Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul...

12
1 Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet fl-Okkażjoni tal-50 Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, - Paola - 1967 - 2017

Transcript of Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul...

Page 1: Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju. ... Boni Consilii. 6.00pm Pellegrinaġġ

1Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja

Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet fl-Okkażjoni tal-50 Anniversarju

tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re,

- Paola -

1967 - 2017

Page 2: Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju. ... Boni Consilii. 6.00pm Pellegrinaġġ

2 Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja- Statwa Titulari ta’ Kristu Re • Festa 2016 -

Page 3: Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju. ... Boni Consilii. 6.00pm Pellegrinaġġ

1Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja

MESSAĠĠ tAl-KAPPIllANKan. Dun Marc Andrè Camilleri

Għeżież Pawlisti,

Hu b’ferħ kbir li qed nindirizzakom fil-ftuħ ta’ dan l-anniversarju mill-isbaħ li ser niċċelebraw matul din is-sena,

Propju ftit metri l-bogħod minn fejn il-Maltin tal-qedem ħaffru l-EQDEM TEMPJU fid-dinja, magħruf bħala hypogeum, inqas minn mitt sena ilu missirijietna ħolmu li jibnu l-IKBAR TEMPJU ta’ Malta.

Il-knisja tagħna hija monument ta’ fidi u ta’ mħabba li ħallew ta’ qabilna. Wara kull ġebla u kull irħama, wara kull folja deheb, hemm storja ta’ mħabba, hemm offerta lil Alla u li aħna qed nippruvaw nindukraw

Ħolma li biex seħħet swiet ħidma eċċezzjonali ta’ ħafna u ħafna nies. Dak li rħula oħra bnew bil-mogħod fuq medda ta’ sekli, hawn imbena u żżejjen fuq medda ta’ ftit għexieren ta’ snin. Għax kien hawn ħidma mhux tal-ftit imma ta’ ħafna li taw ħinhom, saħħithom u ġidhom biex jaraw din il-ħolma titwettaq.

1. Għalhekk illum inħoss li tul din is-sena għandna nuru l-apprezzament tagħna lejn dawk il-protagonisti ta’ din il-ġrajja;

2. Insellem il-memorja tal-Perit Gużè Damato, il-moħħ u l-qalb ta’ din il-knisja meraviljuża;

3. Insellem ukoll minn qalbi b’sentimenti ta’ gratitudni lill-Kappillani predeċessuri tiegħi li tant ħadmu mindu nibtet din il-ħolma sa ma ħadt f’idejja r-riedni tal-paroċċa jien;

4. Insellem fuq kollox lil kull min ta s-sehem tiegħu, kien x’kien, biex wasalna hawn illum.

Imma matul din is-sena mhux biss ser inkunu qegħdin infakkru flimkien ġrajjiet importanti li seħħew tul l-istorja tal-parroċċa għażiża tagħna, imma maċ-ċelebrazzjonijiet li se jimmarkaw din is-sena, għażilna wkoll li nabbinaw versi minn San Mattew, biex iwassluna li mhux biss napprezzaw lil Kristu Re fit-tempju tiegħu, imma wkoll insibuh, napprezzawh u nħobbuh fil-proxxmu tagħna.

Jekk il-Poplu ta’ Raħal Ġdid feraħ meta ra l-knisja msaqqfa u kkonsagrata 50 sena ilu, kemm aktar għandna nifirħu aħna jekk jirnexxielna naraw il-Knisja mżejna u armata kif jixirqilha. 50 sena ilu missirijietna kienu taw prova ta’ qawwa liema bħalha meta rnexxielhom ilestu l-binja tal-IKBAR KNISJA f’Malta.

J’Alla aħna nagħtu prova ta’ min aħna billi flimkien bħala PARROĊĊA WAĦDA b’GĦAN WIEĦED intemmu dan il-proġett tant ambizzjuż għall-glorja ta’ RE WIEĦED, Sultan tal-ħolqien kollu. Kristu Re jberikkom.

Page 4: Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju. ... Boni Consilii. 6.00pm Pellegrinaġġ

2 Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja

Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet fl-Okkażjonital-Ħamsin Anniversarju tal-Konsagrazzjoni

tal-Knisja ta’ Kristu Re – Paola1967 - 2017

tħejjija għaċ-Ċelebrazzjonijiet:

Mill-Ħamis, 3 ta’ Novembru sal-Ġimgħa, 2 ta’ Diċembru 2016:Bi tħejjija spiritwali għal dawn iċ-Ċelebrazzjonijiet se jkomplu ż-żjajjar tas-Saċerdoti tal-Missjoni l-Kbira lill-familji fil-parroċċa tagħna.

