10 10 0 0 100% 3 Jesmond Aquilina 10 10 0 0 100% 4 Bjorn Azzopardi 10 10 0 0 100% 5 Robert Reno Cremona 10 8 2 0 80% 6 Jason Busuttil 10 9 1 0 90% 7 Carmel Farrugia 10 9 1 0 90% 8 Jerome Caruana Cilia 10 9 1 0 90% 9 Margaret Mercieca 10 8 2 0 80%

10 Antoine Saliba 10 10 0 0 100% 11 Sean Meli 10 10 0 0 100%

Nirringrazzja lill-Kunsilliera kollha għall-ħidma tagħhom fil-Kunsill matul din is-sena 2012. 2.3 L-AMMINISTRAZZJONI TAL-KUNSILL: Matul din is-sena wkoll l-Amministrazzjoni tal-Kunsill taħt it-tmexxija tas-Segretarju Eżekuttiv kienet komposta bħas-snin ta’ qabel hekk:

John A. Farrugia BA Kap Eżekuttiv, Amministrattiv u Finanzjarju Kenneth Brincat MSc., Dip. Kap Eżekuttiv, Amministrattiv u Finanzjarju Marilyn Gatt Baldacchino: Sezzjoni Finanzi u Akkwist ta’ Servizzi Karen Camilleri: Sezzjoni tar-Relazzjonijiet/Amministrazzjoni Ritienne Sammut: Sezzjoni Amministrazzjoni Maria Aquilina: Sezzjoni tar-Relazzjonijiet mar-residenti Bernice Darmanin: Sezzjoni tar-Relazzjonijiet mar-residenti

Mill-1 ta’ April 2012, il-kariga tas-Segretarju Ezekuttiv ġiet mimlija mis-Sur Kenneth Brincat wara li s-Sur John Farrugia irtira bl-eta. Matul din is-sena l-Ħaddiema ssekondati mal-Kunsill kienu:

Is-Sur Victor Camilleri Industrial Project Services Ltd – ex Tarzna/Shipbuilding Is-Sur Frankie Agius Industrial Project Services Ltd – ex Tarzna/Shipbuilding

Il-Konsulenti tal-Kunsill:

Servizz Legali lill-Kunsill L-Avukat Stefan Zrinzo Azzopardi LLD Servizz ta’ Perit Il-Perit William Lewis A&CE

Matul din is-sena, permezz tal-iskema mħaddma mill-ETC, komplew jitħaddmu ħames ħaddiema li ġew imqabbda jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni ta’ diversi ġonna u postijiet, kif ukoll ħaddiema klerikali li tagħmel xogħol ta’ receptionist.

Page 6: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

6

3.0 Il-Finanzi u l-Ħidma tal-Kunsill 3.1 IL-FINANZI TAL-KUNSILL ID-DĦUL Dħul mill-Gvern €1,172.820 L-Allokazzjoni annwali għas-sena 2012 kienet ta’: € 1,023.841 Dħul ieħor mill-Gvern € 148,979 Dħul minn Bye-laws ta’ €2,621 Bye-Laws - Advertising on Street Furniture € 1,621 Bye-Laws - Użu ta’ Faċilitajiet € 1,000 Dħul minn Kontravvenzjonijiet ta’ €17,228 Id-Dħul minn Administration Charges € 17,228 Id-Dħul minn attivitajiet oħra li jidher taħt Dħul Ġenerali ta' €68,374 Servizzi Komunitarji € 24,084 Cultural Events € 0 Kotba tal-Kunsill € 25 Sponsorships € 0 Dħul ieħor € 0 Dokument/ u Information Charges € 2,610 Dħul mill-Media € 0 Contractors' Guarantees Withdrawn € 0 Kontribuzzjonijiet € 19,727 Refund of Expences € 10,405 Insurance Claims € 0 Dħul minn Permessi € 11,523 Id-Dħul totali għas-sena 2011 kien ta’ € 1,261,043

L-INFIEQ Is-Salarji b’total ta’ €167,103 kienu mqassma hekk: Onorarja tas-Sindku € 13,078 Allowance Kunsilliera € 13,600 Salarju Segretarju Eżekuttiv € 31,668 Salarji ta' l-impjegati € 97,645 Kontribuzzjonijiet Social Security € 11,112 Tiswijiet u manutenzjoni b’total ta’ €162,623 Toroq u Bankini € 61,575 Sinjali u Tabelli tat-traffiku € 5,518 Marki tat-traffiku € 21,186 Office Furniture & Equipment € 2,382 Plant & Equipment € 155

Page 7: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

7

Other Repairs & Upkeep € 71,725 Propjeta’ tal-Kunsill € 82 L-Ispejjeż għas-Servizzi b' Kuntratt laħħqu total ta’ €597,404 Ġbir ta’ Skart € 293,860 Ġbir ta’ Bulky Refuse € 17,318 Kiri ta' Skips € 566 Bring-in Sites € 0 € 0 Knis u tindif ta’ Toroq € 98,543 Clean. & Maint Non-Urban € 9,143 Cleaning Public Conveniences € 30,439 Cleaning Council Premises € 11,104 Other Contractual Service € 9,709 Clean. & Main. Parks & Gardens € 60,183 Street Lighting € 45,427 Studies & Consultations € 6,237 Local Enforcement Expenses € 14,875 Amministrazzjoni u spejjeż oħra €551,442 Dawl, ilma, telefon,etc. € 21,180 Xiri ta' Materjal (Materials & Supplies) € 981 Kera € 209 Sħubija f'Assoċjazzjonijiet Internazzjonali € 4,468 Spejjeż għat-tmexxija ta' l-Uffiċċju € 7,664 Spejjeż ta’ Trasport għall-attivitajiet u xogħol € 3,264 Vjaġġar € 119 Spejjeż għall-Informazzjoni għall-Pubbliku € 8,035 Insurance Cover € 4,806 Bank Charges € 255 Is-Servizzi Professjonali € 39,490 Training € 9,483 Visits - Foreign Delegations € 0 Other Hospitality Costs € 1,134 Annual General Meeting € 0 Social Events € 4,216 Cultural Events € 22,230 Community Services € 31,170 Spejjeż Oħra Inċidentali € 1,081 Provision for doubtful debts € 97,878 Bad Debts written off € 0 Counterfeit Cash € 0 Deficit/(surplus) on disposal of assets € 0 Depreciation € 293,779 Total € 1,478,572 Operating Deficit for the year -€ 217,529

