Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet....

24
Lemintek, Mulej, issebbhet fil-qawwa (Esodu 15:6) Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2018 1

Transcript of Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet....

Page 1: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

“Lemintek, Mulej, issebbhet fil-qawwa”

(Esodu 15:6)

Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2018

Kummissjoni Ekumenika DjoċesanaArċidjoċesi ta’ Malta

2018

1

Page 2: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

Werrej

Messaġġ mill-President tal-Kummissjoni Dun Hector Scerri

Ħsieb għal kull jum waqt l-Ottavarju Dun Keith Bonnici

Talbiet ta’ Maħfra Dun Robin Camilleri

Talbiet tal-Ġemgħa Dun Josef Mifsud

Talba għall-Għaqda fost l-Insara Dun Joseph Mizzi

Adorazzjoni Ewkaristika Dun Stefan Galea

2

Page 3: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

MESSAĠĠ MILL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EKUMENIKA

Huwa pjaċir tiegħi, ta’ kull sena, li nitkellem magħkom permezz ta’ dan il-ktejjeb, imħejji biex janima lill-Poplu Nisrani waqt il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara.

Huwa dejjem importanti li nfakkru lill-Poplu ta’ Alla fid-dmir tiegħu li jitlob għall-għaqda fost l-Insara. Aħna lkoll mħeġġin biex nitolbu, kemm personalment, kif ukoll bħala komunitajiet ta’ fidi, tama u mħabba, għal dan il-għan. Dan il-ktejjeb jintbagħat kull sena biex jintuża fil-parroċċi tal-Arċidjoċesi tagħna, fil-komunitajiet ta’ ħajja kkonsagrata, fl-għaqdiet u l-movimenti, fi gruppi ta’ talb, kif ukoll fl-iskejjel biex anke jilħaq it-tfal u l-istudenti.

Din is-sena, it-tema ġie imħejjija mill-Knejjes Insara fir-reġjun tal-Karibew – knejjes mifruxin fuq għadd kbir ta’ gżejjer kbar u żgħar, li tul medda twila ta’ sekli laqgħu ġewwa fihom ilsiera, partikolarment mill-Afrika, biex jagħmlu ħidma manwali f’diversi oqsma. It-tema ta’ din is-sena, għalhekk, tiffoka fuq il-ħelsien tal-bniedem fuq diversi livelli.

Għandi l-pjaċir inħabbar li l-Insara minn Knejjes differenti f’Malta u Għawdex ġew afdati bit-tħejjija tal-materjal għall-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara tas-sena 2020. Minn hawn u ftit ġimgħat se tibda din il-ħidma kollha li hija waħda ta’ responsabiltà kbira. L-istedina waslet għand Monsinjur Arċisqof mill-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda fost l-Insara u tal-Kunsill Dinji tal-Knejjes (World Council of Churches). Aħna, flimkien ma’ rappreżentanza ta’ Nsara minn Knejjes u Tradizzjonijiet oħra se nidħlu għal din il-ħidma impenjattiva b’ħafna ħeġġa. Jidher ukoll li l-ħidma ekumenika f’Malta hija apprezzata minn barra.

Is-sena li għaddiet, l-2017, fakkarna żewġ avvenimenti: (1) Fakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta

permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta’ taħditiet u laqgħat oħra. Insemmi l-Istitut Discern, l-

3

Page 4: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

Università ta’ Malta, il-Fakultà tat-Teoloġija, l-Istitut Agostinjan u t-Tiġdid Kariżmatiku. Saru servizzi ekumeniċi għall-istess għan, kif ukoll kunċert speċjali minn orkestra Ġermaniża. Kien hemm ukoll bosta kitbiet ta’ livell fil-gazzetti u rivisti.

(2) Fakkarna wkoll l-40 sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Għal dan il-għan ġiet mistiedna Maria Voce, President tal-Moviment tal-Fokolari li, fost ħafna attivitajiet oħra, tat taħdita interessanti dwar id-djalogu fil-kuntest tal-ħidma ekumenika.

Ippubblikajna wkoll ktejjeb bit-traduzzjoni Maltija tad-dokument Mill-Kunflitt għall-Komunjoni dwar il-ħames ċentinarju tar-Riforma. Għad fadal xi kopji, jekk inti interessat.

