TAL-ISTILLA · 2017. 11. 7. · fix-Xelter tal-Każin Banda San Filep Ad1851 b’risq l-Als Malta...

4
Óarifa 2017 Óar©a 32 TAL-ISTILLA Le˙en l-G˙aqda KaΩin Banda San Filep A.D. 1851 www.bandasanfilep.com.mt www.facebook.com/KBSFAD1851 Natal Felice u l-ħbieb ta’ Ġnien il-Mistrieħ hija walk-through jew mixja interattiva li tlaqqana ma’ karattri tassew ħelwin li huma r-residenti ta’ dan il-post. L-għan ta’ din l-istorja hu li kull min jattendi, joħroġ mix-xelter, mhux imbeżża jew imwerwer, imma bi tbissima u bi ftit ħsibijiet ħelwin li jkunu nisslu fina l-karattri u s-sitwazzjonijiet li ser niltaqgħu magħhom. L-abitanti ewlieni ta’ dan iċ-ċimiterju, hekk imsejjaħ Ġnien il- Mistrieħ, huma fost l-oħrajn, Natal Felice u l-Anġlu kustodju tiegħu li flimkien ma’ dan tal-aħħar, ser ilaqqana ma’ diversi karattri, fosthom Louise, Anna Magro u l-ħabib tagħna Mixu, Johnny il- maintance tal-ġnien. Mal-Anġlu Ħabbar u dak tat-Tama u kif ukoll ma’ Fra Mudest u t-tfajjel ħabib tiegħu. Kull karattru ser jirrakkonta l-istorja tiegħu u kif spiċċa, minn tant postijiet, propju fi Ġnien il- Mistrieħ. Il-kitba hija ta’ Brian Bonnici. Fost l-atturi li ser jieħdu sehem hemm Redeemer Galea, Marie-Clare Sammut, Tanya Agius Borg, Clayton Comba Zammit, Dorian Micallef, Emerson Bonello, Philip Edrick Zammit, Joseph Agius, Rita Camilleri u Jaedon Zammit, taħt id-direzzjoni tal- attur u direttur bravu, Renzo Bonello. Dawn ir-rappreżentazzjonijiet ser jibdew minn nhar il-Ħadd 29, it-Tnejn 30 sat-Tlieta 31 ta’ Ottubru b’rappreżentazzjoni kull siegħa, bl-ewwel waħda tkun fis-7.30pm u l-aħħar waħda fl-10.30pm, b’kull waħda ddum madwar 40 minuta. Din ir- rappreżentazzjoni ser tkun qed issir fix-xelter tal- Każin Banda San Filep li d-dħul għalih huwa minn maġenb il-bieb prinċipali tal-każin f’Misraħ San Filep. L-organizzaturi jirringrazzjaw b’mod partikolari lill-President u s-Segretarju tal-Għaqda Każin Banda San Filep ta’ kemm ikkoperaw meta silfu dan ix-xelter li huwa parti mill-propjetà tal-każin. Grazzi speċjali lill-isponsors uffiċjali, Convenience Shops, Mannarinu Caterers, Zaffareze, Emotive Media, Alfsons Enterprises u Makeup by Maria Attard. Id-dħul għal din ir-rappreżentazzjoni huwa fuq bażi ta’ donazzjoni ta’ 5 Ewro li flimkien ma’ kull donazzjoni addizzjonali ser tmur b’risq ALS Malta. Dawk li jixtieq jattendu, jistgħu jibbukkjaw billi jibagħtu email fuq [email protected], fuq 99406792 jew b’messaġġ privat fuq il-paġna ta’ facebook Natalfelice. L-ibbukkjar huwa meħtieġ minħabba li f’kull rappreżentazzjoni jistgħu jidħlu biss numru limitat. Il-post huwa xelter awtentiku mħaffer fil-bidu tat-tieni gwerra dinjija li fih sabu kenn bosta Żebbuġin u refuġjati. Attivita Filantropika fix-Xelter tal-Każin Banda San Filep Ad1851 b’risq l-Als Malta Organizzata minn Seven 8 Drama Troupe Zebbug SF leaflet32.indd 3 23/10/2017 11:00

Transcript of TAL-ISTILLA · 2017. 11. 7. · fix-Xelter tal-Każin Banda San Filep Ad1851 b’risq l-Als Malta...

