PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont...

51
WWW.EUROPARL.EUROPA.EU/SAKHAROV NIĊĊELEBRAW 25 SENA TA’ APPOĠĠ GĦAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM NIĊĊELEBRAW 25 SENA TA’ APPOĠĠ GĦAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM PARLAMENT EWROPEW IL-PREMJU SAKHAROV GĦAL-LIBERTÀ TAL-ĦSIEB BD-03-13-570-MT-C

Transcript of PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont...

Page 1: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

www.europarl.europa.eu/sakharov

NIĊĊ

eleB

raw

25

seNa

Ta’ a

ppoĠ

Ġ GĦ

aD-D

rITT

IJIe

T Ta

l-BN

IeDe

M

NIĊĊELEBRAW 25 SENA TA’ APPOĠĠ GĦAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM

PARLAMENT EWROPEW

IL-PREMJU SAKHAROVGĦAL-LIBERTÀ TAL-ĦSIEB

BD-03-13-570-M

T-C

Page 2: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner
Page 3: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

2 3

“N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “

Elena Bonner

Page 4: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

4 5

Kelmtejn Qabel

interventi fil-livelli diplomatiċi u missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali. Il-Parlament Ewropew isemma’ leħnu bis-saħħa biex iħares il-priġunieri politiċi, id-dissidenti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem.

Permezz tan-”Netwerk tal-Premju Sakharov” tal-Parlament Ewropew, li jinkludi ir-Rebbieħa kollha u r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, l-intenzjoni tagħna hi li nipprovdu pjattaforma b’saħħitha għal dawk kollha li jgħożżu l-libertà ta’ ħsieb b’mod li l-messaġġ ta’ paċi, tolleranza, libertà, drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt jissaħħaħ madwar id-dinja. Jien ferm kburi li, fl-2013, il-Parlament Ewropew laqa’ tliet Rebbieħa li, meta ngħatalhom il-premju, ma tħallewx jiġu l-Parlament Ewropew għal raġunijiet politiċi, u organizzalhom iċ-ċerimonji ta’ premju:

Fl-2013, qed niċċelebraw ħamsa u għoxrin sena ta’ ħarsien u promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem permezz tal-għoti tal-Premju Sakharov.

Tul is-snin, irrikonoxxejna u appoġġajna t-taqbida tal-individwi u l-organizzazzjonijiet ta’ individwi li b’kuraġġ irreżistew kontra r-razziżmu u r-ripressjoni, il-gwerra u t-terroriżmu, il-ħabs u t-tortura għal drittijiethom u d-drittijiet ta’ ħaddieħor.

Din is-sena jien partikolarment kuntent li nilqa’ fost ir-Rebbieħa tal-Premju Sakharov lil Malala Yousafzai, tfajla kuraġġuża mill-Pakistan li d-determinazzjoni tagħha li tiġġieled għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni hi tant ta’ motivazzjoni. Malala ħadet il-ġlieda tagħha ‘l barra mill-Pakistan u wasslitha lid-dinja, u qed tiġġieled biex tagħti s-setgħa lill-bniet u

l-organizzazzjoni Damas de Blanco u Guillermo Fariñas minn Kuba u Aung San Suu Kyi, li kienet priġuniera politika fil-Mjanmar/Burma.

Din is-sena, sabiex niċċelebraw il-25 anniversarju tal-Premju Sakharov, stedint lir-Rebbieħa minn madwar id-dinja jingħaqdu mal-Parlament Ewropew biex insaħħu t-taqbida reċiproka tagħna favur id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali madwar id-dinja, kif ukoll l-ideali li r-Rebbieħa jissieltu għalihom fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Flimkien, mal-irġiel u n-nisa kuraġġużi, u issa din it-tfajla żagħżugħa - Malala, li rrikonoxxejna bil-Premju Sakharov, se nkomplu naħdmu flimkien sabiex id-drittijiet universali tal-bniedem li nemmnu fihom isiru realtà għal kulħadd.

Martin SchulzPresident tal-Parlament Ewropew

lin-nisa fit-taqbida tagħhom biex ikunu jistgħu jiddeċiedu għalihom infushom. Malala sservi ta’ ispirazzjoni għat-tfal u l-adulti kullimkien u l-intenzjoni tagħna hi li nsegwu t-triq li mxiet b’appoġġ konkret.Filfatt, l-Unjoni Ewropea ddedikat il-flus li qalgħet għall-Premju Nobel għall-Paċi tal-2012 lil inizjattiva tal-organizzazzjoni Children of Peace li tgħin lit-tfal madwar id-dinja, inklużi bniet fil-Pakistan, jirrealizzaw id-dritt tagħhom għal edukazzjoni.

Bħala r-rappreżentant ta’ aktar minn 500 miljun ċittadin Ewropew, il-Parlament Ewropew impenja ruħu kompletament favur il-kawża tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Parlament Ewropew juża r-rwol tiegħu biex isostni l-valuri komuni tagħna f’termini konkreti ħafna, permezz tal-adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, żjarat fuq il-post,

Page 5: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

76

Il-Premju Sakharov

Stabbilit fl-1988 f’ġieħ ix-xjenzat nukleari u attivist tad-drittijiet tal-bniedem Russu Andrei Sakharov, il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb huwa l-ogħla ġieħ li tagħti l-Unjoni Ewropea għall-ħidma favur id-drittijiet tal-bniedem. Dan jirrikonoxxi u jappoġġja moralment lil-Lawreati , li jiġu msaħħa u mogħtija setgħa fil-ġlieda għall-kawżi tagħhom.

Il-Premju ngħata lil individwi u assoċjazzjonijiet: dissidenti, mexxejja politiċi, ġurnalisti, avukati, attivisti tas-soċjetà ċivili, kittieba, ommijiet u nisa, mexxejja tal-minoranzi, grupp kontra t-terroristi, attivisti għall-paċi, attivist kontra t-tortura, kartunista, priġunier tal-kuxjenza li serva sentenza twila, produttur tal-films u anke lin-NU bħala entità. Dan jippremja b’mod partikolari l-libertà tal-espressjoni, is-salvagwardja tad-drittijiet tal-minoranzi, ir-rispett tal-liġi internazzjonali, l-iżvilupp tad-demokrazija u l-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt.

Il-PE jagħti l-Premju Sakharov bl-allokazzjoni tiegħu ta’ €50 000 waqt seduta plenarja formali fi Strasburgu lejn l-aħħar ta’ kull sena. Il-gruppi politiċi jew mill-inqas 40 Membru tal-Parlament Ewropew jistgħu jinnominaw lill-kandidati. Dawn jiġu ppreżentati waqt seduta konġunta tal-Kumitati għall-Affarijiet Barranin u għall-Iżvilupp u tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Membri tagħhom jivvutaw għal lista ristretta ta’ tliet kandidati. Il-Lawreat jew Lawreati finali għal kull sena jiġu magħżula mill-Konferenza tal-Presidenti, korp tal-PE mmexxi mill-President u li jinkludi fih il-mexxejja tal-gruppi differenti kollha rrappreżentati fil-Parlament, li jagħmel l-għażla tal-Lawreat għażla tassew Ewropea.

“Li jgħodd fil-ħajja mhuwiex is-sempliċi fatt li għexna. Huwa d-differenza li għamilna fil-ħajja ta’ ħaddieħor. “

Nelson Rolihlahla Mandela

Page 6: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

8 9

Andrei Sakharov

L-Ispirazzjoni għall-Premju

jirċievu l-premju personalment.

Waħda minn dawn hija l-Lawreata tal-2012 Nasrin Sotoudeh, li, minn ħabs fl-Iran, kitbet ittri indirizzati lill-mejjet Andrei Sakharov, fejn esplorat filosofikament xi tfisser id-dissidenza u qabblet il-kawża tagħha ma’ tiegħu.

Il-qari tal-memoirs tiegħek kien eċċitanti għalija f’ħafna modi. Is-similaritajiet fil-metodi tagħna u l-eżistenza ta’ ħafna punti komuni kienu nkoraġġanti ħafna għalija u naturalment ir-riluttanza tiegħek li ċċedi għall-metodi awtoritarji tal-gvern f’pajjiżek kienet ammirevoli.

It-tiġdid ta’ kuljum ta’ ħajtek u r-reżistenza tiegħek kienu impressjonanti. Naturalment kont qed tirrifletti l-ispirtu ta’ Goethe meta qal, min ta’ kuljum irid jirbaħhom mill-ġdid, huwa dak li ħaqqu l-libertà u l-ħajja.

Dak li rnexxilek tikseb kienet rebħa kbira għal dawk kollha li jiġġieldu għal-libertà madwar id-dinja kollha. Nittama li n-nies tal-ġejjieni jwettqu l-ħolmiet mhux imwettqa tiegħek.

Andrei Sakharov (1921-1989), fiżiku magħruf, membru tal-Akkademja tax-xjenzi, dissident u rebbieħ tal-Premju Nobel 1975, kien qiegħed jgħix f’eżilju f’Gorky (illum Nizhny Novgorod) meta sar jaf li l-Parlament Ewropew kellu l-intenzjoni li joħloq premju għal-libertà tal-ħsieb f’ismu. Mill-eżilju tiegħu bagħat messaġġ lill-Parlament Ewropew, fl-1987, fejn ta l-permess tiegħu biex il-Premju jingħata f’ismu u qal kemm kien kommoss b’dan. Kellu raġun meta għaraf il-Premju bħala inkuraġġiment għal dawk kollha li bħalu kkommettew irwieħhom biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem.

Pijunier tal-fiżika nukleari fl-Unjoni Sovjetika, Andrei Sakharov beda jitħasseb mill-bidu tat-tellieqa tal-armi li ħarrxet it-theddida ta’ gwerra dinjija nukleari, theddida li baqgħet imdendla fuq id-dinja kollha tul l-era tal-Gwerra Bierda. Wara li ppubblika, l-ewwel fil-forma ta’ samizdat (kopji ttajpjati u stampati personalment) u mbagħad fl-istampa tal-Punent, esej ta’ “Riflessjonijiet fuq il-Progress, il-Koeżistenza Paċifika u l-Libertà Intellettwali”, Sakharov tkeċċa minn kull involviment f’riċerka relatata mal-militar. Fl-1970,

Huma żgur ser jiġġieldu biex iwettqu l-ħolm tagħhom u ser iħarsuhom.

L-istess bħal Andrei Sakharov, ir-rebbieħa kollha tal-premju li jġib ismu wrew il-ħtieġa li wieħed irid ikollu l-kuraġġ, il-paċenzja u l-qawwa interna sabiex wieħed jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u l-kampanja għar-rikonoxximent universali.

sar wieħed mill-kofundaturi tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-Unjoni Sovjetika u fl-1972 iżżewweġ lill-attivista tad-drittijiet tal-bniedem Elena Bonner. Minkejja li kienet qed tiżdied il-pressjoni min-naħa tal-Gvern, Sakharov mhux biss ipprova jikseb ir-rilaxx ta’ dissidenti f’pajjiżu iżda sar ukoll wieħed mill-kritiċi l-aktar kuraġġużi tar-reġim, li jippersonifika l-kruċjata kontra t-tiċħid tad-drittijiet fundamentali. Fi kliem il-Kumitat tal-Premju Nobel għall-Paċi, kien “kelliem għall-kuxjenza tal-umanità”. La l-intimidazzjoni u lanqas l-eżilju ma setgħu jrażżnu r-reżistenza tiegħu.

Andrei Sakharov ġie eżiljat f’Gorky mill-awtoritajiet Sovjetiċi sabiex jillimitaw il-kuntatti tiegħu mal-barranin. Il-Premju msemmi għalih imur ferm lil hinn mill-fruntieri, anke minn dawk tar-reġimi oppressivi, biex jippremja lill-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u lid-dissidenti madwar id-dinja kollha. Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem rrikonoxxuti minnu jħallsu prezz għoli għall-impenn tagħhom fid-difiża tad-dinjità tal-bniedem: ħafna ffaċċjaw persekuzzjoni, telf tal-libertà personali, swat jew eżilju. F’għadd ta’ każijiet ir-rebbieħa ma ngħatawx il-libertà biex

Page 7: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

10 11

In-Netwerk tal-Premju Sakharov

b’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew”.

In-Netwerk imbagħad tejjeb l-attivitajiet tiegħu bil-Konferenza ta’ Livell Għoli ta’ Novembru 2011, li kienu mistiedna għaliha l-Lawreati kollha mill-President tal-Parlament Ewropew ta’ dak iż-żmien, Jerzy Buzek, biex jiddiskutu l-problemi tad-demokraziji tranżizzjonali, ir-rwol tan-nisa u l-impatt tat-teknoloġiji ġodda. Kif enfasizza s-Sur Buzek fil-Konferenza, ma kinux Facebook jew Twitter li waqqgħu r-reġimi oppressivi, iżda finalment kien l-ispirtu uman u x-xewqa għall-ħelsien u li l-affarijiet jinbidlu għall-aħjar.

Fl-Avveniment Annwali tan-Netwerk tal-Premju Sakharov ta’ Ottubru 2012, il-Kopresidenti tan-Netwerk ta’ dak iż-żmien, il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz u l-Lawreati

In-Netwerk tal-Premju Sakharov ġie maħluq fl-2008, meta l-Premju Sakharov iċċelebra l-20 anniversarju tiegħu.

Sabiex jimmarka dan l-avveniment, il-Parlament Ewropew organizza konferenza bit-titlu: “20 sena ta’ appoġġ attiv għad-drittijiet tal-bniedem: il-Lawreati tal-Premju Sakharov jirrakkontaw l-istorja tagħhom”. Ħafna mil-Lawreati ħadu sehem f’din il-konferenza u qasmu fehmiethom dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja u dwar l-impatt tal-Premju Sakharov. Hauwa Ibrahim, Lawreata tal-2005, użat il-flus tal-Premju biex aktar minn 100 tifel u tifla jkunu jistgħu jmorru l-iskola. Las Madres de la Plaza de Mayo, il-Lawreati tal-1992, użaw il-Premju biex fetħu ħanut tal-kotba, kafè politiku u università għal aktar minn 2 400 student. Elena Bonner, l-armla ta’ Andrei Sakharov

tal-2011 Ali Ferzat, Asmaa Mahfouz u Ahmed El Senussi, iddibattew pubblikament il-fehmiet tagħhom dwar id-demokrazija fis-seħħ fid-dawl tar-Rebbiegħa Għarbija. Dawn il-lawreati kienu wkoll kelliema fl-ewwel Forum Dinji għad-Demokrazija fi Strasburgu, li sar taħt il-patroċinju tal-Parlament Ewropew.

Fl-2013 qed niċċelebraw il-25 anniversarju tal-Premju Sakharov. F’din is-sena rajna għadd ta’ dibattiti tan-Netwerk tal-Premju Sakharov u konferenza ta’ livell għoli fejn Rebbieħa minn madwar id-dinja nġabru mal-Parlament Ewropew biex jiddiskutu t-taqbidiet tagħhom, kif ukoll isaħħu u jarrikkixxu lil xulxin fi ħdan in-Netwerk tal-Premju Sakharov.

u attivista magħrufa tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, reġgħet sostniet fil-konferenza, il-konvinzjoni tar-raġel tagħha li in-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom” u ddikjarat il-konvinzjoni tagħha li “d-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà”.

In-Netwerk ġie uffiċjalment imniedi mill-President tal-Parlament Ewropew ta’ dak iż-żmien, Hans-Gert Pöttering, bħala pjattaforma għal-Lawreati biex jingħaqdu mal-attivitajiet ta’ xulxin u juru solidarjetà.