Qiegħed tirċievi wkoll fuljett informattiv dwar l-ekumeniżmu, pubblikazzjoni tal-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana. Jekk teħtieġ aktar kopji għall-użu pastorali tiegħek, nitolbok tibgħat tgħid lill-Kummissjoni.

Din is-sena, xtaqt ninvolvi xi kappillani fit-tħejjija tal-materjal ta’ dan il-fuljett. Dan jikkontribwixxi biex din il-ħidma jkollha wkoll is-sehem tal-parroċċi. Inrodd ħajr lil kull min ta sehmu biex ikollna l-materjal fil-ħin.

Nirringrazzjak tal-interess li turi fil-missjoni ekumenika tal-Knisja. Inselli ghalik u nixtieqlek kull ġid fil-Mulej.

Floriana Dun Hector Scerri8 ta’ Jannar 2018

ĦSIEB GĦAL KULJUM18-25 ta’ Jannar 2018

4

Page 5: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

imħejji minn Dun Keith Bonnici,Kappillan tal-Iklin

Jum 118 ta’ Jannar 2018Luqa 10: 25 -37Is-Samaritan it-Tajjeb

Min hu dan  Alla li bħala l-ewwel u l-aqwa leġiżlatur, meta jkellem lil wieħed għaref tal-liġi, avukat – jgħidlu li kulħadd huwa l-proxxmu tiegħu u li għandu jħobb lil għajru bħalu nnifsu?

Dan hu Alla li hu Mħabba. Alla li tant fih imħabba li Hu Tliet Persuni: Missier, Iben u Spirtu s-Santu.

Dan hu Alla li jgħix fi ‘splużjoni’ dejjem tiżbroffa, t’imħabba kontinwa. Alla li fih innifsu, dejjem qiegħed f’relazzjoni. U lilna – maħluqa minnu fix-xbieha tiegħu jgħallimna biex il-ħajja tagħna tkun bħal tiegħu: dejjem f’relazzjoni, dejjem b’imħabba ġdida, friska, bla tmiem, lil ħutna bla ma nħarsu lejn wiċċ ħadd u bla ma niftakru fil-passat tagħna jew tal-oħrajn.

Jum 219 ta’ Jannar 20181 Kor 6: 9 – 20Il-ġisem tagħkom huwa Tempju tal-Ispirtu s-Santu

Kemm kellu raġun l-Isqof ta’ Ruma Ljun il-Kbir jgħid: ‘Agħraf ja Nisrani d-dinjita tiegħek!’

Hija ħaġa meraviljuża li taħseb, li lilek u lili, Insara, Alla għamilna Dar fejn jixtieq jgħammar. Dan jgħodd hi x’inhi t-tradizzjoni li ġejjin minna: Latini, Anglikani, Ortodossi, Pentekostali.

Bħal Marija Verġni, u ħalli nsiru isbaħ mill-isbaħ Knisja li qatt jista’ jibni l-bniedem, Alla jagħżel li jgħammar fina! Dan wara li jagħmilna xbieha tiegħu.

Tajjeb li kuljum nitolbu lil Kristu biex kif b’entużjażmu w ħeġġa keċċa l-ħallelin mit-Tempju ta’ Ġerusalemm, bl-istess żelu jkeċċi minn ġo fina dak li ma jgħoddx għat-Tempju t’Alla: għira, regħba, suppervja, rispett uman.

Jum 320 ta’ Jannar 2018Ġwanni 14: 25 – 27

5

Page 6: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

‘Nagħtikom il-Paċi tiegħi’

Il-paċi huwa rigal ta’ Ġesù, lilna li nemmnu fiH. Tfisser paċi fid-dinja u s-soċjetà li mhijiex biss nuqqas ta’ gwerra u lanqas hi tfittix biex dawk li huma kontra xulxin ikollhom forzi indaqs.

Il-Konċilju Vatikan II fil-Gaudium et Spes jgħallem li l-paċi hi “l-kwiet tal-ordni”. Hi opra tal-ġustizzja (ara Is 32,17) u frott tal-imħabba.

Il-paċi ta’ Kristu tbiegħed minna l-għadab u l-mibegħda u kull xewqa ta’ vendetta li tixtieq id-deni lill-oħrajn.

Il-paċi hija wkoll rigal fil-qlub ta’ dwak li jemmnu.

