PROGRAMM OPERATTIV TAS-SAJD MALTI FOND EWROPEW … Funds Programmes... · 2014. 1. 16. · SKEMA...

12
Programm Operattiv tas-Sajd 2007-2013 Proġett Parti Finanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għas-Sajd (FES) Rata ta’ Ko-Finanzjament: 75% Fondi UE; 25% Fondi Nazzjonali Investiment f’Sajd Sostenibbli PROGRAMM OPERATTIV TAS-SAJD MALTI FOND EWROPEW GĦAS-SAJD 2007 - 2013 FES PRIJORITÀ NUMRU 1 MIŻURA GĦALL-ADATTAMENT TAL-FLOTTA KOMUNITARJA TAS- SAJD MALTIJA SKEMA TA’ WAQFIEN PERMANENTI TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD GWIDA GĦALL-APPLIKANTI Għall-Bastimenti Tas-Sajd sa tul ta’ 11.99 metri u Għall-Bastimenti Tas-Sajd b’tul aktar min 12 -il metru

Transcript of PROGRAMM OPERATTIV TAS-SAJD MALTI FOND EWROPEW … Funds Programmes... · 2014. 1. 16. · SKEMA...

  • Programm Operattiv tas-Sajd 2007-2013

    Proġett Parti Finanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għas-Sajd (FES)

    Rata ta’ Ko-Finanzjament: 75% Fondi UE; 25% Fondi Nazzjonali

    Investiment f’Sajd Sostenibbli

    PROGRAMM OPERATTIV TAS-SAJD MALTI

    FOND EWROPEW GĦAS-SAJD 2007 - 2013

    FES

    PRIJORITÀ NUMRU 1 MIŻURA GĦALL-ADATTAMENT TAL-FLOTTA KOMUNITARJA TAS-

    SAJD MALTIJA

    SKEMA TA’ WAQFIEN PERMANENTI TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD

    GWIDA GĦALL-APPLIKANTI

    Għall-Bastimenti Tas-Sajd sa tul ta’ 11.99 metri u

    Għall-Bastimenti Tas-Sajd b’tul aktar min 12 -il metru

  • 2

    1. Introduzzjoni: L-amministrazzjoni ta’ dan il-proġett hi dovuta li ssegwi r-Regolament ta’ l-Unjoni Ewropea (KE) Nru. 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd u r-Regolament Ewopew (KE) Nru. 498/2007 tas-26 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd. Din l-azzjoni trid tiġi applikata għall-bastimenti tas-sajd li għandhom aktar minn ħames (5) snin u li huma rreġistrati fir-Reġistru tal-bastimenti tas-sajd bħala kategorija MFA jew MFB. L-għan ta’ din il-miżura hu li tiffinanzja l-waqfien tal-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti li fil-preżent huma attivi u nvoluti fil-qabda tal-ħut selvaġġ biss, sabiex ikun imnaqqas n-numru ta’ bastimenti tas-sajd mir-Reġistru Malti tal-Bastimenti tas-Sajd. Il-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd jista’ jinkiseb biss permezz tat-tkissir tal-bastimenti tas-sajd, l-assenjar taħt bandiera ta’ Stat Membru, u r-reġistrazzjoni tal-bastiment fil-Komunità għal attivitajiet barra dawk tas-sajd, jew l-assenjar għall-fini tal-ħolqien ta’ skollijiet artifiċjali. Trasferimenti ta’ bastimenti għall-pajjiżi tat-tielet dinja mhux eliġibbli. L-amministrazzjoni ta’ dan il-proġett trid tikkontribwixxi għat-titjib tar-riżorsi preżenti, biex tħalli impatt pożittiv fuq l-ambjent naturali. Ir-riżorsi jistgħu jitjiebu jekk il-pressjoni tas-sajd titnaqqas b’mod permamenti permezz tad-demolizzjoni. Total ta’ 200,000 Ewro fondi pubblici (Malta u UE (FES)) ser ikunu disponibbli għall-bastimenti tas-sajd iżgħar minn 11.99 metri u 800,000 Ewro fondi pubbliċi (Malta u EU (FES)) ser ikunu disponibbli għall-bastimenti tas-sajd itwal min 12-il metru. Il-proġetti jirċievu fondi sa massimu ta’ 75% mill-fond ta’ l-FES u 25% mill-Gvern Malti. M’hemmx garanzija li l-applikanti eliġibbli kollha ser jibbenefikaw minn dan il-fond. In-numru ta’ benefiċjarji li ser jingħataw il-fondi jkunu determinati skond l-allokazzjoni ta’ fondi fil-programm. Benefiċjarji li ser jiġu mogħtija fondi huma l-bastimenti tas-sajd illi jiġu kklasifikati fl-ewwel postijiet skond il-kriterji t’evalwazzjoni. 2. Għanijiet: L-għan ewlieni ta’ din il-miżura huwa sabiex titnaqqas il-kapaċità tas-sajd fir-Reġistru tas-sajd Malti kif ukoll sabiex ikun ikkontrollat l-isforz tas-sajd biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd. Il-prijorità f’din il-miżura tingħata lill-bastimenti tat-tkarkir li jistadu għall-ħut li jpassi, b’mod li jkun ikkunsidrat partikolarment il-pjan rikoverabbli tat-Tonn. Dan irid iwassal biex titnaqqas l-intensità tas-sajd għall-ispeċi mhedda bħat-tonn u l-pixxispad.