Il-Lawreati ffirmaw dikjarazzjoni konġunta li fiha qablu li jtejbu l-isforzi konġunti b’appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja permezz ta’ azzjonijiet komuni mir-rebbieħa tal-Premju Sakharov b’mod konġunt u

Page 8: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

12 13

IR-REBBIEĦA TAL-PREMJU

2002 Oswaldo José Payá Sardiñas2003 Is-Segretarju Ġenerali tan-NU Kofi Annan u l-impjegati

kollha tan-Nazzjonijiet Uniti2004 L-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Bjelorussja2005 In-Nisa bl-Abjad; Hauwa Ibrahim; Korrispondenti Mingħajr Fruntieri2006 Aliaksandr Milinkevich2007 Salih Mahmoud Mohamed Osman2008 Hu Jia2009 Memorial (Oleg Orlov, Sergei Kovalev u Lyudmila Alexeyeva

f’isem Memorial u d-difensuri l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja)

2010 Guillermo Fariñas2011 Ir-Rebbiegħa Għarbija (Mohamed Bouazizi, Asmaa Mahfouz,

Ahmed El Senussi, Razan Zaitouneh u Ali Ferzat)2012 Nasrin Sotoudeh and Jafar Panahi2013 Malala Yousafzai

1988 Nelson Rolihlahla Mandela; Anatoli Marchenko (wara mewtu)1989 Alexander Dubček1990 Aung San Suu Kyi1991 Adem Demaçi1992 Las Madres de Plaza de Mayo1993 Oslobodjenje1994 Taslima Nasreen1995 Leyla Zana1996 Wei Jingsheng1997 Salima Ghezali1998 Ibrahim Rugova1999 Xanana Gusmão2000 ¡Basta Ya!2001 Izzat Ghazzawi; Nurit Peled-Elhanan; Dom Zacarias Kamwenho

Page 9: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

14 15

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

e

15

© Is

opix

/Act

ion

Pres

s

2013

Malala YousafzaiMalala Yousafzai hi tfajla ta’ 16-il sena mill-Pakistan li t-Taliban sparawlha f’wiċċha biex iwaqqfu lilha u lil tfajliet oħra milli jmorru l-iskola.

“Sparawlha f’rasha mill-qrib ħafna, u għamluha aktar b’saħħitha,” qalet Angelina Jolie, attriċi ta’ Hollywood, waqt it-tnedija tal-ewwel proġett biex 40 tifla fid-distrett ta’ Swat fil-Pakistan jiġu mgħejjuna jmorru l-iskola.

Malala rkuprat mit-tidrib tagħha b’segwitu għal kura estensiva fir-Renju Unit, fejn qed tgħix issa, u ddikjarat li trid li “kull tfajla, kull tifel u tifla, jingħataw edukazzjoni.”

Il-ġlieda tagħha bdiet meta, fl-età ta’ 11-il sena, kienet tikteb djarju anonimu dwar il-ħajja ta’ studenta taħt it-Taliban fil-Wied ta’ Swat fil-Pakistan għall-BBC Urdu fuq l-internet.

Fid-djarju tagħha għall-Erbgħa, 14 ta’ Jannar 2009 kitbet, “Jista’ jkun li qatt ma nerġa’ mmur skola.” Is-surmast tal-iskola kien ħabbar il-bidu tal-vaganzi tax-xitwa imma mhux id-data meta l-iskola kellha terġa’ tiftaħ. Nhar il-15 ta’ Jannar 2009, it-Taliban ħarġu digriet biex jagħlqu l-iskejjel femminili kollha fi Swat. Diġà kienu ġew sploduti aktar minn 150 skola.

Ftit wara, Malala u l-familja tagħha kellhom jaħarbu minn Mingora, il-belt assedjata tagħhom, waqt li t-Taliban u l-armata Pakistana kienu qed jiġġieldu għal kontroll. L-iskola ta’ Malala saret ħerba.

Meta marru lura d-dar wara li l-qagħda tas-sigurtà tjiebet, Malala u missierha Ziauddin, membru liberali tal-Jirga li kien imexxi skola

femminili, ġew mhedda. Madankollu, Malala kompliet tiġġieled favur l-edukazzjoni tal-bniet f ’intervisti u dehriet televiżivi żbukkati, waqt li ħadet sehem volontarjament f’żewġ dokumentarji dwar l-edukazzjoni tal-bniet fil-wied ta’ Swat bl-isem Class dismissed in Swat Valley u A school girl’s odyssey. Użat donazzjoni biex tixtri xarabank għall-iskola, u kien fuq l-istess xarabank fi triqitha lejn id-dar li sparawlha filwaqt li żewġ tfajliet oħra ndarbu f’attakk li l-Partit Tehrik-e-Taleban ddikjara li hu responsabbli għalih.

L-attakk kien maħsub biex joqtol lil Malala u “jagħti tagħlima” lil kull min kien assoċjat magħha u mal-ġlieda tagħha għad-dritt tan-nisa u t-tfajliet fil-Pakistan li jieħdu edukazzjoni, jkunu liberi u jiddeċiedu għalihom infushom. Madankollu, il-ġlieda ta’ Malala tkompli.

Nhar it-12 ta’ Lulju 2013, fil-ġurnata meta għalqet sittax-il sena, indirizzat lin-NU f’avveniment organizzat fil-kwartieri ġenerali mill-Mibgħut Speċjali tan-NU għall-Edukazzjoni Globali, Gordon Brown.

“It-terroristi ħasbu li kienu se jbiddluli l-għanijiet u jtemmuli l-ambizzjonijiet,” qalet, “imma xejn ma nbidel f ’ħajti, ħlief dan: id-dgħufija, il-biża’u n-nuqqas ta’ tama mietu. Is-saħħa, is-setgħa u l-kuraġġ twieldu.”

In-NU għażlet l-10 ta’ Novembru bħala Jum Malala biex tiffoka l-attenzjoni fuq id-dritt tal-bniet li jmorru l-iskola, u l-Pakistan u l-UNESCO ffurmaw il-Fond Malala għall-edukazzjoni tal-bniet.

Page 10: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

16 17

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

PE-

EP

inħatar bħala President - huwa nnota li l-għedewwa storiċi rnexxielhom jinnegozjaw transizzjoni paċifika mill-apartheid għad-demokrazija eżattament għaliex aħna konna lesti naċċettaw il-kapaċità inerenti għat-tajjeb f’ħaddieħor”.

Nelson Mandela, li ngħata wkoll il-Premju Nobel għall-Paċi fl-1993, huwa rtirat mill-ħajja pubblika iżda baqa’ impenjat għall-ideali tiegħu permezz tal-organizzazzjonijiet ta’ karità tiegħu, il-Fondazzjoni Nelson Mandela u l-Fond Nelson Mandela għat-Tfal.

F’Ġunju 2013, is-Sur Mandela, ta’ 94 sena, iddaħħal l-isptar b’infezzjoni serja fil-pulmun, li kien oriġinarjament intlaqat minnha matul il-priġunerija tiegħu. Eluf ta’ persuni minn madwar id-dinja bagħtu messaġġi ta’ mħabba u appoġġ.

Kif kien darba qal Mandela nnifsu, li jgħodd fil-ħajja mhuwiex is-sempliċi fatt li għexna. Huwa d-differenza li għamilna fil-ħajja ta’ ħaddieħor.

Sitt snin wara li rċieva l-ewwel Premju Sakharov, Nelson Mandela ġie elett bħala l-ewwel President u Mexxej ta’ razza sewda tal-Gvern tar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel fl-ewwel elezzjonijiet ħielsa tal-pajjiż. Huwa kien qatta’ 27 sena f’ċella taħt apartheid razzjali u sar is-simbolu tar-reżistenza kontra r-razziżmu. Meta ġie mogħti l-Premju Sakharov fl-1988, Mandela kien għadu taħt arrest domiċiljarju, iżda erba’ xhur wara l-ħelsien tiegħu, f’Ġunju 1990, huwa indirizza lill-Parlament Ewropew. Huwa insista fuq il-ħtieġa ta’ soluzzjoni ġusta u dejjiema li tittrasforma lill-Afrika t’Isfel f’pajjiż magħqud, demokratiku u mhux razzist. Jekk dan ma jinkisibx bis-sħiħ, dan ikun insult għall-memorja ta’ ħafna patrijotti fl-Afrika t’Isfel u fil-bqija tar-reġjun, li ssagrifikaw ħajjithom stess, biex iwassluna għall-mument tal-lum fejn nistgħu ngħidu b’mod kunfidenti li t-tmiem tas-sistema tal-apartheid huwa qrib.

Fl-aħħar tislima tiegħu lill-Parlament tal-Afrika t’Isfel - 10 snin mill-jum li fih kien

1988

Nelson Rolihlahla Mandela

Page 11: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

18 19

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

e

19

© In

styt

ut S

acha

row

a w

Mos

kwie

Fl-għoti tal-Premju Sakharov lill-armla tiegħu, Larissa Borgoraz, fl-1988, Andrei Sakharov innifsu ta ġieħ lil Anatoli Marchenko, fejn qal, f’messaġġ lill-PE: f’“Ix-Xhieda Tiegħi” Marchenko kien l-ewwel wieħed li qal il-verità dwar il-kampijiet penali u l-ħabsijiet ta’ wara żmien Stalin.

Il-ktieb tiegħu sar wieħed mill-pedamenti tal-moviment għad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżna. Bl-ispirtu tiegħu ta’ moralità permezz tat-taqbida nonvjolenta għall-ġustizzja, bl-aspirazzjoni tiegħu lejn il-verità mhux moħbija u kompluta, il-ktieb qajjem il-mibegħda tal-korpi tar-ripressjoni lejn l-awtur. Il-bqija ta’ ħajtu wara l-ktieb u l-mewta traġika tiegħu fil-ħabs ta’ Christopol kienu l-mod kif dawn ħallsuh lura għal din il-verità, għal din il-perseveranza, għall-prinċipju ta’ moralità għolja tiegħu. Il-kisbiet tal-ħajja u tax-xogħol ta’ Marchenko huma kontribuzzjoni enormi għall-kawża tad-demokrazija, tal-umanità u tal-ġustizzja.

Anatoli Marchenko, wieħed mid-dissidenti l-aktar magħrufa tal-eks-Unjoni Sovjetika, miet fil-ħabs ta’ Christopol fl-1986 riżultat ta’ strajk tal-ġuħ ta’ tliet xhur għall-ħelsien tal-priġunieri ta’ kuxjenza Sovjetiċi kollha. Huwa kellu biss 48 sena iżda għadda aktar minn 20 sena fil-ħabs u f’eżilju intern. Il-protesti internazzjonali wara mewtu kienu fattur ewlieni li wasslu lil Mikhail Gorbachev, dak iż-żmien Segretarju Ġenerali tal-Partit Komunista, biex jawtorizza l-ħelsien fuq skala kbira ta’ priġunieri politiċi fl-1987.

Marachenko sar famuż ħafna permezz ta’ “My Testimony” (Ix-Xhieda Tiegħi), ktieb awtobijografiku dwar iż-żmien tiegħu fil-kampijiet penali Sovjetiċi u fil-ħabs. Marchenko, li telaq mill-iskola fl-età ta’ tmien snin, eduka ruħu sakemm kien fil-ħabs. Wara li ġie meħlus fl-1966, mhux biss kiteb dan il-ktieb influwenti, iżda ngħaqad ukoll mal-moviment għad-drittijiet tal-bniedem Sovjetiku, u fl-1975 sar wieħed mill-fundaturi tal-Moscow Helsinki Group, fejn organizza protesti u appelli, u kien l-awtur ta’ bosta ittri miftuħa, li ħafna minnhom daħħluh il-ħabs b’mod ripetut.

1988

Anatoli Marchenko

Page 12: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

20 21

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

CTK

Pho

to/Ig

or Z

ehl

Fl-1970, Dubček kien akkużat bi tradiment, tneħħietlu l-kariga u safa mkeċċi mill-Partit Komunista taċ-Ċekoslovakkja. Għal ħmistax-il sena għex bħala ħaddiem komuni u kien biss fl-1988 li rritorna għall-ħajja politika bħala attivist favur id-drittijiet ċivili.

Wara r-rivoluzzjoni taċ-Ċekoslovakkja fl-1989, Dubček ġie elett President tal-Assemblea Federali mill-1989 sal-1992. Bħala wieħed mill-figuri li żamm ħajja t-tama għad-dissidenti Sovjetiċi fit-taqbida twila tagħhom għall-glasnost, kif iddeskrivieh Andrei Sakharov f’messaġġ li qara matul iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni f ’Jannar 1990, Dubček esprima x-xewqa li b’riżultat tar-Rebbiegħa ta’ Praga, is-sinfonija kbira tal-ispirtu tal-komunità Ewropea tibqa’ tinstema’ fl-1990 u fis-snin kollha ta’ wara”.

Huwa miet f’aċċident bil-karozza fl-1992.

Alexander Dubček (1921-1992), kien wieħed mill-katalisti tal-proċess ta’ tiġdid u bidla fil-Blokk tal-Lvant u l-figura ewlenija fil-moviment ta’ riforma magħruf bħala r-Rebbiegħa ta’ Praga fiċ-Ċekoslovakkja tal-1968.

Huwa trabba f’familja impenjata li tgħin biex jinbena s-soċjaliżmu fl-Unjoni Sovjetika. Fl-1939, Dubček ingħaqad b’mod sigriet mal-Partit Komunista u wara l-okkupazzjoni taċ-Ċekoslovakkja matul it-Tieni Gwerra Dinjija, ingħaqad ukoll mar-reżistenza li kienet taħdem bil-moħbi kontra l-Istat Slovakk, li kien favur il-Ġermaniżi.

Meta fl-1968 Dubček, komunist devot, sar l-Ewwel Segretarju l-ġdid tal-Partit Komunista taċ-Ċekoslovakkja, huwa ħadem biex jilliberalizza r-reġim Komunista.

Huwa beda serje ta’ riformi liberali, li taw libertà tal-espressjoni akbar lill-istampa, u rriabilita l-vittmi tar-repressjoni politika ta’ żmien Stalin, u nieda programm ta’ riforma li kien jipprevedi riformi ekonomiċi u demokratizzazzjoni wiesgħa tal-ħajja politika Ċekoslovakka.

Ir-riformi tiegħu qajmu tħassib f’Moska u l-isforzi tiegħu biex jingħata wiċċ uman” lis-Soċjaliżmu ġew imfarrka fil-21 ta’ Awwissu 1968 mit-tankijiet tal-Patt ta’ Varsavja li daħlu fiċ-Ċekoslovakkja u ħadu kontroll ta’ Praga. Dubček ġie maħtuf mill-KGB u ttieħed fil-Kremlin fejn inżamm għal żmien qasir.

1989

Alexander Dubček

Page 13: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

232222

Aung

San

Suu

Kyi

-© P

lato

n/Tr

unk

Arch

ive

irrifjutaw li jagħtu viża lil żewġha, li kien ġie dijanjostikat b’kanċer, biex ikun jista’ jżurha f’Myanmar, u minflok ħeġġewha biex titlaq mill-pajjiż. Peress li antiċipat li ma kinux ser iħalluha tmur lura lejn pajjiżha, hija rrifjutat, u ma reġgħetx rat lil żewġha sa ma miet fl-1999.

Kienet għadha taħt arrest domiċiljarju waqt l-ewwel elezzjonijiet ta’ Mjanmar f’żewġ deċennji fl-2010, iżda nħelset sitt ijiem wara. Hekk kif il-pajjiż beda riformi demokratiċi, hija ħarġet bħala kandidata għall-elezzjoni parlamentari straordinarja f’April 2012, li fiha l-partit tagħha rebaħ 43 minn 45 siġġu disponibbli. Illum hija l-mexxejja tal-oppożizzjoni parlamentari.

Mar-rebħa elettorali tagħha, il-PE, li kien talab b’mod ripetut għall-ħelsien mingħajr kundizzjonijiet tagħha, faħħarha bħala eżempju ta’ kuraġġ mingħajr interess ta’ gwadann personali u ta’ taqbida għal-libertà u d-demokrazija quddiem it-tirannija.

Fl-2013, Aung San Suu Kyi ħabbret ix-xewqa tagħha li tikkontesta għall-presidenza tal-pajjiż.