Il-Paċi, daqs kemm hi rigal jew don, trid tiġi akkwistata jew miksuba. Irridu nsibuha u nfittxuha. Ħafna drabi ħa nsibuha moħbija ġo kuruna tax-xewk. Fi kliem ieħor, biex ikun hemm tassew il-paċi hemm bżonn element ta’ tbatija.

 Jum 421 ta’ Jannar 2018Luqa 18: 35 – 43 - It-Tallab għamaĠesu’, Bin David ikollok ħniena minni’

Kemm hi ħaġa sabiħa li tkun tallab quddiem Alla. Li toqgħod mal-ġenb tat-triq u konxju mill-bżonnijiet tiegħek, tkellem lil Ġesù dwarhom u tittallab għalihom bil-ħniena.

Kemm hi ħaġa sabiħa li turi lil Ġesù l-faqar tiegħek u tispjegalu mill-qiegħ tal-ħtieġa tiegħek kemm għandek bżonnu.

‘Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok’. Hekk kien iħobb jitlob San Ġorġ Preca.

Tajjeb li lill-Mulej nurih il-bżonnijiet tiegħi, il-feriti tiegħi u li npoġġi quddiemu dawk is-sitwazzjonijiet li huma wisq diffiċli għalija u li ma nkunx nista’ naħkimhom jew nikkontrollahom.

Meta tkun tallab quddiem Alla, tkun qed tiċċekken quddiemu, u l-Mulej iħares lejn iċ-ċokon tiegħek u jagħtik mhux dak li tixtieq jew titħajjar għalih, imma dak li tassew għandek bżonn.

U tibda tara ’l Alla u l-ħajja minn lenti ġdida u, kważi bla ma trid, tifħir Alla jkun dejjem fuq fommok. 

Jum 5 22 ta’ JannarSan Publiju – Prinċep ta’ Malta

6

Page 7: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

Mattew 25: 31 – 46 ‘Kont Barrani u Lqajtuni’

Fil-Liturġija tas-Siegħat tal-lum, San Publiju jaqla’ t-tifħir tal-Isqof San Gwann Krizostmu għall-ospitalita’ tiegħu: “Araw bniedem ieħor iħobb jilqa’ l-barranin….Irid ikollok qalb kbira biex tilqa’ u żżomm għandek mitejn u sitta u sebgħin ruħ.”

Bniedem ospitabbli, għax umli, jilqa’ lil kulħadd, la jarmi ‘l persuni u lanqas l-idejat tagħhom.

Jisma’ l-istorja, l-aspirazzjonijiet, Il-ħtiġijiet, il- weġgħat, Il-frustrazzjonijiet, It-tamiet tal-aħwa.

L-Ospitalita’ tifhem, tagħder, ma tagħmilx ġudizzji. Tagħti spazju biex kulħadd isib wens, ħniena u mħabba.

L-ospitalita’ tirrispetta l-boundaries u l-commitments tal-persuni. Tgħix mal-għaqal, waqt li tħaddan il-ġenerozita’.

Għan-Nisrani, l-ospitalita’ tfisser li taqsam ukoll l- aktar ħaġa għażiża, il fidi.

Jum 623 ta’ Jannar 2018Luqa 12: 13 – 21‘Ħarsu rwieħkom minn kull xorta ta’ regħba’

Ħarsu rwieħkom minn kull xorta ta’ regħba. Hekk jgħallimna Ġesù.  Il-Ktieb ta’ Bin Sirak jgħallem: ‘Min iħobb il-flus qatt ma jkollu biżżejjed flus’.

Min ikun żaqqieq għall-ikel u x-xorb żejjed ngħidu li jkun qed ibati mill-gula. Imma min ikun żaqqieq għall-flus, għall-poter, għall-pożizzjonijiet importanti u ta’ prestiġju – u jibqa’ jibqa’ sakemm jakkwistahom – anke b’metodi li ma jogħġbux lil Alla – din hija r-regħba.