Page 1: TAL-ISTILLA · 2017. 11. 7. · fix-Xelter tal-Każin Banda San Filep Ad1851 b’risq l-Als Malta ... Inbnew tlett ikmamar ġodda bix-xogħol tal-bini ikun f’idejn il-bennej bravu

Óarifa 2017 Óar©a 32

TAL-ISTILLALe˙en l-G˙aqda KaΩin Banda San Filep A.D. 1851www.bandasanfilep.com.mt www.facebook.com/KBSFAD1851

Natal Felice u l-ħbieb ta’ Ġnien il-Mistrieħ hija walk-through jew mixja interattiva li tlaqqana ma’ karattri tassew ħelwin li huma r-residenti ta’ dan il-post. L-għan ta’ din l-istorja hu li kull min jattendi, joħroġ mix-xelter, mhux imbeżża jew imwerwer, imma bi tbissima u bi ftit ħsibijiet ħelwin li jkunu nisslu fina l-karattri u s-sitwazzjonijiet li ser niltaqgħu magħhom.

L-abitanti ewlieni ta’ dan iċ-ċimiterju, hekk imsejjaħ Ġnien il-Mistrieħ, huma fost l-oħrajn, Natal Felice u l-Anġlu kustodju tiegħu li flimkien ma’ dan tal-aħħar, ser ilaqqana ma’ diversi karattri, fosthom Louise, Anna Magro u l-ħabib tagħna Mixu, Johnny il-maintance tal-ġnien. Mal-Anġlu Ħabbar u dak tat-Tama u kif ukoll ma’ Fra Mudest u t-tfajjel ħabib tiegħu. Kull karattru ser jirrakkonta l-istorja tiegħu u kif spiċċa, minn tant postijiet, propju fi Ġnien il-Mistrieħ. Il-kitba hija ta’ Brian Bonnici.

Fost l-atturi li ser jieħdu sehem hemm Redeemer Galea, Marie-Clare Sammut, Tanya Agius Borg, Clayton Comba Zammit, Dorian Micallef, Emerson Bonello, Philip Edrick Zammit, Joseph Agius, Rita Camilleri u Jaedon Zammit, taħt id-direzzjoni tal-attur u direttur bravu, Renzo Bonello.

Dawn ir-rappreżentazzjonijiet ser jibdew minn nhar il-Ħadd 29, it-Tnejn 30 sat-Tlieta 31 ta’ Ottubru b’rappreżentazzjoni kull siegħa, bl-ewwel waħda tkun fis-7.30pm u l-aħħar waħda fl-10.30pm, b’kull waħda ddum madwar 40 minuta. Din ir-rappreżentazzjoni ser tkun qed issir fix-xelter tal-Każin Banda San Filep li d-dħul għalih huwa minn maġenb il-bieb prinċipali tal-każin f’Misraħ San Filep.

L-organizzaturi jirringrazzjaw b’mod partikolari lill-President u s-Segretarju tal-Għaqda Każin Banda San Filep ta’ kemm ikkoperaw meta silfu dan ix-xelter li huwa parti mill-propjetà tal-każin. Grazzi speċjali lill-isponsors uffiċjali, Convenience Shops, Mannarinu Caterers, Zaffareze, Emotive Media, Alfsons Enterprises u Makeup by Maria Attard.

Id-dħul għal din ir-rappreżentazzjoni huwa fuq bażi ta’ donazzjoni ta’ 5 Ewro li flimkien ma’ kull donazzjoni addizzjonali ser tmur b’risq ALS Malta. Dawk li jixtieq jattendu, jistgħu jibbukkjaw billi jibagħtu email fuq [email protected], fuq 99406792 jew b’messaġġ privat fuq il-paġna ta’ facebook Natalfelice. L-ibbukkjar huwa meħtieġ minħabba li f’kull rappreżentazzjoni jistgħu jidħlu biss numru limitat. Il-post huwa xelter awtentiku mħaffer fil-bidu tat-tieni gwerra dinjija li fih sabu kenn bosta Żebbuġin u refuġjati.