Page 8: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

8

Interessi fuq self mill-Bank Dħul mill-Interessi mill-Bank € 307 Hrug Interessi fuq self mill-Bank -€ 9,634 -€ 9,327 Loss on sale of Assets € 0 Loss for the year -€ 226,856 L-Infiq Kapitali laħħaq total ta’ €121,268 kif ġej: Akkwist ta' Proprjeta' € 0 Bini € 0 Titjib € 92,315 Tabelli € 0 Makkinarju u Apparat € 1,408 Resurfacing ta’ Toroq / Bankini € 21,172 Assets under construction € 5,792 Office Furniture and Fittings € 581 Total € 121,268

Page 9: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

9

3.0 Il-Finanzi u l-Ħidma tal-Kunsill (ikompli) 3.2 IL-ĦIDMA TAL-KUNSILL Din kienet il-bidu ta’ legislatura ohra, jigifieri tas-Sitt Kunsill. Dan is-Sit Kunsill huwa mmexxi mis-Sindku Rosianne Cutajar bil-Viċi Sindku Jesmond Aquilina. F’dan ir-rapport ser jingħata sommarju tax-xogħol u l-investiment kollu li twettaq mill-Kunsill matul din is-sena 2012. Is-sena 2012, rat it-tmiem tal-hames legislatura u l-bidu tas-sitt legislatura ta’ dan il-Kunsill. Minkejja din il-bidla il-Kunsill kompla fuq il-hidma li ghamel il-Kunsill precedenti u nissel fihom ideat godda dovut ghall-fatt li l-Kunsill huwa kompost minn element zghazugh, inkluz is-segretarju. Fil-fatt bix-xieraq nirringrazzja lis-Segretarju li kien l-persuni li aghmel din it-transazzjoni aktar facli. Fil-bidu tas-sena 2012, il-Kunsill precedenti ghamel l-asfaltar ta’ Triq Dun Guzepp Vella u ffinalizza l-proget fi Triq Dun Gwakkin Schembri, progetti li ghalkemm saru mill-Kunsill precedenti,gew imhallsa minn dan il-Kunsill. Minhabba din ir-raguni l-Kunsill ma setax jibda xogholijiet ta’ asfaltar fis-sena 2012 ghaliex il-budget kien intuza fl-ewwel xhur.Madanakollu l-Kunsill ma qghadx mangia passiggia, fis-sena 2012 il-Kunsill mmexxi minni ghamel il-pjanijiet u x-xogholijet preparatorji biex ikunu jistghu isehhu l-progetti li ser nelenka aktar tard f’dan ir-rapport. Minkejja li ma sarx xoghol ta’ asfaltar, fl-2012 il-Kunsill Lokali ghamel xoghljiet li ghalkemm mhumiex progetti kbar huma xoghlijiet importanti u mixtieqa mill-komuntia’ qormija. Wahhalna fanali ornamentali fi Triq il-Kbira, wahhalna tabelli taz-zebra crossing li jahdmu b’energija alternattiva fi Triq il-Wied, wahhalna zewg Locality Map Information boards, giet imsebbha bis-sehem tat-tfal is-soft area ta’ Triq Dun Marju. Permezz tal-haddiema tal-etc saru xogholijiet ta’ tisbieh fir-roundabout ta’ Triq il-Mithna u ghamilna patching estensiv f’Hal Qormi kollu specjalment qara l-maltempata kbira li sehhet fit-3 ta’ Settembru li halliet herba, Dawn ix-xogholijiet saru fl-isfond ta’ numru xoghljiet ta’ manutenzjoni li jsiru matul is-sena. Fuq livell infrastrutturali, fuq talbiet tal-Kunsill, il-Gvern Centrali ghamel l-asfaltar ta’ Triq l-Iskultur biex b’hekk l-entita’ kummercjali tal-madwar m’ghadhomx jahdmu fl-inkonvenjent li kien hemm. Il-Kunsill ma ghandux ikun tal-bankini u t-toroq biss izda ghandu impenn socjali, kulturali u edukattiv x’ihares. Il-Kunsill kien minn tal-ewwel biex jghin lill-ghaqdiet lokali fl-organizzar ta’ numru ta’ attivitajiet fil-lokalita’ taghna. Il-kalendarju kulturali f’Hal Qormi, li ghandu dimensjonijiet nazzjonali, huwa rikk u mimli daqs bajda. Attivitajiet fil-karnival, fil-Gimgha Mqaddsa, Akkademji Muzikali mill-baned taghna, Drammi, Attivitajiet nazzjonali tal-Massa bhal Springfest, Casal Fornaro, Wine Festival, Malta Records u ohrajn, imlew mhux bi ftit il-kalendarju taghna.