Minflok ir-regħba aħna mistednin nikkoltivaw il-ġenerożità, il-qadi, li nippreferu wieħed lill-ieħor fil-gieħ, li nieħdu ħsieb lil min hu dgħajjef u fil-bżonn, li nħaddnu kultura ta’ prezzijiet ġusti fil-professjonijiet kollha u li nfittxu li l-ewwel nistagħnew quddiem Alla qabel nistagħnew quddiemna nfusna u quddiem l-oħrajn.  Jum 724 ta’ Jannar 2018Mattew 2: 13 – 15Ġesù bħala Refuġjat

7

Page 8: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

‘Ġużeppi qam, ħa lit-tifel u lil omm billejl, u marru lejn l-Eġittu’. (Mattew 2: 13 – 15)Jingħad li mad-dinja kollha llum, hemm aktar minn 65 miljun persuna li qed jagħmlu tagħhom l-esperjenza ta’ Ġesù li f’żgħoritu, ma’ Marija u Ġużeppi kien refuġjat – fil-każ tagħhom fil-pajjiż tal-Eġittu. Il-Papa Franġisku jgħallimna li, li tilqa’ lir-refuġjat, lill-migranti u persuni li minħabba fi gwerra jew taħbit ċiviku ieħor ma jħossuhomx komdi jgħixu f’pajjiżhom, huwa dmir ċiviku. Jiena bħala Nisrani, kemm nilqa’ lil dawn il-persuni bħala persuni? Kemm nistmagħhom ta’ ħija jew oħti? Kemm nitrattahom bħala persuni, kif nixtieq li jiena nkun stmat jekk inkun fis-sitwazzjoni tagħhom? U kemm nara dan bħala bżonn urġenti quddiem il-ħtieġa ta’ ħuti li qed jaħarbu l-ġuħ, il-gwerer, il-vjolenza? U kemm nifhem li jiena msejjaħ biex inkun l-idejn u l-qalb mimlija ħniena t’Alla li tilqa’, tfejjaq, twennes u tagħti opportunitajiet ġodda? 

Jum 825 ta’ Jannar 2018Ġwanni 17: 1 – 12Ġesù li jitlob għalina  F’ diskors tiegħu dwar is-Salmi, Santu Wistin jgħallimna li Ġesù jitlob għalina bħala l-qassis tagħna, jitlob fina bħala r-ras tagħna, hu mitlub minna bħala Alla tagħna.Jgħidilna: ‘Nagħrfu mela l-ilħna tagħna fih u l-ilħna tiegħu fina’.

F’ Kap 17 tal-Vanġelu ta’ San Ġwann, għandna lil Ġesù jitlob għalik u għalija.

‘Jiena għalihom nitlob; ma nitlobx għad-dinja, imma għal dawk li inti tajtni, għaliex huma tiegħek.’ … Missier qaddis, ħarishom f'ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. … Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja, imma li tħarishom mill-Ħażen…Qaddishom permezz tal-verità; il-kelma tiegħek hi l-verità’.

Is-sabiħ hu li llum, fil-leminija tal-Missier, anke meta tkun rieqed jew tistrieħ, marid jew imħabbat, inkwetat jew imdejjaq, imġarrab mill-ħażin u mgħobbi bit-toqol tal-ħajja, Ġesù li jħobbok ikun qed jinterċedi għalik ma’ Missierna tas-Sema b’dawn il-kliem sbieħ ta’ wens. U l-Missier sejjer ma jisimgħux?

8

Page 9: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

TALBIET TA’ MAĦFRAimħejjija mill-Kan. Dun Robin Camilleri,

Arċipriet tal-Isla

1.      “ Ejjew inħobbu 'l xulxin, għax l-imħabba ġejja minn Alla, u kull min iħobb hu mwieled minn Alla u jagħraf lil Alla” (1 Ġw 4:7)

Ikollok ħniena minna Mulej, għal kemm–il darba aħna bħala Knisja eskludejna u warrabna lil ħutna insara bħalna mill-imħabba tagħna u tiegħek. 

2.      “Waqt li tkunu mġarrbin, araw li ħadd ma jgħid: "Alla qiegħed iġarrabni" għax Alla ma jistax jiġġarrab għall-ħażin, u anqas m'hu se jġarrab lil ħadd” (Ġak 1:14) 

9

Page 10: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

Ikollok ħniena minna Mulej, talli fid-differenzi tagħna l-insara ġarrabna lil xulxin bil-kliem u l-għemil tagħna. 