Mill-Ħamis, 3 ta’ Novembru sal-Ħamis, 17 ta’ Novembru 2016:Il-Kappillan, flimkien ma’ Membri tal-Kummissjoni Festa Kristu Re, se jkun qed idur it-toroq għall-Ġabra Speċjali ta’ fondi għall-proġetti li se jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju.

Matul din is-sena tal-AnniversarjuFil-quddies kollu ta’ kull nhar ta’ Ħadd se jkun hemm spjegazzjoni u riflessjoni fil-qosor dwar aspetti differenti tal-Knisja. Dawn se jkunu preparati mir-Rev. Dun Keith Scicluna, Viċi-Parroku.

Is-Sibt, 19 ta’ Novembru 2016:lejliet il-Festa liturġika ta’ Kristu Re

Ġurnata ta’ Adorazzjoni, talb u Qrar fil-Qasam tal-MUSEUM tas-Subien fi triq l-Arkata.

5.45pm Translazzjoni li titlaq mill-istess Qasam u tkompli b’Quddiesa Solenni fil-knisja parrokkjali.

Jiċċelebra r-Rev.mu Mons. Dun Vincent Deguara.

Jinseġ il-Paneġierku Patri Michael Camilleri OP, Kappillan tal-parroċċa ta’ San Duminku, Valletta.

Page 5: Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju. ... Boni Consilii. 6.00pm Pellegrinaġġ

3Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja

Fi tmiem il-quddiesa tiġi nawgurata l-pittura ġdida tal-kappellun li tirrapreżenta d-Daħla ta’ Ġesu` f’Ġerusalemm.

Wara jindaqqu 50 tokk bil-qanpiena l-kbira u ssir il-mixgħela tas-snin 1967-2017 fuq il-faċċata tal-knisja.

Il-Ħadd, 20 ta’ Novembru 2016:Nhar il-Festa liturġika ta’ Kristu Re – Ftuħ Uffiċjali

9.30am Quddiesa Solenni Konċelebrata mill-W.R. Kan Dun Marc Andre` Camilleri u l-Kleru.

Diskorsi tal-Okkażjoni.

Mistiedna l-Għaqdiet tal-Lajċi, Ċivili, Soċjali, Edukattivi, Sportivi u dawk Politiċi. Fil-ħin tal-Offertorju l-Għaqdiet jagħtu s-seħem tagħhom fil-Ġabra Kbira għall-Gallarija tal-Orgni u proġetti oħra marbuta mal-Anniversarju.

10.45am Attivita` għat-Tfal tal-parroċċa u wara jsir it-Tberik tal-Pets fuq iz-zuntier tal-knisja. Jieħdu sehem il-Grupp tal-Girl Guides tal-lokal.

It-Tlieta, 13 ta’ Diċembru 2016: Jum ir-Repubblika Festa Nazzjonali

tifkira ta’ meta nhar it-13 ta’ Diċembru 1959 tlesta l-bini u tpoġġa s-Salib fuq il-koppla.

“Kont bil-Għatx u sqejtuni”

6.00pm Quddiesa Solenni Konċelebrata mill-W.R. Kan Dun Marc Andre` Camilleri u l-Kleru.

7.00pm Kunċert Orkestrali mis-St. Paul Chamber Ensemble fil-knisja parrokkjali.

Waqt il-kunċert ikun hemm ġabra għad-Dar tal-Providenza.

Page 6: Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju. ... Boni Consilii. 6.00pm Pellegrinaġġ

4 Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja

8.15pm Ftuħ Uffiċjali ta’ Wirja dwar il-knisja parrokkjali fin-navi ta’ l-istess Knisja.

Jintwera wkoll Dokumentarju.

Il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt, 29, 30 u 31 ta’ Diċembru 2016:Kwaranturi Solenni

“Kont bil-ġuħ u Tmajtuni”

Ġranet ta’ Adorazzjoni Kontinwa fil-parroċċa mid-9.00 ta’ filgħodu sas-6.00 ta’ filgħaxija.

5:30pm Għasar

6.00pm Quddiesa.

Fil-jumejn ta’ qabel (27 u 28 ta’ Diċembru) Membri tal-Kummissjoni Djakonija jkunu f’Main Street Complex biex bil-koperazzjoni tal-Management ta’ l-istess Kumpless, jiġbru għotjiet tal-affarijiet tal-ikel biex jingħataw lil dawk il-familji fil-bżonn fil-parroċċa.