Page 10: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

10

Mill-aspett edukattiv, il-Kunsill investa sewwa fil-libreriji kemm ta’ San Bastjan kif ukoll f’Ta’ San Gorg. Fil-fatt inxtraw numru kotba u kompjuters u investejna f'servizz ta' photocopying u wi-fi u f’apparat biex isiru story telling. Mill-aspett socjali il-Kunsill baqa’ jahdem mill-qrib ma’ Dar il-Kaptan sabiex jghin lill-persuni b’dizabilita’ li huma mill-lokalita’. Organizzajna attivitajiet socjali lill-anzjani kif ukoll attivita’ socjali ghalikom il-qriema matul is-sajf. Gie iffurmat il-Qormi Walking Club li apparti li qed jghin biex inzommu ruhna ahjar fizikament permezz tal-mixi qed jghin biex numru ta’ residenti qed jissocjalizzaw flimkien. Naghlaq ir-rapport dwar is-sena 2012 billi naghti ftit figuri halli tifhmu ahjar il-limitazzjonijiet li l-Kunsill Lokali jinsab jahdem fihom. Fejn qabel il-Kunsill kienu jiehdu l-flus tac-citazzjonijiet, mill-1 ta’ Settembru 2011, dawn il-flus bdew imorru ghand ir-regjuni. Dan kien ifisser telf kbir ta’ fondi ghall-Kunsill u fil-fatt din kellha tirrifletti ruhha fil-hidma tal-Kunsill. Per ezempju fis-sena 2011 il-Kunsill ghamel qliegh ta’ aktar minn Eur200,000 mic-citazzjonijiet li bihom setghu isiru saru diversi progetti. Mill-allokazzjoni diretta li jircievi l-Kunsill, dawn jigu minfuqa hekk kif gej: 16% f’pagi 60% f’kuntratti bhalma huma knis u tindif, zamma tal-gonna u latrini, bulky refuse, gbir ta’ skart u servizzi ohrajn 8% f’attivitajiet kulturali, socjali, edukattivi u sportivi li jsiru mal-ghaqdiet lokali. 7% f’infieq iehor bhal kontijiet ta’ dawl, telefown, ufficcju 3% loan mal-bank li l-Kunsill kien ha biex inxtara l-bini tal-Kunsill Jifdal Eur60,000 biex jintefqu fi progetti. L-amministrazzjoni tal-Kunsill hadmet bi shih biex tipprova tnaqqas l-ispejjez u nsibu sorsi ohrajn ta’ dhul u fil-fatt irnexxielna nnaqqsu l-izbilanc finanzjarju li sibna fil-bidu ta’ din il-legislatura. Ghad jonqos sfidi kbar biex jirnexxielna nwettqu l-pjanijiet taghna. Immodernizzajna l-bandli ta' Gnien Tumas Fenech (f’ta Farsina), il-Bandli ta' Gnien de la Cruz u dak ta’ Gnien Federico Maempel. Hdimna mill-qrib mal-Kunsill Malti ghall-Isport sabiex inbena wkoll adventure park u outdoor gym biswit il- Qormi Hockey Club li qed jattira mhux biss tfal Qriema izda tfal minn lokalitajiet differenti. Irnexxielna ngibu ukoll sponsorship mill-Bank Banif sabiex isiru zewg noticeboards ultra moderni libihom ic-cittadini ikunu jistghu jsegwu mill-qrib il-hidma tal-Kunsill. Minn aspett infrastrutturali, il-Kunsill ghamel pressjoni fuq il-gvern centrali biex isir xoghol ta’ asfaltar f’toroq li jaqghu taht ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta. Fil-granet li ghaddew b’sodisfazzjon nghid li giet asfaltata ghall-ewwel darba Triq il-Mejjilla. Il-Kunsill minn-naha tieghu ukoll ha hsieb sabiex jixghel din it-Triq permezz ta’ arblu tad-dawl gdid. Wara meetings kontinwi ma’ TM, sar ukoll l-asfaltar fi Triq il-Belt Valletta li kienet ilha snin twal fi stat dizastruz. Ninsabu sodisfatti hafna li l-pressjoni li saret mal-awtoritajiet biex issir din it-triq finalment intlaqghet biex b’hekk l-inkonvenjenzi li kienu jsofru s-sewwieqa u r-residenti ta’ din it-triq ser jigu minimizzati.

Page 11: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

11

F'Gunju li gej mistenni jibda x-xoghol tal-Heritage trial, progett ambizzjuz li jinvolvi hafna hidma. Dan huwa progett iffinanzjat minn fondi ewropej. Fil-fatt inhargu l-permess kollha biex jinbeda dan ix-xoghol li ser jissokta tul ix-xhur tas-sajf. Il-progett jinkludi bandli gdid f’tal-Blat kif ukoll manutenzjoni tal-passaggi tul il-mixja li taghti mill-istess bandli sal-Kappella f’tal-Hlas. Beda x-xoghol ukoll min-naha tal-Gvern Centrali fuq il-progett ta’ kontra l-Gharghar fiz-zona kollha tal-Wied. Dan ix-xoghol ser ikun jikkonsisti billi jinbiddlu l-pontijiet li hemm tul il-korsija tal-wied, jigifieri dak ta’ Triq il-Mithna, Triq Correa u Triq Manwel Dimech. Dan il-progett jkun finalizzat billi jsir culvert wiesgha 8 metri tul il-korsija tal-wied fi Triq il-Wied. Dan il-progett huwa wiehed kbir hafna li jinvolvi miljuni ta’ fondi, fejn ser ikun qed jtaffi l-problema ta’ gharghar li ssoffri il-belt taghna. Il-Kunsill ser ikun qed japplika mal-MEPA biex isir progett ta’ tisbih tal-Gnien ta’ Pjazza Alexandra. Progett mill-isbah tal-ewwel xorti tieghu li flimkien mal-Heritage Trial ha jkun l-isbah progett ta’ dan is-sitt Kunsill. TENDERS Matul din is-sena l-Kunsill ħareġ numru ta’ sejħiet sabiex tiġġedded il-ħidma tal-Kunsill u dawn kienu jinkludu t-tender għall-għażla ta’ Architect & Contract Manager, tal-Legal Consultant, u tal-Insurance. Il-Kunsill għamel l-għażla għax-xogħol tan-Non Urban. Barra minnhekk il-Kunsill daħal għall-proġett ta’ tiġdid tal-madwar tal-Housing Estates taħt Skema 2, u ta bidu għall-proġett ta’ Paving ta’ Triq Dun Gwakkin Schembri, kif ukoll tal-bini mill-ġdid tal-Ġnien Bertu Hyzler u tat-tagħmir tiegħu permezz tat-tender Supply Steel Grille, gates, benches, bins, synthetic carpet. KUNSILL TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ Matul din is-sena l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi kompla bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u l-KNŻ (Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ) il-proġett tal-Kunsill taż-Żgħażagħ. Dan il-proġett ħoloq opportunita' ġdida liż-żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom u jkunu ċittadini attivi, billi jieħdu sehem attiv fi proċess politiku permezz ta' diskussjonijiet li jwassal għal teħid ta' deċiżjonijiet. Il-Proġett qed iservi wkoll sabiex iż-żgħażagħ isemmgħu l-vuċi tagħhom fil-Kunsill Lokali u fil-komunita'. Dan serva wkoll sabiex inizjattiva taż-żgħażagħ ġiet approvata u mħaddma fil-lokalita' għall-ġid tar-residenti. Matul is-sessjonijiet ta' laqgħat li kellhom fil-Kunsill, dawn iż-Żgħażagħ ingħataw l-opportunita' li jiddiskutu sitwazzjonijiet li qed jaffettwaw il-lokalita'. Dawn il-laqgħat għenu liż-żgħażagħ jħejju proposta li għandha twassal għal titjib fil-lokalita' u fil-ħajja ta' l-istess residenti. Iż-Żgħażagħ issottomettew proposta li kienet magħżula mill-Kumitat Organizzattiv, u ġiet iffinanzjata mill-Gvern Ċentrali u mill-istess Kunsill.