3.      “Nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda” (Ġw 17:21)

Ikollok ħniena minna Mulej, għal qalb iebsa tagħna li ma wettaqnix ix-xewqa tiegħek li nkunu ilkoll ħaġa waħda u ħsiebna biss f’argumenti u l-pika u b’konsegwenza ta’ dan infridna minn xulxin u minn dak li xtaqt inti stess. 

4.      “Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa” (Esodu 15:6)

Ikollok ħniena minna Mulej, għal kull meta ħallejna barra mill-ħajja spiritwali l-intervent divin tiegħek, li jissebbaħ bil-qawwa imbierka tiegħek, kull meta kien hemm bżonn li naħdmu id f’id ma’ ħutna l-insara. 

5.      “U ħares Alla lejn kull ma kien għamel, u, ara, kollox kien tajjeb ħafna.” (Ġen 1:31)

Ikollok ħniena minna Mulej, għal kull meta għamilna komprommessi mas-sewwa tiegħek u ma ħaddnix ħsieb ta’ xulxin bħala bnedmin maħluqa fuq xbieha tiegħek kif ukoll ma’ ħaddnix ħsieb l-ambjent u l-ħolqien ta’ madwarna.

TALBA GĦALL-GĦAQDA FOST L-INSARAimħejjija mill-Kan. Dun Joe Mizzi,

Kappillan ta’ Santa Luċija

Mulej, inti tridna nkunu merhla wahda taht raghaj wiehed,Ghinna napprezzaw it-tajjeb u s-sabih ta’ xulxin,Urina kif b’hafna umilta naqbdu t-triq tal-konversjoni,Qawwina biex nirbhu s-suppervja u l-gheluq ta’ mohhna u qalbna,Heggigna biex nibdew nimxu t-triq tal-ghaqda flimkien

Fit-thabbir tal-Kelma;Fix-xhieda ghalik u Fil-ghajnuna lil kull min hu fil-bzonn,

Sa ma gurnata tigborna flimkien madwar l-istess mejda ewkaristika u

10

Page 11: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

Hemm inkunu ilkoll flimkien, il-familja tal-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Ammen.

ADORAZZJONI FIL-ĠIMGĦA TAL-GĦAQDA TAL-INSARAImħejjija mill-Kan. Dun Stefan Galea,

Viċi-Arċipriet tan-Naxxar

TEMA: Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa Eżodu 15,6DAĦLADin il-ġimgħa jaħbat l-Ottavarju ta’ Talb għall-Għaqda bejn l-Insara Mifruda. Din is-senba t-tema mondjali hija LEMINTEK, MULEJ, ISSEBBĦET FIL-QAWWA meħuda mill-ktieb tal-Eżodu kapitlu 15 vers 6. Din intgħażlet mill-Insara tal-Gżejjer tal-Karibew. Dan il-vers hu parti mill-Kantiku ta’ Mosè. Wara li qasmu l-Baħar tal-Qasab, l-Israelin, kienu qawwijin u sħaħ fuq

11

Page 12: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

ix-xatt waqt li l-armata tal-Fargħun għerqet fil-baħar. Israel mhux biss kien meħlus imma rebbieħ fuq il-forzi li jassruh. Fl-istorja tal-Eżodu, Alla jirrevela ruħu bħala l-Ħallieq li għandu setgħa fuq il-forzi tan-natura li ħalaq hu stess. Mhux biss imma Alla juri wkoll li huwa l-Ħellies, is-Salvatur, Dak li jaqbeż għall-fqir u l-maħqur. Għalhekk il-ġrajja tal-Eżodu hija l-aktar waħda importanti fit-Testment l-Antik u għandha xbihat qawwija tas-Salvazzjoni li kisbilna Sidna Ġesù Kristu.

KANTL-GĦANJA TA' MOSÈ

Issa ħa niġu għall-vers tat-tema magħżula. Ha nisimgħu l-Kanitku ta’ Mosè kollu. Billi huwa twil ħafna se jinqara bħala Salm Responsorjali. Wara kull ftit versi se ntennu LEMINTEK, MULEJ, ISSEBBĦET FIL-QAWWA.

