L-Ewwel Passi fl-Esperanto

28
1 Karmenu Mallia L-Ewwel Passi fl-Esperanto 2012

description

 

Transcript of L-Ewwel Passi fl-Esperanto

Page 1: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

1

Karmenu Mallia

L-Ewwel Passi

fl-Esperanto

2012

Page 2: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

2

© Karmenu Mallia - 2012

Issettjat mill-awtur

Pubblikazzjoni tal-

Malta Esperanto-Societo:

[email protected]

Facebook malta esperanto-societo

2012

Page 3: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

3

Qabel xejn

Qabel ma nibdew. Tajjeb li nispjega li dal-kors

mhux se jkun wieħed komplut, fis-sens li m‘iniex se nagħti l-

lingwa kollha, għax biex tagħmel hekk trid ktieb sħiħ mhux

kitbiet qosra bħal dawn.Tassew li l-Esperanto hu ħafif biex

titgħallmu, dejjem jekk inqabbluh mal-lingwi nazzjonali, imma

xorta waħda lingwa, u biex tispjegaha trid l-ispazju u, ħafifa

kemm hi ħafifa, hemm moħħ il-bniedem li hu komplikat ukoll.

It-Tabib Zamenhof (1859-1917) qabel ma ppubblika l-

lingwa tiegħu qagħad attent biex jara għaliex il-lingwi huma tqal

biex titgħallimhom, u nduna li fihom ħafna affarijiet żejda li

wieħed jista‘ jgħaddi mingħajrhom. Qagħad attent biex fil-lingwa

ğdida tiegħu ma jdaħħalx eċċezzjonijiet li l-lingwi nazzjonali

huma msallba bihom u jirrenduhom tqal.

Forsi se tistagħğbu b‘li se ngħidilkom. Tafu li Zamenhof

qaleb it-Testment il-Qadim kollu għall-Esperanto mill-Ebrajk? Dan seta‘ jagħmlu għax, barra

li kien Pollakk, kien ta‘ razza Lhudija u għalhekk kien jaf l-Ebrajk sewwa. Barra dan, qaleb

xogħlijiet oħra letterarji minn lingwi oħra u kiteb letteratura oriğinali fosthom poeżiji, u fost

il-poeżiji nsibu l-Innu tal-Esperanto. Dan ifisser li l-lingwa li ħalaq kienet tajba biżżejjed biex

wieħed jitgħallimha u jinqeda biha għal kollox.

Ma rridx inkompli ntawwal għax l-ispazju ma jippermettilix. Imma l-Esperanto

jibnilek moħħ internazzjonali, iħabbek mad-dinja u, jekk trid, jista‘ jlaqqgħek ma‘

esperantisti oħra minn kull parti tad-dinja. Kotba bl-Esperanto hemm fuq kollox, dizzjunarji

hemm ukoll. L-għaqdiet imferrxa mad-dinja kollha huma magħquda f‘assoċjazzjoni waħda:

l-Universala Esperanto-Asocio li qiegħda l-Olanda. Hawn Malta wkoll għandna l-Malta

Esperanto-Societo, li jekk tixtieq tista‘ tgħinek. Għalhekk meta jkollok xi diffikultà tista‘

tibgħat imejl: [email protected].

Tista‘ wkoll tidħol fl-internet u tfittex: lernu.net fejn hemm tagħrif siewi u kors sħiħ

tal-Esperanto bl-Ingliż.

Dwar l-Esperanto u l-Istorja tiegħu tista‘ taqra wkoll il-ktieb: It-Tabib Zamenhof tal-

istess awtur ta‘ dal-ktieb maħruğ mill-Malta Esperanto-Societo. Fl-aħħar inħeğğek li tidħol

membru ta‘ din l-istess għaqda.

Agħti titwila lill-facebook malta esperanto-societo.

Bonan laboron=(nawguralek) ħidma siewja.

Karmenu Mallia

NB-L-istampa ta’ fuq turi lit-Tabib Ludvik Lazarus Zamenhof, l-awtur tal-lingwa Esperanto;

dik t’hawn isfel hi l-emblema li qed tintuża dis-sena billi taħbat il-150 minn meta Zamenhof

ħareğ l-ewwel ktieb fuq il-lingwa tiegħu.

Page 4: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

4

L-Ewwel Lezzjoni

1. Aqra l-Esperanto qisek qed taqra bil-Malti. Għalhekk ma ssibx konsonanti li ma

jitlissnux bħall-h (akka) jew l-għ (għajn) tal-Malti. Int u taqra, itfa‘ l-aċċent tal-kelma fuq il-

vokali ta‘ qabel tal-aħħar, dejjem u bla eċċezzjoni. Ngħidu aħna fil-kelma elefanto l-aċċent

jaqa‘ fuq l-a; lilio: hawn l-aċċent jaqa‘ fuq l-i ta‘ qabel l-o; kelma oħra: familio: hawn l-

aċċent jaqa‘ fuq l-i ta‘ qabel l-aħħar o. U hekk il-kliem l-ieħor kollu.

2. In-NOMI kollha, jiğifieri l-ismijiet tan-nies, postijiet, affarijiet u ħxejjex, f‘kelma

waħda dak kollu li jeżisti, fl-Esperanto jispiċċaw bl-O. Eż: viro=rağel, glaso=tazza,

kafo=kafè, pomo=tuffieħa, stelo=kewkba, suno=xemx, tigro=tigra.

3. L-ARTIKLU (bil-Malti il- jew bl-Ingliż the) huwa dejjem LA. Eż: Il-kafè=la kafo, it-

tuffieħa=la pomo. Għalhekk fejn m‘hemmx artiklu m‘hemmx LA: tuffieħa=pomo,

kafè=kafo.

4. Il-PLURAL: Il-plural tagħmlu billi żżid J (għidha bħal j fil-Malti) f‘tarf il-kelma:

pomo=tuffieħa, pomoj=tuffieħ. Attenti li l-aċċent ta‘ ‗pomoj‘ jaqa‘ fuq l-ewwel o għax hi l-

vokali ta‘ qabel tal-aħħar.

Minn hawn joħroğ li l-artiklu jibqa‘ la, ukoll quddiem il-plural: tuffieħa=pomo;

tuffieħ=pomoj; it-tuffieħa=la pomo; it-tuffieħ=la pomoj.

TAĦRIĞ a)Agħmel sing taħt il-vokali li fuqha jaqa‘ l-aċċent ta‘ dal-kelmiet: sinjoro, porko, julio.

b)Ikteb il-plural tagħhom.

ċ) Kif tgħid: rağel, ir-rağel, irğiel, l-irğiel.

NB—It-tweğibiet tal-istħarriğ tal-lezzjonijiet kollha qegħdin f‘pp. 31-33. Tidħaqx bik

innifsek; l-ewwel ara kif tista‘ ssolvi t-taħriğ waħdek, u wara qabbel kemm trid. Jekk

tkun tgħallimt il-lezzjoni sewwa, għandek tmur tajjeb fit-taħriğ. Fl-aħħar mill-aħħar

tgħallem mill-iżbalji tiegħek stess u fejn ma tkunx tista‘ tifhem staqsi.