Page 12: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

12

JUM ĦAL QORMI – ĠIEĦ ĦAL QORMI Bħal kull sena l-Kunsill organizza b’suċċess Jum Ħal Qormi, b’numru ta’ attivitajiet matul il-ġranet taċ-ċelebrazzjonijiet. Din is-sena reġa' kien organizzat marċ u korteo bil-parteċipazzjoni tal-Għaqdiet kollha Qriema u tat-tliet Baned ta' Ħal Qormi. Din is-sena l-Kunsill ħejja l-attivita' tal-għoti ta' Ġieħ Ħal Qormi fil-Pjazza tal-Gran Mastru fejn il-Kunsill onora bil-Ġieħ Ħal Qormi lis-Sur Angelo Briffa. IL-ĠONNA Bħas-snin ta' qabel tkompliet ħidma estensiva mill-ħaddiema tal-Environmental Landscaping Consortium Ltd fil-ġonna u soft-areas tal-lokalita’. Din is-sena l-Kunsill irnexxielu jkompli jżejjen lil Ħal Qormi b'għadd ta' fjuri matul is-sena, speċjalment il-ġonna fi Vjal De La Cruz, Ġnien Ġorġ Zammit fi Triq Ġuże Cardona, Ġnien Tumas Fenech, kif ukoll Ġnien Federiku Maemple, il-Ġnien taż-Żebbuġ, u Ġnien l-Armier, Ġnien tal-Funtana, minbarra r-roundabout ta’ Pinto u r-roundabout ta’ Triq Mdina. Din is-sena wkoll Ħal Qormi kien imżejjen bl-aqwa xogħol fil-ġonna, li kienu mimlija fjuri tista’ tgħid tul is-sena kollha. Dan ix-xogħol huwa mertu tal-Kunsill li nkiseb bil-ħidma bla waqfien tat-team ta’ ħaddiema mill-kumpanija ELC. Dan ix-xogħol jawgura tajjeb għall-futur għaliex huwa sinjal ċar li l-ħaddiema li l-Kunsill għandu huma kapaċi f’xogħolhom, kif ukoll li jifhmu l-eżiġenzi u l-miri tal-Kunsill, li l-ġonna u s-soft areas jinżammu fost l-aqwa tal-gżira kollha. Dan jixhdu s-sbuħija taż-żewġ roundabouts, dik ta’ Pinto u l-oħra ta’ Triq Imdina li jwarrdu tul is-sena kollha, bl-ilma li għandhom fil-ġwiebi mibnija fil-post. Ħasra li sal-lum, għadu ma nbediex ukoll il-landscaping tas-centre strips kollha li hemm tul Triq l-Imdina, kif ukoll il-landscaping ta’ Triq Manwel Dimech, u Triq il-Mitħna. Hija ħasra kbira oħra dik il-kwantita’ ta’ ħmieġ u skart li qed jintefa’ abbużivament f’ħafna minn dawn il-ġonna u postijiet, li qed jirrendi l-ħidma tal-ħaddiema f’tindif tal-post aktar milli f’kultivazzjoni tal-area. Ta' min isemmi wkoll il-vandaliżmu sistematiku li qed iseħħ f’uħud minn dawn il-ġonna li jirrendu ħafna mix-xogħol għal xejn. Ta' min jirrepeti għal darb'oħra n-neċessita' li l-Kunsill jeħtieġ jippjana l-ħolqien ta’ ġwiebi f’numru minn dawn il-ġonna għall-ħażna ta’ l-ilma tax-xita, sabiex dawn il-postijiet jinżammu jħaddru u bil-fjuri tul perjodu kollu tas-sena. Dan huwa proġett li jeħtieġ finanzjament speċjali, tant neċessarju jekk il-Kunsill irid ikompli jara dawn il-ġonna jwarrdu tul is-sena. TINDIF IEĦOR L-abbuż ta' rimi ta’ l-iskart hija pjagali din is-sena kompliet tixtered. Il-Kunsill ħa diversi miżuri u inizjattivi. Matul is-sena daħlu rapporti ta’ tfigħ ta’ skart u ħmieġ ieħor ‘l hawn ‘l hinn f’Ħal Qormi, u għalhekk il-Kunsill kellu jonfoq aktar spejjeż sabiex isir it-tindif xieraq, u għalhekk ħafna mill-enerġija u finanzi qed jinħlew sabiex il-lokalita’ tinżamm kontinwament nadifa. Mhux l-ewwel darba li l-istess postijiet jerġgħu jitħammġu ftit siegħat biss wara li jkun sar it-tindif.

