Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali...

30
Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 1 Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik

Transcript of Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali...

Page 1: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 1

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik

Page 2: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali
Page 3: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 1

werrej

Kelmtejn mill-Ministru 2Messaġġ mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali 3Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 4Benefiċċji/Pensjonijiet Kontributorji 5Benefiċċju għal Diżimpjieg/Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg 6Benefiċċju għall-Korriment Waqt il-Ħin tax-Xogħol 7Għotja taż-Żwieġ 8Benefiċċju għall-Maternità 8Benefiċċju għal-Leave dwar Maternità 8Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar 9Pensjoni tar-Romol 10Pensjoni għall-Invalidità 10Għotja għal dawk li ħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali iżda ma jikkwalifikawx għal Pensjoni Kontributorja 10Benefiċċji/Pensjonijiet mhux Kontributorji - Pensjoni tal-Età 11Għajnuna Soċjali/Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg 12Għajnuna Soċjali għal Protezzjoni Sussidjarja 13Ħlas lil Residenti ta’ Komunità Terapewtika 13Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji Soċjali 14Għajnuna Medika 15Għotja għall-Ħalib 15Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta Roża) 16Skeda V (Kartuna Safra) 16Assistenzi għal Diżabilità 17Assistenza gal Persuna b’Vista Batuta 18Assistenza għal Diżabilità 18Benefiċċji għal Carer 19Allowances għat-Tfal 20 Għajnuna Supplimentari 21Benefiċċju għall-Enerġija 21Benefiċċju għal Waqt L-Impjieg 22Għotja għal Ċittadin Anzjan 22MALTA - Uffiċċji Distrettwali 23Servizz Estiż mill-Kunsilli Lokali 25GĦAWDEX - Uffiċċji Distrettwali 26Servizz Estiż mill-Kunsilli Lokali 26Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali 27

Page 4: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

Kelmtejn QabelMichael FarrugiaMinistru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Kienet ta’ opportunità għalija li meta dħalt bħala l-persuna responsabbli mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, il-kuntatt li kelli tul ħajti fil-

professjoni tiegħi bħala tabib inpoġġiha fil-prattika u nwettaq il-bidliet kollha li kien hemm bżonn fil-qasam soċjali.

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal aktar minn sittin sena kien dipartiment iffukat biss biex jgħin lil diversi persuni vulnerabbli milli jaqgħu f’faqar assolut.

Morna għal bidliet illi ħassejna li biex ikollna soċjetà ġusta, biex persuni nbegħduhom minn forom ta’ faqar, kien hemm il-bżonn li noħolqu l-inċentivi neċessarji ħalli dawn

il-persuni jqumu fuq saqajhom, jidħlu fid-dinja tax-xogħol u joħorġu lilhom u lil uliedhom mill-faqar. Imma dan fl-istess ħin li fil-mument ta’ bżonn, meta persuna tkun għaddejja minn mumenti ta’ vulnerabbilità, tingħata l-għajnuna u l-benefiċċji kollha meħtieġa, ħalli f’dak il-mument partikulari tkun tista’ tgħajjex lilha nnifisha.

Kien għalhekk li daħħalna l-kunċett illi persuna fuq benefiċċji soċjali, kif tibda taħdem ma titlifx il-benefiċċji soċjali mill-ewwel imma apparti l-paga jieħdu perċentwal mill-benefiċċji soċjali. Kien għalhekk ukoll li nċentivajna persuni bi dħul baxx u li għandhom it-tfal, illi jingħataw l-In-Work Benefit, u hekk jiżdied id-dħul tagħhom.

Dawn l-inċentivi kollha ħajru eluf biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol bir-riżultat li fl-aħħar erba’ snin persuni fuq benefiċċji soċjali naqsu bin-nofs. Naqsu wkoll bin-nofs il-persuni f’faqar reali.

Issa morna għat-tielet pass – illi, identifikajna dawk il-persuni b’diżabilità severa, u li bdejna nżidulhom b’mod sostanzjali l-benefiċċji soċjali tagħhom.

Fl-aħħar sena u nofs bdejna l-ewwel parti tar-Riforma għall-Pensjonanti fejn żidna b’mod sostanzjali dawk l-aktar b’pensjoni baxxa u neħħejna t-taxxa lil dawk li jaqilgħu sa €13,000.

Għamilna riformi oħra għal persuni b’diżabilità u għal dawk li jieħdu ħsieb il-qraba tagħhom, fejn f’kull każ tejjibna l-benefiċċji lil min verament ħaqqu, ħalli titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ dawn l-eluf ta’ persuni.

Għad hemm ħafna xi jsir. U għalhekk fuq dan il-pedament sod li rnexxilna nibnu, flimkien inkomplu għaddejjin fis-snin li ġejjin biex inwasslu l-familji Maltin u Għawdxin għal ħajja aħjar ’il bogħod mill-faqar u fl-istess ħin nassiguraw is-sostenibbilità tal-bidliet kollha li qed nagħmlu bit-tisħiħ tal-ekonomija ta’ pajjiżna.

Michael Farrugia Ministru għall-Familja uSolidarjetà Soċjali

Page 5: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 3

Messaġġmis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Mark Musù

Mark MusùSegretarju PermanentiMinisteru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Matul dawn l-aħħar snin kien hemm xejriet pożittivi u kisbiet notevoli fil-qasam tal-ħarsien soċjali.