Tgħallem bl-amment:

* Ĝis revido=Saħħa, Ċaw. (NB – Il-Ĝ tippronunzjaha bħall-Ğ tal-Malti. Hekk għandna wkoll

: ruĝa=aħmar. Hawn nistgħu nsemmu wkoll iċ-ĉ li tgħidha bħaċ-ċ tal-Malti:

ĉokolado=ċokolado).

Kliem użat f‘dil-lezzjoni:

Glaso=tazza; julio=Lulju; kafo=kafè; nokto=lejl;

pomo=tuffieħa; porko=ħanżir; sinjoro-sinjur (Mr);

stelo=kewkba; suno=xemx; tigro=tigra; viro=rağel.

Page 5: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

5

It-Tieni Lezzjoni

1. L-AĞĞETTIVI, jiğifieri dak il-kliem li jmur man-nomi u għalhekk juri l-kwalità ta‘ xi

ħağa, jispiċċaw dejjem bl-A. Eż: alta=għoli, bona=tajjeb, varma=sħun. Hekk: alta domo=dar

għolja; la alta domo=id-dar għolja; la altaj domoj=id-djar għolja.

NB: L-ağğettiv jista‘ jitpoğğa qabel jew wara n-nom. Kif jogħğob lilek: alta domo jew

domo alta.

2. KAJ (=u), SED (=imma): varma teo kaj plena glaso=tè sħun u tazza mimlija; varma

teo sed plena glaso= tè sħun imma tazza mimlija; granda elefanto sed bruna kato=iljunfant

kbir imma qattus kannella; grandaj elefantoj kaj brunaj katoj=iljunfanti kbar u qtates

kannella.

3. ESTAS: dan hu l-verb ‗tkun‘, bl-Ingliż: am, is, are:

Eż: Esperanto estas bela lingvo=Esperanto hi lingwa sabiħa. Elefantoj estas bestoj=Iljunfanti

huma annimali. Rozoj estas floroj sed pomoj estas fruktoj=Wardiet huma fjuri imma tuffieħ

huwa frott.

TAĦRIĞ

Aqleb għall-Esperanto:

a) Il-mejda tonda u l-bibien ħodor huma sbieħ.

b) Is-siğar huma għolja imma d-djar huma sħan.

Tgħallem bl-amment

* Saluton, doktoro/sinjoro/sinjorino/fraŭlino=Sliem, Dott./sinjur/sinjura/sinjorina.

NB– Dal-kliem jista‘ jitqassar hekk:

Doktoro=D-ro; sinjoro=s-ro; sinjorino=s-ino u fraŭlino=f-ino.

Kliem użat f‘dil-lezzjoni:

Alta=għoli; arbo=siğra; bela=sabiħ; besto=annimal;

bona=tajjeb; bruna=kannella; ĉokolado=ċikkulata; domo=dar;

elefanto=iljunfant; floro=fjura; ĝis=sa,sakemm; kaj=u;

kato=qattus; lingvo=lingwa; nigra=iswed; plena=mimli;

ronda=tond; rozo=warda; ruĝa=aħmar; sed=imma;

tablo=mejda; varma=sħun.

Page 6: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

6

It-Tielet Lezzjoni

1. ĈU: dil-kelma tibda mistoqsija (għidha bħal fil-Malti: ċu). Eż.: Ĉu la floro estas ruĝa? =Il-

fjura ħamra? Jes, ĝi estas ruĝa = Iva ħamra. Ne, ĝi ne estas verda=Le, mhix ħadra. NB-

Attenti għall-‗j‘ ta‘ ‗jes‘ .

2. SUR=fuq; SUB=taħt; EN=f‘, fi; DE=ta‘. Eż.: La libro estas sur la tablo=Il-ktieb

qiegħed fuq il-mejda. Sub la tablo estas benko= Taħt il-mejda hemm bank. La nomo de la

viro estas Johano=Isem ir-rağel hu Johano. La suno estas en la ĉielo=Ix-xemx qiegħda fis-

sema. Birdoj en kaĝo=Għasafar f‘gağğa.

3. IN-NUMRI: nulo=0; unu, du, tri, kvar, kvin, ses, sep, ok, naŭ, dek. Eż.: unu

nazo=mnieħer wieħed; du nazoj=żewğt imnieħer.

Biżżejjed tistudja dawn in-numri biex tagħmel l-oħrajn u tasal sal-għelf. Kif?

11 hu magħmul minn 10 + 1=dek unu; 12 hu magħmul minn 10+2=dek du.Il-kumplament l-

istess.

Issa: 20 hu magħmul min 2x10=dudek; 22=2x10+ 2=dudek du

50=5x10=kvindek. 100=cent (c għidha bħaz-z Maltija f‘zija). 1000=mil. Miljun=miliono.

Dil-kelma tgħiduhiex ‗miljono‘ imma mi-li-o-no.

Mela:1960=1000(mil)+900(naŭcent)+60(sesdek) =naŭcent sesdek. 2012=dumil dek du.

4. Kif qed tindunaw, meta tgħodd, in-numri bl-Esperanto tqegħidhom ħdejn xulxin

mifruda:10+1=dek unu; imma meta timmultiplika, tqegħidhom iħokku ma‘ xulxin:

20=2x10=dudek.

5. PLUS=aktar (aqraha qisek qed taqraha bil-Malti; għalhekk taqrahiex bħal fl-Ingliż

‗plas‘). Eż.:1+1=2: unu plus unu estas du.

6. MINUS=anqas. (Aqra minus qisek qed taqraha bil-Malti, għalhekk mhux ‗majnas‘).

Eż: 2-1=1: du minus unu estas unu.

TAĦRIĞ Aqleb fl-Esperanto:

a) Il-bieb qiegħed (=estas) fil-kamra;

b) Il-lampa qiegħda fuq il-mejda?

ċ) 1603.

d) 10+10=(estas)20.

e) 20-10=(estas)10.

Tgħallem bl-amment:

* Bonan apetiton= Kul tajjeb. * Dankon=Grazzi. *Ne dankinde=M‘hemmx minn xiex.

Kliem użat f‘dil-lezzjoni:

Benko=bank; ĉambro=kamra; ĉielo=sema; de=ta‘; en=f‘, fi;

jes=iva; kaĝo=gağğa; ne=le, ma...; nomo=isem; sub=taħt;

sur=fuq; verda=aħdar.

Page 7: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

7

Ir-Raba‘ Lezzjoni

1. Il-PRONOMI:

Singular: Jien=mi -- int=vi -- hu=li -- hi=ŝi -- it=ĝi (ŝ għidha bħax-x Maltija u l-ĝ bħall-

ğ).

Plural: Aħna=ni -- intom=vi -- huma=ili.

2. Il-pronomi jistgħu jsiru ağğettivi billi żżidilhom a. Eż.: mi ssir mia, vi ssir via, u l-

istess l-oħrajn. L-aħħar waħda: ili ssir ilia (hawn itfa‘ l-aċċent tal-kelma fuq it-tieni i).

Eż: Mia vazo=il-vażett tiegħi. Ĝia kapo=rasu (ngħidu aħna ta‘ xi annimal (ĝi=it). Ŝia viro=ir-

rağel tagħha. Ilia besto=l-annimal tagħhom.