Page 13: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

13

Għalhekk tinħass il-ħtieġa għall-azzjonijiet aktar drastiċi sabiex jitwaqqfu dawn l-abbużi min-nies irresponsabbli, li jew b'injuranza grassa, jew b'arroganza sfaċċata qed jarmu skart ġoff. Il-Kunsill jeħtieġ iħarrax il-ħidma sabiex jinqabdu dawn ir-residenti rresponsabbli li qed jikkaġunaw dan ir-rimi ta' skart bl-aġir tagħhom. Dan qed iseħħ kontinwament fi Triq l-Iljun, Triq tal-Ħandaq u Triq id-Deheb Fin, fejn b’mod abbużiv jintrema' skart ta’ kull għamla. ATTIVITAJIET Matul l-2011 il-Kunsill kompla joħloq b’suċċess numru ta’ attivitajiet imtella' mal-Għaqdiet kollha tal-lokalita’. Wieħed irid isemmi l-Festival tar-Rebbiegħa 2012, Lejl f'Casal Fornaro, il-Bread Festival u l-Wine Festival, il-ġirjiet tal-10 km, u l-Fun Runs tat-tfal, li kollha tellgħu l-isem ta' Ħal Qormi għall-kapaċita’ ta’ ħolqien ta’ attivitajiet ta’ kwalita’ kbira ma’ Malta kollha. Dan kollu huwa suċċess tal-ħidma kontinwa li l-Kunsill għandu mal-Għaqdiet kollha tal-lokalita', speċjalment ukoll bil-ħidma mingħajr waqfien ta' impjegata tal-Kunsill, li kapaċi tinseġ il-bżonnijiet kollha neċessarji għal suċċess fl-attivitajiet. Il-Kunsill ma naqsax li jaħdem ukoll għar-residenti permezz ta’ numru kbir ta’ korsijiet, kif ukoll għat-tfal fejn ħoloq l-After School Programme fiż-żewġ skejjel ta’ Ħal Qormi. Saħansitra korsijiet ta' Zumba dancing kienu organizzati b'suċċess matul din is-sena. 3.3 ORGANIZAZZJONI L-Organizzazzjoni tal-Kunsill hija msejsa fuq din l-istruttura: Is-Sindku, l-Viċi Sindku u l-Kunsillieri, bis-Sotto Kumitati. Jeħtieġ li din il-ħidma tikber aktar u joħroġ aktar l-involviment f'dan il-qasam, bil-parteċipazzjoni tal-istess kunsilliera. L-Uffiċċju tas-Segretarju Eżekuttiv li tiġbor fiha s-Sezzjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti, s-Sezzjoni Finanzi u l-Akkwist ta' Servizzi, u s-Sezzjoni Amministrazzjoni u Riżorsi Umani. Għalkemm din l-istruttura tippermetti li l-Kunsill ikun jista' jattwa bi prattiċita’ l-ħidma tiegħu, irid ikun rikonoxxut li din ssib l-aħjar sistemi bejn l-istruttura organizzativa fis-settur privat u dik fis-settur pubbliku. Ir-rwoli ta’ kull min hu nvolut fil-Kunsill, mis-Sindku u l-Kunsilliera ‘l isfel, għandu dejjem ikun definit u miftiehem, fejn is-Sindku u l-Kunsillieri bħala policy makers imexxu u jiddeċiedu l-pjani ta’ ħidma tagħhom għal-lokalita’, u minn hemm l-Amministrattur, is-Segretarju Eżekuttiv, permezz tal-Uffiċċju tiegħu, jeżegwixxi dawk il-policies u d-deċiżjonijiet kollha maqbula mill-Kunsill, bl-aħjar mod possibbli, dejjem skont kif jippermettu l-istess finanzi u fl-aqsar żmien mingħajr indħil tal-Kunsilliera. L-objettivi tal-Kunsill huma mibnija fuq żewġ sisien prinċipali – l-aħjar valur għall-flus f’dak kollu li jitwettaq mill-Kunsill u sabiex b’ekonomija, b’effiċjenza u b’effettivita’ l-Kunsill ikollu l-aħjar paragun ta’ spiża possibbli.