Dan seħħ bis-saħħa ta’ riformi u titjib ieħor biex ix-xibka ta’ benefiċċji u għajnuna soċjali tibqa’ dejjem tilqa’ għall-ħtiġijiet u għall-isfidi li minn żmien għal żmien jinbidlu jew ifeġġu. B’mod jew ieħor dawn ir-riformi u titjib tista’ tgħid laħqu ’l biċċa l-kbira tal-familji f’Malta u Għawdex.

Il-pakkett ta’ riformi li kienu varati fl-aħħar snin jinkludi miżuri maħsuba biex jistimulaw ix-xogħol u jippremjaw il-bżulija. Permezz tat-tapering min ikun fuq il-benefiċċji soċjali u jibda jaħdem jingħata l-opportunità li jżomm parti mill-benefiċċji għal tlett snin. Barra minnhekk tnieda l-Inwork Benefit għal min diġà qiegħed fid-dinja tax-xogħol.

Minbarra li ttejbu l-benefiċċji għal diżabilità, aktar persuni b’diżabilità sabu x-xogħol billi ngħataw inċentivi.

Saru riformi wkoll għal min jieħu ħsieb ta’ qrabatu anzjani fi djarhom waqt li qed jingħataw għajnuniet lil anzjani li jimpjegaw carers personali.

Fl-istess waqt bdejna t-twettiq ta’ riforma biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà u l-adegwadezza tas-sistema tal-pensjoni.

Dawn l-inizjattivi ħallew impatt pożittiv fuq l-impjiegi li laħqu l-ogħla livell b’żieda kostanti fl-għadd ta’ nisa u persuni b’diżabilità fid-dinja tax-xogħol.

Issarrfu wkoll fi tnaqqis fil-faqar u f’titjib fl-għajxien tal-ħajja ta’ familji bi dħul baxx jew medju, b’mod partikulari fejn hemm tfal fil-familja kif ukoll fost il-pensjonanti.

Naqsu kważi bin-nofs il-persuni fuq il-benefiċċji soċjali.

Dan il-ktejjeb jagħti ħjiel bl-aħħar informazzjoni dwar l-istruttura tal-benefiċċji soċjali, kemm kontributorji u mhux kontributorji, bit-twettiq ta’ dawn ir-riformi u bit-titjib li sar.

Nemmnu li ktejjeb bħal dan huwa mezz importanti kif il-pubbliku jkun infurmat dwar id-drittijiet soċjali tiegħu, ta’ kif jista’ jtejjeb il-qagħda tiegħu u kif jista’ jippjana aħjar il-futur tiegħu fl-irtirar.

Page 6: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

4 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali 2017

L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) tal-Liġijiet ta’ Malta jikkonsisti prinċiparjament f’żewg pilastri sodi li permezz tagħhom jitħallsu:

• Il-Benefiċċji/Pensjonijiet Kontributorji• Il-Benefiċċji/Allowances/Pensjonijiet Mhux Kontributorji

Il-Benefiċċji/Pensjonijiet Kontributorji jitħallsu skont in-numru ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa mill-individwu. Filwaqt, illi l-Benefiċċji/Allowances/Pensjonijiet mhux Kontributorji jitħallsu lil persuni l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà, wara li jiġi kkalkulat it-test tal-mezzi.

Page 7: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 5

Benefiċċji/Pensjonijiet KontriButorji

Benefiċċju għall-Mard

Sabiex jitħallas Benefiċċju għall-Mard, persuna trid:

• Tissottometti ċertifikat tal-mard darba fil-ġimgħa. Dan iċ-ċertifikat irid jasal fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-eżami;

• Tkun ħallset tal-anqas 50 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali;• Ikollha minn tal-inqas 20 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali

mħallsa jew akkreditati fl-aħħar sentejn qabel ma ssir it-talba.

Ma jsirx pagament għall-ewwel tlett ijiem ta’ kull darba li l-persuna tkun inkapaċi għax-xogħol.

Matul il-perjodu ta’ ħlas tal-Benefiċċju għall-Mard, il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Socjali jkunu akkreditati sakemm ma tkunx qed titħallas parti mill-paga jew salarju.

Ħlasijiet:

• Persuna Waħedha jew Persuna Miżżewġa bil-parti l-oħra fiż-żwieġ li tkun taħdem: €13.14 kuljum

• Persuna Miżżewġa u l-parti l-oħra fiż-żwieġ ma taħdimx: €20.30 kuljum

Page 8: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

6 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

Benefiċċju għal DiżimPjieg/Benefiċċju sPeċjali għal DiżimPjieg

Sabiex jitħallas Benefiċċju għal Diżimpjieg/Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg, persuna trid:

• Tirreġistra taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru ma’ Jobsplus;• Tkun ħallset tal-anqas 50 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali;• Ikollha minn tal-inqas 20 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali

mħallsa jew akkreditati fl-aħħar sentejn ta’ qabel ma ssir it-talba.

Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg jitħallas lil dik il-persuna li jekk tapplika għall-Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg, tgħaddi mit-test tal-mezzi.

Dan il-benefiċċju jitħallas sa massimu ta’ 156 ġurnata u matul il-perjodu ta’ ħlas tal-Benefiċċju għal Diżimpjieg, il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jkunu akkreditati.