3. IN (turi l-mara): fl-Esperanto l-mara (il-femminil) iğğibha mir-rağel (maskil), jiğifieri

żżid in mal-maskil. Eż: viro=rağel -- virino=mara; patro=missier -- patrino=omm;

koko=serduq -- kokino=tiğieğa.

4. GE: bħalma għadna kemm rajna fil-każ tal-IN li turi femminil (il-mara), l-Esperanto

għandu kliem ieħor żgħir li żżidu jew qabel jew wara l-kelma, u jkollok tifsira oħra. Kif rajna

l-IN inżiduha wara l-maskil biex tifforma l-femminil. Issa se nuru kelma oħra: GE li titpoğğa

qabel il-maskil u turi l-maskil u l-feminil flimkien. Eż: patro=missier - gepatroj=ğenituri

(missier u omm). Jekk qed tindunaw żidna l-j fl-aħħar għax il-GE turi żewğ persuni, għalhekk

il-kelma trid tkun fil-plural. Eżempji oħra: frato=ħu – gefratoj=aħwa subien u bniet.

Sinjoro=sinjur (Mr) – gesinjoroj=sinjur u sinjura(gentleman and lady). Elefanto=iljunfant –

geelefantoj=iljunfant u ljunfanta.

TAĦRIĞ Aqleb għall-Esperanto:

a) Jiena ħu Pawlu (=Paŭlo).

b) Int oħt John (=Johano)?

ċ) Ħu u oħt(uża ge) Pawlu huma tajbin.

d) Il-ğenituri ta‘ John huma sbieħ.

e) Il-kelb tiegħi aħdar?

f) Ix-xagħar tiegħu (=tal-kelb) hu kannella.

(N.B: l-h ta‘ haro għidha bħall-ħ tal-Malti).

Tgħallem bl-amment

* Kie estas la necesejo, mi petas?=Fejn hu t-tojlit, jekk jogħğbok?

* Mi ne scias=Ma nafx. (scias għidha: szias)

Kliem użat f‘dil-lezzjoni:

Fingro=subgħa; frato=ħu; haro=xagħar; hundo=kelb;

kapo=ras; koko=serduq; patro=missier; vazo=vażett.

Page 8: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

8

Il-Ħames Lezzjoni

1. PRONUNZJA: Ğa rajna kif ngħidu xi konsonanti li ma jixtibhux ma‘ tal-Malti. Biex

niğbor kollox, hawn se nagħti l-pronunzja tal-vokali u tal-konsonanti bl-Esperanto. Nibdew

bil-vokali: dawn tgħidhom bħal fil-Malti: a-e-i-o-u.

2. Issa niğu għall-konsonanti. Huma l-istess bħal fil-Malti ħlief dawn is-sebgħa li ğejjin

u li se nqabbilhom mal-Malti:

c=z: cent (għidha:zent)=mija;

ĉ=ċ: ĉio (għidha ċio)=kollox;

ĝ=ğ: kaĝo (għidha: kağo)=gağğa;

h=ħ: hundo (għidha: ħundo)=kelb;

ŝ=x: ŝuo (għidha: xuo)=żarbun;

ŭ=w: laŭro (għidha: lawro)=rand;

z=ż: zero (għidha: żero)=żero.

Issa se nuru tnejn oħra li fil-Malti m‘għandniex pronunzja għalihom. Bilfors irridu

nqabbluhom ma‘ pronunzja ta‘ lingwi oħra. Dawn huma:

ĥ: ħoss bħal dan m‘għandniex fil-Malti, imma tista‘ tqarrbu billi tgħid kħ flimkien;

f‘kelma waħda din hi konsonanti gutturali, jiğifieri li toħroğ mill-gerżuma. Ftit

huma l-kliem bl-Esperanto li tidħol fihom din l-ittra. Eż: ĥoro (għidha:

kħoro)=kor.

ĵ=din ukoll, fil-Malti m‘għandniex pronunzja bħalha; inlissnuha bħalma nlissnu l-

s ta‘ pleasure jew il-j ta‘ ‗jeudi‘: ĵaŭdo=il-Ħamis.

3. Il-VERBI juru għemil. Fl-ewwel lezzjoni rajna l-verb ESTAS. Hawn tajjeb li tkunu

tafu li l-Esperanto jistrieħ fuq l-‗għerq‘ tal-kelma, jiğifieri dik il-biċċa kelma li ma titbiddel

qatt. Ngħidu aħna l-kelma LABOR hija għerq li tagħti l-idea ta‘ xogħol. Issa ma‘ dan l-għerq

nistgħu nżidu xi kelma żgħira jew qabel jew wara biex ikollna tifsira ğdida. Eż:

GE+PATROJ; LABOR+O; LABOR+A viro=rağel ħaddiem (hawn labora hija ağğettiv għax

qed turi l-kwalità tar-rağel).

Nixtieq inżid li d-dizzjunarji bl-Esperanto dejjem jagħtu l-għerq tal-kliem. U mbagħad

trid tkun taf x‘għandek iżżid magħhom biex ikollok it-tifsira li trid. Din tistgħu taħsbuha xi

ħağa tqila, imma malajr tidrawha permezz tar-regoli u tal-qari.

4. PREŻENT, PASSAT, FUTUR: Issa nerğgħu lura fuq ESTAS: l-għerq ta‘ dal-verb hu

EST; miegħu nżidu AS u jkollna l-preżent tal-verb. Eż: Jiena rağel=Mi estas viro; Inti

mara=Vi estas virino.

Issa jekk inbiddlu dik l-AS u nagħmluha IS ikollna l-passat u jekk inbiddluha f‘OS ikollna l-

futur. Mela: AS=preżent; IS=passat; OS=futur. U dawn it-trufijiet imorru mal-verbi kollha fl-

Esperanto. Eż: Vi skribis=Inti ktibt; Ili preĝos=Għad jitolbu; Ĉu la murobelas? Jes, ĝi

belas=Il-ħajt sabiħ? Iva, sabiħ.

Issa nieħdu verb ieħor: għadna kemm semmejna l-verb LABOR. Mela nqegħduh fil-preżent:

Mi laboras - vi laboras - li laboras - ĝi laboras - ni laboras - vi laboras - ili laboras.

Issa nqegħduh fil-passat: mi laboris, eċċ.; fil-futur: mi laboros, eċċ.

Kliem użat f‘dil-lezzjoni:

Cent=mija; ĉio=kollox; hundo=kelb; ĥoro=kor; ĵaŭdo=il-

Ħamis; laboro=xogħol; muro=ħajt; preĝi=titlob;

skribi=tikteb; ŝuo=żarbun; zero=żero.

Page 9: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

9

TAĦRIĞ

a)Agħti l-pronunzja bil-Malti ta‘ dal-kliem - (Eż. ŝarko=xarko):

i.Ĉapo - ii.ĝirafo - iii.ŝtupo - iv.kontraŭ - v.ĉielo - vi.ŝanco - vii.zono - viii.haro - ix.fikcio -

x.ekzerco - xi.ĥamsino - xii.hieraŭ.

b) Ikteb dawn is-sentenzi fil-passat u fil-futur, u aqlibhom bil-Malti : i.Ĉu miaj gepatroj kaj

vi preĝas?

ii. Ni dormas en la bela ĉambro. iii.La virinoj skribas sur la benko.

Tgħallem bl-amment:

*Kio estas via nomo?=X‘jismek?