Attivita Filantropika fix-Xelter tal-Każin Banda San Filep Ad1851

b’risq l-Als MaltaOrganizzata minn Seven 8 Drama Troupe

Zebbug SF leaflet32.indd 3 23/10/2017 11:00

Page 2: TAL-ISTILLA · 2017. 11. 7. · fix-Xelter tal-Każin Banda San Filep Ad1851 b’risq l-Als Malta ... Inbnew tlett ikmamar ġodda bix-xogħol tal-bini ikun f’idejn il-bennej bravu

Din is-sena minkejja li ma tnaqqas xejn mill-festa ta’ San Filep, anzi komplew jiżdiedu l-ispejjes, l-Għaqda għamlet passi kbar ’il quddiem biex tkompli ttejjeb il-faċilitajiet tal-propjetajiet tagħha. Dawn kienu prinċipalment jirrigwardjaw: (1) il-kamra tan-nar San Filep u (2) il-faċilitajiet għall-armar tal-festa.

1. Tkabbir fil-Kamra tan-Nar San FilepHekk kif għaddiet il-festa, iżżarmat l-arkata wżata fl-għalqa tal-ħruq tan-nar u tnaddfet

l-istess għalqa, bdew jaħsbu biex isiru mħażen ġodda għall-mekkaniżmi tan-nar tal-art fl-art tal-kamra tan-nar li issa kienet vojta min-nar. Inbnew tlett ikmamar ġodda bix-xogħol tal-bini ikun f’idejn il-bennej bravu u benefattur kbir tal-każin Philip Zammit waqt li l-kisi u tikħil f’idejn Leli Cilia. Il-bini sar fi propjeta tal-każin li kienet inxtrat xi snin ilu bl-iskop li jitnaqqas il-periklu għal dawk li jaħdmu n-nar. Dan sar billi kienu nbew kmamar ġodda aktar imbiegħdin minn xulxin u wkoll mill-maħżen tax-xogħol lest.

2. Xiri ta’ Maħżen għall-ArmarSa minn qabel il-festa il-grupp tal-armar ddeċieda li joħroġ mill-kappella tal-

Kunċizzjoni fejn bil-permess tal-parroċċa kien jaħżen armar li kien jarma f’isem il-parroċċa. Dan kien meħtieġ minħabba li l-post kien sar perikoluż kemm għall-armar u kemm għan-nies li jidħlu hemm.

F’dawn iċ-ċirkustanzi wieħed kien jistenna li l-parroċċa tgħin b’xi mod biex jinstab post alternattiv. Iżda dan ma sarx u l-grupp tal-armar kellu l-ewwel jikri garaxx temporanjamemt fejn ipoġġi l-armar u wara jdur fuq il-każin biex jinstab post permanenti. Dan il-post instab bl-għajnuna wkoll ta’ Ninu Psaila.

Saret laqgħa ġenerali speċjali nhar it-Tnejn 4 ta’ Settembru li fiha l-membri approvaw ix-xiri ta’ dan il-post u wkoll awtorizzaw lill-kumitat biex jissellef parti minn kemm sejjer ikun jiswa dan ix-xiri tal-maħżen. Il-garaxx huwa kbir u qiegħed fi Triq il-Madonna tal-Grazzji. Għandu bżonn xi xogħol ta’ manutenzjoni.

Żviluppi fil-propjetà tal-Każin Banda San Filep AD 1851

Zebbug SF leaflet32.indd 4 23/10/2017 11:00

Page 3: TAL-ISTILLA · 2017. 11. 7. · fix-Xelter tal-Każin Banda San Filep Ad1851 b’risq l-Als Malta ... Inbnew tlett ikmamar ġodda bix-xogħol tal-bini ikun f’idejn il-bennej bravu

Sei Garage Spray PaintingOmar Said

5, Carmel Yard, Vjal il-Óelsien, Ûebbu© - Malta Mob: 99294763 • e-mail: [email protected]

• Ir-Radju tal-Komunità tal-Każin (106.3 FM) issa qed ixandar is-sena kollha. Dan seta’ jsir l-ewwel nett billi nxtara l-apparat li jintuża, fejn qabel kien jinkera għal ftit ġimgħat. Aktar importanti minn hekk kienet l-organizzazzjoni li saret mill-kummissjoni tal-IT li qed tieħu ħsieb ix-xandir.