It-tmexxija ta’ Aung San Suu Kyi fit-taqbida favur id-demokrazija ta’ Burma/Myanmar ġiet rikonoxxuta mill-Premju Sakharov fl-1990. Sena wara huwa ngħata wkoll il-Premju Nobel għall-Paċi.

Bint Aung San, eroj nazzjonali ta’ Burma indipendenti, li ġie assassinat meta hi kellha sentejn, u ta’ Khin Kyi, diplomatika prominenti ta’ Burma, Suu Kyi rritornat lejn Burma fl-1988, wara żmien tgħix barra minn pajjiżha, biex tieħu ħsieb lil ommha li kienet qed tmut.

Kien f’dan iż-żmien li kienet xhieda tal-massakri brutali ta’ dimostranti kontra r-reġim militari ta’ U Ne Win, li wassluha biex tibda t-taqbida nonvjolenti tagħha għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

Hija qattgħet il-biċċa l-kbira taż-żewġ deċennji wara l-1990 taħt arrest domiċiljarju jew fil-ħabs wara li l-ġunta militari li kienet fil-poter għamlet arresti u ritaljazzjoni mdemma fuq il-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija tagħha, u rrifjutat li tgħaddilha l-poter minkejja r-rebħa kbira ħafna li kisbet fl-elezzjoni ta’ dik is-sena. Sakemm kienet taħt arrest domiċiljarju l-awtoritajiet

1990

Aung San Suu Kyi

Page 14: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

24 25

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

Din kienet tikkonsisti f ’sejħa għan-nies tal-Kosovo biex jitfu d-dwal tagħhom għal ħames minuti u biex jibqgħu weqfin fit-triq għal minuta fl-istess ħin preċiż.

Mill-1998 sal-1999, waqt il-gwerra tal-Kosovo, huwa kien ir-rappreżentant politiku tal-Armata ta’ Liberazzjoni tal-Kosovo (UCK), u baqa’ fil-Kosovo filwaqt li mexxejja oħra telqu mill-pajjiż.

Wara l-gwerra, huwa ddedika ruħu għar-rikonċiljazzjoni etnika u r-ritorn tar-refuġjati. Ħa l-presidenza tal-Kumitat għall-Ftehim Reċiproku, it-Tolleranza u l-Koeżistenza, li jirrappreżenta l-gruppi etniċi kollha fil-Kosovo, “għaliex il-Kosovo huwa ta’ kulħadd” u “aħna rridu soċjetà libera, demokratika u multietnika”.

Demaçi ġie nnominat għall-Premju Nobel għall-Paċi fl-1996. Huwa kiteb bosta kotba bħal “Quantified love” (Imħabba Kwantifikata) u “Mother Shega and her five daughters” (L-Omm Shega u l-Ħames Bniet Tagħha). It-triloġija tiegħu “Ashes 99” (Irmied 99) tirrappreżenta immaġni spiritwali tad-dramm Albaniż, id-dramm li għadda minnu huwa stess.

Kittieb li twieled fi Priština, fil-Kosovo, fl-1936, Adem Demaçi qatta’ parti kbira minn ħajtu, bejn l-1958 u l-1990, fil-ħabs, għaliex iġġieled għad-drittijiet fundamentali tal-Albaniżi fil-Kosovo, u għaliex kien kiexef il-verità morra dwar l-oppressjoni ta’ żewġ miljun Albaniż fil-Kosovo mis-Serbi.

Fi żmienna nistgħu nikkonfermaw li l-libertà tal-kelma hija l-ewwel pass kruċjali lejn id-demokrazija. Mingħajr il-libertà tal-kelma m’hemmx djalogu, mingħajr djalogu l-verità ma tistax tiġi stabbilita, u mingħajr il-verità, il-progress huwa impossibbli”.

Wara l-ħelsien tiegħu, Adem Demaçi beda jmexxi l-Kunsill għad-Difiża tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet. Fl-1996 beda l-karriera politika tiegħu, billi ngħaqad mal-Partit Parlamentari tal-Kosovo u sar il-president tiegħu.

Huwa sejjaħ biex isiru protesti miftuħa kontra r-reġim Serb u qal li l-ġlieda nonvjolenti m’għandhiex neċessarjament tkun passiva, u beda kampanja ta’ protesta viżibbli, iżda nonvjolenti, kontra t-tmexxija Serba.

1991

Adem Demaçi

Page 15: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

26 27

“Mingħajr il-libertà tal-kelma m’hemmx djalogu, mingħajr djalogu l-verità ma tistax tiġi stabbilita, u mingħajr il-verità, il-progress huwa impossibbli”

Adem Demaçi

Page 16: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

28 29

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

200

5 Jo

hn Is

aacs

on

Fid-dawl tat-tibdil demokratiku fl-Arġentina fl-2006, il-Madres għamlu l-aħħar Mixja ta’ Reżistenza annwali tagħhom, fejn qalu li l-għadu m’għadux fil-gvern. Minħabba nuqqas ta’ ftehim intern, il-moviment inqasam. Il-Linja tal-Fundaturi, madankollu, kompliet bil-mixjiet ta’ nhar ta’ Ħamis tagħhom biex tikkommemora t-taqbida twila tagħhom, u magħha ngħaqad grupp ġdid, Los Hijos des los Desaparecidos (Ulied Dawk li Għebu).

Fis-36 anniversarju, Hebe de Bonafini, mexxejja tal-moviment, f’ittra miftuħa talbet lill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Arġentina biex taħseb dwar l-immaġni tagħha stess u, minn żmien għal żmien, tiddefendi lill-poplu tal-Arġentina u mhux biss lill-korporazzjonijiet il-kbar.

Dik li l-Madres de Plaza de Mayo bdew bħala tfittxija personali għal uliedhom maħtufa issa evolviet f ’taqbida politika għal ġudikatura indipendenti.

Għal ħafna snin, il-Madres de Plaza de Mayo baqgħu magħqudin fit-taqbida u d-dwejjaq tagħhom li qatt ma sabu lill-uliedhom mitlufa. Dan il-moviment, li twieled meta dawn l-ommijiet bdew it-tfittxija għal uliedhom li għebu matul il-Gwerra Maħmuġa” tal-Arġentina (1976-1983), għen biex jitwaqqa’ r-reġim militari tal-pajjiż u fit-tentattiv ta’ sentenza ta’ ħabs għal uħud minn dawk responsabbli għal reati kontra l-umanità.

Li tkun Madre de Plaza de Mayo kienet tfisser biża’, theddid kontinwu, vjolenza u arresti każwali f ’pajjiż fejn in-nisa huma mistennija li jbatu l-inġustizzji fis-silenzju.

Huma użaw ġisimhom bħala billboards ħajjin” għar-ritratti u l-ismijiet ta’ wliedhom li għebu u għat-talbiet tagħhom biex jeħduhom lura. Fi żmien meta kien saħansitra projbit li wieħed ikun parti minn grupp, l-ommijiet organizzaw l-ewwel protesta tagħhom billi mxew bil-mod f’ċirku kontra d-direzzjoni tal-arloġġ fil-Plaza de Mayo. L-ewwel protesta saret minn erbatax-il mara, iżda mijiet oħra ngħaqdu magħhom aktar tard u r-reżistenza passiva tagħhom baqgħet iżżomm anke meta ftit minnhom kienu għebu”.

1992

Las Madres de Plaza de Mayo

Page 17: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

30 31

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

e

L-edituri ta’ Oslobođenje ġew innominati Edituri tas-Sena 1993 mill-World Press Review għall-kuraġġ, it-tenaċja u d-dedikazzjoni tagħhom lejn il-prinċipji tal-ġurnaliżmu. Għax-xogħol u l-isforzi notevoli tagħhom, il-ġurnalisti ta’ Oslobodjenje rċevew bosta premji oħra: Gazzetta tas-Sena fl-1992, il-Premju għal-Libertà fl-1993, il-Premju Oscar Romero fl-1993, il-Premju Louis M. Lyons tal-Fondazzjoni Nieman għall-kuxjenza u l-integrità fil-ġurnaliżmu fl-1993, u l-Premju għall-Kisbiet fil-Ġurnaliżmu fl-1993. Fl-1995, l-editur kap Mehmed Halilovic irċieva l-Midalja tal-Unur tal-Università ta’ Missouri mill-Iskola tal-Ġurnaliżmu f’Columbia għall-pubblikazzjoni kontinwa tal-gazzetta ta’ kuljum matul l-assedju ta’ Sarajevo ta’ bejn l-1992 u l-1995.

Oslobodjenje ġiet imwaqqfa fl-1943 u għadha bbażata f’Sarajevo. Fl-2006, il-gazzetta nxtrat mill-akbar żewġ negozji tal-belt, il-Fabbrika tat-Tabakk ta’ Sarajevo u l-Birrerija ta’ Sarajevo.

Matul il-gwerra fl-eks-Jugoslavja, il-gazzetta popolari ta’ kuljum Oslobodjenje (Liberazzjoni) ħaddmet Bosnijaċi, Serbi Bosnijaċi u Kroati Bosnijaċi. Minkejja l-imwiet u l-korrimenti fost il-kollegi tagħhom u l-qerda tal-uffiċċji tal-gazzetta mill-artellerija Serba, xi 70 ġurnalist komplew jaħdmu fix-xelter nukleari li kien jinsab fil-kantina tal-bini tagħhom f’Sarajevo u rriskjaw ħajjithom sabiex il-gazzetta Oslobodjenje tkompli tiġi ppubblikata.

Zlatko Disdarević, wieħed mill-edituri ta’ dak iż-żmien, li aktar tard sar ambaxxatur għall-Bosnja, qal li l-mira tal-gazzetta Oslobodjenje kienet li tippreserva u tiddefendi lill-Bosnja-

Ħerzegovina bħala stat multietniku.

“L-isforzi tagħna kienu diretti kontra l-mewt u kontra d-diviżjoni u saħansitra sabiex il-Bosnja-Ħerzegovina ma titneħħiex għalkollox minn fuq il-mappa.

Il-poplu ta’ Sarajevo, il-Bosnja u l-Ħerzegovina se jkomplu jiġġieldu kontra d-diviżjoni li għandha għeruqha fl-Ewropa li eżistiet qabel il-Gwerra l-Kbira”.

1993

Oslobodjenje

Page 18: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

32 33

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

201

1 PE

-EP

Ftit tas-snin wara, f ’Settembru 1998, Taslima Nasreen irritornat lejn il-Bangladexx minħabba li ommha kienet qiegħda tmut. Malli ħarġet din l-aħbar, il-fundamentalisti reliġjużi reġgħu għal darb’oħra talbu li l-kittieba tiġi kkundannata għall-mewt. Il-qorti ħarġet mandat għall-arrest tagħha u heddet li tikkonfiska l-beni tagħha. Il-PE wieġeb l-appell għall-għajnuna ta’ Taslima Nasreen, f ’riżoluzzjoni, u stieden lill-gvern tal-Bangladexx sabiex jipproteġilha ħajjitha u jiżgura s-sigurtàa tagħha. F’Jannar 1999, minħabba theddid kontinwu, Nasreen kellha għal darb’oħra titlaq minn pajjiżha. Bħalissa hija tgħix f’New Delhi.

Fi żjara lill-Parlament Ewropew f’Ġunju 2013, Nasreen ħeġġet biex jingħata appoġġ għall-movimenti sekulari fil-Bangladexx biex ipattu għaż-żieda tal-fundamentaliżmu Iżlamiku, u qalet li dan tal-aħħar huwa ta’ detriment speċjalment għad-drittijiet tan-nisa. Hija ħadet pożizzjoni kontra l-fundamentaliżmu fir-reliġjonijiet kollha.

Imwielda fil-Bangladexx fl-1962, Taslima Nasreen bdiet tikteb meta kellha 13-il sena, u hija magħrufa għall-kitbiet qawwija tagħha dwar l-oppressjoni tan-nisa u l-kritika determinata tagħha tar-reliġjon, minkejja l-eżilju furzat tagħha u d-diversi fatwi li jitolbu l-mewt tagħha. Hija kittieba li rebħet bosta premjijiet u x-xogħlijiet tagħha ġew tradotti fi tletin lingwa differenti.

Nasreen, li hija wkoll tabiba, umanista sekulari u attivista tad-drittijiet tal-bniedem, tħoss bis-sħiħ li hija ta’ identità Bengali. Madankollu, minħabba l-ħsibijiet u l-ideat tagħha, ħud mill-kotba tagħha ġew ipprojbiti fil-Bangladexx, u ġiet imkeċċija mill-Bengal kemm mill-Bangladexx kif ukoll mill-parti tal-Bengal tal-Punent fl-Indja.

Meta rebħet il-Premju Sakharov tal-1994, hija kienet diġà fittxet rifuġju fl-Ewropa, u għexet f’eżilju fi Franza u fl-Isvezja. Fid-diskors ta’ ringrazzjament tagħha, qalet li ġejja minn parti tad-dinja fejn it-tensjonijiet soċjali u d-diffikultajiet tal-bniedem huma insopportabbli: bħala kittieba, ma setgħetx tagħlaq għajnejha għas-sofferenzi u l-ġuħ ta’ kuljum.

1994

Taslima Nasreen

Page 19: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

3534

© E

urop

ean

Uni

on 2

010

PE-E

P

Il-PE taha l-Premju Sakharov fl-1995 għad-difiża kuraġġuża tagħha tad-drittijiet tal-bniedem u għall-impenn li wriet biex tinsab soluzzjoni paċifika u demokratika għall-kunflitti bejn il-Gvern Tork u l-popolazzjoni Kurda.

Fl-2004 wara li l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li ma ngħatatx proċess ġust u indipendenti, Zana finalment setgħet tindirizza lill-PE personalment matul iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premju tagħha.

Fl-2012 ingħatat sentenza ta’ 10 snin oħra ħabs talli xandret propaganda terrorista. Bħala Membru Parlamentari, eletta mill-ġdid fl-2011, għandha immunità parlamentari sal-2015.

F’Ġunju 2012, Zana ltaqgħet mal-Prim Ministru Erdoğan wara li tkellmet pubblikament dwar it-tama tagħha li hu kien ser isolvi l-kwistjoni Kurda. L-inizjattiva tagħha serviet bħala bażi għall-proċess ta’ negozjati li permezz tiegħu l-mexxej tal-PKK Abdullah Öcalan, f ’Marzu 2013, għamel is-sejħa storika tiegħu biex il-PKK jipprogressa minn reżistenza armata għal taqbida politika demokratika.

Fl-1991 Leyla Zana saret l-ewwel mara Kurda li kisbet siġġu fil-parlament Tork. Hija kienet ukoll f ’ħabs għal 10 snin minħabba l-attiviżmu politiku tagħha, li għall-qrati Torok kien kontra l-għaqda tal-pajjiż.

Ta’ 15-il sena żżewġet lill-eks-Sindku ta’ Diyarbakir, Mehdi Zana, li kien ġie mitfugħ il-ħabs matul it-tmexxija militari tat-tmeninijiet minħabba “separatiżmu”. Wara li bdiet l-iskola ta’ 23 sena, hija kisbet id-diplomi primarji u sekondarji fi tliet snin, u eventwalment, mingħajr ma fittxitu, ħadet rwol ta’ tmexxija peress li l-iżvilupp personali tagħha kien virtwalment sinonimu mar-realizzazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-poplu Kurd. Eletta fil-Parlament b’numru kbir ta’ voti, hija qalgħet skandlu fiċ-ċerimonja tal-ġurament billi qalet, bil-Kurd li se tieħu dan il-ġurament għall-fraternità bejn il-poplu Tork u l-poplu Kurd. Dak iż-żmien, kien reat kriminali li titkellem bil-Kurd fl-arena pubblika.

Fl-1994 tneħħitielha l-immunità parlamentari tagħha u ngħatat sentenza ta’ 15-il sena ħabs għal tradiment u sħubija fil-Partit armat tal-Ħaddiema Kurdi (PKK), akkuża li hija ċaħdet.