*Mia nomo estas Johano=Jisimni Ğanni.

Page 10: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

10

Is-Sitt Lezzjoni

1. Hodiaŭ=illum; hieraŭ=ilbieraħ; morgaŭ=għada. NB: lissen l-h bħall-ħ fil-Malti. L-

aċċent tal-kelma jaqa‘ hekk: f‘hodiaŭ fuq l-i: ho-di-aŭ; fi hieraŭ fuq l-e: hi-e-raŭ, u f‘ morgaŭ

fuq l-o: mor-gaŭ. Dejjem fuq l-istess regola li l-aċċent tal-kliem kollu fl-Esperanto jaqa‘ fuq

il-vokali ta‘ qabel tal-aħħar, jew kif tissejjaħ, il-penultima.

Eż: Ĉu hieraŭ la pomo falis de la arbo al la tero?=Ilbieraħ it-tuffieħa waqgħet mis-siğra għall-

art?

Ĉu boatoj kaj ŝipoj estos en la maro morgaŭ=Għada se jkun hemm dgħajjes u vapuri fil-

baħar?

Ĉu hodiaŭ la ĉemizo estas sur la viro?=llum il-qmis qiegħda fuq ir-rağel?

2. MAL: dil-kelma jsejħulha prefiss jiğifieri poğğuta quddiem kelma oħra, bħalma hi GE.

Tfisser il-KUNTRARJU. Eż.: alta=għoli – malalta=baxx/a; varma=sħun/a –

malvarma=kiesaħ/kiesħa; bona=tajjeb/tajba; malbona=ħażin/a; bela=sabiħ/a –

malbela=ikrah/kerha. 3. L-AVVERBI huma kliem li jmorru mal-verbi u

juruna l-kif, il-kemm, eċċ. Dawn fl-Esperanto dejjem jispiċċaw bl-E (fl-Ingliż –ly, eż.:

greatly, neatly).

Hawn ta‘ min jinnota li l-avverbi nsawruhom mill-ağğettivi. Hekk: minn bela noħorğu bele;

minn granda noħorğu grande; alta-alte, varma=varme.

Eż: bela-bele: li marŝas bele=Jimxi sabiħ; granda-grande: ŝi parolas grande=titkellem goff

(bil-kbir); ili kantas bele kaj dolĉe=ikantaw sabiħ u bil-ħlewwa.

4. L-IMPERATTIV ifisser kmand. Il-verbi fl-imperattiv jispiċċaw dejjem bl-U.

Eż: Minn skrib, l-għerq li jfisser ‗tikteb‘, noħorğu skribu=ikteb, iktbu; mill-għerq manĝ li

tfisser ‗tiekol‘ noħorğu l-imperattiv manĝu=kul, kulu; am (tħobb)-amu=ħobb, ħobbu.

TAĦRIĞ

a) Oħroğ avverbi minn dawn l-ağğettivi: bela, granda, blanka, verda.

b) Oħroğ verb fl-imperattiv minn dawn is-sentenzi, (eż: mi amas - amu) :

(i) Johano skribas; (ii) la soldatoj marŝas el la urbo; (iii) ili parolas al la patro.

Tgħallem bl-amment:

* Kie vi loğas=Fejn toqgħod? Mi loĝas en Malto =Noqgħod Malta.

* Kie estas Malto?=Fejn hi Malta? Malto estas en la Mediteraneo=Malta qiegħda fil-

Mediterran.

NB: Attent għal fejn titfa‘ l-aċċent fil-kelma Mediteraneo‘: fuq l- ‗e‘ ta‘ qabel l-o.

Kliem użat f‘dil-lezzjoni:

Al=lejn; boato=dgħajsa; ĉemizo=qmis; de=minn; dolĉe=bil-

ħlewwa; el=minn ğo; fali=taqa‘; hieraŭ=ilbieraħ;

hodiaŭ=illum; manĝi=tiekol, marŝi=timxi; morgaŭ=għada;

paroli=titkellem; skribi-tikteb; ŝipo=vapur; tero=art; urbo=belt;

verda=aħdar.

Page 11: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

11

Is-Seba‘ Lezzjoni

1. LA KALENDARO

Jaro=sena -- monato=xahar -- semajno=ğimgħa -- tago=jum.

La tagoj de la semajno=Il-jiem tal-gimgħa: Lundo=it-Tnejn; Mardo=it-Tlieta; Merkredo=l-

Erbgħa; Ĵaŭdo=il-Ħamis; Vendredo=il-Ğimgħa; Sabato=is-Sibt; Dimanĉo=il-Ħadd.

Nota: attenti għall-pronunzja ta‘ ĵaŭdo; u għall-aċċent ta‘ sabato: fuq l-a bis-sing taħtha.

La monatoj de la jaro estas=Ix-xhur tas-sena huma: Januaro – februaro – marto – aprilo –

majo – junio – julio – aŭgusto – septembro – oktobro – novembro – decembro.

Noti: attenti għall-pronunzja ta‘ (i) junio u julio: hawn l-aċċent jaqa‘ fuq l-i ; (ii) f‘decembro

l-ittra c ppronunzjaha bħaz-‗z‘ tal-Malti.

2. LA HORLOĜO – Attenti għal dik l-H: għidha bħall-Ħ fil-Malti.

La horo=is-siegħa (the hour).

Biex tistaqsi l-ħin għid: Kioma horo estas? Biex twieğeb: Estas la dua=is-sagħtejn, jew: Estas

la dua precize=Is-sagħtejn preċiż.

Kif tippronunzja l-kelma precize: c=bħall-Malti ‗z‘ u z bħall-Malti ‗ż‘. Mela: preziże.

TAĦRIĞ

a) Laqqa‘ ż-żewğ ringieli flimkien:

La knaboj ludis la kvara

La pluvo falos bele

Januaro ne estas bone

En julio ni dormas varma monato

Kioma horo estas? dolĉe

Kioma horo estas?

b) Aqleb fl-Esperanto:

i. F‘Jannar hemm 31 jum; ii. F‘ğimgħa hemm sebat ijiem; iii. F‘sena hemm 12-il xahar.

Tgħallem bl-amment

* Ĉu vi trinkas kafon?=Int tixrob kafè? Ne/Jes, dankon=Le/iva, grazzi.

Kliem użat f‘dil-lezzjoni:

Dormi=torqod; fali=taqa‘; horloĝo=arloğğ;

kalendaro=kalendarju; ludi=tilgħab; pluvo=xita.

Page 12: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

12

It-Tmien Lezzjoni

1. –N jew l-oğğett tal-verbi (imsejjaħ ukoll ‗Akkużattiv‘)

Hemm differenza bejn:

a)MI ESTAS VIRO=Jien rağel, u

b)MI TRINKAS LA VINON=Qed nixrob l-inbid.

F‘(a), Mi huwa s-suğğett tas-sentenza, u viro jispjega l-kelma ‗Mi‘, hekk li nista‘ ngħid li

‗mi=viro‘, jiğifieri m‘hemmx azzjoni għaddejja minni għar-rağel.

Imma f‘(b), Mi u vino mhumiex l-istess. U l-verb ‗havas‘ irid oğğett warajh, jiğifieri hemm

azzjoni għaddejja minn mi għal vino. Għalhekk vino trid tispiċċa b‘N (li għalhekk qiegħda fl-

akkużattiv).