• Is-Sezzjoni Nisa organizzat coffee morning f’dawn id-dati: 22/6, 20/7, 3 u 17/8, 14 u 28/9.

• Il-Grupp tan-nar għamel żewġ BBQ’s u majjalata fil-bitħa tal-kamra tan-nar qabel ma beda x-xogħol tal-bini.

• Il-Banda San Filep għamlet sitt servizzi barra mir-raħal: fis-16 ta’ Lulju fil-festa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, fit-22 ta’ Lulju fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq, fit-12 u 15 t’Awwissu fil-festi ta’ Santa Marija fil-Qrendi u fil-Gudja, fl-26 t’Awwissu fil-festa ta’ San Bartilmew fil-Għargħur u fis-6 ta’ Settembru fil-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar.

• Il-Kids’ Club Tfal tal-Istilla organizza “Day by the Pool” fil-31 t’Awwissu 2017 fil-Bambino, ix-Xemxija.

• Is-Sezzjoni Żgħażagħ organizzaw BBQ fil-Lukanda Soreda, fil-Qawra fid-9 ta’ Settembru 2017.

• Sitt bandisti tal-Banda San Filep ħadu sehem bħala parti minn banda li daqqet flimkien mal-orkestra filarmonika ta’ Malta f’Rockestra nhar is-Sibt 30 ta’ Settembru 2017. Dawn kienu Francesco Musu u Eric Galea bil-kurunetta, Christian Balzan bit-trumbun, James Zerafa u Jonathan Magri bl-ewfonju, u Justin Galea bl-althorn. Kellha sehem qawwi l-Kummissjoni Banda mmexxija minn Tarcisio Mifsud biex irnexxiet din il-parteċipazzjoni li kienet l-unika minn Ħaż-Żebbuġ u kienet ukoll l-akbar waħda minn l-istess Soċjetà Mużikali waħda.

Aktar ħidmiet u attivitajiet minn wara l-festa 2017

Bandisti li pparteċipaw f’Rockestra 2017

Day by the pool

il-BBQ fis-Soreda

Zebbug SF leaflet32.indd 5 23/10/2017 11:00

Page 4: TAL-ISTILLA · 2017. 11. 7. · fix-Xelter tal-Każin Banda San Filep Ad1851 b’risq l-Als Malta ... Inbnew tlett ikmamar ġodda bix-xogħol tal-bini ikun f’idejn il-bennej bravu

Des

ign

& P

rintin

g: B

est P

rint C

o. L

td. •

Tel

: 21

680

789

Ottu

bru

• Kul

l Sib

tFi

d-9.

00am

: kun

ċerti

mill

-isko

la ta

l-muż

ika

bħal

a pa

rti m

it-ta

għlim

tal-m

użik

a.(K

umm

. Ban

da)

Il-Ħ

amis

12

u 26

fl-10

.00

am, C

offe

e mor

ning

: tom

bla,

kaf

e u sa

ndw

iche

s. D

ħul b

’xej

n. (S

ezz.

Nis

a)

Il-Ġ

imgħ

a 20

Mit-

8pm

, Pa

sta

Nig

ht fi

l-każ

in.

Book

ing

fuq

9986

8727

/ 9

9874

539.

(Se

zz.

Żgħa

żagħ

)

Il-Ħ

add

29fid

-9.3

0am

, Pr

ogra

mm

m

ill-B

anda

Sa

n Fi

lep

f’Ju

m

Ħaż

-Żeb

buġ

fis-S

ala

Parr

okkj

ali.

(Kum

m. B

anda

u K

unsi

ll Lo

kali)

29, 3

0 u

31A

ttivi

tà fi

x-xe

lter b

’ris

q A

LS M

alta

It-Tl

ieta

31

Mej

da b

l-ike

l qud

diem

il-k

ażin

waq

t atti

vità

ta’ H

allo

wee

n. (S

ezz.