1995

Leyla Zana

Page 20: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

36 37

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

e

37

© E

urop

ean

unio

n

(Demokrazija jew Dittatorjat ġdid?) fejn indika lil Deng Xiaoping, il-mexxej Komunist ta’ dak iż-żmien, bħala d-dittatur il-ġdid. Wei ġie arrestat tlitt ijiem wara u ġie akkużat b’delitti kontra r-rivoluzzjoni u ngħata ħmistax-il sena ħabs fl-1979. Huwa kien tpoġġa fuq il-lista għall-eżekuzzjoni, imbagħad f’reklużjoni, u mbagħad f’kampijiet tax-xogħol furzati taħt superviżjoni stretta sal-1993, meta ġie meħlus minħabba d-deċiżjoni taċ-Ċina li tapplika għal-Logħob Olimpiku tal-2000. Wara sitt xhur ġie arrestat għat-tieni darba, ipproċessat mill-ġdid, akkużat b’delitti kontra r-rivoluzzjoni u kkundannat għal 14-il sena oħra ħabs.

Meta ngħata l-Premju Sakharov fl-1996 kien għadu l-ħabs. Fl-1997, wara pressjoni internazzjonali qawwija ħafna, Wei nħareġ miċ-ċella tiegħu u tpoġġa fuq ajruplan lejn l-Istati Uniti. Huwa jsostni li ma ġiex meħlus, iżda li l-eżilju tiegħu huwa piena ulterjuri.

Minn Washington, Wei jmexxi l-Fondazzjoni Wei Jinsheng, il-Koalizzjoni Demokratika Ċiniża Barranija u l-Alleanza Demokratika tal-Asja.

Il-”missier tal-moviment demokratiku Ċiniż” jgħix f’eżilju iżda jibqa’ mexxej attiv tal-oppożizzjoni għad-dittatorjat Komunista fiċ-Ċina.

Huwa l-awtur ta’ “The Courage to Stand Alone: letters from Prison and Other Writings” (Il-Kuraġġ li Tibqa’ Waħdek: ittri mill-Ħabs u Kitbiet Oħra), artikli li kiteb inizjalment fuq il-karta iġjenika fil-ħabs, u li issa ġew ippubblikati f ’aktar minn tnax-il lingwa.

Huwa ġie kkundannat għall-ħabs darbtejn għal total ta’ 29 sena u għamel aktar minn 18-il sena għall-attivitajiet u l-kitbiet tiegħu favur id-demokrazija, inkluża l-kitba rivoluzzjonarja tiegħu tal-1978 “The Fifth Modernization: Democracy” (Il-Ħames Modernizzazzjoni: id-Demokrazija). Din bdiet bħala kartellun iffirmat fuq il-Ħajt tad-Demokrazija f ’Pekin, li fuqu l-ħaddiema, l-artisti u l-intellettwali kienu jeżerċitaw il-libertà tal-espressjoni tagħhom. Il-kartellun ħoloq sensazzjoni, mhux biss minħabba li attakka fil-miftuħ lid-dittatorjat demokratiku tal-poplu tal-Komunisti, iżda wkoll għax Wei kellu l-kuraġġ jiffirmah kemm bl-isem veru tiegħu kif ukoll bil-kuntatti tiegħu.

F’”Exploration” (L-Esplorazzjoni), rivista sigrieta mwaqqfa u editjata minn Wei, huwa kiteb “Democracy or a New Dictatorship?”

1996

Wei Jingsheng

Page 21: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

38 39

© E

urop

ean

Uni

on 2

013

EP

deher rapport ta’ Ghezali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Alġerija.

Il-pubblikazzjoni ta’ “La Nation” reġgħet bdiet fl-2011 minn fuq l-Internet. F’Ittra mill-editur, Ghezali spjegat ir-raġunijiet li mmotivawha: ma nistgħux inkunu indifferenti lejn id-dinamiċi taż-żgħażagħ fid-dinja Għarbija li qed jiġġieldu għad-dinjità u l-libertà tagħhom. Ma nistgħux inkunu indifferenti lejn dak li qed jiġri f’pajjiżna. Aħna rridu li l-poplu Alġerin ikun ferħan, għax hekk ħaqqu. Irridu istituzzjonijiet b’saħħithom, riżorsi umani aħjar f’demokrazija vera u l-istat tad-dritt. Hija għalqet bit-talba tagħha għal Alġerija aħjar, fejn il-governanza tajba tkun ir-regola.

Salima Ghezali rebħet għadd ta’ premjijiet għad-drittijiet tal-bniedem bħall-Premju tal-World Press Review, l-Olof Palm Priee u l-Premju Rothko Chapel Oscar Romero. Hija tkompli l-attiviżmu tagħha fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa u d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll id-demokrazija fl-Alġerija.

Salima Ghezali hija ġurnalista Alġerina, kittieba u attivista tad-drittijiet tan-nisa. Fis-snin tmenin bdiet tinvolvi ruħha fil-moviment tan-nisa Alġerini, fost affarijiet oħra bħala membru fundatriċi tal-moviment “In-Nisa tal-Ewropa u tal-Maghreb” u bħala editur kap tal-NYSSA, il-pubblikazzjoni li waqqfet hi personalment.

Għalliema li saret ġurnalista, sa mill-1994 kienet l-editriċi ta’ “La Nation”, gazzetta Alġerina ta’ kull ġimgħa miktuba bil-Franċiż li għandha l-akbar numru ta’ qarrejja fl-Alġerija. Hekk kif kompliet il-gwerra ta’ 11-il sena li bdiet fl-1991 bejn il-gvern u l-gruppi ribelli Iżlamisti, “La Nation” tkellmet favur id-djalogu politiku bejn in-naħat kollha fil-gwerra, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-espressjoni għal kulħadd, u kkritikat kemm lill-gvern kif ukoll lill-gruppi Iżlamiċi - l-uniku gazzetta li għamlet dan.

Minħabba f’hekk, il-gazzetta ġiet maħtufa u sospiża ħafna drabi, u fl-aħħar ġiet ipprojbita fl-1996, wara li f ’“Le Monde Diplomatique”

1997

Salima Ghezali

Page 22: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

40 41

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

EP

PE

Fl-istess waqt, hu pprova jirbaħ l-appoġġ tal-opinjoni dinjija għall-kawża tal-poplu tiegħu.

Qatt ma waqaf milli jħeġġeġ lill-komunità internazzjonali sabiex iżżid il-pressjoni u toffri protezzjoni lill-Kosovo.

Ibrahim Rugova kien konvint li l-poplu tiegħu jista’ biss jibda jiddetermina l-kwistjonijiet tiegħu huwa stess permezz tal-paċi, u għalhekk fit-18 ta’ Marzu 1999, iffirma l-ftehim ta’ paċi ta’ Rambouillet bħala negozjatur prinċipali għall-Albaniżi tal-Kosovo. Il-fatt li Belgrad naqset milli tapprova dan il-ftehim wassal għall-attakki tan-NATO fuq il-Jugoslavja fl-24 ta’ Marzu u għall-irtirar tal-forzi Jugoslavi mill-Kosovo. Rugova ġie mġiegħel jistaħba. F’Marzu 2002, Ibrahim Rugova ġie elett bħala l-ewwel President tal-Kosovo. Huwa miet kawża ta’ kanċer fil-21 ta’ Jannar 2006.

Fl-1998, waqt li kienu qegħdin jiżdiedu l-kunflitti bejn l-unitajiet Serbi u l-Armata għal-Liberazzjoni tal-Kosovo, il-Parlament Ewropew onora raġel impenjat biex iħaddan il-prinċipju tar-reżistenza paċifika kontra l-vjolenza.

Fid-diskors ta’ ringrazzjament tiegħu, Rugova qal li l-premju jirrappreżenta, għalih u għall-poplu kollu tal-Kosovo, rikonoxximent tat-taqbida paċifika u tas-sagrifiċċji tagħhom.

Rugova, li twieled fit-2 ta’ Diċembru 1944 f’Cerrca (Istog), fil-Kosovo, għallem il-letteratura fl-Università ta’ Priština qabel ġie elett mexxej tal-Alleanza Demokratika tal-Kosovo (LDK) fl-1989. Matul dik is-sena, Belgrad neħħiet l-istatus awtonomu tal-provinċja tal-Kosovo u l-Albaniżi sfaw vittmi tal-oppressjoni, b’mexxejja tal-oppożizzjoni li spiċċaw arrestati. Fl-1990, il-kostituzzjoni tal-Kosovo ġiet adottata minn żewġ miljun Albaniż. F’referendum li sar fl-1991, 97 % minnhom ivvutaw għal Kosovo indipendenti, u fl-1998, ikkonfermaw li Rugova kellu jkun il-President tar-Repubblika tal-Kosovo li ddikjaraw huma stess.

Rugova baqa’ konsistenti fl-approċċ tiegħu bbażat fuq oppożizzjoni mhux vjolenta kontra r-reġim Serb u ta’ sikwit itenni x-xewqa tiegħu biex jibda djalogu ma’ Belgrad. Il-pożizzjoni tiegħu fin-negozjati kienet ikkritikata minn Adem Demaçi li kien favur approċċ aktar nazzjonalist.

1998

Ibrahim Rugova

Page 23: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

42 43

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

EP

PE

Fl-1986 irnexxielu jlaqqa’ flimkien il-gruppi politiċi u soċjali varji sabiex jiffurmaw il-Kunsill ta’ Reżistenza Nazzjonali għat-Timor (TNRC).

Madankollu, fl-20 ta’ Novembru 1992 Xanana Gusmão safa’ arrestat u ġie kkundannat għal għomru l-ħabs, li mbagħad tnaqqsulu għal 20 sena. Iżda r-reżistenza tat-Timor żammet sħiħ u kien hemm pressjoni internazzjonali kbira fuq l-Indoneżja għall-ħelsien tiegħu. Meta ġie meħlus f’Settembru 1999 - ftit wara r-referendum tat-30 ta’ Awwissu, fejn 80 % tal-popolazzjoni tat-Timor tal-Lvant ivvutat għall-indipendenza, Gusmão wiegħed “li se nagħmel dak kollu li nista’ biex inġib il-paċi fit-Timor tal-Lvant u lill-poplu tiegħi”.

F’April 2002 fl-ewwel elezzjonijiet ħielsa presidenzjali fit-Timor tal-Lvant, Gusmão nħatar bi kważi 83 % tal-voti. Fl-20 ta’ Mejju 2002 is-Segretarju Ġenerali tan-NU Kofi Annan iddikjara uffiċjalment ir-Repubblika Demokratika tat-Timor tal-Lvant bħala stat indipendenti u Gusmão serva bħala President sa Mejju 2007. Fl-2008 huwa ħelisha ħafif minn attentat ta’ qtil. Bħalissa jservi bħala Prim Ministru.

Xanana Gusmão huwa magħrufa bħala l-”Mandela tat-Timor”. Rikonoxxut bħala l-mexxej u s-simbolu tar-reżistenza tat-Timor li kellu l-għan li jtemm il-kunflitt armat għall-indipendenza mill-Indoneżja, meta l-PE tah il-Premju Sakharov f’Diċembru 1999 huwa kien għadu kif ġie meħlus mill-ħabs wara li serva seba’ snin minn sentenza ta’ 20 sena fuq akkużi ta’ separatiżmu.

Meta l-Portugiżi rtiraw mit-Timor tal-Lvant, l-Indoneżja mexxiet politika biex twaqqa’ l-ġar tagħha. Fis-7 ta’ Diċembru 1975, l-Indoneżja għamlet invażjoni. Gusmão staħba u fl-1978 sar mexxej tal-parti militari tal-Front Rivoluzzjonarju għall-Indipendenza tat-Timor tal-Lvant (FRETILIN).

Il-vjolenza li akkumpanjat l-invażjoni swiet il-ħajja ta’ 200 000 persuna, iżda ma waqqfitx id-determinazzjoni tal-poplu biex ikompli jirreżisti.

Gusmão fittex li jiżgura soluzzjoni paċifika għall-kunflitt billi ppropona lill-Gvern Indoneżjan pjan ta’ paċi u taħditiet taħt is-superviżjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.

1999

“Xanana” Gusmão

Xanana Gusmão legalment biddel ismu minn Jose Alexandre Gusmão għal Kay Rala Xanana Gusmão. Kay Rala kien in-nom de guerre tiegħu matul it-taqbida biex Timor Leste tinħeles u tkun tista’ tiddeċiedi

għaliha nnifisha, u Xanana kien isem li kien magħruf bih f’żogħżitu.

Page 24: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

44 45

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

- 20

00 E

P

L-inizjattiva ċivika li isimha jfisser Issa Daqshekk, u li ngħatat status konsultattiv mal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti f ’Lulju 2004, kienet tikkonsisti minn nies li ħadmu għad-drittijiet bażiċi tal-bniedem, id-demokrazija u t-tolleranza fil-pajjiż Bask.

L-organizzazzjoni wettqet bosta attivitajiet li minnhom jibqgħu mfakkra ż-żewġ dimostrazzjonijiet kbar f’San Sebastian, fi Frar u f’Ottubru tal-2000. Huma talbu x-xoljiment tal-ETA, appoġġjaw il-vittmi tat-terroriżmu u ddefendew il-Kostituzzjoni u l-Istatut bħala l-bażi tal-koeżistenza dinjituża taċ-ċittadini Baski kollha.

Basta Ya xoljiet fl-2007. Il-mexxejja tagħha, Carlos Martinez Gorriarán, Juan Luis Fabo, Rosa Díez u Fernando Savater waqqfu partit politiku (UpyD), li attwalment huwa attiv fix-xena politika Spanjola. Fernando Savater kien il-mexxej intellettwali tal-moviment u rrappreżenta lil Basta Ya fl-għoti tal-Premju Sakharov fil-PE fl-2000.

Il-membri ta’ Basta Ya rriskjaw ħajjithom fil-ġlieda tagħhom kontra t-terroriżmu. L-unika “arma” li kellhom kienet il-mobilizzazzjoni paċifika tal-poplu sabiex jitħarsu l-libertajiet bażiċi. Għal ħafna snin, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż Bask kienu mhedda mit-terroriżmu min-naħa tal-grupp ETA u minn gruppi relatati. Eluf ta’ nies sfaw vittmi ta’ intimidazzjoni, estorsjoni, rikatt u attakki. Il-familji u l-proprjetà wkoll kienu taħt il-mira tagħhom. Ma kinux kapaċi jesprimu lilhom infushom b’mod ħieles jew jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mingħajr ma jieħdu riskji kbar.

Basta Ya ġie mwaqqaf minħabba li l-libertajiet ċivili bażiċi u d-drittijiet tal-bniedem kienu mhedda fil-pajjiż Bask, speċjalment dawk taċ-ċittadini “mhux nazzjonalisti”, mit-terroriżmu min-naħa tal-grupp ETA u mill-attivitajiet tal-gruppi relatati miegħu. It-twaqqif tiegħu kien seħħ ukoll minħabba ż-żieda fin-nazzjonaliżmu etniku u ksenofobiku fost il-partiti nazzjonalisti l-aktar moderati u l-gruppi li fittxew ftehim mal-ETA.

2000

BASTA YA

Page 25: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

46 47

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

e

47

© E

urop

ean

Uni

on 2

001

- EP

tal-Kunsill Palestinjan għall-Ġustizzja u l-Paċi u fl-1995 ingħata l-Premju Internazzjonali għal-Libertà tal-Espressjoni fi Stavanger. Huwa ntbagħat il-ħabs u kemm-il darba ġie kkastigat mill-awtoritajiet Iżraeljani minħabba l-attivitajiet politiċi tiegħu.

Matul il-preżentazzjoni tal-Premju Sakharov fl-2001, il-President tal-PE Nicole Fontaine tatu omaġġ talli ppromwova mingħajr waqfien il-kawża tal-paċi u tad-djalogu bejn il-popli Iżraeljani u Palestinjani.