Ħlasijiet:

Benefiċċju għal Diżimpjieg

• Persuna Waħedha jew Persuna Miżżewġa bil-parti l-oħra fiż-żwieġ li tkun taħdem: €8.05 kuljum

• Persuna Miżżewġa u l-parti l-oħra fiż-żwieġ ma taħdimx: €12.31 kuljum

Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg

• Persuna Waħedha: €13.64 kuljum• Persuna Miżżewġa u l-parti l-oħra fiż-żwieġ ma taħdimx:

€20.68 kuljum

Page 9: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 7

Benefiċċju għall-Korriment waqt il-ħin tax-xogħol

Sabiex jitħallas Benefiċċju għall-Korriment waqt il-ħin tax-xogħol, persuna trid:

• Tibgħat l-applikazzjoni fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-korriment;

• Tkun ħallset għallinqas kontribuzzjoni waħda tas-Sigurtà Soċjali;

• Suġġetta għall-eżitu tad-deċiżjoni tal-Bord Mediku maħtur mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Ħlasijiet:

• Persuna Waħedha jew Persuna Miżżewġa bil-parti l-oħra fiż-żwieġ li tkun taħdem: €22.92 kuljum

• Persuna Miżżewġa u l-parti l-oħra fiż-żwieġ ma taħdimx: €30.46 kuljum

Matul il-perjodu ta’ ħlas tal-Benefiċċju għall-Korriment, il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jkunu akkreditati sakemm ma tkunx qed titħallas parti mill-paga jew salarju.

Il-Benefiċċju tal-Korriment jingħata għal perjodu massimu ta’ sena fejn wara, il-persuna tista’ tkompli titħallas il-Benefiċċju tal-Mard jekk tkompli tissottometti ċertifikati mediċi kull ġimgħa.

Page 10: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

8 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

għotja taż-żwieġ

Sabiex titħallas din l-għotja, persuna trid:

• Tkun ħallset tal-anqas 26 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali qabel id-data taż-żwieġ,

• Tkun residenti fil-gżejjer Maltin.

Ħlasijiet:

€277.70 lil kull membru tal-koppja

Benefiċċju għall-maternitàDan il-benefiċċju jitħallas għal 14-il ġimgħa (8 ġimgħat qabel it-twelid u 6 ġimgħat wara t-twelid tat-tarbija) lil persuni li ma jkunux f’impjieg jew jaħdmu għal rashom.

Ħlasijiet:

• Persuni li ma jkunux qegħdin jaħdmu: €90.27 fil-ġimgħa• Persuni li jaħdmu għal rashom: €169.76 fil-ġimgħa

Benefiċċju għal-Leave Dwar maternitàDan il-benefiċċju jitħallas lil dawk il-persuni mpjegati u li jkunu jixtiequ jestendu l-leave għall-maternità b’erba’ ġimgħat. Ir-rata fil-ġimgħa li titħallas hija dik ta’ €169.76 li hija ekwivalenti għall-Paga Minima Nazzjonali.

Page 11: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 9

Pensjoni KontriButorja tal-irtirar

Skont ir-riforma fil-pensjonijiet, l-età tal-irtirar hija kif indikat hawn taħt:

Persuni li twieldu bejn: Età tal-Irtirar

1952 - 1955 62 sena

1956 - 1958 63 sena

1959 - 1961 64 sena

1962 ’il quddiem 65 sena

Persuna li tkun twieldet bejn l-1952 u l-1961 tista’ tagħżel li tirtira fl-età ta’ 61 sena jekk ikollha l-ammont ta’ 1,820 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali mħallsa jew akkreditati. (Ekwivalenti għal 35 sena)

Persuna li tkun twieldet bejn l-1962 u l-1968 tista’ tagħżel li tirtira fl-età ta’ 61 sena jekk ikollha l-ammont ta’ 2,080 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali mħallsa jew akkreditati. (Ekwivalenti għal 40 sena)

Persuna li tkun twieldet wara l-1969 tista’ tagħżel li tirtira fl-età ta’ 61 sena jekk ikollha l-ammont ta’ 2,132 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali mħallsa jew akkreditati. (Ekwivalenti għal 41 sena)

Madanakollu, jekk persuna tkun ħallset biżżejjed kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u li ma tkunx irtirat fl-età ta’ 61 sena imma tibqa’ taħdem fis-settur privat sal-età tal-irtirar tagħha, il-ħlas ta’ pensjoni dovuta jiżdied bil-persentaġġi kif ġej:

• Żieda ta’ 5% jekk il-persuna tiddeċiedi li tirtira sena wara li tilħaq l-età ta’ 61

• Żieda ta’ 10.5% jekk il-persuna tiddeċiedi li tirtira sentejn wara li tilħaq l-età ta’ 61

• Żieda ta’ 16.5% jekk il-persuna tiddeċiedi li tirtira tlett snin wara li tilħaq l-età ta’ 61

• Żieda ta’ 23% jekk il-persuna tiddeċiedi li tirtira erba’ snin wara li tilħaq l-età ta’ 61

Persuna tista’ tibqa’ tipparteċipa fid-dinja tax-xogħol anke wara li tibbenefika minn Pensjoni Kontributorja, sakemm tkun irtirat fl-età tal-irtirar tagħha.

