Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill - Kolossin
description
Transcript of Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill - Kolossin
Qari mill-Ittra ta’
San Pawl Appostlu lill- Kolossin
Kol 3, 12-17
Ilbsu l-imħabba.
Ħuti, intom il-magħżulin ta’ Alla, il-qaddisin u l-maħbubin tiegħu. Ilbsu mela sentimenti ta’ ħniena, tieba, umiltà, ħlewwa usabar. Stabru b’xulxin, u, jekk xi ħadd minnkom
ikollu xi jgħid ma’ ħaddieħor, aħfru lil xulxin; bħalma l-Mulej ħafer lilkom, hekk agħmlu intom ukoll.U fuq kollox ilbsu l-imħabba, li hi l-qofol
tal-perfezzjoni. Ħallis-sliem ta’ Kristu jsaltan fi qlubkom, dak is-sliem li għalih kontu msejħa biex issiru ġisem wieħed. U ta’ dan roddu ħajr lil Alla!Ħalli l-kelma ta’ Kristu
tgħammar sħiħa fikom; għallmu bl-għerf kollu u widdbu lil xulxin b’salmi u innijiet u b’għana spiritwali, u b’radd il-ħajr kantaw f’qalbkom innijiet lil Alla. Kulma tagħmlu
jew tgħidu, agħmlu kollox f’isem il-Mulej Ġesù, u roddu ħajr lil Allal-Missier permezz tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
R:/ Kulma jieħu nifs, ħa jfaħħar
il-Mulej!
Faħħru ’l Alla fit-tempju mqaddes tiegħu,faħħruh fil-firxa
tas-smewwiet qawwija tiegħu!
Faħħruh għall-għemejjel kbar tiegħu,
faħħruh għall-kobor tiegħu bla tarf!
R:/ Kulma jieħu nifs, ħa jfaħħar il-Mulej!
Faħħruh bid-daqq tat-tromba,
faħħruh bl-arpa u ċ-ċetra!Faħħruh bit-tanbur u
biż-żfin,faħħruh bid-daqq tal-kordi
u tas-sfafar!
R:/ Kulma jieħu nifs, ħa jfaħħar il-Mulej!
Faħħruh bid-daqq qawwi taċ-ċimbali,
faħħruh bid-damdim taċ-ċimbali!
Kulma jieħu nifs,ħa jfaħħar il-Mulej!
R:/ Kulma jieħu nifs, ħa jfaħħar il-Mulej!
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah
Jekk inħobbu ’l xulxin, Alla jgħammar fina,
u mħabbtu ssib il-milja tagħha fina.
Hallelujah, Hallelujah
QariMill-Evanġelju ta’ San Luqa
Lq 6, 27-38
Glorja lilek Mulej
Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom.
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
“Lilkom, li qegħdintisimgħuni, ngħidilkom:
Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil
min jobgħodkom,
bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min
iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda,
dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra;
min jeħodlok
il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu.
Agħti lil kull min jitolbok; u min jeħodlok xi ħaġa tiegħek, titlobhilux lura.
Kif tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, hekk
ukoll agħmlu intom lilhom. Jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jista’
jkollkom?Għax il-midinbin ukoll
iħobbu lil min iħobbhom. U jekk tagħmlu l-ġid
lil min jagħmel il-ġid lilkom, xi ħlas jista’ jkollkom? Għax dan jagħmluh saħansitra
l-midinbin. U jekk tisilfu xi ħaġa lil min
tistennewh iroddhielkom
lura, xi ħlas jista’ jkollkom? Il-midinbin
ukoll jisilfu lill-midinbin, bil-ħsieb li jieħdu lura
daqshekk ieħormingħandhom. Imma
intom ħobbu
l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid, isilfu bla ma tistennew xi ħaġa lura, u l-ħlas tagħkom ikun kbir;
u tkunu wlied Alla l-Għoli, li hu tajjeb mal-ingrati u
l-ħżiena. Ħennu, bħalma hu ħanin
Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux
iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati;
aħfru, u ssibu l-maħfra; agħtu, u jingħatalkom.
Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom;għax bl-istess kejl li tkejlu
intom jitkejjel lilkom.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
ĦSIEB