Page 14: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

14

L-istruttura mħaddna fuq dawn il-kunċetti għandha wkoll tiggarantixxi feedback kontinwu f’kull settur inkluż il-klijent, li fil-każ ta’ gvern lokali mhu ħadd għajr iċ-ċittadin tal-lokalita’. 3.4 SERVIZZ TAR-RELAZZJONIJIET MAR-RESIDENTI / KLIJENTI L-UFFIĊĊJU AMMINISTRATTIV L-Uffiċċju Amministrattiv hu mmexxi mis-Segretarju Eżekuttiv, skont l-Att 363 tal-Kunsilli Lokali u r-Regolamenti dwar il-Kunsilli Lokali, permezz tal-Avviżi Legali u l-proċeduri li minn żmien għal żmien jinħarġu, li jara li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill ikunu attwati. Din is-sena wkoll reġa’ kien hemm żieda qawwija fil-workload tal-uffiċċju tas-Segretarju Eżekuttiv u tal-impjegati tal-Kunsill. Il-Ħames impjegati preżenti tal-Kunsill huma ferm flessibbli fix-xogħol tagħhom u dan huwa parti mis-sigriet tas-suċċess li bih qed jiffunzjona l-Uffiċċju tal-Kunsill. Il-ħidma ta’ dan it-team ta’ ħaddiema, f’kull livell ta’ servizz li jagħtu, huwa ferm għoli u pożittiv, u żgur jinsab fil-quċċata tas-servizz mogħti mill-Kunsilli kollha f’Malta. Għall-qadi effiċjenti tal-funzjonijiet tal-Kunsill, il-Kunsill għandu jaħtar persuna waħda għal kull elfejn u ħames mitt resident, meta r-residenti ta’ lokalità jfissru l-istess bħall-popolazzjoni ta’ lokalità. (Kap 363, art 53.(1)(a)). Bil-għajnuna tal-ħidma ta’ l-istess impjegati, il-Kunsill illum għandu żewġ sites fuq l-Internet, wieħed taħt id-Dipartiment tal-Gvern Lokali, www.lc.gov.mt, għall-Kunsill Qormi, fejn hemm l-informazzjoni kollha dwar il-Kunsill flimkien mal-Minuti ta’ l-istess seduti tal-Kunsill kif ukoll il-Bye-Laws kollha. U ma' dan, il-Kunsill introduċa wkoll site ieħor fuq l-internet, www.qormilocalcouncil.com fejn wieħed jista’ jsib aktar dettalji u nformazzjoni. Ta’ min jinnota li jekk dawn is-siti ġodda tal-Kunsill ma jkunux imġedda kontinwament, ma narax li dawn is-siti jkun suċċess, għaliex isiru qisha xkaffa f’librerija b’kotba li ma jinbidlux, mimlija trab! Din hija għodda ġdida oħra li l-Kunsilliera għandhom iħaddmu għall-ġid tal-lokalita', u mhux jistennew li xi mpjegat jagħmel dan ix-xogħol għalihom! Bl-introduzzjoni mill-Kunsill tal-ħlas tal-Local Enforcement System, tal-Liċenzji tal-Ħwienet, tal-Ħlas tal-Kera tal-Propjeta’ tal-Gvern, tal-permessi tal-ftuħ ta’ wiċċ it-triq, u permessi varji tal-Krejns, tad-Divertiment Pubbliku jew Attivitajiet oħra, ta’ użu ta’ Skips jew Bins on Wheels, il-kuntatt mal-klijenti/residenti li l-impjegati qed ikollhom ta’ kuljum, illum ittrippla u għaldaqstant wieħed ikun korrett jgħid li fin-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu dan ix-xogħol ma jaqta’ xejn, fejn qed jitħalla ftit spazju għal xogħol importanti ieħor amministrattiv li bilfors irid isir. Illum dan is-servizz lir-residenti qed jingħata wkoll tul in-nofs ta’ nhar tas-sibt. Bl-introduzzjoni u l-użu ta’ sistemi elettroniċi, bħal e-mails, u complaints handling il-ġdid, wieħed b’daqshekk m’għandux jistenna li bl-użu ta’ dawn is-sistemi jippretendi li x-xogħol isir f’ħakka t’għajn. Dan jgħodd għal kif jaħsbuha r-residenti, li jaħsbu li dawn is-sistemi sejrin iqabbżuh fl-ordni ta’ xogħol li għandu jsir, jew inkella jirriżulta f’soluzzjoni mmedjata ta’ l-ilment li jitressaq. L-aktar meta l-ilment li jitressaq ma jkunx ivverifikat u b’hekk spiss jiġri li tinħela ħafna enerġija meta jirriżulta li l-ilment ma jkun xejn qrib il-verita’.

Page 15: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

15

Jinħass il-bżonn li tkun introdotta struttura effiċjenti li biha kull ilment ikun ivverifikat, u l-azzjoni li trid tittieħed tkun attwata fl-aqsar żmien. Meta għas-soluzzjoni ta’ lment tkun mistennija l-intervent ta’ xi entita’ jew dipartiment barra mill-Kunsill, l-aġir tal-Uffiċċju tal-Kunsill ikun jikkonsisti filli kull ilment jintbagħat lill-entita’ partikolari u f’moniteraġġ ta’ dak l-ilment. Ħafna drabi, iżda, dan ikun possibbli biss permezz ta’ emails u telefonati mill-istess uffiċċju. Iżda meta l-ilment ikun direttament responsabbilta’ tal-Kunsill, sakemm ma jkunx jirrigwarda xi kuntrattur partikulari, wieħed irid jinnota li l-Kunsill m’għandux ħaddiema tiegħu sabiex isolvu problemi. Għalhekk ħafna drabi ikun jeħtieġ tul ta’ żmien sabiex l-ilment ikun solvut u l-azzjoni neċessarja tittieħed. Il-bini l-ġdid issa huwa attrezzat b’apparat elettroniku ta’ cameras u rekordjar, biss xorta waħda dan kollu jitfa’ responsabbilta’ ta’ attenzjoni kontinwa għal dak kollu li jkun qed jiġri fil-bini tal-Kunsill. Sal-lum inħoss li l-Uffiċċju tmexxa bl-aktar mod modern, responsabbli, dixxiplinat fejn l-ewwel qed jingħata każ tar-rispett lejn il-persuna ta’ kull impjegat fil-Kunsill, li jrid iħossu apprezzat u responsabbilizzat fix-xogħol ta’ kuljum tiegħu. Għaldaqstant impenn qawwi tal-amministrazzjoni tal-Kunsill huwa t-titjib fil-kwalita’ tas-servizz mill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni, partikolarment kif jiġu ttrattati l-ilmenti li huma ġustifikati, kif ukoll it-tixrid ta’ nformazzjoni dwar il-Kunsill. Għal dan il-għan huwa pass ferm pożittiv dak li qed jieħu l-Kunsill li jkabbar il-Customer Care Service billi dan jiġi mwaqqaf fis-sular t’isfel tal-bini tal-Kunsill, fejn bdew il-proċeduri sabiex jinxtara ħanut li jmiss mal-Kunsill. Dan jawgura għal ħidma akbar. Is-sezzjoni tar-Relazzjonjiet mal-Klijenti kompliet ittejjeb l-effiċjenza tagħha bl-introduzzjoni tas-sistema eletronika ta’ l-irrapurtaġġ ta’ l-ilmenti. Din qed twassal biex il-klijenti/residenti tagħna jinqdew aktar malajr jew aħjar ikunu jafu x’azzjoni qed tittieħed dwar l-ilment imressaq, skont kif maħsub fir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali – Ilmenti, kif ukoll tippermettilna li nżommuhom kontinwament aġġornati bis-sitwazzjoni li jkun wasal fiha l-ilment tagħhom u fuq kollox sakemm dan jissolva. Regolarment nippublikaw l-istatistika tal-ilmenti fin-newsletter tal-Kunsill flimkien ma’ nformazzjoni oħra utli. Matul din is-sena n-numru ta’ ilmenti kien ukoll kostanti u pparagunat mas-snin ta’ qabel wieħed jista’ jinnota progress fil-ħidma tal-Kunsill. Dan kollu jirrifletti f’xogħol li l-Kunsill jagħmel sabiex iservi lil-lokalita’.