Eżempi oħra: (i) La infanoj skribas leteron=It-tfal jiktbu ittra. (ii) La kato manĝas

panon.=Il-qattus qed jiekol il-ħobż. (iii) La viroj trinkas bieron=Ir-rağel qed jixrob il-birra.

(iv) La gepatroj amas la gefilojn=Il-ğenituri ( ge=missier u omm) iħobbu t-tfal (ge=subien u

bniet).

2. Issa ejjew inpoğğu l-oğğett tas-sentenza (b) li hemm fuq, fil-plural. Mela: Mi trinkas

vinon tiği: Mi trinkas vinojn (nixrob inbejjed). Mela għandha l-o għax il-kelma hija nom

(isem ta‘ xi ħağa: inbid); il-j għax hi fil-plural (=ħafna) u n għax il-kelma hi l-oğğett tas-

sentenza, l-azzjoni tgħaddi minn mi għal vino. Għalhekk il-kelma vino tispiċċa bl-OJN. Dan

isir kull fejn hemm oğğett wara verb, ukoll fil-plural.

L-ağğettivi li jmorru man-nomi wkoll iridu l-N meta jkunu l-oğğett tas-sentenza. Eż: La

infanoj skribas longan leteron=It-tfal jiktbu ittra twila. Issa ejjew inpoğğu dis-sentenza fil-

plural: La infanoj skribas longajn leterojn=It-tfal jiktbu ittri twal. Hekk għandna: BELA-

BELAJ — BELAN-BELAJN.

Eżempji oħra: (i) La bona patro amas la bonan filon=Il-missier tajjeb iħobb lil ibnu tajjeb.

Fil-plural: La bonaj patroj amas la bonajn filojn.

(ii) La varma kato manĝas varman panon=Il-qattus sħun jiekol ħobż sħun.

Fil-plural: La varmaj katoj manĝas varmajn panojn.

TAĦRIĞ Poğği fil-plural l-oğğett tas-sentenzi li hemm fl-ewwel paragrafu hawn fuq, jiğifieri minn (i)

sa (iii).

Tgħallem bl-amment:

* Kiom da jaroj vi havas?=Kemm għandek żmien?

* Mi havas dudek jarojn=Għandi għoxrin sena.

Kliem użat f‘dil-lezzjoni:

Havi=ikollok; vino=inbid;

Page 13: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

13

Id-Disa‘ Lezzjoni

1. F‘xi lezzjonijiet ta‘ qabel semmejna li fl-Esperanto nsibu kliem żgħir li npoğğuh jew

qabel jew wara għerq u jkollna tifsira differenti. Hekk semmejna GE li titpoğğa qabel il-

maskulin biex ikollna l-maskulin u l-femminin flimkien: patro=missier; gepatroj=missier u

omm – ğenituri. Rajna wkoll IN li titpoğğa wara l-maskulin biex turi mara: patro=missier --

patrino=omm.

Hawn se nżidu oħrajn.

IST: meta żżid dil-kelma wara għerq, ikollok tifsira ta‘ SPEĊJALISTA, professjoni. Eż:

dento=sinna -- dentisto= speċjalista fis-snien= dentist (dent+ist+o); instruisto=għalliem;

pianisto=pjanista; laboristo=ħaddiem.

EJ: turi post. Ftakru fil-kelma Maltija ‗fejn‘. Eż: preĝ (titlob) -- preĝejo=fejn

titlob=knisja. Dorm(torqod) -- dormejo=fejn torqod (kamra tas-sodda, dormitorju).

Lernejo=(post fejn titgħallem)=skola.

2. KIO, KIA, KIU, KIE: dawn il-kelmiet tibda sentenza bihom għalkemm għandhom

tifsira differenti.

Kio=X‘, xinhu, xinhi?(bl-Ingliż ‗what‘): Kio estas rozo?=X‘inhi warda? Rozo estas floro.

Għalhekk, kio trid tweğiba b‘nom, jiğifieri kelma li tispiċċa bl-o: KiO.....O: kio....rozo.

Kia=xi kwalità? Kia estas la rozo? La rozo estas bela. Mela t-tweğiba ta‘ ‗Kia‘ trid tkun

ağğettiv: bela. Mela: KiA...A: kia...granda.

Kiu=min? (who?): Kiu legas?=Min qed jaqra? La knabo legas=It-tifel qed jaqra.

Kie=fejn? Kie estas la elefanto? Fejn hu l-iljunfant? La elefanto estas en la ĝardeno=L-

iljunfant qiegħed fil-ğnien.

TAĦRIĞ Laqqa‘ ż-żewğ kolonni:

Kia estas la pupo? La pupo estas... muso

Kiu manĝas? ...manĝas. en la kaĝo

Kie estas la birdo? La birdo estas... homo

Kio estas viro? Viro estas... malbela

Tgħallem bl-amment:

* Mi gratulas vin=Nifraħlek.

* Esperanto estas bela kaj facila lingvo=L-Esperanto hi lingwa sabiħa u ħafifa.

* Studu ĝin bone.=Studjah sewwa.

Kliem użat f‘dil-lezzjoni:

Dento=sinna; dormi=torqod; instrui-tgħallem; kaĝo=gağğa;

knabo=tifel; legi=taqra; lerni=titgħallem; muso=ğurdien;

piano-pjanu; preĝi=titlob

Page 14: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

14

L-Għaxar Lezzjoni

Fil-ħames lezzjoni tajna ħjiel tal-verbi, jiğifieri dak il-kliem li juri azzjoni. Tkellimna mill-

preżent, passat u futur(-AS, -IS, -OS). Hawn tajjeb li ndaħħlu tliet għamliet oħra tal-verb,

jiğifieri, l-infinittiv, l-imperattiv u l-kondizzjonal.

1. Fl-INFINITTIV il-verbi bl-Esperanto jispiċċaw bl-I, jiğifieri tieħu l-għerq u żżid i.

Hekk minn preĝ nisiltu preĝi=titlob(to pray). L-infinittiv jiği wara xi verb ieħor: Mi volas

preĝi=Irrid nitlob; Mi deziras legi=Nixtieq naqra.

2. Fl-IMPERATTIV=kmand, il-verbi fl-Esperanto jispiċċaw bl-U, jiğifieri żżid U mal-

għerq: Preĝu=itlob, itolbu; deziru=xtieq, xtiequ; legu=aqra, aqraw.

3. Fil-KONDIZZJONAL meta nesprimu ‗li kieku...‘ (bl-Ingliż:if); hawn nużaw il-kelma

SE (jekk): Se mi legus, mi ne preĝus=Jekk naqra ma nitlobx. Se ni manĝus, ni ne

mortus!=Jekk nieklu ma mmutux. Se mi estus riĉa!=Li kieku jien sinjur!

TAĦRIĞ: Aqleb fl-Esperanto l-kliem li qiegħed bil-Malti:

(Eż: Kio estas instruisto? Hu bniedem = Li estas homo). i) Ĉu li instruos lecionon? Le, mhux

ser jgħallem. (ii) Kia estis la floro? Il-fjura kienet blu. (iii) Kie estis la seĝo? Is-siğğu kien

fil-klassi. (iv) Kiu estas mi? Jien John (Johano). (v) Kio estas en la ĉielo? Fis-sema hemm

grupp ta‘ kwiekeb. (vi) Ĉu miaj gepatroj estas dentistoj? Le, mhumiex.

