Qari mi ll - Ewwel Ittra ta ’ San Pawl Appostlu li t- Tessalonkin

34
Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lit- Tessalonkin 1 Tess 4, 13-18 Alla jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f’Ġesù.

description

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta ’ San Pawl Appostlu li t- Tessalonkin. 1 Tess 4, 13-18. Alla jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f’Ġesù. Ma rridux li ma tkunux tafu, ħuti, fuq il-mejtin biex ma ssewdux qalbkom - PowerPoint PPT Presentation

Transcript of Qari mi ll - Ewwel Ittra ta ’ San Pawl Appostlu li t- Tessalonkin

Page 1: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Qari mill-Ewwel Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lit-Tessalonkin1 Tess 4, 13-18

Alla jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f’Ġesù.

Page 2: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Ma rridux li ma tkunux tafu, ħuti, fuq il-mejtin biex ma ssewdux qalbkom bħall-oħrajn li ma għandhomx tama. Jekk aħna nemmnu li Ġesù miet u qam mill-imwiet, hekk ukoll Alla

Page 3: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f’ Ġesù.Dan ngħidulkom fuq il-kelma tal-Mulej, jiġifieri li aħna li nkunu għadna hawn ħajjin għall-miġja tal-Mulej, ma mmorrux qabel dawk li jkunu

Page 4: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

raqdu. Għaliex il-Mulejinnifsu mal-kmand, mal-leħen tal-arkanġlu u t-tromba ta’ Alla, jinżel mis-sema, u dawk li jkunu mietu fi Kristu jqumu l-ewwel. Imbagħad aħna li nkunu

Page 5: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

ħajjin, li nkunu għadnahawn, ninħatfu magħhom fis-sħab biex niltaqgħu mal-Mulej fl-arju. Hekk inkunu dejjem mal-Mulej.Agħmlu l-qalb lil xulxin b’dan il-kliem.

Page 6: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Page 7: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Salm Responsorjali

R:/ Il-Mulej ġej biex jagħmel ħaqq

mill-art

Page 8: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Għannu lill-Mulej għanja ġdida;

għannu lill-Mulej fl-art kollha!

Page 9: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Xandru fost il-ġnus is-sebħ tiegħu,

fost il-popli kollha l-għeġubijiet tiegħu.

Page 10: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

R:/ Il-Mulej ġej biex jagħmel ħaqq

mill-art

Page 11: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Għax kbir il-Mulej, ta’min ifaħħru ħafna,

tal-biża’ aktar mill-allat kollha.

Page 12: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Għax kollha frugħa l-allat tal-popli;

Jaħweh hu li għamel is-smewwiet!

Page 13: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

R:/ Il-Mulej ġej biex jagħmel ħaqq

mill-art

Page 14: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Ħa jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art,

ħa jħabbat il-baħar u kulma fih,

Page 15: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

ħa jifraħ ir-raba’ u kulma fih,

u jgħannu bil-ferħ is-siġar kollha tal-bosk.

Page 16: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

R:/ Il-Mulej ġej biex jagħmel ħaqq

mill-art

Page 17: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Quddiem il-Mulej, għax ġej,

għax ġej biex jagħmel ħaqq mill-art.

Page 18: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Hu jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja, u mill-popli bis-sewwa

tiegħu.

Page 19: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

R:/ Il-Mulej ġej biex jagħmel ħaqq

mill-art

Page 20: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Hallelujah, Hallelujah Hallelujah

L-ispirtu tal-Mulej fuqi: bagħatni nwassal il-bxara

t-tajba lill-fqajrin.Hallelujah, Hallelujah

Page 21: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

QariMill-Evanġelju ta’ San Luqa

Lq 4, 16-30

R:/ Glorja lilek MulejBagħatni nwassal il-bxara

t-tajba lill-fqajrin...ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu.

Page 22: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija

Page 23: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,

għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar

il-ħelsin lill-imjassrin,

Page 24: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,

irrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar

is-sena tal-grazzja tal-Mulej.”

Page 25: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Imbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. U beda jgħidilhom:

Page 26: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

“Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu”

U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu:

Page 27: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

“Dan mhuwiex bin Ġużeppi?”

Izda hu qalilhom:“Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju: <Tabib, fejjaq lilek innifsek; dak kollu li smajna li ġara

Page 28: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

f ’Kafarnahum agħmlu hawn f’pajjiżek ukoll.>”

U żied jgħidilhom:“Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb

f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa,

Page 29: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta

s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd

minnhom ma

Page 30: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon. U kien

hemm bosta lebbrużi f’Iżrael fi żmien il-profeta

Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq

Page 31: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

ħlief Nagħman tas-Sirja.”Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela fil-korla; qamu, u ħarġuh ’il barra mill-belt, ħaduh fuq ix-xifer ta’ rdum tal-għolja li fuqha

Page 32: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. Iżda hu għadda minn ġo nofshom u baqa’ sejjer.

Page 33: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

Page 34: Qari mi ll - Ewwel Ittra  ta ’  San Pawl  Appostlu li t- Tessalonkin

ĦSIEB