  • 3

    3. Benefiċjarji: L-applikanti jridu jkunu sidien ta’ bastiment li jkollhom liċenzja tas-sajd valida għall-kummerċ tal-ħut f’kategoriji A jew B fir-Reġistru Malti tal-Bastimenti tas-Sajd fil-perjodu tal-applikazzjoni. Il-bastimenti li ser jibbenifikaw min din l-iskema jridu jkunu operabbli, attivi u ddikjaraw il-qbid minimu skont kif mitlub fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 425/2007 dwar ir-Regolament tal-Bastimenti tas-Sajd Skeda III tal-14 ta’ Settembru 2004. Huma jridu juru attività ta’ sajd minn żbarkar u reġistrazzjoni ta’ qabdiet ta’ ħut f’kull sena mill-aħħar sentejn (2008 u 2009). Bastimenti tas-sajd li ġew mibnija f’dawn l-aħħar ħames snin ma’ jistgħux japplikaw taħt din l-iskema. Applikant li bbenefika minn skemi oħra taħt l-iStrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (SFGS) 2004 – 2006, jista’ japplika taħt il-waqfien permanenti, iżda jrid iħallas lura l-għajnuna li ħa fuq bażi pro rata temporis. Il-benefiċjarji ma jrid ikollhom l-ebda tilwim legali mad-Direttorat tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd u ma jridux ikunu rċevew xi twiddiba bil-miktub mingħand is-Sezzjoni tal-Kontrolli tas-Sajd. L-applikanti ma jridx ikollhom kwistjonijiet pendenti mill-programmi ta’ qabel bħall-iSFGS 2004 – 2006 li mhumiex solvuti sal-ġurnata tal-għeluq tas-sottomissjonijiet tal-applikazzjonijiet. 4. Azzjonijiet Eliġibbli: L-azzjonijiet li huma eliġibbli taħt din il-miżura huma: 4.1 It-tkissir tal-bastiment tas-sajd u t-tneħħija b’mod permanenti tal-kapaċità tal-bastiment

    tas-sajd mir-Reġistru Malti tal-Bastimenti tas-Sajd u tal-Kommunità. Jiġu kompensati d-drittijiet tas-sajd u tal-bastiment.

    4.2 L-assenjar taħt bandiera ta’ Stat Membru u reġistrazzjoni tal-bastiment fil-Komunità għal attivitajiet barra s-sajd bit-tneħħija tal-kapaċità mir-Reġistru Malti tal-Bastimenti tas-Sajd u tal-Komunità. Jiġi kompensat id-dritt tas-sajd biss.

    4.3 L-assenjar tal-bastiment għall-fini ta’ ħolqien ta’ skollijiet artifiċjali mat-tneħħija tal-kapacità mir-Reġistru Malti tal-Bastimenti tas-Sajd u tal-Komunità. Jiġu kompensati d-drittijiet tas-sajd u tal-bastiment.