Tgħallem bl-amment

*Bonan matenon/bonan vesperon/bonan nokton=Il-jum it-tajjeb/il-lejl it-tajjeb/(hawn

ukoll)il-lejl it-tajjeb.

Kliem użat f‘dil-lezzjoni:

Blua=blu; deziri=tixtieq; klaso=klassi; legi=taqra;

morti=tmut; seĝo=siğğu; voli=trid;

Page 15: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

15

Il-Ħdax-il Lezzjoni

1. Kelma importanti oħra hi APUD=ħdejn: Apud la bruna ĉevalo=Ħdejn iż-żiemel ismar.

Mia frato sidas apud mi=Ħija qiegħed bilqiegħda ħdejja.

2. Issa ngħaddu għal tliet kelmiet imsejħa SUFFISSI, jiğifieri li jitwaħħlu wara l-għerq ta‘

kelma. Dawn huma: -ET, -EG, -AR.

ET turi li xi ħağa hi ĊKEJKNA; EG turi xi ħağa KBIRA: ĝardeno=ğnien—ĝardeneto=ğnien

żgħir, ĝardenego=ğnien kbir; infano=tarbija—infaneto=tarbija żgħira, infanego=tarbija kbira;

vilaĝo=raħal—vilaĝeto=raħal żgħir, vilaĝego=raħal kbir.

3. AR turi grupp: libro=ktieb—libraro=librerija (grupp ta‘ kotba). Fenestro=tieqa –

fenestraro=grupp ta‘ twieqi.

Il-grupp irid ikun ta‘ l-istess ħağa. Ma jistax ikollok ngħidu aħna grupp ta‘ kotba, lapsijiet

u x‘naf jien flimkien u nuzaw l-AR.

TAĦRIĞ

a) Għid xi jfisser dal-kliem: rozaro, personaro, frataro, strataro.

b) Ċekken u kabbar u agħti t-tifsita bil-Malti ta‘ dawn: robo,viro, reĝo, urbo

Tgħallem bl-amment

* Pardonu=skużani. Ne gravas=Ma ğara xejn.

TWEĞIB GĦAT-TAĦRIĞ L-ewwel lezzjoni

a) Sinjoro, porko, julio; b) sinjoroj, porkoj, julioj; ċ) viro-la viro,viroj, la viroj.

It-tieni lezzjoni

a) La ronda tablo kaj la verdaj pordoj estas belaj.

b) La arboj estas altaj sed la domoj estas varmaj.

It-tielet lezzjoni

a) La pordo estas en la ĉambro.

b) Ĉu la lampo estas sur la tablo?

ċ) Mil sescent tri.

d) Dek plus dek estas dudek.

e) Dudek minus dek estas dek.

Ir-raba‘lezzjoni

Kliem użat f‘dil-lezzjoni:

Bruna=ismar; ĉevalo=żiemel; fenestro=tieqa; frato=ħu;

ĝardeno=ğnien; infano=tarbija; libro=ktieb; persono=persuna;

reĝo=re; robo=libsa; sidi=toqgħod bilqiegħda; strato=triq;

urbo=belt; vilaĝo=raħal.

Page 16: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

16

a) Mi estas la frato de Paŭlo.

b) Ĉu vi estas la fratino de Johano?

ċ) La gefratoj de Paŭlo estas bonaj.

d) La gepatroj de Johano estas belaj.

e) Ĉu mia hundo estas verda?

f) Ĝia haro estas bruna.

Il-ħames lezzjoni

a) i. ċapo – ii. ğirafo - iii. xtupo – iv. kontraw – v. ċielo - vi. xanzo – vii. żono – viii. ħaro –

ix. fikzio – x. ekżerzo – xi. kħamsino – xii. ħieraw.

b) i.Ĉu miaj gepatroj kaj vi preĝas?- Ĉu miaj gepatroj kaj vi preĝis?=Il-ğenituri tiegħi u inti

tlabtu?; Ĉu miaj gepatroj kaj vi preĝos?=Il-ğenituri tiegħi u inti se titolbu? ii.Ni dormas en la

bela ĉambro-Ni dormis en la bela ĉambro=Irqadna fil-kamra sabiħa; Ni dormos en la bela

ĉambro=Se norqdu fil-kamra sabiħa. iii.La virinoj

skribas sur la benko.- La virinoj skribis sur la benko=In-nisa kitbu fuq il-bank; La virinoj

skribos sur la benko=In-nisa se jiktbu fuq il-bank.

Is-sitt lezzjoni

a)bele, grande, blanke, verde.

b)Skribu, marŝu, parolu.

Il-seba‘ lezzjoni

a) La knaboj ludis dolĉe.

La pluvo falos bele.

Januaro ne estas varma monato.

En julio ni dormas bone

Kioma horo estas? Estas la kvara.

b) i. En januaro estas tridek unu tagoj. ii. En unu semajno estas sep tagoj. iii. En unu jaro

estas dek du monatoj.

It-tmien lezzjoni

(i) leterojn; (ii) panojn; (iii) bierojn.

Id-disa‘ lezzjoni

Kia estas la pupo? La pupo estas malbela .

Kiu manĝas? Muso manĝas.

Kie estas la birdo? La birdo estas en la kaĝo.

Kio estas viro? Viro estas homo.

L-għaxar lezzjoni

(i) Ne, li ne instruos. (ii) La floro estis blua. (iii) La seĝo estis en la klaso. (iv) Mi estas

Johano. (vi) En la ĉielo estas stelaro. (vii) Ne.

Il-ħdax-il lezzjoni

a) rozaro=ğabra ta‘ ward; personaro=grupp ta‘ nies; frataro=grupp ta‘ aħwa; strataro=għadd

ta‘ triqat; urbaro=grupp ta‘ bliet.

b) robo: robeto, robego; viro: vireto, virego; reĝo: reĝeto, reĝego.

Page 17: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

17

TAL-AĦĦAR

Nixtieq niğbed l-attenzjoni li jien hawn dewwaqtkom biss ftit mill-Esperanto, għalkemm ğa

tafu ħafna. Biex tkomplu, hemm ħafna kotba li tistgħu tistudjaw. Hemm ngħidu aħna bil-

Malti ‗Il-Kors ta’ Zagreb‘ u bl-Ingliż ‗Teach Yourself Esperanto‘, u ħafna oħrajn. Aħna lesti

biex ngħinu. Jekk ikollok xi mistoqsija, ibgħathielna fuq l-e-mail: [email protected]

Dankon kaj ĝis revido=Grazzi u ... niltaqgħu.