Il-passjoni tiegħek qatt ma naqset, minkejja l-priġunerija u ċ-ċensura u, agħar minn kull ħaġa oħra, it-telfa li ma tistax tiġi rkuprata ta’ ibnek ta’ sittax-il sena Ramy.

Ftit wara l-mewt ta’ ibnu, flimkien mal-kittieb Iżraeljan Abraham B. Yehoshua u l-fotografu Oliviero Toscani, hu ppubblika “Enemies” (Għedewwa), dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Palestinjani u l-Iżraeljani, li kien suċċess kbir.

Izzat Ghazzawi miet fl-4 ta’ April 2003.

Izzat Ghazzawi (1952-2003) kien kittieb u professur Palestinjan li kiteb dwar il-problema u t-tbatijiet imposti mill-okkupazzjoni Iżraeljana fuq it-territorji Palestinjani u dwar it-tbatija personali tiegħu li huwa kien jemmen li setgħet tiġi trasformata f’poter li jfejjaq.

Ħajtu ġiet immarkata bil-qtil, mill-Armata Iżraeljana, ta’ ibnu Ramy, ta’ 16-il sena fl-1993. Ramy nqatel fil-bitħa tal-iskola tiegħu hekk kif mar jgħin lil sieħbu li safa ferut.

Minkejja din it-traġedja, Izzat Ghazzawi kompla jfittex djalogu kulturali u politiku mal-poplu Iżraeljan.

Iben ta’ ġenituri rifuġjati, huwa kiseb MA fil-litteratura Amerikana-Britannika u ħadem bħala professur fl-Università ta’ Birzeit. Huwa ppresieda l-Unjoni tal-Kittieba Palestinjani, kiteb novelli u stejjer qosra, kien kritiku letterarju u organizza u ppresieda l-ewwel Konferenza Internazzjonali tal-Kittieba fil-Palestina (1997).

Huwa kien ukoll membru tal-Kumitat Eżekuttiv

2001

Izzat Ghazzawi

Page 26: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

48 49

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

201

3 EP

Hija wkoll impenjata biex tinbidel il-mentalità tas-soċjetà Iżraeljana, b’mod partikolari tal-ġenerazzjoni żagħżugħa. L-aħħar pubblikazzjoni tagħha, bit-titolu “Palestine in Israeli school books. Ideology and propaganda in education” (Il-Palestina fil-kotba tal-iskola Iżraeljani. Ideoloġija u propaganda fl-edukazzjoni), tiġbed l-attenzjoni lejn l-edukazzjoni fl-iskejjel Iżraeljani li tidher li xxaqleb lejn ir-razziżmu aktar milli lejn it-tolleranza u d-diversità. Hija kienet ikkritikat bl-aħrax lill-mexxejja tad-dinja inklużi George Bush, Tony Blair u Ariel Sharon talli nfettaw liċ-ċittadini rispettivi tagħhom b’biża’ għamja mill-Musulmani.

Nurit Peled Elhanan hija l-kofundatriċi tat-tribunal Russell, Tribunal Internazzjonali tal-Poplu stabbilit fl-2009 biex jeżamina r-rwol u l-kompliċità tal-partijiet terzi, bħal gvernijiet, istituzzjonijiet u korporazzjonijiet, fil-ksur tal-liġi internazzjonali li l-Iżrael wettaq kontra l-poplu Palestinjan.

Nurit Peled-Elhanan hija lekċerer l-università u awtriċi mill-Iżrael, li twieldet fl-1949. Fl-1997 bintha Smadar ta’ 13-il sena nqatlet f ’attakk suwiċida li sar minn Palestinjan f’Ġerusalemm tal-Punent.

Binti nqatlet sempliċiment għax kienet Iżraeljana minn żagħżugħ li kien oppress u eżasperat sal-punt li jagħmel suwiċidju u qtil sempliċiment għax kien Palestinjan. It-tnejn huma vittmi tal-okkupazzjoni Iżraeljana tal-Palestina. Issa demmhom tħallat fuq il-ġebel ta’ Ġerusalemm li dejjem kien indifferenti għad-demm. Hija ma ppermettietx lill-awtoritajiet Iżraeljani, inkluż il-prim ministru, jattendu għaċ-ċerimonja tal-funeral.

Bint il-Ġeneral famuż Matti Peled, magħruf għall-kampanja paċifista u progressiva tiegħu, Nurit Peled saret simbolu ta’ dawk li f ’Iżrael jiġġieldu kontra l-okkupazzjoni u favur il-ħelsien tal-Palestina.

2001

Nurit Peled-Elhanan

Page 27: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

50 51

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

201

3 EP

it-taħditiet għall-paċi u l-klima ġenerali ta’ appoġġ għad-demokratizzazzjoni hija attribwita l-aktar għall-kampanja mmexxija minn Dom Zacarias Kamwenho u mexxejja oħra, kemm reliġjużi, kif ukoll ċivili. Fl-2003, l-Arċisqof Kamwenho rriżenja minn chairman tal-Konferenza tal-Isqfijiet ta’ Angola u São Tomé iżda kompla jaħdem b’mod attiv għat-twettiq tad-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem, l-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt u rikonċiljazzjoni nazzjonali dejjiema, permezz tad-djoċeżi tiegħu u tal-Kumitat Ekumeniku għall-Paċi fl-Angola. Fl-2007 huwa ddikjara li, matul l-aħħar sentejn b’mod partikolari, għarfien ġdid għall-ħtieġa li wieħed jiġġieled għall-paċi u għad-drittijiet tal-bniedem kien qed jikber fost il-poplu tal-Angola, li kien inkoraġġit u rrappreżentat bl-isforzi tal-mexxejja tal-Knisja u ta’ entitajiet varji fis-soċjetà ċivili, bl-għan finali li jkun hemm rikonċiljazzjoni nazzjonali inklussiva.

Fl-2012, l-Arċisqof li llum irtira, stieden lill-Angolani jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-vot.

Fl-1999 l-għarfien għall-ħtieġa li wieħed jiġġieled għall-paċi u għad-drittijiet tal-bniedem beda jiżdied mill-ġdid fost il-poplu tal-Angola, li kien inkuraġġit bl-isforzi tal-mexxejja tal-Knisja u ta’ entitajiet varji fis-soċjetà ċivili sabiex titkattar ir-”rikonċiljazzjoni nazzjonali inklussiva”. L-Arċisqof Zacarias Kamwenho kien minn ta’ quddiem nett f ’dan il-moviment ta’ paċi.

Imwieled f’Chimbundo (Huambo, fl-Angola) fl-1934, ordnat saċerdot fl-1961, u ordnat Arċisqof ta’ Lubango fl-1995. Dom Zacarias Kamwenho esprima l-opinjonijiet tiegħu lill-partijiet kollha b’mod sod, b’imparzjalità u b’determinazzjoni dwar il-kunflitt bi sforz biex jikseb il-paċi dejjiema permezz ta’ djalogu

politiku wara 26 sena ta’ gwerra ċivili

Ingħata l-Premju Sakharov fl-2011 bħala rikonoxximent għall-isforzi kontinwi tiegħu għall-paċi.

Il-waqfien mill-isparar li seħħ fl-2002 wara li nqatel il-mexxej tal-gwerilla Jonas Savimbi,

2001

Dom Zacarias Kamwenho

Page 28: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

5352

© E

urop

ean

Uni

on E

P PE

Fl-2012, huwa ġie nnominat għas-sitt darba għall-premju Nobel għall-Paċi. Fl-istess sena, fit-22 ta’ Lulju 2012, tilef ħajtu f’aċċident tal-karozza f’Kuba. B’omaġġ lejh, il-President tal-PE Martin Schulz iddikjara t-twemmin tiegħu li l-ideat ta’ Oswaldo Payá se jibqgħu fiż-żmien billi l-ħidma u l-impenn tiegħu spiraw lil ġenerazzjoni ta’ attivisti Kubani li kienu qed isegwu l-eżempju tiegħu fil-promozzjoni tal-libertà politika u tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Moviment Kristjan ta’ Liberazzjoni għadu jitlob għal kjarifika taċ-ċirkustanzi ta’ mewtu. Il-familja tiegħu rrifjutat il-verżjoni uffiċjali ta’ aċċident bil-karozza. Bintu Rosa Maria talbet għal inkjesta internazzjonali imparzjali dwar il-mewt ta’ missierha quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn u ddenunzjat il-persekuzzjoni u t-theddid li sofriet il-familja mill-aġenti tas-Sigurtà tal-Istat. F’Ġunju 2013, il-familjari ta’ Payá marru jgħixu l-Istati Uniti, bil-pjan li jgħixu hemm temporanjament bħala rifuġjati politiċi.

Oswaldo José Payá Sardiñas (1952-2012) huwa magħruf l-aktar bħala l-fundatur tal-Proġett Varela, kampanja ta’ appoġġ għar-referendum dwar il-liġijiet li jiżguraw id-drittijiet ċivili, elezzjonijiet pluralisti ħielsa, il-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha, u riformi ekonomiċi u soċjali f ’Kuba.

Riformatur attiv sa minn żgħożitu, huwa kien ppersegwitat u kkundannat f’bosta okkażjonijiet għall-kritika tiegħu tal-politiki u l-inġustizzji ta’ Fidel Castro, iżda dan ma waqqfux milli jwaqqaf, fl-1988, il-Moviment Kristjan ta’ Liberazzjoni, illum wieħed mill-ikbar movimenti ta’ oppożizzjoni f ’Kuba. Fl-1990, Oswaldo Payá għamel sejħa għad-djalogu nazzjonali u beda jiġbor 10 000 firma biex idawwar proposta ċivika f’liġi. B’riżultat ta’ dan, ġie detenut mill-pulizija sigrieta.

Fl-1997 huwa fassal il-proġett ambizzjuż, il-Proġett Varela. Minkejja r-ritaljazzjoni tal-awtoritajiet kontra dan il-proġett popolari, fejn ġew arrestati dawk li kkampanjaw favurih, Payá ma qatax qalbu u fl-2008, ippreżenta abbozz ta’ liġi dwar l-amnestija għall-priġunieri politiċi lill-Assemblea Nazzjonali. Huwa nieda wkoll il-Foro Todos Cubanos fl-2010.

2002

Oswaldo José Payá Sardiñas

Page 29: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

5554

© U

N P

hoto

/Ser

gey

Berm

enie

v

Millennju u l-Afrika, u fittex li jressaq lin-NU aktar qrib il-pubbliku globali billi għamel rabtiet mas-soċjetà ċivili, mas-settur privat u ma’ msieħba oħrajn.

Fl-2005, Kofi Annan ressaq quddiem l-Assemblea Ġenerali r-rapport “F’ħelsien ikbar”, li fih iddeskriva l-viżjoni tiegħu ta’ riforma komprensiva u estensiva tan-NU. Dan irriżulta, fost l-oħrajn, biex f’Marzu 2006 jinħoloq Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem, biex jieħu post il-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bl-għan li jissaħħaħ il-makkinarju dinji tal-korp li jippromwovi u jipproteġi d-drittijiet fundamentali u biex jittratta ma’ dawk li jiksru d-drittijiet tal-bniedem bil-kbir.

Wara li lesta żewġ mandati bħala Segretarju Ġenerali tan-NU fl-2007, Annan kien involut f ’bosta organizzazzjonijiet li jiffukaw fuq kwistjonijiet globali u Afrikani. Fl-2012, serva bħala Mibgħut Speċjali Konġunt tan-NU u tal-Lega Għarbija għas-Sirja bl-għan li tinstab soluzzjoni għall-kunflitt. Fl-2013, ġie maħtur President tal-Anzjani.

Permezz tal-għoti tal-Premju Sakharov fl-2003, il-Parlament Ewropew irrikonoxxa l-isforzi tan-NU għall-paċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

Il-Premju Sakharov onora b’mod partikolari lill-membri tal-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti li jaħdmu bla heda għall-paċi fid-dinja, spiss f ’kundizzjonijiet diffiċli.

Il-Premju ngħata b’memorja speċjali ta’ Sergio Vieira de Mello, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u wieħed mill-aktar rappreżentanti valorużi tan-NU li, waqt li kien qied iservi bħala rappreżentant speċjali ta’ Kofi Annan fl-Iraq, kien fost dawk li nqatlu fl-2003 f’attakk li sar fuq il-Kwartieri Ġenerali tan-NU f’Bagdad.

Kofi Annan kien is-seba’ Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Huwa serva mill-1997 sal-2006 u kien l-ewwel wieħed li kien ġej mill-impjegati tan-Nazzjonijiet Uniti. Huwa kien promotur kostanti tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-

2003

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Kofi Annan u l-impjegati kollha tan-Nazzjonijiet Uniti

Page 30: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

56 57

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

e

Minkejja l-isforzi kbar biex titjieb is-sitwazzjoni tal-midja fil-Belarus, għadha ’l bogħod milli tkun favorevoli. Il-liġi tal-midja tal-Belarus tal-2009 tħalli spazju għall-awtoritajiet biex jagħlqu midja li tkun meqjusa kritika żżejjed. Il-midja barranija trid tikseb liċenzja biex topera fil-Belarus, u l-ġurnalisti lokali jsibu ostakli biex jaħdmu għalihom mingħajr akkreditazzjoni, peress li jirċievu twissijiet mill-KGB u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur meta jinqabdu jagħmlu dan. Il-kodiċi penali għadu jinkludi fih Artikoli li jippenalizzaw il-malafama tal-uffiċjali għolja. Fl-2011 il-membru tal-BAJ Andrzej Paczobut, korrispondent għall-gazzetta Pollakka “Gazeta Wyborcza”, ġie kkundannat għal sentenza sospiża ta’’ tliet snin. Huwa ġie ripetutament akkużat taħt l-istess Artikolu fl-2012, iżda l-każ imbagħad ingħalaq. Il-midja indipendenti tbati minn diskriminazzjoni ekonomika: l-ikbar negozji ta’ distribuzzjoni, postali u tat-tipografija huma mmexxija mill-Istat, u jistgħu jirrifjutaw li joffru servizzi lil xi midja li tkun partikolarment kritika, kif inhuwa l-każ tal-gazzetti reġjonali “Novy Chas”, “Gazeta Slonimskaya”, u “Intex-Press”.

L-Assoċjazzjoni tirrappreżenta ’l fuq minn 1 000 professjonist, li jaħdmu f’kundizzjonijiet estramement diffiċli biex jipproteġu d- drittijiet tal-ġurnalisti u spiss ikunu vittmi ta’ intimidazzjoni, abbuż, prosekuzzjoni kriminali u espatrijazzjoni.

L-impenn tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Bjelorussja (BAJ) favur il-kawża tal-libertà tal-espressjoni u l-promozzjoni tal-ġurnaliżmu indipendenti u professjonali fil-Bjelorussja huwa ta’ ispirazzjoni. Il-BAJ taħdem biex tkompli tqajjem il-kuxjenza pubblika dwar id-dritt kostituzzjonali għal-libertà tal-informazzjoni u dwar kif in-nies jistgħu

jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

Il-BAJ tiddefendi d-drittijiet tal-ġurnalisti, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi, bħas-segwitu vjolenti tal-elezzjonijiet presidenzjali kkontestati tal-2010.

Il-BAJ għandha l-għan li tilliberalizza r-regolamenti legali tal-midja u tinkoraġġixxi ġurnaliżmu ta’ kwalità għolja u etiku. Minn meta ġiet stabbilita, il-BAJ kienet l-assoċjazzjoni ewlenija għall-istampa indipendenti fil-Belarus bl-għan prinċipali li tipprovdi lill-pubbliku bl-aktar informazzjoni oġġettiva, vera, komprensiva u aġġornata.