Qari mill-Ktieb tal-Eżodu [Eż:15:1-18] 

Mosè, flimkien ma' wlied Iżrael, għanna din l-għanja lill-Mulej, u qalu:

“Ngħanni lill-Mulej, għax tkabbar bis-sħiħ. Żwiemel u rikkieba waddabhom fil-baħar.Qawwieti u għanjieti l-Mulej:għalija sar is-salvazzjoni. Dan hu Alla tiegħi, u lilu nfaħħar;  Alla ta' missieri, u lilu ngħolli!LEMINTEK, MULEJ, ISSEBBĦET FIL-QAWWA

Il-Mulej gwerrier, Jahweh ismu!L-imriekeb tal-Fargħun u qawwietu tefagħhom  fil-baħar; l-aħjar fost il-gwerriera tiegħu f'Baħar il-Qasab għarraqhom!Belagħhom l-irdum, bħal ġebla niżlu fil-qiegħ.LEMINTEK, MULEJ, ISSEBBĦET FIL-QAWWA

Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa, lemintek, Mulej, tfarrak il-għadu.Bil-kobor ta' sebħek ixxejjen 'il min iqum għalik.

12

Page 13: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

L-għadab tiegħek terħih jiblagħhom bħat-tiben.Man-nifs ta' għadbek inġemgħu l-ilmijiet; bħal gzuz twaqqfu l-gliegel; għaqdu fil-qalba tal-baħar l-imwieġ.LEMINTEK, MULEJ, ISSEBBĦET FIL-QAWWA

U l-għadu qal: 'Niġri għal warajhom u nilħaqhom; naħtaf il-priża u xewqti naqta'; nislet is-sejf u idi teqridhom.'Nfaħt b'nifsek, u l-baħar għattiehom. U għerqu bħaċ-ċomb fil-qawwa tal-baħar.Min hu bħalek, Mulej, fost l-allat?Min hu bħalek? Int kbir fil-qdusija, tal-biża' fit-tifħir, int li tagħmel l-għeġubijiet.LEMINTEK, MULEJ, ISSEBBĦET FIL-QAWWA

Meddejt lemintek,u belgħethom l-art.Bi tjubitek mexxejt dan il-poplu li int fdejt;b'ħiltek mexxejtu lejn l-għamara qaddisa tiegħek.Semgħu l-ġnus u triegħdu: uġigħ qabadhom il-Filistin,tħawwdu l-kbarat ta' Edom,qabdithom rogħda l-qawwijin ta' Mowab, dabu bil-biża' n-nies kollha ta' Kangħan.LEMINTEK, MULEJ, ISSEBBĦET FIL-QAWWA

Ħa jaqgħu fuqhom biża' u tregħid;għall-kobor ta' driegħek jitbikkmu bħal ġebla; sa ma jgħaddi l-poplu tiegħek, Mulej;sa ma jgħaddi dan il-poplu li int ksibt għalik.LEMINTEK, MULEJ, ISSEBBĦET FIL-QAWWA

Twassalhom u tħawwilhom fuq il-muntanja, il-wirt tiegħek; l-imkien, Mulej, li int għamiltu għamartek; il-maqdes, ja Sidi, li ħejjew idejk.Il-Mulej isaltan għal dejjem ta' dejjem.”

13

Page 14: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

LEMINTEK, MULEJ, ISSEBBĦET FIL-QAWWA

KANTQARI PATRISTIKUIl-passaġġ ta’ ulied Israel mill-Baħar tal-Qasab huwa xbieha qawwija tal-Magħmudija. Il-Magħmduija hija l-bieb li jiftaħ għall-Ġnien tas-Sagramenti. Il-Magħmudija hija s-Sagrament komuni għall-insara għaliex mhux l-insara kollha jemmnu fis-7 Sagramenti. Għalhekk nitolbu sabiex l-insara kollha jaslu għall-verità sħiħa tas-7 Sagramenti. Se nisimgħu Katekeżi ta’ San Ġwann Krisostmu fuq is-sinifkat tal-mogħdija ta’ ulied Israel mill-Baħar tal-Qasab. Aħna bħala nsara għaddejna mill-Baħar tal-Qasab fil-Magħmudija u mexxina Sidna Ġesù Kristu, l-Mosè l-Ġdid. Nisimgħu b’attenzjoni din il-lettura antika imma attwali.