    4.4 Trasferimenti ta’ bastimenti tas-sajd lill-pajjiżi tat-tielet dinja m’humiex eliġibbli. 4.5 Dawk l-applikazzjonijiet sottomessi taħt it-tieni sejħa tal-programm tal-SFGS 2004 – 2006,

    li kienu eliġibbli iżda ma ġewx kompensati ser jiġu ri-evalwati u kkunsidrati taħt il-programm tal-FES 2007 – 2013 sakemm l-applikazzjonijiet jiġu aġġornati bl-informazzjoni mitluba f’din is-sejħa.

  • 4

    5. Gwida għat-tkissir:

    5.1 Injam, azzar jew polimer li jifforma l-buk ta’ bastiment u l-istruttura jrid jiġi mqatta’ f’biċċiet li m’humiex ikbar minn metru (1) b’metru (1). Il-materjal differenti jrid jiġi magħżul u mibgħut f’sit appruvat tal-iskart.

    5.2 Il-makni kollha u l-ġeneraturi reġistrati fuq il-bastimenti jridu jiġu msoffija miż-żjut f’kontenituri apposta u maqsuma fi 3 partijiet, li l-ebda parti minnhom ma trid tkun akbar min-nofs il-blokka tal-makna.

    5.3 Il-gear box u l-propulsion gear iridu jiġu maqsuma minn tal-inqas f’żewġ partijiet. 5.4 It-tkissir irid isir ġo port Ewropew. 5.5 It-tkissir kollu jrid isir taħt is-superviżjoni t’uffiċjal tal-protezzjoni tas-sajd. Kwalunkwe spejjeż relatati mat-trasferiment tal-uffiċjal tal-protezzjoni tas-sajd lejn portijiet barranin fl-UE jiġu mnaqqsa mill-kumpens. 6. Applikazzjonijiet: Kull applikazzjoni jrid ikun fiha d-dettalji kollha kif speċifikati fil-formola pprovduta. Il-formoli jistgħu jinġabru mill-uffiċini msemmija hawn taħt u mis-sit elettroniku http://vafd.gov.mt/eff. Il-persuna li tissottometti l-applikazzjoni/jiet tkun mitluba turi l-Karta tal-Identità uffiċjali għal skopijiet t’identifikazzjoni. Applikazzjonijiet li jiġu tard m’humiex ser jiġu aċċettati. L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru min dawn l-uffiċini: Is-Sur Marco Cassar/ Is-Sur Marixei Callus L-Uffiċċju Programmi Direttorat tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd Biċċerija Albert Town Marsa Is-Sur Tony Borg, Is-Sur Mario Tabone, Ministeru għal Għawdex, Uffiċju tas-Sajd, Pjazza San Franġisk, Mġarr, Għawdex Għawdex Għaqda Koperattiva tas-Sajd Ltd., Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd, “Id-Dwana”, Dar is-Sajjieda, Xatt is-Sajjieda, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk Marsaxlokk L-applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa, jridu jiġu sottomessi personalment sa l-Erbgħa 14 t’ April 2010 sa nofs inhar fl-indirizz kif miktub hawn taħt:

  • 5

    Is-sur Marco Cassar/ Is-sur Marixei Callus Direttorat tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd, Biċċerija, Albert Town, Marsa L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi minn terzi persuni f’isem is-sid tal-bastiment jekk it-terza persuna jkollha, u tissottemetti, prokura oriġinali mingħand nutar li jkun reġistrat fir-reġistru Malti tan-nutara. Tingħata irċevuta lill-persuna li tissottometti l-applikazzjoni. Kull tip ta’ diffikultà trid tiġi ndirizzata lill-uffiċjal inkarigat mill-proġett, is-Sur Marco Cassar, Direttorat tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd li jista’ jiġi kkuntattjat fuq in numru tat-telefon 2590 5232 bejn it-8.00am u 12.00pm. Kull applikazzjoni jrid ikun fiha d-destinazzjoni finali tal-bastiment, il-post fejn ser jiġi mkisser il-bastiment, il-kumpanija li ser tkisser il-bastiment u d-destinazzjoni tal-materjal kollu. 7. Aġġudikazzjoni: L-aġġudikazzjoni ssir minn kumitat t’evalwazzjoni appuntat. L-applikazzjonijiet ser jiġu evalwati skont it-tul tal-bastiment tas-sajd u skont il-liċenzja uffiċjali tal-bastiment tas-sajd. Applikazzjonijiet għall-bastimenti iżgħar minn 11.99 metri jkunu evalwati separatament u applikazzjonijiet għall-bastimenti itwal minn 12-il metru jkunu aġġudikati għalihom. It-tabella t’evalwazzjoni qiegħda f’paġna 11. L-aġġudikazzjoni tkun ikkunsidrata skont il-kriterji stipulati hawn taħt: • Età medja tas-sajjieda abbord. Preferenza tingħata lil sajjieda akbar fl-età. Din il-kriterja