Page 12: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

10 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

Pensjoni tar-romol

Persuna tkun intitolata għal 5/6 tal-pensjoni tal-konjuġi jew 5/9 tad-dħul pensjonabbli jekk il-konjuġi kien għadu jaħdem qabel ma ġie nieqes.

B’effett minn Jannar 2016, meta romol ikunu laħqu l-età tal-irtirar u jkunu intitolati għal pensjoni kontributorja f’isimhom u qegħdin jirċievu Pensjoni tar-Romol għandhom dritt jitħallsu l-Pensjoni sħiħa li jkunu jirċievu l-konjuġi jekk il-ħlas ta’ din l-istess pensjoni huwa aktar vantaġġjuż.

Pensjoni għall-invaliDità

Persuna jkollha dritt għall-Pensjoni għall-Invalidità jekk tkun ħallset tal-anqas 250 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali u wara li l-Bord Mediku jiddeċiedi li l-kundizzjoni medika tal-persuna tirrendiha inkapaċi għal kwalunkwe tip ta’ xogħol. Ir-rata fil-ġimgħa tiġi deċiża skont il-kontribuzzjonijiet imħallsa. Qabel ma persuna tapplika għal din il-pensjoni, iridu jkunu sottomessi sitt xhur ċertifikati tal-mard imma dan ma japplikax għal min għandu mard terminali.

għotja għal DawK li ħallsu KontriBuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali iżDa ma jiKKwalifiKawx

għal Pensjoni KontriButorja

Persuni bejn l-etajiet ta’ 62 u 74 sena jikkwalifikaw għal din ix-xorta ta’ għotja jekk:

• Ikunu ħallsu bejn 50 u 260 kontribuzzjoni: jitħallsu għotja ta’ €150 fis-sena;

• Ikunu ħallsu aktar minn 261 kontribuzzjoni: jitħallsu għotja ta’ €250 fis-sena.

Page 13: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 11

Benefiċċji/Pensjonijiet mhux KontriButorji

Pensjoni tal-età

Din il-Pensjoni tingħata li dawk li jkunu laħqu l-età ta’ 60 sena, u jikkwalifikaw biss dawk li jgħaddu mit-test tal-mezzi.

Test tal-Mezzi (Kapital):

• Persuna waħedha: Kapital fil-pussess tagħha ma jaqbiżx l-ammont ta’ €14,000

• Persuna miżżewġa: Kapital fil-pussess tal-koppja ma jaqbiżx l-ammont ta’ €23,300

Test tal-Mezzi fil-ġimgħa:

Dħul ġej minn:

• Pensjoni minn barra;• Manteniment;• Renti;• Interessi u dividendi;• Kull dħul ieħor.

Jingħaddu kollha flimkien u wara li jiġi mnaqqas l-ammont ta’ €270 (persuna waħedha) u €385 (persuna miżżewġa), ir-riżultat jiġi mnaqqas mir-rata tal-Pensjoni tal-Età.

Persuni li jikkwalifikaw għal Pensjoni tal-Età huma intitolati għal Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Supplimentari, żidiet tal-Għoli tal-Ħajja sħaħ, Bonus Statutorji u għal Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta Roża).

Page 14: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

12 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

għajnuna soċjali/għajnuna soċjali għal DiżimPjieg

L-Għajnuna Soċjali/Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg tingħata lil dawk li jkunu tilfu x-xogħol jew saħħithom tkun irrendithom inkapaċi sabiex jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol. Minħabba li din hi Għajnuna mhux Kontributorja, jikkwalifikaw biss dawk li jgħaddu mit-test tal-mezzi.

Test tal-Mezzi (Kapital):

• Persuna waħedha: Kapital fil-pussess tagħha ma jaqbiżx l-ammont ta’ €14,000

• Persuna miżżewġa: Kapital fil-pussess tal-koppja ma jaqbiżx l-ammont ta’ €23,300

Test tal-Mezzi fil-ġimgħa:

Dħul ġej minn:

• Manteniment;• Manteniment tat-tfal li minnu jittieħed inkonsiderazzjoni

15.70%;• Renti;• Interessi u dividendi;• U kull dħul ieħor.

Jingħaddu kollha flimkien u wara li jitnaqqsu €96, ir-riżultat jiġi mnaqqas mir-rata tal-Għajnuna Soċjali.

Barra minn hekk, persuni li japplikaw għal Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg iridu jkunu jirreġistraw għax-xogħol taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru ma’ Jobsplus.

Page 15: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 13

Persuni li jikkwalifikaw għal Għajnuna Soċjali/Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg huma intitolati għal Benefiċċju tal-Enerġija, rata sħiħa tal-Allowance għat-Tfal jew Għajnuna Supplimentari, Bonus Statutorji u għal Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta Roża).

għajnuna soċjali għal Protezzjoni sussiDjarja

Immigranti irregolari li jkollhom stat ta’ protezzjoni sussidjarja u li ma jkunux qed jgħixu f’Open Centres jew f’Ċentri ta’ Detenzjoni, jitħallsu r-rata bażika tal-Għajnuna Soċjali biss.

ħlas lil resiDenti ta’ Komunità teraPewtiKa

Persuni li jkunu għaddejjin minn programm ta’ rijabilitazzjoni fuq abbuż minn droga jew alkoħol fiċ-ċentri ta’ San Blas, Santa Marija u Fondazzjoni Oasi għandhom dritt għal ħlas ta’ €30.00 fil-ġimgħa. Dan il-ħlas mhux sottomess għal test tal-mezzi.