Page 18: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

18

KLIEM UŻAT (i) Esperanto-Malti A

Al=lejn

alta=għoli

arbo=siğra

B

Bela=sabiħ

benko=bank

bona=tajjeb

besto=annimal

blua=blu

boato=dgħajsa bruna=kannella

Ĉ

Ĉambro=kamra

ĉemizo=qmis

ĉevalo=żiemel

ĉielo=sema

ĉio=kollox

ĉokolado=ċikkulata

D De=ta‘

dento=sinna

deziri=tixtieq

dolĉe=bil-ħlewwa

domo=dar

dormi=torqod

E

Elefanto=iljunfant

en=f‘, fi

F

Fali=taqa‘

fingro=subgħa

frato=ħu

floro=fjura

Ĝ

Ĝardeno=ğnien

ĝis=sa,sakemm

F

Fali=taqa‘ fenestro=tieqa

frato=ħu

G

Glaso=tazza

Page 19: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

19

Ĥ

Ĥoro=kor

H

Haro=xagħar

havi=ikollok hieraŭ=ilbieraħ

hodiaŭ=illum

horloĝo=arloğğ

hundo=kelb

I

Infano=tarbija

instrui=tgħallem

Ĵ

Ĵaŭdo=il-Ħamis

J

Jes=iva

julio=Lulju

K

Kafo=kafè

kaĝo=gağğa

kaj=u

kalendaro=kalendarju

kapo=ras

kato-qattus klaso=klassi

knabo=tifel

koko=serduq

L

Laboro=xogħol

legi=taqra

lerni=titgħallem

libro=ktieb

lingvo=lingwa

ludi=tilgħab

M

Manĝi=tiekol

marŝi=timxi

morgaŭ=għada

muso=ğurdien

N

Ne=le, ma...

nigra=iswed

nokto=lejl

nomo=isem

P

Paroli=titkellem

patro=missier

persono=persuna

piano-pjanu

preĝi=titlob

plena=mimli

Page 20: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

20

pluvo=xita

pomo=tuffieħa

porko=ħanżir

R

Reĝo=re ronda=tond

robo=libsa

rozo=warda

ruĝa=aħmar

Ŝ

Ŝipo=vapur

ŝuo=żarbun

S

Sed=imma

seĝo=siğğu sidi=toqgħod bilqiegħda

sinjoro-Sinjur (Mr)

skribi=tikteb

stelo=kewkba

strato=triq

sub=taħt

suno=xemx

sur=fuq

T

Tablo=mejda tero=art

tigro=tigra

U

Urbo=belt

V

Varma=sħun

vazo=vażett

verda=aħdar

vilaĝo=raħal

vino=inbid viro=rağel

voli=trid.

Page 21: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

21

(ii) Malti-Esperanto

A Aħdar=verda

aħmar=ruĝa

annimal=besto

arloğğ=horloĝo

art=tero

B

Bank=benko

belt=urbo

blu=blua

Ċ Ċikkulata=ĉokolado

D

Dgħajsa=boato

dar=domo

F

Fi,f‘=en

fjura=floro

fuq=sur

G

Gağğa=kaĝo

Ğ

Ğudrien=muso

ğmiem=ĝardeno

Ħ

Ħamis (il-)=ĵaŭdo

Ħlewwa (bil-)=dolĉe

ħu=frato

I

Ikollok=havi

iljunfant=elefanto

illum=hodiaŭ

imma=sed

inbid=vino

isem=nomo

iswed=nigra

iva=jes

Għ Għada=morgaŭ

għoli=alta

K

Kafè=kafo

kalendarju=kalendaro

Page 22: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

22

kamra=ĉambro

kannella-bruna

kelb=hundo

kewkba=stelo

klassi=klaso

kollox=ĉio

kor=ĥoro

ktieb=libro

L

Le=ne

lejl-nokto

lejn=al

libsa=robo

lingwa=lingvo lulju=julio

M

Ma...=ne

mejda=tablo

mimli=plena

missier=patro

P

Persuna=persono

pjanu=piano

Q

Qattus=kato

qmis=ĉemizo

R

Rağel=viro raħal=vilaĝo

ras=kapo

re=reĝo

S

Sa, sakemm=ĝis

sabiħ=bela

sema=ĉielo

serduq=koko

sħun=varma

siğğu=seĝo siğra=arbo

Sinjur (Mr)=sinjoro

sinna=dento

subgħa=fingro

T

Taħt=sub

taqa‘=fali

taqra=legi

tarbija=infano

tiekol=manĝi

tieqa=fenestro tifel=knabo

Page 23: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

23

tigra=tigro

tikteb=skribi

tilgħab=ludi

timxi=marŝi

titgħallem=lerni titkellem=paroli

titlob=preĝi

tond=ronda

toqgħod bilqiegħda=sidi

trid=voli

triq=strato

tuffieħa=pomo

U

U=kaj

V Vapur=sipo

vażett=vazo

W

Warda=rozo

X

Xagħar=haro

xemx=suno

xita=pluvo

xogħol=laboro

Ż

Żarbun=Ŝuo

żiemel=ĉevalo

Page 24: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

24

Il-Moviment Esperantista (Aqra l-ktieb: ‘Zamenhof’ maħruğ mill-Malta Esperanto-Societo, biex ikollok aktar tagħrif

fuq l-istorja tal-Esperanto) 1. Meta twieled Zamenhof u fejn?

-Twieled fil-15 ta‘ Diċembru 1859 fi Bjalistok, il-Polonja.

2. X‘kien jismu Zamenhof? -Lazarus Ludvik.

3. Xi tfisser il-kelma ‗Esperanto‘?

-Tfisser: ―Wieħed li jittama‖.

4. X‘kien jisimha mart Zamenhof?

-Klara Silbernik.

5. Minn fejn ğab il-flus Zamenhof biex ippubblika l -ewwel

ktieb tiegħu tal-Esperanto?

-Mid-dota ta‘ martu li aċċettat li tgħinu.

6. Kif niżżel ismu Zamenhof fuq dan l-ewwel ktieb tal- Esperanto?

-Doktoro Esperanto.

7. Wara li laħaq tabib, Zamenhof ma ħassx li kellu jkompli l- professjoni tiegħu ta‘ tabib ğenerali. U speċjalizza. Fiex?

-Bħala okulista, jiğifieri speċjalista tal-għajnejn.

8. Kemm kellu tfal? X‘kien jisimhom? X‘laħqu wara li spiċċaw

l-istudji tagħhom fl-università?

-Kellu tlieta: Adam (okulista), Sofia (tabiba) u Lidja(avukatessa, imma qatt ma ħadmet t‘hekk, għax

għaddiet ħajjitha tgħallem il-lingwa ta‘ missierha f‘pajjiżi diversi).

9. Meta miet Zamenhof?

-Fl-14 t‘ April 1917.

10. Meta deher l-ewwel ktieb tal-Esperanto? U kemm kellu żmien Zamenhof meta ħarğu?

-Il-ktieb deher f‘Lulju 1887. Għalhekk din hi d-data tat- twelid ta‘ l-Esperanto. Hawn Zamenhof kellu 28 sena.

11. Semmi mill-inqas tliet kotba li Zamenhof qaleb minn lingwi oħra għall-Esperanto. -It-Testment il-Qadin kollu mill-Ebrajk, il-Ħrejjef ta‘ Ander-

son u Hamlet ta‘ Shakespeare.

12. Semmi xi poeżiji li kiteb Zamenhof.

-La Espero, li hu l-innu ta‘ l-Esperanto; Mia Penso; Ho Mia Kor‘ u La Vojo.

13. Semmi tlieta minn nies kbar li ttantaw jiktbu lingwa internazzjonali li ma rnexxietx.

-Descartes, Leibnitz u Komenski (jew Comenius).