Il-Ħamis, 23 ta’ Frar 2017:tifkira tat-tqegħid tal-Ewwel Ġebla tal-knisja

li saret nhar l-24 ta’ Frar 1924

“Kont għeri u libbistuni”

Mill-Ħamis, 23 ta’ Frar sal-Ħamis, 2 ta’ Marzu 2017Attivitajiet għat-tfal.

Ġabra mit-tfal tal-Iskejjel u tad-Duttrina biex tingħata bħala donazzjoni għall-ilbies tat-tfal li qegħdin fil-kura tas-Sorijiet tal-Ursolini.

Wirja’ matul din il-ġimgħa b’xogħlijiet mit-Tfal dwar il-bini tal-knisja

10.00am Quddiesa bil-parteċipazzjoni tat-tfal tal-Iskola Primarja ‘A’.

Page 7: Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju. ... Boni Consilii. 6.00pm Pellegrinaġġ

5Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja

L-Erbgħa, 1 ta’ Marzu 2017: Ras ir-Randan.

10.00am Quddiesa bil-parteċipazzjoni tat-tfal tal-Iskola Primarja ‘B’ u tal-iskola Mater Boni Consilii bis-sehem tal-Kor tat-tfal tal-iskola Mater Boni Consilii.

6.00pm Pellegrinaġġ Penitenzjali u Konċelebrazzjoni Ewkaristika

Il-Ħamis, 2 ta’ Marzu 2017:

6.00pm Quddiesa bil-parteċipazzjoni tat-Tfal li jattendu l-Oqsma tal-MUSEUM (Subien u Bniet) u l-Ġenituri tagħhom.

Randan u l-Għid il-Kbir

“Kont barrani u lqajtuni”

Matul il-Ħdud kollha tar-Randan, fil-quddiesa tad-9.30 ta’ filgħodu, nakkumpanjaw liż-żagħżugħ TOBIUS RAYLA mill-Filippini, fil-mixja tal-Katekumenat tiegħu li se twasslu għall-Magħmudija f’Sibt il-Għid.

Il-Ġimgħa, 21 ta’ April 2017:

tifkira tat-trasferiment tas-Sagrament mill-knisja ta’ Sant’ Ubaldeska għall-knisja l-ġdida

minn fejn bdew isiru l-funzjonijiet liturġiċi.

“Kont marid u ġejtu żżuruni”

10.00am Quddiesa għall-Anzjani u l-Morda. Mistiedna wkoll dawk li jinsabu rikoverati f’xi residenza tal-Istat jew privata.

6.30pm Quddiesa fil-knisja ta’ Sant’Ubaldeska

7.00pm Kif tispiċċa l-quddiesa jsir Vjatku Solenni għall-Morda u dawk li ma joħorġux minn djarhom. Dan jispiċċa fil-knisja parrokkjali fejn tingħata l-Barka Sagramentali.

Page 8: Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju. ... Boni Consilii. 6.00pm Pellegrinaġġ

6 Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja

Solennità tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja.

Ġranet ta’ tridu:L-Erbgħa, 31 ta’ Mejju 2017Il-Ħamis, 1 ta’ Ġunju 2017

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Ġunju 2017 6.30pm Quddiesa Solenni bil-priedka fuq it-tifsira Liturġika tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja mir-Rev.mu Kan. Dun Jesmond Manicaro:

l-Ewwel ġurnata: It-Tberik tal-Ħitan tal-knisja.

It-tieni ġurnata: Id-Dilka tas-Slaleb biż-żejt ikkonsagrat.

It-tielet ġurnata: Il-Konsagrazzjoni tal-Artal.

Is-Sibt, 3 ta’ Ġunju 2017:tifkira tal-Konsagrazzjoni

tal-Knisja Parrokkjali (1967)

“Kont il-ħabs u ġejtu żżuruni”

6.00pm Quddiesa Solenni Pontifikali u Ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Pentecoste mill-Eċċ. Tiegħu Mons CHARLES J SCICLUNA, Arċisqof ta’ Malta.

7.30pm Purċissjoni akkumpanjata mill-Banda Kristu Re tas-Soċ. Fil. G.M. Fra. Antoine De Paule u l-Banda Paola tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan bl-Istatwa Titulari għall-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin fejn issir Ċelebrazzjoni imħejjija miż-żgħażagħ tal-parroċċa flimkien mal-Komunita` Residenzjali tal-Faċilita`.

Wara l-Purċissjoni, flimkien mal-Baned, jerġgħu lura lejn il-knisja parrokkjali fejn tingħata l-Barka Sagramentali.