Qari mill-Katekeżi ta’ San Ġwann Kriżostmu, Arċisqof ta’ Kostantinopli

Mosè u Kristu

Il-Lhud raw il-mirakli; int wkoll tara mirakli, ikbar u isbaħ minn dawk li raw il-Lhud huma u ħierġa mill-Eġittu. Int ma rajtx lill-Fargħun mgħarraq bl-eżerċtu kollu tiegħu, imma rajt lix-xitan bl-armi tiegħu megħlub mill-imwieġ. Dawk qasmu l-baħar; int qsamt mill-mewt għall-ħajja. Dawk ħelsu mill-Eġittu; int ħlist mix-xitan. Il-Lhud infdew mill-jasar tal-barrani; inti nfdejt mill-jasar aktar qalil tad-dnub.

Trid taf iżjed b’liema mod ingħatalek il-ġieħ ta’ doni akbar? Il-Lhud ma felħux iħarsu lejn il-wiċċ igglorifikat ta’ Mosè, għalkemm kien għaddej bħalhom minn nisilhom stess; imma int rajt wiċċ Kristu fil-glorja tiegħu. U Pawlu jgħid li aħna b’wiċċna mikxuf nirriflettu fuqna l-glorja tal-Mulej.

Huma kellhom lil Kristu miexi warajhom; iżda issa hu miexi warajna b’mod wisq aktar veru. Il-Mulej kien jissieħeb

14

Page 15: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

magħhom bis-saħħa tal-grazzja ta’ Mosè; magħna jisieħeb mhux biss bil-grazzja ta’ Mosè, iżda wkoll permezz ta’ l-ubbidjenza tagħkom. Dawk, kif ħarġu mill-Eġittu, sabu d-deżert; int fi ħruġek issib is-sema. Dawk kellhom lil Mosè jmexxihom u jagħtihom l-ordnijiet; imma lilna jmexxina u jagħtina l-ordnijiet Mosè ieħor, Alla nnifsu.

Minn xiex kien jingħaraf dak Mosè? L-Iskrittura tgħid li Mosè kien il-bniedem l-aktar ħlejju fost in-nies kollha ta’ l-art. Dan nistgħu ngħiduh ukoll bla żball ta’ xejn għal Mosè tagħna, li l-ħlewwa tiegħu kienet ta’ l-għaġeb u kellu miegħu l-Ispirtu s-Santu, natura waħda miegħu. Fl-imgħoddi Mosè refa’ jdejh lejn is-sema u minn hemm niżżel il-manna, il-ħobż ta’ l-anġli; Mosè tagħna wkoll jerfa’ jdejh lejn is-sema u jġibilna l-ikel tal-ħajja ta’ dejjem. Dak ħabbat il-blata u ħareġ minnha ilma ġieri; dan imiss mejda, jaħbat tavla spiritwali, u jiftaħ minnha l-għejun ta’ l-Ispirtu. Għalhekk hija mqiegħda f’nofs il-mejda qisha għajn ta’ l-ilma, biex il-merħla kollha tersaq minn kullimkien lejn din l-għajn u jixorbu minnha l-ilmijiet tas-salvazzjoni.

Mela ladarba hawnhekk f’din l-għajn, f’din il-ħajja kollha u f’din il-mejda nsibu kullimkien kotra hekk kbira ta’ ġid u nimtlew bid-doni spiritwali, ejjew nersqu lejha b’qalb safja u kuxjenza nadifa biex naqilgħu grazzja u ħniena f’waqtha, il-grazzja u l-ħniena ta’ l-Iben il-waħdieni, is-Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, li bih u miegħu tingħata glorja, ġieħ u setgħa lill-Missier u lill-Ispirtu li jagħti l-ħajja, issa u dejjem, u għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

KANTTALB LITANIKUNagħalqu din l-adorazzjoni bil-Litanija tal-Isem Imqaddes ta’ Ġesù. Matul Jannar il-Knisja Kattolika tħeġġeġ id-devozzjoni lejn dan l-Isem adorabbli li jiġi ukoll imkassbar flok imfaħħar. Huwa providenzjali li f’dan ix-xahar isir l-Ottavarju ta’ Talb għall-

15

Page 16: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

Għaqda tal-Insara. Ġesù huwa l-bidu u t-tmiem ta’ kull ħsieb ta’ unità bejn l-insara kollha. Aħna mifrudin fuq ħafna affarijiet imma l-Isem ta’ Ġesù jgħaqqadna lkoll għax aħna kollha msemmijin għalih.