    hija mqassma fi skala ta’ ħames livelli. • Il-medja ta’ valur ta’ qbid ta’ ħut irreġistrat li jinkludi l-qabda konsinjata lill-pixkerija u

    irċevuti fiskali ta’ bejgħ dirett. Din il-kriterja hija mqassma f’seba’ livelli għal dawn l-aħħar sentejn.

    • Tittieħed id-data tal-kostruzzjoni tal-bastiment tas-sajd skont il-liċenzja tal-bastiment u

    jekk din tkun nieqsa jew mhux ċara, tittieħed id-data tad-dħul fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd. Preferenza tingħata lill-bastiment li huma l-aktar antiki skont proċedura ta’ sitt livelli.

  • 6

    Dawn il-punti jiġu mogħtija: • 20 punt għall-bastimenti li għandhom il-liċenzja tat-Tonn permanenti u l-kwota

    permanenti għal kull bastiment fl-2010. • 5 punti għall-bastimenti tat-tkarkir jew lampara. • 10 Punti għall-assenjar tal-bastimenti b’qafas tal-injam tradizzjonali (Luzzu, Kajjik jew

    Firilla) miżbugħin b’kuluri tradizzjonali. 8. Dokumenti: Id-dokumenti kollha sottomessi jrid ikun fihom referenza t’oriġini biex wieħed ikun jista’ jikkonferma l-awtentiċità. Iridu jitniżżlu d-dettalji kollha dwar l-aġenzija, istituzzjoni jew korp minn fejn ikunu nħarġu d-dokumenti. Id-dokumenti kollha jridu jkunu ffirmati mill-uffiċjal inkarigat mis-sezzjoni jew dipartiment li jkunu nħarġu minnu. Id-dokumenti kollha jridu jkunu oriġinali. L-applikazzjonijiet eliġibbli kollha li ma ġewx ikkompensati taħt it-tieni sejħa tal-SFGS 2004 – 2006 ser ikunu mitluba jibagħtu d-dokumenti nieqsa jew aġġornati li ma kienux mitluba jagħtu taħt is-sejħa preċedenti. Lista ta’ Dokumenti:

    • Dikjarazzjoni li tiddeskrivi d-destinazzjoni finali tal-bastiment u tal-materjal kollu li

    jinqala’ mill-proċess tat-tkissir. • Qbil minn sit ta’ l-iskart approvat jew post tar-riċiklar li ser jaċċetta dan il-materjal. • F’każ ta’ bastiment li s-sid tiegħu hija kumpanija jew bastiment li jkollu aktar minn sid

    wieħed, trid tiġi sottomessa dikjarazzjoni ta’ qbil bejn il-kumpanija u s-sidien kollha li l-bastiment ser japplika għall-iskema ta’ waqfien permanenti.

    • Ċertifikati maħruġa mill-ETC f’2010 għall-iskipper/master u l-membri tal-ekwipaġġ. • Kopji tal-Karti tal-Identità tal-iskipper/master u l-membri tal-ekwipaġġ. • Kopja tal-liċenzja tas-sajd u kopja tal-liċenzja tat-tonn fejn hu applikabbli. • Kopja tar-reġistrazzjoni kurrenti mal-Awtorità Marittima Maltija (MMA). • Ċertifkat ta’ bejgħ ta’ ħut f’dawn l-aħħar sentejn maħruġ mis-Sezzjoni tal-Bejgħ fid-

    Direttorat tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd .

  • 7

    • Kopji tal-irċevuti tal-premium u l-policy tal-assigurazzjoni ta’ dawn l-aħħar sentejn jekk applikabbli.