Page 16: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

14 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

tnaqqis graDwali tal-Benefiċċji soċjali

Persuni li jkunu ilhom jibbenefikaw mill-Għajnuna Soċjali jew Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg għal sentejn fl-aħħar tlett snin, u jidħlu fid-dinja tax-xogħol u l-paga tkun tal-anqas il-Paga Minima Nazzjonali jkollhom dritt għal ħlas ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji Soċjali għal perjodu ta’ tlett snin. Din il-miżura tgħodd ukoll, bl-istess kundizzjonijiet jekk il-konjuġi jibda jaħdem. L-intitolament huwa kif ġej:

• 65% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena;• 45% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena;• 25% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena;• L-imgħallem jitħallas 25% tar-rata tal-benefiċċju għal perjodu

ta’ tlett snin.

Ġenituri waħedhom bi tfal taħt it-23 sena, li jkunu qegħdin jibbenefikaw minn Għajnuna Soċjali jew Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg, jidħlu fid-dinja tax-xogħol u tal-anqas jaħdmu għal 10 sigħat fil-ġimgħa jkollhom dritt għal ħlas ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji Soċjali. Il-kundizzjoni ta’ sentejn fl-aħħar tlett snin ma tapplikax għal din il-kategorija. L-intitolament huwa kif ġej:

• 65% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena;• 45% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena;• 25% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena;• L-imgħallem jitħallas 25% tar-rata tal-benefiċċju għal perjodu

ta’ tlett snin f’każ ta’ mpjieg full-time jew 12.5% tar-rata tal-benefiċċju għal perjodu ta’ tlett snin f’każ ta’ mpjieg part-time.

Persuni li jkunu ilhom jibbenefikaw mill-Għajnuna Soċjali jew Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg għal sentejn fl-aħħar tlett snin u jiżżewġu jew jidħlu f’Unjoni Ċivili ma’ persuna mpjegata li d-dħul ta’ din il-persuna jkun tal-anqas il-Paga Minima Nazzjonali, ikollhom id-dritt għal ħlas ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji Soċjali kif ġej:

• 65% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena;• 45% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena;• 25% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena.

Page 17: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 15

għajnuna meDiKa

Persuni li jsofru minn kundizzjoni kronika li tifforma parti mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u jissodisfaw it-test tal-mezzi jkollhom dritt għal ħlas ta’ din l-Għajnuna wara li l-każ jiġi deċiż minn Bord Mediku maħtur mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Test tal-Mezzi (Kapital):

• Persuna waħedha: Kapital fil-pussess tagħha ma jaqbiżx l-ammont ta’ €14,000

• Persuna miżżewġa: Kapital fil-pussess tal-koppja ma jaqbiżx l-ammont ta’ €23,300

Test tal-Mezzi fil-ġimgħa:

Dħul ġej minn:

• Xi pensjoni lokali jew minn barra;• Manteniment;• Renti;• Interessi u dividendi;• Kull dħul ieħor

Jingħaddu sabiex tiġi deċiża l-eleġibilità.

Ir-rata fil-ġimgħa għal persuna waħda hija ta’ €25.63.

għotja għall-ħaliBPersuni li jkunu jibbenefikaw mill-Għajnuna Soċjali, ikollhom dritt ta’ ħlas għal 40 ġimgħa ta’ dan il-benefiċċju wara li l-każ jiġi deċiż minn Bord Mediku maħtur mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, li t-tarbija ma tkunx tista’ tingħata ħalib ommha għal raġunijiet ta’ saħħa.

Ir-rata fil-ġimgħa hija ta’ €21.44.

Page 18: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

16 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

għajnuna meDiKa Bla ħlas (karta roża)

Persuna tkun intitolata għall-Għajnuna Medika bla Ħlas wara li tikkwalifika mit-test tal-mezzi u l-kundizzjoni medika, li tifforma parti mill-kundizzjonijiet elenkati fit-Taqsima II tal-Ħames Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

Test tal-Mezzi (Kapital):

• Persuna waħedha: Kapital fil-pussess tagħha ma jaqbiżx l-ammont ta’ €14,000

• Persuna miżżewġa: Kapital fil-pussess tal-koppja ma jaqbiżx l-ammont ta’ €23,300

Test tal-mezzi fil-ġimgħa:

• Persuni waħedhom li huma mpjegati jikkwalifikaw kemm-il darba d-dħul fil-ġimgħa ma jaqbiżx €151.13;

• Koppja miżżewġin li huma mpjegati jikkwalifikaw kemm-il darba d-dħul fil-ġimgħa ma jaqbiżx €159.28;

• Persuni waħedhom li mhumiex impjegati jikkwalifikaw kemm-il darba d-dħul fil-ġimgħa ma jaqbiżx €158.84;

• Koppja miżżewġin li mhumiex impjegati jikkwalifikaw kemm-il darba d-dħul fil-ġimgħa ma jaqbiżx €182.75;

• F’kull każ jiżdiedu €8.15 għal kull wild (fejn japplika).

sKeDa v (Kartuna safra)

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma joħroġx il-Kartuna s-Safra. Din tinħareġ mid-Dipartiment tas-Saħħa wara li l-pazjent ikun ċertifikat li jbati minn kundizzjoni kronika, ġeneralment minn speċjalista fl-isptar Mater Dei.