14. L-istudjużi tal-lingwi (lingwisti), qabel Zamenhof, kienu ilhom itambru fuq kif kellha tkun lingwa

internazzjonali. Kollha qablu fuq tliet punti li għandhom ikunu l-karatteristiċi ğenerali ta‘ lingwa bħal din.

X‘kienu dawn it-tliet punti?

- a) Li tkun newtrali, jiğifieri mhi ta‘ ħadd u hi ta‘ kulħadd;

b) li tkun ğdida għal kollox; ċ) li tkun ibbażata fuq il-lingwi kulturali moderni.

15. Għal-lingwa tiegħu Zamenhof ħa l-kliem minn lingwi diversi. Liema huma dawn il-lingwi u x‘persentağğ

jagħmlu fil-lingwa tiegħu?

-a) Mill-Grieg u mil-Latin: 75%;

b) mill-Ğermaniż u mill-Ingliż: 20%;

ċ) mir-Russu: 5%.

16. X‘jisimha dik l-assoċjazzjoni ċentrali li tmexxi l-Esperanto, u fejn tinsab?

-Hi l-Universala Esperanto-Asocio li għandha s-sede tagħha l-Olanda.

17. Meta sar l-ewwel kungress tal-Esperanto, u fejn sar?

-Sar fl-1905 f‘Boulogne-sur-mer, Franza.

18. Il-15 ta‘ Diċembru hi data importanti għall-esperantisti tad-dinja kollha. Għaliex?

-Għax hi jum it-twelid ta‘ Zamenhof. Hi wkoll ‗Jum il-Ktieb‘. L-esperantisti jiffesteğğjaw jum it-twelid aktar milli jum il-mewt ta‘ Zamenhof.

19. Fil-Kumitat tal-Lingwa (illum ―l-Akkademja tal-Esperanto‖ ) li kien waqqaf Zamenhof fl-1905, kien hemm

esperantista Malti. Min kien?

Page 25: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

25

-Kien it-Tabib Gustav Busuttil, MD.

20. Liema hu dak il-ktieb fejn Zamenhof ħalla l-prinċipji tal-bi-

ni u l-formazzjoni tal-Esperanto li ma jistgħux jintmissu?

-La Fundamento de Esperanto.

21. ―Biex lingwa tkun internazzjonali mhux biżżejjed li ssejħil- ha hekk.‖ Min kiteb dal-kliem u fejn insibuh miktub?

-Kitbu Zamenhof innifsu, u nsibuh miktub fil-qoxra ta‘ barra tal-ewwel ktieb li kien ħareğ.

22. Semmi l-aktar rivista importanti, fost oħrajn, li toħroğ bl-Esperanto.

-Ir-rivista ‗Esperanto‘, li toħroğ kull xahar mill-Universala Esperanto-Asocio.

23. Semmi tliet stazzjonijiet tar-Radjo, fost oħrajn, li jittrasmettu bl-Esperanto.

-Radjo Polonja, Radjo Vatikan u r-Radjo Ċiniż.

24. Awtur kien irrefera għall-Esperanto b‘dal-kliem: ―Dar-rigal hu hekk kbir u se jkollu riżultati hekk qawwija

għad-dinja, li ħadd m‘għandu jagħtih bis-sieq u jkasbru.‖ Min hu u minn fejn hu?

-Hu l-kittieb Russu Leo Tolstoj.

25. Min ippersegwita ħafna ‗l-Esperantisti hekk li jew qatilhom jew tefagħhom il-ħabs?

-Hitler u Stalin.

26. Min kienu t-tliet protagonisti li mexxew ‗l-Esperanto f‘Malta fil-bidu tas-seklu l-ieħor (is-seklu 20)? -Kienu: it-Tabib Gustav Busuttil, l-Ispiżjar Arkanğlu Agius u l-Prokuratur Legali Agostino Levanzin. It-

Tabib Gustav Busuttil hu meqjus bħala l-pijunier tal-movimernt esperantista f‘Malta.

27. X‘jisimha l-ewwel u l-unika poeżija bl-Esperanto li kiteb Dun Karm, u meta kitibha?

-Jisimha: ‗Penso Primtempa‘ (Ħsieb għar-Rebbiegħa) u kitibha fl-1901.

28. Meta twaqqfet is-Soċjetà moderna tal-Esperanto f‘Malta, u fejn?

-Twaqqfet fis-26 ta‘ Diċembru 1961, fil-Cafè Premier, il-Belt Valletta, għalhekk fis-sena 2011 għalqet 50

sena.

29. X‘jismu l-magażin li toħroğ is-Soċjetà tal-Esperanto f‘Malta llum?

-Mezmara Stelo.

30. Fejn insibu Triq Zamenhof u Triq l-Esperanto?

-Insibuhom l-Imsida. 31. Min ħadem il-monument lil Zamenhof li hemm fil-Yacht Marina, Tal-Pietà?

-L-iskultur Alfred Camilleri Cauchi.

Patro Nia (Il-Missierna) Patro nia,

kiu estas en la ĉielo,

sanktigata estu via nomo,

venu via regno,

fariĝu via volo,

kiel en la ĉielo,

tiel ankaŭ sur la tero.

Nian panon ĉiutagan donu al ni hodiaŭ,

kaj pardonu al ni niajn ŝuldojn,

kiel ankaŭ ni pardonas al niaj ŝuldantoj,

kaj ne konduku nin en tenton,

sed liberigu nin de la malbono.

Amen.

**************

Saluton, Maria (Is-Sliema) Saluton, Maria, gracoplena.

La Sinjoro estas kun vi.

Benata vi estas inter la virinoj,

kaj benata estas la frukto de via sino, Jesuo.

Sankta Maria, Dipatrino,

preĝu por ni, pekuloj,

nun kaj en la horo de nia morto.

Page 26: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

26

Amen.

WERREJ

Qabel xejn 3

L-ewwel lezz.: Kif taqra l-Esperanto; in-nomi; l-artiklu; il-plural. 4

It-tieni lezz: l-ağğettivi; kaj, sed; estas. 5

It-tielet lezz: ĉu; sur, sub; in-numri; plus, minus. 6

Ir-raba‘ lezz: il-pronomi; il-pronomi bħala ağğettivi; -in; ge-. 7

Il-ħames lezz: pronunzja; vokali u konsonanti; il-verbi: preżent, passat, futur. 8

Is-sitt lezz: hodiaŭ, hieraŭ, morgaŭ; mal-; l-avverb; l-imperattiv. 10

Is-seba‘ lezz: la kalendaro; la horloĝo. 11

It-tmien lezz: L-N ma‘ nomi fis-singular u fil-plural; l-ağğettivi bl-N. 12

Id-disa‘ lezz: -ist, -ej, kio, kia, kiu, kie. 13

L-għaxar lezz: il-verbi fl-infinttiv, fl-imperattiv u fil-kondizzjonal. 14

Il-ħdax-il lezz: apud, et, eg, ar 15

Tweğib għat-taħriğ 15

Tal-aħħar 17

Kliem użat: a) Esperanto-Malti 18

b) Malti-Esperanto 21

Il-Moviment 24

Patro Nia / Saluton, Maria 25

Page 27: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

27

Page 28: L-Ewwel Passi fl-Esperanto

28