2004

L-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Bjelorussja

Page 31: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

58 59

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

AFP

Imag

eFor

um

Huma mxew fit-toroq u kitbu ħafna ittri lill-awtoritajiet Kubani fejn talbu li jiġu meħlusa l-priġunieri, iżda ma rċevew l-ebda risposta. Iżda l-protesti persistenti tagħhom kisbu r-riżultati: l-aħħar żewġ priġunieri tar-Rebbiegħa s-Sewda ġew meħlusa f’Marzu 2011. Ħafna minnhom aċċettaw l-eżilju fi Spanja. Numru żgħir tagħhom baqgħu f’Kuba fejn komplew il-ġlieda tagħhom f’kundizzjonijiet diffiċli bi spiża personali kbira.

Anke wara l-ħelsien tal-maħbubin tagħhom mill-ħabs, id-Damas de Blanco jibqgħu jimxu mat-toroq ta’ Havana jġorru l-fjuri, kull nhar ta’ Ħadd, u jiġġieldu għall-ġustizzja soċjali f ’Kuba. Aktar u aktar nies ingħaqdu mal-grupp minkejja d-diffikultajiet fil-komunikazzjoni u s-swat, id-detenzjonijiet u l-abbuż psikoloġiku li sofrew id-Damas.

F’April 2013, ftit wara ċ-ċerimonja tal-Premju Sakharov, id-Damas u dissidenti oħrajn, inkluż il-Lawreat tal-2010 Guillermo Fariñas, stabbilixxew il-Pjattaforma Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem f’Kuba.

Fl-2013, id-Damas de Blanco ta’ Kuba, magħrufa wkoll bħala n-Nisa bl-Abjad, setgħu finalment jindirizzaw lill-PE u jaċċettaw personalment il-Premju Sakharov li kienu ngħataw fl-2005.

Il-President Berta Soler, u r-rappreżentanti Belkis Cantillo Ramirez u Laura Maria Labrada Pollán, bint il-maħbuba kofundatriċi tad-Damas Laura Pollán li mietet fl-2011, tħallew joħorġu minn Kuba wara li l-awtoritajiet Kubani ffaċilitaw ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar fuq iċ-ċittadini f ’Jannar.

Berta Soler qabblet il-Premju Sakharov ma’ tarka li kellha tipproteġi lid-Damas meta jmorru lura lejn Kuba.

Fl-2005 il-PE għaraf il-kuraġġ u l-impenn ta’ dawn in-nisa għall-kawża tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba u ġibed l-attenzjoni fuq il-fatt li 75 dissident kienu ilhom maqfulin fil-ħabs minn Marzu 2003, ir-Rebbiegħa Sewda ta’ Kuba, u li ħafna minnhom ġew arrestati sempliċement minħabba l-fatt li kkritikaw in-nuqqas ta’ libertà fil-pajjiż.

Il-moviment tad-Damas ġie ffurmat b’mod spontanju bħala reazzjoni għall-priġunerija ta’ żwieġhom u tal-membri tal-familja tagħhom matul ir-ripressjoni tar-Rebbiegħa s-Sewda.

2005

In-Nisa bl-Abjad

Page 32: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

60 61

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

e

61

© E

urop

ean

Uni

on 2

011

PE-E

P

b’adulterju u kkundannati għat-tħaġġir u tfal ikkundannati għall-amputazzjoni tad-dirgħajn u r-riġlejn. Il-kompetenza professjonali tagħha fil-qorti, l-appoġġ minn Lawyers without Borders, u l-attenzjoni ffukata tal-midja internazzjonali u nazzjonali u l-opinjoni tal-pubbliku, salvaw il-ħajjiet ta’ Amina Lawal, Safiya Hussaini, Hafsatu Abukabar u ħafna oħrajn.

Hi konxja ħafna tal-importanza tal-edukazzjoni bħala mezz li jagħti poter lin-nisa: il-faqar u l-illitteriżmu jmorru id f’id, u l-fundamentaliżmu jiġi mill-injoranza. Hauwa Ibrahim, li trabbiet bħala Musulmana, taħdem bla heda sabiex tiġġieled il-fundamentaliżmu reliġjuż.

Fl-2012 ippubblikat “Practicing Shariah Law: Seven Strategies for Achieving Justice in Shariah Courts” (Il-Prattika tal-Liġi tax-Xarija: Seba’ Strateġiji biex Tinkiseb il-Ġustizzja fil-Qrati tax-Xarija), li jipprovdi informazzjoni dwar id-dettalji rqaq tal-liġi tax-Xarija u li kitbet meta kienet mistiedna bħala Lekċerer speċjali f ’Harvard Divinity School (2010-2013).

Illum, il-każ ta’ Hauwa jidwi lil hinn mill-fruntieri Niġerjani, iżda għad trid issemma’ leħinha f’pajjiżha stess.

Avukata impenjata fid-drittijiet tal-bniedem min-Niġerja, u omm ta’ żewġ subien, Hauwa Ibrahim kienet bint mullah u twieldet f’raħal żgħir u fqir fl-1967. Karriera ta’ avukata qatt ma kellha tkun parti mid-destin tagħha. Hija kienet mistennija tiżżewweġ fl-età ta’ 10 snin u ttemm l-istudji tagħha sal-livell tal-iskola primarja. Hija rrifjutat dan id-destin.

Hauwa Ibrahim hija waħda mill-ftit avukati nisa li jipprattikaw fin-Niġerja ta’ fuq u x-xogħol tagħha ħadha fl-intern rurali tal-pajjiż, fejn biex tasal fil-villaġġi xi drabi kellha tivvjaġġa bil-ġemel jew bil-ħmar. Hi tiddeskrivi dan iż-żmien bħala wieħed mill-aħjar żminijiet ta’ ħajjitha għaliex kienet kapaċi tassoċja ruħha mal-għeruq tas-soċjetà minn fejn kienet ġejja.

Hauwa Ibrahim bniet prattika straordinarja: hija tiddefendi lil dawk in-nies li huma kkundannati skont il-liġi Iżlamika tax-Xarija li hija applikata fi 12-il stat fin-Niġerja.

Għalkemm għall-mument m’humiex qegħdin jiġu attwati, is-sentenzi għall-mewt xorta għadhom jingħataw. Hauwa Ibrahim ilha mill-1999 taħdem bla ħlas bħala avukat difensur f’aktar minn 150 kawża, u ħafna mill-kawżi li ddefendiet kienu jinvolvu nisa akkużati

2005

Hauwa Ibrahim

Page 33: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

62 63

‘L-uniku objettiv tiegħi huwa li nara li ddrittijiet fundamentali ta’ kull bniedem, bħall-istat tad-dritt u d-dritt għal proċess ġust, jiġu rispettati.’

Hauwa Ibrahim

Page 34: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

64 65

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

e

Il-websajt tal-Korrispondenti Mingħajr Fruntieri kuljum iżżomm kont tal-attakki fuq il-libertà tal-istampa madwar id-dinja u toffri l-opportunità li jiġu ffirmati petizzjonijiet onlajn bħala appoġġ għall-ġurnalisti li jkunu jinsabu l-ħabs.

Sabiex tiġi evitata ċ-ċensura, xi kultant jiġu ppubblikati artikli li kienu pprojbiti fil-pajjiż ta’ oriġini, joffru spazju għal gazzetti li jkunu twaqqfu f’pajjiżhom u jinżamm forum għal ġurnalisti li jkunu ġew “imsikktin” mill-awtoritajiet ta’ pajjiżhom.

Bħala Lawreati tal-Premju Sakharov, il-Korrispondenti mingħajr Fruntieri għaqqdu flimkien Lawreati oħra u kkordinaw xi attivitajiet.

Skont il-Korrispondenti Mingħajr Fruntieri, aktar minn terz tal-popolazzjoni dinjija jgħixu f’pajjiżi fejn ma hemmx libertà tal-istampa. Fl-2012, il-Barometru tal-Libertà tal-Istampa tal-Korrispondenti Mingħajr Fruntieri ddokumenta 50 ġurnalist maqtul u 147 ġurnalist li ntbagħat il-ħabs waqt li kienu qed jagħmlu xogħolhom jew għal raġunijiet relatati mal-professjoni tagħhom.

Il-Korrispondenti mingħajr Fruntieri kontinwament jimmonitorjaw u jiddenunzjaw attakki fuq il-libertà tal-informazzjoni madwar id-dinja, jiġġieldu kontra ċ-ċensura u l-liġijiet li għandhom l-għan li jnaqqsu l-libertà tal-informazzjoni, jassistu lill-ġurnalisti persegwitati moralment u finanzjarjament u lill-familji tagħhom u joffru assistenza materjali lill-korrispondenti tal-gwerra biex itejbu is-sikurezza tagħhom. Sabiex ikun żgurat li qattiela u min jittortura jidher il-qorti, mill-2002 dan in-netwerk jipprovdi lill-vittmi b’servizzi legali u jirrappreżentahom.

2005

Korrispondenti Mingħajr Fruntieri

Page 35: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

66 67

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Uni

on E

urop

éenn

e 20

10 E

P-PE

dittatur ikompli bir-repressjoni tiegħu. Aliaksandr Milinkevich ma kkontestax l-elezzjonijiet Presidenzjali tal-2010, peress li qies li ma sar ebda tibdil fir-regolamenti elettorali nazzjonali biex jiġu żgurati elezzjonijiet ġusti, ħielsa u miftuħa.

Bħala Lawreat tal-Premju Sakharov, Milinkevich ipparteċipa f’bosta konferenzi dwar id-drittijiet tal-bniedem organizzati mill-Parlament Ewropew, gruppi ta’ riflessjoni u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Fil-preżentazzjonijiet tiegħu, wera tħassib dwar il-politiki ta’ ripressjoni implimentati mir-reġim tad-dittatorjat fil-poter, u jindika s-sitwazzjoni ekonomika kritika fil-Belarus, b’defiċit baġitarju li dejjem jiżdied li qed iwassal għal dipendenza reali, b’mod notevoli fuq ir-Russja. Huwa talab biex ikun hemm żvilupp demokratiku u tisħiħ tar-relazzjonijiet ta’ pajjiżu mal-Unjoni Ewropea u mal-Istati Uniti.

Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarus kompliet sejra lura wara l-elezzjonijiet tal-2010. L-awtoritajiet għaddew liġi li tikkriminalizza atteġġjament meqjus kritiku kontra l-Istat. Ġurnalisti, attivisti u kritiċi oħrajn tar-reġim attwali għadhom qegħdin jiġu msikkta u arrestati.

Aliaksandr Milinkevich, mexxej tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarus, intagħżel biex ikun il-kandidat presidenzjali konġunt tal-Oppożizzjoni Demokratika Magħquda f’Ottubru 2005. Huwa ġabar aktar minn 100 000 firma ta’ appoġġ matul il-kampanja għall-elezzjonijiet presidenzjali tat-19 ta’ Marzu 2006.

Alexander Milinkevich sejjaħ għal ġejjieni verament demokratiku għall-Belarus u ppreżenta lilu nnifsu bħala alternattiva reali għall-awtoritarjaniżmu tal-President Lukashenka.

Ir-rebħa tal-President Lukashenka kienet ġiet ikkritikata b’mod aħrax mill-oppożizzjoni fil-Belarus u barra mill-pajjiż minħabba tbagħbis tal-votazzjoni. Wara li kkontesta, Milinkevich ġie arrestat għal bosta raġunijiet differenti, iżda qatt ma tressqu proċeduri kontrih.

Mistoqsi jekk ir-rebħa tal-Premju Sakharov kinitx ta’ għajnuna għall-attività politika tiegħu, Milinkevich qal li aħna biss nistgħu nibdlu l-affarijiet minn ġewwa biex nagħmlu lil pajjiżna demokratiku u liberu. Iżda, is-solidarjetà murija mill-mexxejja Ewropej hija importanti ħafna. Aktar ma jkollna appoġġ mill-PE u l-mexxejja tal-UE aktar issir diffiċli biex

2006

Aliaksandr Milinkevich

Page 36: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

6968

© E

urop

ean

Uni

on

Il-membri tal-familja tiegħi stess ġew ittorturati u sfurzati jabbandunaw id-djar tagħhom mill-milizzja fid-Darfur. Għal ħafna snin, f ’xogħli, irrappreżentajt eluf ta’ persuni li kellhom bżonn l-għajnuna tiegħi quddiem il-Qrati. Rajt eluf ta’ nies li ġew ittorturati, rajt mijiet ta’ nisa u bniet li kienu vittmi ta’ abbuż sesswali, qal Salih Osman fid-diskors ta’ ringrazzjament tiegħu.

Osman huwa involut b’mod attiv fil-ħarsien ta’ miljuni ta’ Sudaniżi li ġew sfurzati jabbandunaw id-djar tagħhom. Huwa għamel lista tar-reati li seħħew, b’mod partikolari fid-Darfur, u sar involut f ’kampanja biex l-istupru jitqies bħala delitt tal-gwerra.

Huwa serva bħala Membru tal-Parlament tas-Sudan għall-oppożizzjoni bejn l-2005 u l-2010.

Salih Mahmoud Osman kien jipprovdi rappreżentazzjoni legali bla ħlas lil persuni detenuti b’mod arbitrarju, ittorturati u soġġetti għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan għall-aħħar għoxrin sena meta l-PE unanimament tah il-Premju Sakharov fl-2007.

F’isem id-dinjità tal-bniedem, Salih Osman iserraħ moħħ dawk l-irġiel u n-nisa nieqsa minn kollox, mingħajr difiża u intimidati injorati li d-dinja hija konxja mit-tbatija tagħhom, qal Hans-Gert Pöttering, President tal-PE ta’ dak iż-żmien, meta ppreżenta l-premju lil Osman.

F’isem il-ġustizzja, Salih Osman jaħdem, jum wara l-ieħor, biex jiżgura li dawk responsabbli minn delitti tal-gwerra jinżammu responsabbli kemm nazzjonalment kif ukoll internazzjonalment.

Jien ġej mid-Darfur, twilidt f ’Jebel Marra, li huwa reġjun muntanjuż li jinsab fiċ-ċentru tal-Istat tad-Darfur. Ħdimt bħala avukat fid-Darfur fis-Sudan għal ħafna snin. Kont vittma ta’ detenzjoni u tortura minħabba xogħli.

2007

Salih Mahmoud Mohamed Osman

Page 37: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

70 71

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

Meta ġie mogħti l-Premju Sakharov, huwa kien taħt pressjoni mill-pulizija tas-sigurtà tal-Istat, anke permezz tal-ġenituri tiegħu, biex ma jaċċettahx.

Hu Jia aċċettah b’kuraġġ, u sejjaħlu premju importanti għaċ-Ċina. Zeng Jinyan, il-mara tiegħu u nominata b’mod konġunt għall-Premju fl-2007, f ’messaġġ vidjo f’ismu ddikjarat li l-premju kien affermazzjoni għad-difensuri Ċiniżi tad-drittijiet tal-bniedem fit-triq twila u iebsa tad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem li għaliha huma u l-familjari tagħhom iħallsu prezz estramement għoli.

F’ittra lill-President tal-PE f’Lulju 2012, Hu Jia qal li kkunsidra l-Premju bħala unur tassew kbir li tah il-kuraġġ u tejjeb ħafna l-mod li bih ġie ttrattat fil-ħabs.

Hu ġie meħlus f’Ġunju 2011, u għadu dissident li ma jibżax jitkellem u promotur għall-bidla fiċ-Ċina, minkejja l-abbuż, is-swat u d-detenzjoni arbitrarja frekwenti.

Id-dissident Ċiniż Hu Jia ġie mitfugħ il-ħabs u meħlus minn meta l-PE tah il-Premju fl-20 Sena Anniversarju għas-sejħiet tiegħu għal inkjesta uffiċjali fil-massakru tal-Pjazza Tiananmen u kumpens għall-familjari tal-vittmi, l-attiviżmu ambjentali tiegħu u l-ħidma tiegħu kontra l-Aids. Hu Jia ttratta l-kwistjonijiet tal-Aids meta l-HIV/Aids kien għadu suġġett ipprojbit fiċ-Ċina u n-numru ta’ każijiet suspetti kien meqjus bħala “sigriet tal-Istat”.