Page 19: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 17

assistenzi għal DiżaBilità

assistenza Miżjuda għal Diżabilità severa

Persuni li d-diżabilità tagħhom hija msemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u jgħaddu mill-Barthel Index (minn 0 sa 4), ikollhom dritt għal ħlas ta’ €120.00 fil-ġimgħa. Din l-assistenza mhix sottomessa għat-test tal-mezzi u l-kundizzjoni ta’ diżabilità tiġi evalwata minn Bord Multi Dixxiplinarju maħtur mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

assistenza għal Diżabilità severa

Din l-assistenza tingħata lil dawk il-persuni li d-diżabilità tagħhom hija msemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u hija sottomessa għat-test tal-mezzi fil-ġimgħa. Il-bord mediku jiddeċiedi jekk persuna tikkwalifkax jew le.

Test tal-mezzi fil-ġimgħa:

• Kull dħul li ġej minn impjieg huwa injorat għal finijiet ta’ test tal-mezzi fil-ġimgħa;

• Kull dħul ieħor huwa magħdud flimkien u jitnaqqas biss mill-assistenza dak l-ammont li meta tgħodd flimkien l-assistenza mad-dħul, jeċċedi l-Paga Minima Nazzjonali;

• Ir-rata massima li titħallas hija sa €102.13 fil-ġimgħa.

Page 20: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

18 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

assistenza għal Persuna B’vista Batuta

Din l-assistenza tingħata lil dawk il-persuni b’vista batuta li l-vista tagħhom tkun ċertifikata minn oftalmologu li tant tkun baxxa li ma tħallix lil dik il-persuna tagħmel xi xogħol li għalih il-vista tkun essenzjali u hija sottomessa għat-test tal-mezzi fil-ġimgħa. Il-bord mediku jiddeċiedi jekk persuna tikkwalifkax jew le.

Test tal-mezzi fil-ġimgħa:

• Kull dħul li ġej minn impjieg huwa injorat għal finijiet ta’ test tal-mezzi fil-ġimgħa;

• Kull dħul ieħor huwa magħdud flimkien u jitnaqqas biss mill-assistenza dak l-ammont li meta tgħodd flimkien l-assistenza għal diżabilità severa mad-dħul, jeċċedi l-Paga Minima Nazzjonali;

• Ir-rata li titħallas hija sa €102.13 fil-ġimgħa.

assistenza għal DiżaBilità

Din l-assistenza tingħata lil dawk il-persuni li jbatu minn paraliżi totali permanenti jew malfunzjoni gravi totali permanenti jew marda totali permanenti, sew jekk hi kawżata b’amputazzjoni jew mod ieħor, ta’ driegħ jew riġel wieħed u hija sottomessa għat-test tal-mezzi. Il-bord mediku jiddeċiedi jekk persuna tikkwalifkax jew le.

Test tal-mezzi fil-ġimgħa:

• Kull dħul li ġej minn impjieg huwa injorat għal finijiet ta’ test tal-mezzi fil-ġimgħa;

• Kull dħul ieħor huwa magħdud flimkien u jitnaqqas biss mill-assistenza dak l-ammont li meta tgħodd flimkien l-assistenza għal diżabilità severa mad-dħul, jeċċedi l-Paga Minima Nazzjonali;

• Ir-rata li titħallas hija sa €76.60 fil-ġimgħa.

Page 21: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 19

Benefiċċji għal Carer

Allowance Miżjuda għal Carer

Persuni miżżewġin jew mhux miżżewġin, li jkunu taħt l-età tal-pensjoni, jistgħu japplikaw jekk ikunu qegħdin jieħdu ħsieb fuq bażi full-time lil żwieġhom; ġenituri; ħuhom; oħthom; nannuhom; nannithom; ziju; zija; missier/omm tar-rispett jew ħu/oħt tar-rispett fl-istess residenza. Id-dipendenza tal-pazjent tiġi evalwata mill-Bord Multi Dixxiplinarju fuq:

• Barthel Index: Riżultat ta’ minn 0 sa 8 (Dipendenza Għolja)• Mini Mental State Examination: Riżultat ta’ minn 0 sa 9

(Indeboliment Għoli)

Din l-allowance mhix sottomessa għat-test tal-mezzi u titħallas bir-rata ta’ €140.00 fil-ġimgħa.

Allowance għal Carer

Persuni mhux miżżewġin taħt l-età tal-pensjoni jistgħu japplikaw jekk ikunu qegħdin jieħdu ħsieb fuq bażi full-time lill-ġenituri; ħuhom; oħthom; nannuhom; nannithom; ziju; zija; missier/omm tar-rispett jew ħu/oħt tar-rispett fl-istess residenza. Id-dipendenza tal-pazjent tiġi evalwata mill-Bord Multi Dixxiplinarju fuq:

• Barthel Index: Riżultat ta’ minn 9 sa 12 (Dipendenza Medja)• Mini Mental State Examination: Riżultat ta’ minn 10 sa 19

(Indeboliment Medju)

Din l-allowance hija sottomessa għat-test tal-mezzi u titħallas bir-rata ta’ mhux aktar minn €90.00 fil-ġimgħa.