Żgħ

ażag

ħ)

Nov

embr

uM

atul

ix-x

ahar

Kun

ċerti

mill

-Ban

da S

an F

ilep

u m

ill-is

kola

tal-m

użik

a bi t

ħejji

ja g

ħall-

prog

ram

m

muż

ikal

i tal

-kun

ċert

annw

ali t

al-M

ilied

. (K

umm

. Ban

da)

Is-S

ibt 4

War

a no

fsin

har:

Żjar

a ed

ukat

tiva

għat

-tfal

f’ex

plor

a, il

-Kal

kara

. (K

ids’

Clu

b)

Il-Ħ

amis

9 u

23

fl-10

.00

am,

Cof

fee

mor

ning

bit-

tom

bla,

dħu

l bl

a ħl

as u

jku

nu s

ervu

ti ka

fe u

sa

ndw

iche

s. (S

ezz.

Nis

a)

It-Tl

ieta

14

Qud

dies

a għ

all-e

rwie

ħ ta

l-mem

bri m

ejtin

tal-G

ħaqd

a. (K

um. Ġ

en.)

Il-Ġ

imgħ

a 24

Mit-

8pm

, Pa

sta

Nig

ht fi

l-każ

in.

Book

ing

fuq

9986

8727

/ 9

9874

539.

(Se

zz.

Żgħa

żagħ

)

Il-Ħ

add

19G

rupp

ta’ m

embr

i tal

-każ

in ji

eħdu

sehe

m fi

l-mix

ja ta

l-pre

side

nt.

It-Tn

ejn

27fis

-7pm

, Laq

għa

ġene

rali

annw

ali t

al-G

ħaqd

a K

ażin

Ban

da S

an F

ilep

AD

1851

. (K

um. Ġ

en.)

Diċ

embr

u

Il-Ħ

amis

7fl-

10.0

0 am

, Cof

fee m

orni

ng: t

ombl

a, k

afe u

sand

wic

hes.

Dħu

l b’x

ejn.

(Sez

z.N

isa)

Il-Ġ

imgħ

a 8

Turn

amen

t ta

l-fut

bol

fil-g

raw

nd t

a’ Ħ

aż-Ż

ebbu

ġ. D

etta

lji j

ingħ

ataw

akt

ar ’

il qu

ddie

m fi

n-no

tice

boar

ds ta

l-każ

in. (

Sezz

. Żgħ

ażag

ħ)

Is-S

ibt 9

Party

tal-M

ilied

għa

t-tfa

l, fis

-sal

a pr

inċi

pali

tal-k

ażin

. (Se

zz. Ż

għaż

agħ)

Il-Ġ

imgħ

a 15

Fis-

7.00

pm

, K

unċe

rt an

nwal

i m

ill-I

skol

a ta

l-Muż

ika

tal-B

anda

San

File

p.

(Kum

m. B

anda

)

Is-S

ibt 1

6D

inne

r Dan

ce a

nnw

ali.

(Sez

z. Ż

għaż

agħ)

Il-Ħ

add

17Fl

-10.

15am

il-B

anda

San

File

p tib

da m

arċ

b’għ

anjie

t ta

l-Mili

ed m

inn

fuq

iz-

zunt

ier u

tkom

pli fi

l-pja

zza

u t-t

oroq

tal-m

adw

ar. (

Kum

m. B

anda

)

Il-Ħ

amis

21

fl-10

.00

am, C

offe

e mor

ning

: tom

bla,

kaf

e u sa

ndw

iche

s. D

ħul b

’xej

n. (S

ezz.

Nis

a)

Il-Ħ

add

24Fi

l-5.3

0pm

Ban

dist

i żgħ

ażag

ħ ta

l-Ban

da S

an F

ilep

jieħd

u se

hem

fil-p

urċi

ssjo

ni

tal-M

ilied

org

aniz

zata

min

n ta

l-Muż

ew f’

Ħaż

-Żeb

buġ.

(Kum

m. B

anda

)

Att

ivit

ajie

t sa

tm

iem

is-s

ena

2017

Zebbug SF leaflet32.indd 2 23/10/2017 11:00