Hu Jia huwa wkoll wieħed mill-koordinaturi tal-“avukati ħafjin”, grupp informali ta’ konsulenti legali li jiddefendu lill-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina.

Fl-2007, huwa kellu l-kuraġġ li jixhed permezz ta’ konferenza telefonika quddiem is-Sottokumitat tal-PE għad-Drittijiet tal-Bniedem, fejn talab attenzjoni għall-miljun persuna persegwitata mid-dipartiment tas-sigurtà nazzjonali Ċiniż talli ġġieldu għad-drittijiet tal-bniedem, b’ħafna minn dawn detenuti fil-ħabs, fil-kampijiet penali jew fl-isptarijiet mentali.

B’riżultat dirett ta’ dan, Hu Jia ġie arrestat fis-27 ta’ Diċembru 2007, akkużat li “xewwex biex ikun hemm is-sovversjoni tas-setgħa tal-Istat”, u fit-3 ta’ April 2008 ġie kkundannat għal tliet snin u nofs ħabs u micħud mid-drittijiet politiċi tiegħu għal sena.

2008

Hu Jia

Page 38: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

72 73

© E

urop

ean

Uni

on 2

009

PE-E

P

Oleg Orlov, membru tal-Kunsill ta’ Memorial u wieħed mill-mexxejja ta’ Memorial mill-1994, ħadem fiċ-Ċeċnija f ’kundizzjonijiet perikolużi ta’ gwerra. Fl-2007, Orlov ġie maħtuf, imsawwat u mhedded bil-mewt minn impjegati tal-gvern fl-Ingushetia.

Sergei Kovalev huwa l-president attwali tal-Memorial Russu. Huwa qatta’ 10 snin (1974-1984) f’kamp penali u f’eżilju talli kien l-editur tar-rivista dissidenti “Chronicle of current events” (Kronaka ta’ Affarijiet Kurrenti). Huwa mexxa l-Kumitat, li Orlov kien ukoll parti minnu, li fl-1995 innegozja l-ħelsien ta’ madwar 2000 persuna miżmuma ostaġġi meta r-ribelli taċ-Ċeċnija ħatfu l-isptar f ’Budennovsk. L-attakk wassal għat-tmiem tal-ewwel gwerra taċ-Ċeċnija u kien l-ewwel darba li attakk terroristiku fir-Russja ma rriżultax f’mewt tal-massa tal-ostaġġi.

Lyudmila Alexeyeva hija l-kap u l-kofundatriċi tal-Grupp Moska Ħelsinki. Imwielda fl-1927, hija waħda mill-ftit dissidenti tal-era Sovjetika li għadhom attivi fir-Russja moderna. Hija magħrufa għall-kampanji tagħha għal proċessi ġusti għad-dissidenti arrestati u għall-kopertura objettiva tagħhom fil-midja.

Oleg Orlov, Sergei Kovalev u Lyudmila Alexeyeva ngħataw il-Premju Sakharov fl-2009 f’isem Memorial u d-difensuri l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja.

Memorial ġie stabbilit bħala grupp informali ta’ ċittadini fl-1988, b’Andrei Sakharov fost il-fundaturi tiegħu.

Memorial jiffoka fuq iż-żoni kritiċi tal-kunflitti armati, jissorvelja u jagħmel pubbliku l-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fl-Istati post-Sovjetiċi.

Memorial qiegħed taħt pressjoni kontinwa mill-awtoritajiet Russi, bil-membri tiegħu u l-persuni assoċjati mill-qrib jiġu mhedda, maħtufa u anke assassinati.

Fl-2013, wara liġi ta’ Novembru 2012 li tirrikjedi li l-NGOs li jirċievu finanzjament minn barra l-pajjiż jirreġistraw bħala aġenti barranin, l-uffiċċji ta’ Memorial ġew imfittxija mill-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku. Memorial irreżista l-pressjoni biex jirreġistra bħala aġent barrani u sfida l-azzjoni tal-Prosekutur fil-qorti iżda d-deċiżjoni tal-Qorti tal-prim’istanza kkonfermat il-legalità tat-tfittxija.

2009

Memorial

Page 39: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

74 75

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

201

3 EP

Guillermo Fariñas ma setax jieħu sehem fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Sakharov 2010 fil-PE għax ma tħalliex joħroġ minn Kuba. F’Lulju 2012, ġie arrestat waqt il-funeral ta’ Lawreat ieħor tal-Premju Sakharov u dissident Kuban, Oswaldo Payá, u ġie detenut għal żmien qasir.

Wara li l-gvern Kuban iffaċilita r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar fuq il-Kubani, u malli rritornaw id-Damas de Blanco f’Kuba, wara żjara fil-PE f’April 2013, ċerimonja tal-għotja tal-Premju Sakharov fl-unur ta’ Guillermo Fariñas saret fil-PE, fit-3 ta’ Lulju 2013.

Illum, ninsab hawnhekk mhux għax is-sitwazzjoni essenzjalment inbidlet, iżda minħabba r-realtajiet tad-dinja moderna, u fuq kollox, ir-reżistenza ċivika dejjem tikber tal-Kubani, li ġiegħlet lir-reġim - kif jgħid il-leġġendarju prinċep Don Fabrizio f’“Il Gattopardo” - tbiddel xi ħaġa biex ma jinbidel xejn”, qal Fariñas fid-diskors ta’ ringrazzjament tiegħu.

Guillermo Fariñas, psikologu, ġurnalist indipendenti u dissident politiku f’Kuba, matul is-snin għamel 23 strajk tal-ġuħ biex jipprotesta kontra r-reġim Kuban, bl-għan li jinkisbu bidla politika paċifika, libertà tal-kelma u libertà tal-espressjoni f ’pajjiżu.

Bħala ġurnalist, waqqaf aġenzija tal-istampa indipendenti “Cubanacán Press” bl-għan li jinforma lill-bqija tad-dinja dwar id-destin tal-priġunieri politiċi f ’Kuba, iżda eventwalment kien imġiegħel jagħlaqha mill-awtoritajiet.

Fi Frar 2010, wara l-mewt kontroversjali ta’ Orlando Zapata, Fariñas beda strajk tal-ġuħ li ma temmx qabel Lulju 2010, wara li l-gvern Kuban ħabbar li kien fil-proċess li jeħles 52 priġunier politiku. Sa dakinhar, Fariñas, li kien qed jitlob li jiġu lliberati l-priġunieri politiċi li kienu morda wara ħafna snin ta’ priġunerija, kien ilu jirrifjuta l-ikel u x-xorb għal aktar minn 130 jum.

2010

Guillermo Fariñas

Page 40: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

76 77

“Ma nistgħux inkunu indifferenti lejn id-dinamiċi taż-żgħażagħ fid-dinja Għarbija li qed jiġġieldu għad-dinjità u l-libertà tagħhom. ”

Salima Ghezali

Page 41: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

78 79

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

201

1 PE

-EP

L-azzjoni ta’ Mohamed Bouazizi xprunat l-hekk imsejħa “rivoluzzjoni tal-poplu” u heżżet gvernijiet despotiċi anke f’postijiet oħra tad-dinja Għarbija. Din xerrdet il-kuxjenza fost iż-żgħażagħ Għarab li ma kellhomx għalfejn jibqgħu siekta quddiem l-inġustizzja, il-korruzzjoni u t-tmexxija awtokratika: setgħu jitkellmu dwar il-frustrazzjonijiet tagħhom u jiġġieldu għad-dinjità tagħhom. Madankollu, illum, fit-Tuneżija u f’pajjiżi Għarab oħra, l-ottimiżmu li qajjem Mohamed Bouazizi meta ta n-nar lilu nnifsu, u mir-rewwixta popolari sussegwenti, ittaffa minħabba r-realtà krudili li l-ħajja fit-Tuneżija u f’postijiet oħra ma tjibietx mil-lum għall-għada wara r-Rebbiegħa Għarbija.

Mohamed Bouazizi, bejjiegħ tal-ħaxix minn Sidi Bouzid, sar leġġenda fit-Tuneżija u fid-dinja Għarbija u simbolu għat-Tuneżini li kienu qed jiġġieldu għad-demokrazija u l-libertà. Miet fl-4 ta’ Jannar 2011, fl-età ta’ 26 sena, wara li ta n-nar lilu nnifsu bi protesta kontra sistema li ma ħallitux ikollu għajxien diċenti għalih u għall-familja tiegħu. Mohamed kien vittma tal-aġenti tal-infurzar tal-liġi Tuneżini f ’bosta okkażjonijiet. Huwa fittex il-ġustizzja iżda qatt ma sabha. Minflok, huwa ġie umiljat u demoralizzat. F’disprament, ta n-nar lilu nnifsu.

Il-mewt tiegħu għenet biex titqajjem rewwixta li waqqgħet il-gvern tal-President Zine El Abidine Ben Ali.

2011

Mohamed Bouazizi

Page 42: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

80 81

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

e

81

© E

urop

ean

Uni

on 2

012

- EP

il-Libertà ta’ Oslo fl-2013, fuq naħa hemm ir-reġim u l-alleati barranin tiegħu, ir-Russja, l-Iran, u l-Hezbollah, u fuq in-naħa l-oħra il-poplu tas-Sirja.

Billi ma setgħax jattendi ċ-ċerimonja tal-Premju Sakharov fl-2011 billi kien qed jiġi kkurat fil-Kuwajt għall-feriti li ġarrab, irċieva l-Premju waqt id-dibattitu pubbliku tan-Network tal-Premju Sakharov li sar fil-Parlament Ewropew f ’Ottubru 2012, fejn iddiskuta mal-President tal-PE u ma’ Lawreati oħra r-rivoluzzjoni fis-Sirja u l-ġejjieni tad-demokrazija wara r-Rebbiegħa Għarbija. Bħala Lawreat tal-Premju Sakharov, huwa indirizza l-ewwel edizzjoni tal-Forum tad-Demokrazija Dinjija tal-Kunsill tal-Ewropa. Ferzat kien qal dakinhar li r-rivoluzzjoni fis-Sirja kienet diġà ntrebħet sakemm kienet għadha għaddejja: ma kien hemm ebda triq lura.

Ali Ferzat ġie vvutat bħala wieħed mill-aktar 100 persuna influwenti fid-dinja tat-Time Magazine fl-2012 u rebaħ bosta premji għad-drittijiet tal-bniedem.

Ali Ferzat huwa satirist politiku Sirjan magħruf u wieħed mill-aktar figuri kulturali famużi tad-dinja Għarbija. Imwieled f’Hama fl-1941, huwa ppubblika aktar minn 15 000 karikatura f’gazzetti Sirjani u internazzjonali: tpinġijiet li għelbu l-ostakli tal-libertà tal-espressjoni fis-Sirja.

Fl-2011, kif bdiet il-mewġa tar-rewwixti tar-Rebbiegħa Għarbija u s-Sirjani bdew jipprotestaw kontra r-reġim ta’ Bashar al-Assad, fit-toroq bdew jiġu mxejra l-karikaturi tiegħu.

Il-kritika tiegħu tar-reġim wasslet biex jingħata xebgħa kbira minn irġiel mgħammda fil-pubbliku f’Damasku, u tħalla jmut fit-triq. Idejh kienu miksurin, bħala twissija mill-irġiel mgħammda biex ma jiddiżonorax il-mexxejja tiegħu.

Ali Ferzat mhux biss irkupra l-użu ta’ idejh, iżda kiser ukoll l-ostaklu tal-biżà u sar wieħed mill-aktar kritiċi fil-beraħ permezz tal-kliem u l-arti tiegħu.

Huwa joġġezzjona għall-idea li hemm gwerra ċivili fis-Sirja. Minflok, kif qal lill-Forum dwar

2011

Ali Ferzat

Page 43: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

82 83

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

201

1 PE

-EP

Aktar tard fl-2011, Asmaa Mahfouz, waħda mill-kofundaturi tal-moviment taż-żgħażagħ April 6, ġiet arrestata u akkużata bil-malafama tal-mexxejja militari Eġizzjani billi sejħitilhom kunsill ta’ klieb. B’riżultat ta’ dan, hija ġiet riferuta lejn qorti militari iżda ġiet liberata aktar tard fuq pleġġ. Fit-23 ta’ Ottubru 2011, Mahfouz għamlet sessjoni fil-Pjazza tal-Libertà, bħala dimostrazzjoni ta’ appoġġ għall-moviment Occupy Wall Street.

Kienet kelliema ewlienija fid-dibattitu tan-Netwerk tal-Premju Sakharov li sar fi Brussell fil-Parlament Ewropew, f’Ottubru 2012, u ddiskutiet l-evoluzzjoni ta’ wara r-rivoluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Eġittu u l-ġejjieni tad-demokrazija fil-pajjiżi Għarab wara r-Rebbiegħa Għarbija.

Asmaa Mahfouz hija attivista Eġizzjana tad-drittijiet tal-bniedem, imwielda fl-1985, li rvellat kontra t-trażżin tar-reġim ta’ Mubarak ta’ attivisti onlajn u qiegħdet talba f’diversi midja soċjali fl-internet biex l-Eġizzjani jitolbu l-libertà, id-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem tagħhom billi jipprotestaw paċifikament fi Pjazza Tahrir fil-25 ta’ Jannar 2011.

Il-vidjo nfirex malajr ħafna u spira l-mewġa ta’ vidjos simili, u dan wassal biex mijiet ta’ eluf niżlu fi Pjazza Tahrir jgħajtu b’leħen għoli biex Hosni Mubarak itemm il-ħakma tiegħu ta’ tletin sena fuq l-Eġittu, li filfatt għamel fil-11 ta’ Frar 2012. Fit-tieni vidjo tagħha, Asmaa Mahfouz xandret dan il-messaġġ: “jekk taħseb li inti raġel, ejja miegħi fil-25 ta’ Jannar. Kull min jgħid li n-nisa m’għandhomx imorru għall-protesti għax jiġu msawta, għandu jkollu ftit unur u rġulija u jiġi miegħi fil-25 ta’ Jannar. Kull min jgħid li lanqas ħaqq l-isforz għax ser ikun hemm biss grupp żgħir ta’ nies, irrid ngħidlu, inti r-raġuni għal dan kollu, u inti traditur, bħall-president jew kwalunkwe pulizija tas-sigurtà li jsawwatna fit-toroq.”

2011

Asmaa Mahfouz

Page 44: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

84 85

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

201

1 PE

-EP

F’Ottubru 2012, fid-dibattitu tan-Netwerk tal-Premju Sakharov li sar fil-PE, huwa ddiskuta l-konsegwenzi tar-rivoluzzjoni u l-kunflitt armat fil-Libja u l-ġejjieni tad-demokrazija fil-pajjiżi Għarab wara r-Rebbiegħa Għarbija. Fl-ewwel edizzjoni tal-Forum Dinji dwar id-Demokrazija fil-Kunsill tal-Ewropa, fejn kien mistieden bħala Lawreat tal-Premju Sakharov, El Senussi ddenunzja n-nuqqas ta’ gvern effettiv fil-Libja u ġibed l-attenzjoni fuq il-ħtif, it-tortura, is-sorveljanza permanenti u r-rikatti tal-popolazzjoni li jolqtu lis-soċjetà Libjana. Huwa qal li s-sejħa tiegħu għal sistema federali fil-Libja ġiet milqugħa b’akkużi ta’ tradiment, b’mod partikolari mill-imami. Dawn l-akkużi, qal El Senussi, kienu operazzjoni ċara biex il-proposta tiegħu tiġi interpretata ħażin u biex tiġi mħammġa r-reputazzjoni ta’ dawk li jridu jtejbu s-sitwazzjoni.

Ahmed El Senussi, imwieled fl-1934, huwa l-priġunier ta’ kuxjenza li dam l-aktar il-ħabs fil-Libja. Kien akkużat b’komplott f ’attentat ta’ kolp ta’ stat kontra r-reġim ta’ Gaddafi fl-1970 u għadda 31 sena l-ħabs. Inħeles f’Awwissu 2010, flimkien ma’ bosta priġunieri politiċi oħra. Bħala membru tal-Kunsill Nazzjonali Tranżitorju mwaqqaf fl-2011 wara li r-rivoluzzjoni Libjana neħħiet ir-reġim ta’ Gaddafi mill-poter, kien inkarigat mill-priġunieri politiċi.