Page 22: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

20 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

aLLowanCes għat-tfal

Allowance għat-tfal

• Rata Minima: €8.66 fil-ġimgħaTitħallas lil dawk il-familji li għandhom dħul ta’ aktar minn €24,833 fis-sena. Però dawk li għandhom dħul ta’ aktar minn €17,327 jitħallsu wkoll bir-rata ta’ €8.66 fil-ġimgħa.

• Rata Massima: €22.23 fil-ġimgħaTitħallas lil dawk il-familji li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx il-Paga Minima Nazzjonali jew li qegħdin fuq l-Għajnuna Soċjali.

Ir-rati oħra mħallsa bejn it-€8.66 u t-€22.23 tal-Allowance għat-Tfal ivarjaw skont id-dħul tal-familji. Ir-rata hija maħduma billi timmoltiplika d-differenza bejn id-dħul tal-familja u l-€24,833, b’6% għal kull wild.

Allowance dwar tfal fil-kura

L-allowance ta’ €70 fil-ġimgħa titħallas lil dawk il-ġenituri li jkunu ġew approvati mill-Bord tal-Fostering wara li ssir applikazzjoni mal-Aġenzija Appoġġ. Persuni li jikkwalifikaw għall-Allowance dwar Tfal fil-Kura mhumiex intitolati għall-Allowance tat-Tfal.

Allowance għal tfal b’Diżabilità

L-allowance ta’ €20 fil-ġimgħa titħallas lil dawk il-ġenituri li jkollhom wild b’diżabilità, skont kif elenkat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) u kif jiġi deċiż mill-Bord Mediku. Din l-allowance titħallas:

• Sakemm il-wild jilħaq l-età ta’ sittax-il sena;• B’mod kumplimentari mal-Allowance għat-Tfal

Page 23: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 21

għajnuna suPPlimentari

Persuna waħedha li tifforma parti minn familja li jkollha dħul minn xogħol.

• Dħul sa €9,012 titħallas rata fissa ta’ €2.43 fil-ġimgħa.

Persuna waħedha jew ġenitur singlu li jitqies bħala l-kap tal-familja bi dħul minn xogħol.

• Dħul sa €9,012 jista’ jieħu rata massima ta’ €7.00 fil-ġimgħa.

Persuna waħedha li tirċievi pensjoni jew ma taħdimx:• Dħul sa €9,012 jista’ jieħu rata massima ta’ €4.57 fil-ġimgħa.

F’każ ta’ koppja miżżewġa:• Dħul sa €11,180 jista’ jieħu rata massima ta’ €12.54 fil-ġimgħa;• Dħul ta’ bejn €11,181 u €13,000 jista’ jieħu rata sa €2.68 fil-

ġimgħa.

F’kull każ fejn persuna għanda aktar minn 65 sena, ir-rata togħla b’€1.92 fil-ġimgħa.

Dħul ta’ persuni impjegati huwa skont dak fis-sena bażi 2015 filwaqt li dħul ta’ persuni pensjonanti huwa skont dak fis-sena 2017.

Benefiċċju għall-enerġija

Persuni li jkollhom dħul sa €8,977 jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju li jikkonsisti fi tnaqqis dirett mill-kont tad-dawl u l-ilma.

Benefiċċju għall-enerġija (każijiet umanitarji)

Persuni li jsofru minn kundizzjoni medika, li trid tkun ċertifikata mill-Bord Mediku maħtur mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u li tirrikjedi użu eċċessiv ta’ konsum ta’ dawl jew ilma, u jkollhom dħul sa €30,911, jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju. Ir-rata ta’ ħlas tikkonsisti f’riduzzjoni ta’ 80% mill-kont tad-dawl u l-ilma.

Page 24: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

22 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

Benefiċċju għal waqt l-imPjieg

Dan il-benefiċċju jitħallas lil ġenituri li jkunu qegħdin jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol u jkollhom tfal taħt it-23 sena u li għadhom jgħixu magħhom.

Koppja fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu:

• Dħul minn xogħol (wara li jitnaqqas il-ħlas tal-Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali) bejn €10,000 u €24,000.

• Xi ħadd mill-koppja jrid tal-anqas ikun qed jaqla’ €3,000;• Rata massima ta’ ħlas hija ta’ €1,200 fis-sena għal kull wild.

Koppja fejn ġenitur wieħed jaħdem:

• Dħul minn xogħol (wara li jitnaqqas il-ħlas tal-Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali) bejn €6,600 u €16,500.

• Rata massima ta’ ħlas hija ta’ €350 fis-sena għal kull wild.

Ġenitur waħdu li jaħdem/taħdem:

• Dħul minn xogħol (wara li jitnaqqas il-ħlas tal-Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali) bejn €6,600 u €16,500;

• Rata massima ta’ ħlas hija ta’ €1,250 fis-sena għal kull wild;• Fejn id-dħul huwa bejn is-€6,600 u d-€9,099, titħallas rata

addizzjonali ta’ €80 fis-sena għall-ewwel wild eliġibbli.

għotja għal ċittaDin anzjan

Persuni li jkunu laħqu l-età ta’ 75 sena u jkunu baqgħu jgħixu fil-komunità huma intitolati għal għotja ta’ €300 fis-sena.