    • Kopji tal-logbooks tal-ħut għas-snin li jkunu qed jiġu ddikjarati fil-qabda għas-snin 2008 u

    2009 (għall-bastimenti akbar minn 10 metri). • Kopji tal-FS3 u l-formoli tat-taxxa għall-2008 u 2009 tas-sid tal-bastiment tas-sajd u l-

    membi tal-krew kollha. Dokumenti nieqsa fl-applikazzjoni jistgħu jwasslu sabiex tiġi skwalifikata l-applikazzjoni. 9. Riżultati: Ir-riżultati tal-aġġudikazzjoni jkunu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern u fuq it-tabella tal-avviżi tad-Direttorat tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd u fuq is-sit tad-dipartiment http://vafd.gov.mt/eff. Il-proġetti jkunu inklużi fil-lista skont ordni ta’ mertu u dawk li ser jingħataw l-fondi jkunu jidhru miktubin ’il fuq minn linja sewda ħoxna li tifred lill-benefiċjarji mill-applikanti li ma kellhomx suċċess. Dettalji tal-applikanti li ma jkunux intgħażlu tkun limitata għan-numru tal-applikazzjoni u n-numru tal-karta tal-identità biss. Il-kandidati magħżula biss ikunu kkuntatjati fuq bażi ndividwali minn uffiċjal tad-Direttorat tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd. 10. Ħlasijiet u Proċess ta’ Moniteraġġ: L-għajnuna pubblika li ser tingħata lill-beneficjarji taħt din l-iskema ma tistax taqbeż l-ammont muri fit-tabella t’hawn taħt. L-applikanti jiffirmaw ftehim mad-Direttorat tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd u l-pagamenti jinħarġu hekk kif il-proġett ikun ċertifikat li lest kollu skont il-proposta sottomessa u l-kunidzzjonijiet tal-ftehim. Pagamenti jinħarġu mid-Dipartiment tat-Teżor permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont tal-benefiċjarju li eventwalment ser jiġi mitlub minn kull applikant. Il-proġetti kollha huma suġett għal audit minn awdituri kemm Maltin kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea u mill-evalwaturi tal-programm f’kull ħin fil-ħames snin ta’ wara t-tlestija tal-proġett. Wara li jirċievi l-fondi, il-benefiċjarju huwa responsabbli sabiex isegwi t-termini u kundizzjonijiet skont kif stipulati fil-ftehim. Jekk ma jkunux osservati l-kundizzjonijiet jew tiġi mogħtija informazzjoni falza fl-applikazzjoni, xi irregolaritajiet jew kalkulazzjonijiet ħżiena tal-istima jwasslu sabiex il-fondi mill-UE mogħtija jiġu meħuda lura.

  • 8

    Ħlasijiet għat-tkissir Tabella 1

    GT € Ewro € Ewro Valur għat-tkissir tal-bastiment

  • 9

    F’każ t’appell, il-kundizzjonijiet fil-verżjoni bl-Ingliż jintużaw biex tittieħed id-deċiżjoni finali. 12. Spezzjonijiet fuq il-post: Id-Direttorat tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd flimkien mad-Direttorat tal-Affarijiet dwar l-Unjoni Ewropea fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, huma responsabbli għall-ħarsien tal-implimentazzjoni tal-proġett. Viżti fuq is-sit jiġu magħmula sabiex ikun verifikat li hemm qbil bejn l-applikazzjoni sottomessa u x-xogħol li attwalment ikun sar. Fl-ispezzjonijiet fuq il-post ’On-the-spot checks’ jiġu vverifikati dawk il-kundizzjonijiet tal-għajnuna relatati ma’:

    1. Kontrolli qabel jiġi ffirmat il-ftehim 2. Kontrolli qabel l-aħħar pagament 3. Ir-Reġistru Malti tal-Bastimenti tas-Sajd 4. It-tunellaġġ tal-bastiment 5. Kontrolli oħra li jkun hemm bżonn.

    13. L-Aħħar Sottomissjonijiet: Huwa importanti ħafna li l-bastiment l-antik jiġi mneħħi mir-Reġistru Malti tal-Bastimenti tas-Sajd. Id-Direttorat tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd iżżomm id-dritt li tispezzjona il-proġett f’kull ħin permezz ta’ uffiċjali tal-protezzjoni tas-sajd jew uffiċjali oħra. L-aħħar pagament isir meta jiġi kkonfermat li l-proġett twettaq skont il-proposta sottomessa u l-kundizzjonijiet tal-ftehim. 14. Kundizzjonijiet:

    Biex jitlob l-ġħajnuna l-benefiċjarju jrid jara li: • Il-bastiment tas-sajd għandu liċenzja tas-sajd operabbli valida. • Il-bastiment tas-sajd għandu aktar minn ħames snin u ilu reġistrat fir-Reġistru Malti tal-

    Bastimenti tas-Sajd għal dawn l-aħħar ħames snin f’kategorija A jew B. • Il-bastiment tas-sajd irid ikun wera attività fis-sajd skont il-qbid u r-reġistrazzjoni tal-

    qabda għal kull sena f’dawn l-aħħar sentejn skont il-perjodi msemmija f’punt 3. • Il-bastimenti li jkunu rċevew assitenza mill-iskemi ta’ mmodernizzar u tiġdid tal-flotta

    taħt il-programm tal-Fondi Strutturali 2004 – 2006 ko-finanżjat mill-SFGS, iridu jħallsu lura l-għotja li ingħataw fuq bażi ta’ pro rata temporis.

  • 10

    • Il-benefiċjarji ma jridx ikollhom l-ebda forma t’azzjoni legali kurrenti kontra d- Direttorat tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd u ma’ jridux ikunu rċevew xi twiddiba bil-miktub mingħand is-Sezzjoni tal-Kontrolli tas-Sajd.

    • Applikanti ma’ jridx ikollom affarijiet pendenti mill-programmi ta’ qabel bħal SFGS 2004 – 2006 li mhumiex solvuti sal-ġurnata tal-għeluq tas-sottomissjonijiet tal-applikazzjonijiet.

    • Is-sid irid ineħħi l-bastiment mir-Reġistru Malti tal-Bastimenti tas-Sajd u ma jistax jerġa’ jirreġistra il-bastiment bħala MFA, MFB, MFC jew MFD fir-Reġistru Malti tal-Bastimenti tas-Sajd.

    • Informazzjoni falza tiddiskwalifika l-applikant. • Applikanti jridu jkunu konformi mal-Leġislazzjoni u r-Regolamenti Nazzjonali tas-Sajd.

  • 11

    Tabella t’Evalwazzjoni

    • Età. Preferenza tingħata lil sajjieda akbar fl-età. Din il-kriterja hija mqassma fi skala ta’ ħames livelli għal kull sena.

    Il-membri tal-bastiment biss li kienu mpjegati f’dawn l-aħħar sentejn, i.e. 2008 u 2009, ser jiġu kkunsidrati. Għal kull sena il-medja tal-età tal-impjegati tkun ikkalkulata u l-punti allokati jkunu skont it-tabella t’hawn taħt:

    • Il-valur ta’ qbid ta’ ħut irreġistrat il-pixkerija u bejgħ dirett b’irċevuti fiskali. Il-preferenza tiġi mogħtija għall-valuri l-aktar għoljin, li hija mqassma fuq sitt livelli għall-medja tal-qbid tas-snin 2008 u 2009.

    Qabda Sena Qabda Medja Punteġġ Skala Punti

    > €65,000 25 2008 €40,000 - €64,999 20 2009

    €15,000 - €39,999 16 Punteġġ Totali €10, 000 - €14,999 12

    €3,494 - €9,999 8 €1,165 – €3,495 4

    65 10

    55-64 8 50-54 6 45-49 4

  • 12

    • Id-data tal-kostruzzjoni tal-bastiment tas-sajd skont il-Liċenzja tal-bastiment tas-Sajd, u jekk din tkun nieqsa jew mhux ċara, tittieħed id-data tad-dħul fir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd. Preferenza tingħata lill-eqdem bastiment fuq proċeduta ta’ sitt livelli.

    Iva Le Punteġġ

    20 Punt għall-bastimenti li għandhom liċenzja u kwota tat-tonn permanenti għas-sena 2010

    5 Punti għall-bastimenti tat-tkarkir jew Lampara

    10 Punti għall-assenjar tal-bastimenti b’qafas tal-injam tradizzjonali (Luzzu, Kajjik jew Firilla) miżbugħin b’kuluri tradizzjonali

    Punteġġ Totali

    Skala tal-Età

    Punti Età tal-

    bastiment Punteġġ

    > 41 20

    31 – 40 18

    21 – 30 15

    11 – 20 11 6 – 10 6

    < 5 Mhux eliġibbli

    Riżultat Finali