Illum qed ikompli bil-ħidma kuraġġuża tiegħu biex itejjeb id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Libja u jqis il-Premju Sakharov li rċieva bħala premju lill-poplu Libjan. Dan il-premju għandu valur simboliku u morali kbir ħafna, qal waqt id-diskors ta’ ringrazzjament tiegħu. Huwa wkoll stimulu ulterjuri għall-konsolidazzjoni tal-valuri li dejjem konna favur tagħhom, il-ħolqien ta’ stat demokratiku u kostituzzjonali bbażat fuq l-ugwaljanza għal kulħadd, stat fejn in-nisa jgawdu l-libertà li jivvutaw u jikkontestaw fl-elezzjonijiet, u li jsemmgħu leħinhom.

2011

Ahmed El Zuber El Senussi

Page 45: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

86 87

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Shu

tters

tock

tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-reġim Sirjan, u li permezz tagħha twissi dwar difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f’riskju. Hija wkoll membru attiv tal-Kumitat għall-Appoġġ tal-Familji tal-Priġunieri Politiċi fis-Sirja u membru kofundatur tal-kumitati ta’ koordinazzjoni lokali tar-rivoluzzjoni fis-Sirja, imwaqqfa f’April 2011.

F’Mejju 2011 l-aġenti tas-servizz ta’ intelligence tal-forza tal-ajru daħlu f’darha f’Damasku u mhux biss ħadu ħafna mid-dokumenti u mill-oġġetti personali tagħha, iżda wkoll lil ħu żewġha, Aburrahman Hammada, li kien qed iżur il-post, bħala ostaġġ biex jagħmlu skambju mal-koppja maħruba. Wara dan, ir-raġel ta’ Razan Zaitouneh, Wa’il Hammada, ġie arrestat ukoll u l-aħwa qattgħu tliet xhur f’iżolament qabel ma ġew illiberati.

Hija ddedikat il-Premju Sakharov tagħha liċ-ċkejken Ghiyat, it-tarbija tat-twelid tal-ħabib tagħha u attivist Ghiyath Matar ta’ 26 sena, li kien ġie ttorturat sa ma miet qabel ma twieled ibnu.

Razan tirrifjuta li titlaq mis-Sirja sakemm jieqaf il-ġlied fil-pajjiż u jiġi megħlub ir-reġim.

Razan Zaitouneh hija ġurnalista u avukata Sirjana tad-drittijiet tal-bniedem li, sentejn wara li ngħatat il-Premju Sakharov, kienet għadha qed tistaħba fis-Sirja hekk kif il-gwerra baqgħet għaddejja.

Fit-tħabbira tagħha bħala rebbieħa tal-Premju Sakharov 2011 flimkien mal-ko-Lawreati tar-Rebbiegħa Għarbija, inkluża Asmaa Mahfouz, il-President tal-PE ta’ dak iż-żmien Jerzy Buzek qal li ż-żewġ nisa żgħażagħ ħaqqhom mhux biss l-ammirazzjoni u r-rispett tagħna, iżda prospetti aħjar għall-ġejjieni tagħhom. In-nomina tagħhom tirrappreżenta ġieħ għar-rwol deċiżiv li kellhom in-nisa matul ir-Rebbiegħa Għarbija.

Imwielda fl-1977, Razan Zaitouneh bdiet tipprattika l-liġi fl-2001 u saret avukata tad-difiża tal-priġunieri politiċi.

Hija waqqfet b’mod konġunt l-Assoċjazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fis-Sirja, fejn baqgħet attiva sal-2004.

Fl-2005, waqqfet il-Link ta’ Informazzjoni Sirjana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, pjattaforma tal-internet li taħdem bħala bażi ta’ dejta tal-ksur

2011

Razan Zaitouneh

Page 46: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

88 89

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Han

dout

/afp

/ Eur

opea

n U

nion

201

2 EP

Hija talbet għar-realizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kullimkien, u indikat il-ksur tagħhom bħala l-kawża bażika tal-mewġa ta’ rivoluzzjonijiet li laqtet lil-Lvant Nofsani. Lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-priġunieri politiċi qaltilhom, bħalkom, jien ukoll naf li d-demokrazija għandha quddiemha triq twila u diffiċli.

Irridu niftakru biss li matul l-istess snin li fihom t-taqbida ta’ Martin Luther King kontra d-diskriminazzjoni razzjali kisbet ir-riżultati tagħha, f’naħa oħra tad-dinja, Nelson Mandela kien qed jibda tliet deċennji ta’ priġunija għall-ġlieda tiegħu kontra d-diskriminazzjoni razzjali u fl-istess sena tal-ħelsien tiegħu, mara rivoluzzjonarja f’Burma qattgħet madwar żewġ deċennji taħt arrest domiċiljarju talli fittxet il-libertà.

Issa li Aung San Suu Kyi ġiet meħlusa, l-Iranjani li qed ifittxu l-libertà u li jużaw metodi totalment paċifiċi qegħdin jiġu kkundannati għal priġunerija twila għax iridu l-libertà. Dawn huma kollha sinjali ta’ verità. It-torċa tal-libertà qed timxi minn id għall-oħra iżda qatt mhu ser tintefa.

Nasrin Sotoudeh kienet qed isservi t-tieni sena minn sentenza ta’ sitt snin fil-famuż ħabs ta’ Evin, fl-Iran, meta ngħatat il-Premju Sakharov.

Mitfugħa l-ħabs talli ddefendiet mingħajr biża’ lid-dissidenti li ġew arrestati fil-protesti tal-massa tal-2009 kontra l-elezzjonijiet presidenzjali li huma kienu jqisu frawdolenti, Nasrin dak iż-żmien kienet f’iżolazzjoni u fuq strajk tal-ġuħ ta’ seba’ ġimgħat, fi protesta kontra pressjoni fuq il-familja tagħha, inkluża projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar imposta fuq bintha ta’ 12-il sena. Il-projbizzjoni ġiet eventwalment imneħħija u hija waqfet l-istrajk tal-ġuħ, u qalet li kienet ser tkompli jekk żewġha, li għadu pprojbit milli jivvjaġġja, jitressaq il-qorti.

Fi stat dgħajjef ħafna, hija sabet is-saħħa u l-kuraġġ biex tikteb messaġġ memorabbli lill-PE, li nqara f’isimha fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-premju mil-Lawreata tal-Premju Nobel, ħabiba u kollega tagħha Shirin Ebadi.

L-istorja tad-drittijiet tal-bniedem, u tal-mekkaniżmi li jiżgurawhom, hija twila ħafna, iżda r-realizzazzjoni tagħha għadha tiddependi ħafna fuq l-intenzjonijiet tal-gvernijiet: li huma dawk li l-aktar jiksru d-drittijiet tal-bniedem,’, qalet Nasrin Sotoudeh.

2012

Nasrin Sotoudeh

Page 47: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

90 91

© c

opyr

ight

in n

etw

ork

phas

Eur

opea

n U

nion

201

2 EP

L-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2012 lil Nasrin Sotoudeh u Jafar Panahi huwa messaġġ ta’ solidarjetà u ammirazzjoni għal mara u raġel li ma ċedewx quddiem il-biża’ u l-intimidazzjoni, u li ddeċidew li jqiegħdu d-destin ta’ pajjiżhom qabel dak personali tagħhom, qal il-President tal-PE Martin Schulz.

Bint Panahi, Solmaz, u d-direttur tas-Cinémathèque Franċiża Serge Toubiana rrappreżentawh matul iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Sakharov fil-PE, u l-ħabib tiegħu u direttur tal-films magħruf Costa Gavras qara d-diskors ta’ ringrazzjament tiegħu.

Sentejn ilu, meta rċevejt is-sentenza tiegħi, ħabib tiegħi saqsieni xi tfisser eżattament is-sentenza, qal Panahi. Skont dan il-ħabib tiegħi, il-messaġġ li kien fiha din is-sentenza kien biex naħrab minn pajjiżi u qatt ma nerġa’ lura.

Evidentament iddeċidejt li nibqa’, anke jekk ma nistax nieħu aktar il-kamera miegħi fil-qalba tas-soċjetà u nagħmel l-unika ħaġa li naf nagħmel: nipproduċi l-films. Għal produttur tal-films, li ma jipproduċix films hija mewta twila.

Jafar Panahi huwa produttur tal-films li ġie pprojbit milli jipproduċi l-films għal 20 sena. Partitarju tal-oppożizzjoni Iranjana Green Movement fil-beraħ u kritiku tal-President ta’ dak iż-żmien Ahmedinajad, ġie kkundannat għal sitt snin ħabs għal propaganda kontra r-Repubblika Iżlamika. Bħalissa huwa effettivament jgħix fi stat ta’ limbu, ipprojbit milli jitlaq mill-pajjiż jew jitkellem mal-midja u bil-biża’ li jiġi mitfugħ il-ħabs.

Ispirat mir-realiżmu u minn perspettiva umanistika dwar il-ħajja, f ’xogħlu, Jafar Panahi ffoka l-attenzjoni tiegħu fuq it-tbatija tal-ħajja fl-Iran għat-tfal, il-fqar u speċjalment in-nisa minn mindu seħħet ir-rivoluzzjoni Iżlamika, li ġab miegħu l-korla u ċ-ċensura tal-awtoritajiet Iranjani.

Il-films tiegħu, li rebħu bosta premjijiet, huma pprojbiti fl-Iran u minħabba fihom intbagħat il-ħabs aktar minn darba.

Fl-2010 kien arrestat flimkien ma’ martu, bintu u 15-il ħabib ieħor, li aktar tard inħelsu kollha. Fl-2011 ġibed “This is not a Film” li fih jidher bilqiegħda mal-mejda tal-kċina tiegħu, jitkellem mal-avukat tiegħu, jistenna li jintbagħat il-ħabs.

2012

Jafar Panahi

Page 48: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

92 93

“It-torċa tal-libertà qed timxi minn id għall-oħra iżda qatt mhu ser tintefa.”

Nasrin Sotoudeh

Page 49: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

94 95

L-Unjoni Ewropea:

ir-rwol tal-Parlament Ewropew fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem

għall-Iżvilupp ikollu wkoll diskussjonijiet regolari dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

Fis-sessjoni plenarja, il-Parlament jiddibatti kull xahar il-każijiet urġenti ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Istati mhux membri, u b’mod partikolari, il-każijiet individwali. Ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew spiss iservu bħala l-bażi għal azzjoni mill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u xi drabi jistgħu jkollhom impatt immedjat fuq l-azzjonijiet tal-gvernijiet ikkonċernati.

Is-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament jippermettulu li jibblokka l-konklużjoni ta’ ftehimiet importanti ma’ Stati mhux membri jekk ikun hemm każijiet serji ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi. Il-Parlament jinsisti fuq konformità stretta mal-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem li sistematikament ikunu inklużi f ’dawn il-ftehimiet. F’April 2011, il-Parlament talab lill-UE biex tissospendi n-negozjati għal Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u s-Sirja. F’Settembru 2011, il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-UE mas-Sirja ġie sospiż parzjalment “sakemm l-awtoritajiet Sirjani jtemmu l-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem”.

Kull sena, l-UE toħroġ rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija

Iċ-ċittadini tal-UE, skont l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni, jemmnu li d-drittijiet tal-bniedem huma l-valur li l-Parlament Ewropew għandu jiddefendi bħala kwistjoni ta’ prijorità. Il-Parlament Ewropew spiss jieħu inizjattivi speċifiċi bħall-prevenzjoni tat-tortura, il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-prevenzjoni tal-kunflitti, il-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, il-protezzjoni tal-minoranzi, id-drittijiet tal-popolazzjoni indiġena u tal-persuni b’diżabilità. Il-Parlament Ewropew jappoġġa attivament il-kampanja favur moratorju tan-NU fuq l-eżekuzzjonijiet u l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt madwar id-dinja, u jappoġġja wkoll il-Qorti Kriminali Internazzjonali fil-ġlieda tagħha kontra l-impunità għall-ġenoċidju, id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità. Fi ħdan l-UE, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali għandha l-għan li tiżgura li d-drittijiet bażiċi tal-poplu jiġu protetti u li l-poplu jiġi ttrattat b’dinjità.

Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem huma prinċipji mnaqqxa fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u huma vinkolanti. L-Istati Membri misjuba li jiksru dawn il-valuri b’mod gravi jistgħu, bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, isibu li d-drittijiet tagħhom skont it-Trattati jiġu sospiżi.

Id-drittijiet tal-bniedem huma stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni

fid-dinja, li jiġi eżaminat mill-Parlament. Il-Parlament saħħaħ ukoll ir-rwol tiegħu fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem billi jappoġġja d-demokrazija parlamentari u d-djalogu politiku parlamentari, jorganizza seduti mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili mill-Istati mhux membri u jintbagħtu delegati ad hoc biex jivvalutaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-post. Il-fora ewlenin għad-djalogu politiku bejn il-Parlament Ewropew u l-Membri tal-pajjiżi li mhumiex fl-UE huma: l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, l-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana msejħa Eurolat, u l-Assemblea Parlamentari Euronest mal-imsieħba tal-Ewropa tal-Lvant.

Il-Parlament Ewropew diġà uża s-setgħat baġitarji tiegħu biex iżid b’mod sostanzjali r-riżorsi assenjati għall-programmi li jittrattaw id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u ġġieled b’suċċess biex jibqa’ jaħdem l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR).

L-EIDHR huwa strument finanzjarju u politiku ewlieni li permezz tiegħu l-UE tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha madwar id-dinja, u l-appoġġ u l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja.

Ewropea, li daħlet fis-seħħ fl-2009 mat-Trattat ta’ Lisbona. Dan it-Trattat ipprovda wkoll il-bażi legali għall-UE b’mod ġenerali biex issir parti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB). It-28 Stat Membru tal-UE kollha rratifikaw il-KEDB. Is-sħubija tal-UE fil-KEDB, li tinsab fis-seħħ, ser tagħlaq lakuna fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u ttejjeb il-konsistenza bejn is-sistemi tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-UE.

Fil-politika barranija komuni u ta’ sigurtà, u fil-politika ta’ kooperazzjoni ta’ żvilupp, il-liġi tal-UE tgħid li l-objettiv tagħha huwa li tiżviluppa u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Dawn l-objettivi ġew inkorporati b’mod espliċitu speċjalment bis-saħħa tal-Parlament Ewropew. Fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi, l-Unjoni hija marbuta li taħdem għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali.

Is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, huwa l-korp responsabbli għall-ħidma parlamentari fid-drittijiet tal-bniedem. Ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet tiegħu jiġu adottati mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Il-Kumitat

Page 50: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

96

Indirizzi tal-Kuntatt tal-Parlament Ewropew

PARLEMENT EUROPÉEN | EUROPEES PARLEMENTRue Wiertz, 60, B-1047 BRUXELLESWiertzstraat, 60, B-1047 BRUSSELTel: +32/2.284 2111Fax: +32/2.230 6933

PARLEMENT EUROPÉENPlateau du KirchbergBP 1601 | L-2929 LUXEMBOURGTel: +352/4300 1Fax: +352/4300 24842

PARLEMENT EUROPÉEN1, avenue du Président Robert SchumanBP 1024F | F-67070 STRASBOURG CEDEXTel: +33/388.17 4001Fax: +33/388.17 4860

Għal iżjed informazzjoni żur:

www.europarl.europa.euwww.europarl.europa.eu/sakharov

Page 51: PREMJU- L I SAKHAROV - European Parliament · 2 3 “N-nies dejjem għandhom jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. D-drittijiet tal-bniedem huma l-bażi taċ-ċiviltà. “ Elena Bonner

98