LITANIJA TAL-ISEM IMQADDES TA’ ĠESÙMulej, ħniena.Kristu, ħniena.Mulej, ħniena.Kristu, ismagħna.Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.Missier Etern Alla. ĦENN GĦALINAIben Alla, Feddej tad-dinja. Spirtu s-Santu Qaddis Alla. ĦENN GĦALINATrinità Qaddisa Alla wieħedĠesù, Bin Alla l-Ħaj. ĦENN GĦALINAĠesù, dija tal-MissierĠesù, bjuda tad-dawl ta’ dejjemĠesù, sultan tal-glorjaĠesù, xemx tal-ġustizzja. ĦENN GĦALINAĠesù, Bin Maria VerġniĠesù, ta’ min iħobbokĠesù, tal-għaġebĠesù, Alla qawwiĠesù, Missier iż-żmien li ġej

16

Page 17: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

Ġesù, ħ l abbar ta’ ħsibijiet għoljaĠesù, kollok setgħaĠesù, kollok sabarĠesù, l-aktar ubbidjentiĠesù, twajjeb u umli f’qalbekĠesù, li tħobb is-safa Ġesù, li tħobbnaĠesù, Alla tal-paċiĠesù, li tagħti l-ħajjaĠesù, xempju tal-virtùĠesù, kollok ħeġġa għall-erwieħĠesù, Alla tagħnaĠesù, kenn tagħnaĠesù, missier il-foqraĠesù, teżor ta’ min jemmenĠesù, ragħaj it-tajjebĠesù, dawl tassewĠesù, għerf ta’ dejjemĠesù, tjubuja bla qiesĠesù, triq u ħajja tagħnaĠesù, ferħ tal-AnġliĠesù, sultan tal-Patrijarki. ĦENN GĦALINAĠesù, mgħallem tal-AppostliĠesù, duttur tal-Evanġelisti

17

Page 18: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

Ġesù, qawwa tal-MartriĠesù, dawl tal-KonfessuriĠesù, safa tal-VerġniĠesù, kuruna tal-Qaddisin KollhaKun ħanin. AĦFRILNA NITOLBUK ĠESÙ.Kun ħanin. ISMAGĦNA NITOLBUK ĠESÙ.Minn kull deni. EĦLISNA NITOLBUK ĠESÙ.Minn kull dnubMill-korla tiegħekMit-tqarriq tad-demonjuMill-ġibdiet tal-impuritàMill-mewt ta’ dejjemMit-traskuraġni tat-tnebbiħ tiegħekBil-misteru tal-Inkarnazzjoni mqaddsa tiegħekBit-twelid tiegħekBit-tfulija tiegħekBil-ħajja mqaddsa tiegħek. Bit-taħbit tiegħekBl-agunija u l-passjoni tiegħekBis-salib u l-abbandun tiegħekBid-dwejjaq tiegħekBil-mewt u d-difnas tiegħekBil-qawmien tiegħek mill-imwietBit-tlugħ tiegħek fis-sema.

18

Page 19: Web viewFakkarna l-ħames ċentinarju tar-Riforma Protestanta permezz ta’ bosta attivitajiet. Kienu wkoll bosta istituzzjonijiet oħra li fakkru din il-ġrajja permezz ta

Bl-istituzzjoni tal-Ewkaristija mqaddsa. EĦLISNA NITOLBUK ĠESÙ.Bil-ferħ tiegħekBil-glorja tiegħekĠesù ismagħna. ĠESÙ, ILQA’ TALB TAGĦNA

NITOLBUMulej Ġesù Kristu li għidt: Itolbu u taqilgħu; fittxu u ssibu; ħabbtu u jiftħulkom; nitolbuk, agħti lina li qegħdin nitolbu l-qawwa tal-imħabba mqaddsa tiegħek, biex inħobbuk bil-qalb kollha, bil-fomm u bil-għemil, u qatt ma nieqfu mit-tifħir tiegħek.Agħtina Mulej li jkollna biża’ u mħabba lejn l-Isem imqaddes tiegħek, għaliex Int qatt ma tieqf tmexxi lil dawk li rawwimt fl-imħabba tiegħek. Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

DAL-MISTERU

Kummissjoni Ekumenika DjoċesanaKurja tal-Arċisqof,Pjazza San Kalcedonju,Floriana FRN1535

e-mail: [email protected]@maltadiocese.org

tel: 2590 6502; 2590 6506

19