Sena 2007

Sena 2008

Sena 2009

Sena 2010

Sena 2011

Sena 2012

Talba ghal patching fit-toroq 77 101 56 55 79 125 Bankini 46 36 32 32 42 68 Ħmieġ fit-toroq/Kenniesa 245 202 126 182 201 600 Nuqqasijiet fil-ġbir ta' skart 75 134 89 93 153 160 Ġbir ta' skart goff mid-djar 3982 3247 2593 3114 4401 6479 Talbiet ta' xogħol mill-Kunsill 305 293 176 185 127 380 Tindif ta' toroq mhux urbani - - - - 37 - Talbiet Gwardjani Lokali - - - - 4 - Manutenzjoni mill-Kunsill - - - - - - Kuntratturi tal-Kunsill 79 69 127 64 14 246 Oħrajn 61 83 72 60 59 182 Korporazzjoni Enemalta 143 167 138 146 155 282

Page 16: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

16

Korporazzjoni għas-Servizzi ta’l-Ilma 152 210 210 204 181 218 Dipartiment tad-Drenaġġ 84 96 82 98 77 119 Bring-in Sites - - 22 75 137 120 Go/Maltacom p.l.c. 13 17 - - 15 - Pulizija 115 122 132 78 131 149 Sanita' 57 42 49 52 51 85 MEPA 36 20 6 1 8 - Posta Ltd - - - - - - Talba għal-lampi ġodda 13 11 6 6 - 19 Gonna/Agrikoltura 47 28 39 52 78 127 Vetturi mitluqin 43 24 11 29 34 57 Awtorita’Dwar it-Transport ta’ Malta 87 75 36 30 179 158 Konsultazzjonijiet 13 30 11 14 40 - Gbir ta' annimali mejta mit-toroq 41 43 41 33 50 - Manutenzjoni ta' lampi tat-toroq 259 344 292 332 486 591 Nuqqasijiet mir-Residenti - - - 98 49 68

TOTALI 5973 5394 4346 5033 6788 10233 Il-ħidma fuq dawn l-ilmenti jokkupa regolarment żewġ impjegati kuljum tal-Kunsill. Dawn minbarra li janalizzaw il-problemi, jiddiskutuhom mas-Segretarju Eżekuttiv għall-azzjoni li għandha tittieħed u jibdew proċeduri ta’ verifika ta’ dawn l-ilmenti, li uħud minnhom ma jkunux verifikabbli, jaraw ukoll li jinfurmaw lid-dipartimenti, jew kuntratturi u persuni responsabbli fejn dawn l-ilmenti jiġu solvuti għas-sodisfazzjon tar-residenti. IMPJEGATI TAL-KUNSILL L-Istaff kollu tal-Kunsill iwettaq b’ħidma kontinwa r-responsabbiltajiet kollha tal-Kunsill u huwa mpossibli li wieħed jelenka bid-dettalji kollha tal-ħidma li jwettqu l-istaff tal-Kunsill. Ix-xogħol meħtieġ sabiex jirnexxu kemm il-laqgħat, kif ukoll kull xogħol ieħor tal-Kunsill f’Ħal Qormi, ħafna drabi jieħu ħafna xogħol moħbi, xogħol li jkun mibni, ppreparat u jitlesta mill-impjegati tal-Kunsill. Ta’ dan nirringrazzja l-ħidma bla waqfien li dejjem jagħtu l-impjegati kollha tal-Kunsill, ħafna drabi b’xogħol ukoll barra mill-ħin normali, u dan kollu jagħmel is-suċċess kbir li l-Kunsill Qormi qed jikseb tul dawn is-snin tal-ħidma tiegħu. Illum l-impjegati tal-Kunsill kapaċi jmexxu l-Uffiċċju b’effiċjenza mill-aqwa, u kapaċi jaħdmu meta jingħataw ir-responsabbilta` kollha. Bħas-sena l-oħra erġajt ipproponejt li l-impjegati għandhom jingħataw il-performance bonus kollu, u l-Kunsill approva dan għax ressaqt performance appraisal ta’ kull impjegat fejn kienet analizzata l-ħidma ta’ kull impjegata fil-Kunsill u ġew imkejla t-targets li tpoġġew, kif ukoll tressqu targets ġodda għas-sena li ġejja, fejn l-enfażi sejra terġa’ tkun fil-ħidma ta’ kuljum, bejn xulxin, f’uffiċċju dejjem aktar effiċjenti. B’uffiċċju effiċjenti rridu nifhmu li kulħadd ikun jaf dak li qed isir u għaliex! Li kulħadd ikun responsabbli fix-xogħol li jagħmel ta' team, għaliex b’team ta’ impjegati mġedded u msaħħaħ, fejn hemm stħarriġ fil-ħidma ta’ kuljum, u kulħadd jaf sewwa x’għandu jagħmel, jiena ċert li kapaċi nagħtu l-aħjar servizz lir-residenti kollha mill-uffiċini tal-Kunsill.