Fi tmiem il-quddiesa jsir il-Kxif ta’ Lapida Kommemorattiva.

Page 9: Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju. ... Boni Consilii. 6.00pm Pellegrinaġġ

7Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja

L-Erbgħa, 12 ta’ Lulju 2017:tifkira ta’ meta l-knisja saret Parroċċa

ddedikata lill-Qalb ta’ Ġesu’ fit-12 ta’ lulju 1910.

6.30pm Quddiesa Solenni Konċelebrata.

Fi tmiem il-quddiesa ssir l-inawgurazzjoni tal-Monument tal-Perit Ġużè Damato.

Wara jkun hemm Kunċert Mużikali u Vokali mill-Banda Kristu Re tas-Soċ. Fil. Fra. Antoine De Paule u l-Banda Paola tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan. Dan il-Kunċert hu mtella` bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Paola.

Is-Sibt, 29 ta’ Lulju 2017:lejliet il-Festa titulari

6.15pm Translazzjoni Pontifikali Imexxi l-E.T. Mons Pawlu Cremona, Arċisqof Emeritus.

6.45pm L-Ewwel Għasar Solenni

7.30pm Quddiesa Letta

8.15pm Korteo akkumpanjat mill-Banda Kristu Re u Tqegħid ta’ Kuruni tar-Rand f’riġlejn l-istatwa ta’ Kristu Re fuq il-kolonna fil-pjazza.

Il-Ħadd, 30 ta’ Lulju 2017:Is-Solennità titulari ta’ Kristu Re

9.15am Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. George Frendo, Isqof Awsiljarju ta’ Tirane-Durres fl-Albanija.

Paneġierku minsuġ mill-Wisq Rev. Arċipriet Mons. Carmelo Refalo, Arċipriet tax-Xagħra, Għawdex.

Wara ssir Purċissjoni bis-Sagrament u fid-dħul tingħata l-Barka Sagramentali.

6.00pm Quddiesa Letta.

Page 10: Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju. ... Boni Consilii. 6.00pm Pellegrinaġġ

8 Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja

6.45pm It-Tieni Għasar Solenni

7.30pm Purċissjoni bl-Istatwa Titulari mat-toroq ta’ Raħal Ġdid.

10.30pm Dħul tal-purċissjoni u Barka Sagramentali.

Il-Ġimgħa, 22 ta’ Settembru 2017:tifkira ta’ meta l-Parroċċa saret Matriċi.

6.30pm Quddiesa fil-knisja parrokkjali u wara ssir purċissjoni Aux flambeaux bl-istatwa tal-Madonna sal-Parroċċa ta’ Lourdes fejn tingħata l-Barka Sagramentali. Tieħu sehem mal-purċissjoni il-Banda tas-Soċjetà Filarmonika 11 ta’ Frar.

Is-Sibt, 25 ta’ Novembru 2017:lejliet il-Festa liturġika ta’ Kristu Re

6.00pm Translazzjoni Solenni li tagħti bidu għall-Quddiesa Solenni Konċelebrata

Il-Ħadd, 26 ta’ Novembru:Festa liturġika ta’ Kristu Re - Għeluq taċ-Ċelebrazzjonijiet

9.30am Quddiesa Solenni tal-Festa Liturġika ta’ Kristu Re mmexxija mill-W.R. Kan Dun Marc Andrè Camilleri, Kappillan bis-sehem tal-Għaqdiet tal-Lajċi, Ċivili, Soċjali, Edukattivi, Sportivi u Politiċi.

Diskorsi tal-Okkażjoni.

Kant tat-TE DEUM bħala għeluq taċ-Ċelebrazzjonijiet.

11.00am Attività għat-tfal li tispiċċa bit-Tberik tal-Pets fuq iz-zuntier.

4.00pm Manifestazzjoni Djoċesana.

Minħabba ċirkostanzi mhux previsti, jista’ jkun hemm xi bdil fid-dati ta’ dawn l-attivitajiet.

Ritratti: Saviour Busuttil u Lucia Agius

Page 11: Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju. ... Boni Consilii. 6.00pm Pellegrinaġġ

9Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja- L-Artal Maġġur armat għall-Festa Titulari 2016 -

Page 12: Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet - freewebs.com tal-50 Sena Anniversarju tal... · jsiru matul is-sena taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju. ... Boni Consilii. 6.00pm Pellegrinaġġ

10 Kumitat Organizzattiv 50 Anniversarju Konsagrazzjoni tal-Knisja- L-Artal Maġġur armat għall-Milied 2015 -