Page 17: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

17

CONTRACT MANAGERS Il-Kunsill Qormi introuċa din is-sena s-servizz ta’ Contract Manager sabiex jagħmel superviżjoni tal-kuntratti ta’ Servizz ta’ Tindif ta’ Toroq, għall-Ġbir tal-Iskart Domestiku, it-Tindif tat-Toroq mhux Urbani u għalhekk b’dan ix-xogħol ta’ superviżjoni, fil-Kunsill, se jkollu sa fl-aħħar lil xi ħadd li hu responsabbli li jressaq rapporti uffiċjali u għalhekk kull azzjoni li tittieħed tkun ibbażata fuq rapporti dwar l-ilmenti li jidħlu fil-Kunsill u li jkunu vverifikati. Dan is-servizz huwa mmirat li jgħin l-uffiċċju dejjem aktar. B’hekk il-Kunsill irid ikompli jagħmel suċċess akbar fil-ħidma tiegħu, u għalhekk se jaħdem b’mod aktar professjonali f’dan il-kamp ukoll, kif jitolbu l-istess regolamenti. 3.4 KONKLUŻJONI Din hija fil-qosor il-ħidma tal-Kunsill ta’ Ħal Qormi għal din is-sena 2012. Ta' min jinnota li matul is-sena, saru ħafna u ħafna aktar interventi u xogħolijiet mill-impjegati tal-Kunsill u mis-Segretarju Eżekuttiv li ma nkludejthomx f’dan ir-rapport. Dan kollu għen sabiex il-Kunsill jagħti l-aħjar servizz, għaliex l-għan tal-Kunsill huwa li jagħti l-aqwa servizz lir-residenti, u dan ġie applikat u mħaddem b’mod mill-aktar konsistenti f’din r-raba' sena tal-Ħames leġislatura tal-Kunsill, u se jibqa’ jitħaddem bl-aħjar mod ‘l quddiem. Kenneth Brincat Segretarju Eżekuttiv 30 ta’ Marzu, 2013

Page 18: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

18

Statement of income and expenditure (Siltiet mill-Annual Audit Report) L-Iskeda ta’ Varjazzjonijiet fid-Dħul u fin-Nefqa Statement of Income and Expenditure 2011 2012 € € Income Funds received from Central Government 1,023,028 1,172,820Income raised under Local Council Bye-Laws 1,322 2,621Income raised under Local Enforcement System 374,665 17,228General Income 33,544 68,374 1,432,559 1,261,043 Expenditure Personal Emoluments -156,924 -167,103Operations and maintenance -772,570 -760,027Administration and other Expenditure -493,085 -551,442 -1,422,579 -1,478,572 Operating surplus for the year / period 9,980 -217,529 Finance Income 219 307Finance Cost -9,671 -9,634 528 -226,856 Loss on sale of assets 0 -598 Surplus for the year / period 528 -226,856

Page 19: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

19

Statement of Affairs (Siltiet mill-Annual Audit Report) Statement of Affairs 2011 2012 € € ASSETS Non-Current Assets Property, plant and equipment 3,020,295 2,758,398 3,020,295 2,758,398 Current Assets Receivables and Inventories 499,418 178,996Cash and cash equivalents 28,076 48,927 527,494 227,923 Total Assets 3,547,789 2,986,321

RESERVES AND LIABILITIES Reserves Retained earnings 2,376,373 2,149,517Total Equity 2,376,373 2,149,517 Non-currrent Liabilities Long-term borrowings 211,851 186,187Deferred Income 412,380 332,904 624,231 519,091 Current Liabilities Payables 522,467 291,919Short-term borrowings 24,718 25,794 547,185 317,713 Total Liabilities 1,171,416 836,804

Total equity and liabilities 3,547,789 2,986,321

Page 20: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

20

Statement of Changes in Equity (Siltiet mill-Annual Audit Report) Statement of Changes in Equity Retained Funds Total € € At 1 January 2011 2,375,845 2,375,845Profit for the year 528 528

At 31 December 2011 2,376,373 2,376,373

At 1 January 2012 2,376,373 2,376,373Profit for the year -226,856 -226,856

At 31 December 2012 2,149,517 2,149,517

Page 21: Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi (Citta' Pinto) JANNAR - DIĊ ġ · 2017. 9. 19. · Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012 2 1.0 L-Introduzzjoni

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi Rapport Annwali Amministrattiv Jannar - Diċembru 2012

21

Cash Flow Statement (Siltiet mill-Annual Audit Report) Statement of Cash Flows 2011 2012 € € € € Net surplus for the year 528 -226,856 Reconciliation to cash generated from operations Depreciation 251,292 293,779 Impairment losses 22,638 52,219 Loss on sale of assets - - Movement in Provision for Bad Debts 88,092 97,878 Interest receivable (219) (307) Interest payable 9,671 9,634 Operating profit before working capital changes 372,002 226,347 Decrease / (increase) in receivables 61,580 137,989 (Increase) in other receivables -279,309 84,555 Increase in payables 192,708 -261,137 Increase /(Decrease) in other payables 7,207 29,587 Government grant released -33,207 -139,931 Cash generated from operating activities 320,981 77,410 Cash flow from investing activities Interest received 219 307 Purchase of property, plant & equipment -603,653 -84,100 Proceeds from sale of property, plant & equipment - Receipt of grant 253,209 61,456 Cash generated from investing activities -350,225 -22,337 Cash from financing activities New long term bank borrowings 65,671 9,634 Interest paid -9,671 -9,634 Repayment of short term bank borrowings -30,282 -34,222 Cash generated from financing activities 25,718 -34,222 Net Decrease in cash in the year -3,526 20,851 Cash and equivalents at beginning of year 31,602 28,076 Cash and equivalents at end of year 28,076 48,927