Page 25: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 23

malta - uffiċċji Distrettwali

BirkirkaraĊentru Ċiviku, Livell 1, Triq Tumas FenechLokalità Moqdija: Birkirkara

il-fguraTriq il-KampanellaLokalità Moqdija: Il-Fgura

il-ħamrun1, Triq l-IskolaLokalitajiet Moqdija: Il-Ħamrun, Il-Pietà, Santa Venera

ħal lijaTriq il-KbiraLokalitajiet Moqdija: Ħal Lija, Ħal Balzan, Ħ’Attard, L-Iklin

ħal luqa89, Triq Pawlu MagriLokalitajiet Moqdija: Ħal Luqa, Il-Gudja, L-Imqabba

il-Marsa84, Triq is-SalibLokalità Moqdija: Il-Marsa

il-MostaĊentru Ċiviku, Triq il-Paroċċa Lokalitajiet Moqdija: Il-Mosta, L-Imġarr

l-imsida174 / 175, Triq il-WiedLokalitajiet Moqdija: L-Imsida, Il-Gżira, Ta’ Xbiex

in-naxxarĊentru Ċiviku, Vjal il-21 ta’ Settembru Lokalitajiet Moqdija: In-Naxxar, Ħal Għargħur, Baħar iċ-Ċagħaq, Il-Madliena

Paola5, Ċentru ĊivikuPjazza Antoine De PauleLokalitajiet Moqdija: Paola, Ħal Tarxien, Santa Luċija

Page 26: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

24 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

il-QawraKumpless Aċċess, Triq il-FrejgatinaLokalitajiet Moqdija: San Pawl il-Baħar, Burmarrad, Il-Mellieħa, Il-Manikata

ħal QormiTriq l-OratorjuLokalità Moqdija: Ħal Qormi

ir-rabatĊentru Ċiviku, Triq San KatalduLokalitajiet Moqdija: Ir-Rabat, L-Imtarfa, Ħad-Dingli, L-Imdina

san Ġwannc/o Għassa tal-Pulizija, Triq in-NaxxarLokalitajiet Moqdija: San Ġwann, Il-Kappara

tas-sliema101, Triq Sir Adrian DingliLokalitajiet Moqdija: Tas-Sliema, San Ġiljan, Tal-Ibraġġ, Is-Swieqi, Pembroke

il-Belt VallettaKumpless Aċċess, 72, Triq MelitaLokalitajiet Moqdija: Il-Belt Valletta, Floriana,

il-BirguKumpless Aċċess, Triq San DwarduLokalitajiet Moqdija: Il-Birgu, Il-Kalkara, Bormla, L-Isla

ħaż-żabbar Ċentru Ċiviku, Triq il-KunventLokalitajiet Moqdija: Ħaż-Żabbar, Ix-Xgħajra, Marsaskala

ħaż-żebbuġBini tal-Gvern, Blk 1, Flt 2, Triq SciortinoLokalitajiet Moqdija: Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi

iż-żejtun 9, Triq il-Madonna tal-ĦnienaLokalitajiet Moqdija: Iż-Żejtun, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Ħal Għaxaq

iż-żurrieq 1, Triq Dun Ġużepp ZammitLokalitajiet Moqdija: Iż-Żurrieq, Il-Qrendi, Ħal Kirkop, Ħal Safi

Page 27: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 25

servizz estiż mill-Kunsilli loKali

BirżebbuġaDar Birżebbuġa, Triq Santa MarijaKull nhar ta’ Ħamis bejn it-8.00am u 12.00pm

il-gudja88, Triq Raymond CaruanaKull nhar ta’ Erbgħa bejn it-8.00am u 12.00pm

ħal kirkop31, Triq San BenedittuKull ħmistax nhar ta’ Erbgħa bejn it-8.00am u 12.00pm

ħal safi40, Dar il-Kunsill, Triq l-IskolaKull ħmistax nhar ta’ Erbgħa bejn it-8.00am u 12.00pm

il-Mellieħa126, Triq il-Mitħna l-Ġdida, (dħul minn Triq il-Madonna ta’ Fatima)Kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa bejn it-8.00am u 12.00pm

is-siġġiewiPjazza San NikolaKull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa bejn it-8.30am u 12.00pm

is-swieqiĊentru Ċiviku, Triq G. BessieraKull nhar ta’ Ħamis bejn id-9.00am u t-3.00pm

Page 28: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

26 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

għawDex - uffiċċji Distrettwali

in-nadur43, Triq il-KappillanLokalitajiet Moqdija: In-Nadur, Għajnsielem, Il-Qala

ir-rabat Ċentru Amministrattiv, Pjazza San Franġisk Lokalitajiet Moqdija: Ir-Rabat, Il-Fontana, L-Għarb, L-Għasri, Ta’ Kerċem, Il-Munxar, San Lawrenz, Ta’ Sannat, Ix-Xagħra, Ix-Xewkija, Iż-Żebbuġ

servizz estiż mill-Kunsilli loKali

il-QalaĊentru Ċiviku, Triq l-Isqof Mikiel ButtigiegKull nhar ta’ Ġimgħa bejn it-8.00am u 12.00pm

ta’ sannatTriq SannatKull nhar ta’ Ħamis bejn it-8.00am u 12.00pm

ix-XagħraVjal 8 ta’ SettembruKull nhar ta’ Erbgħa bejn it-8.00am u 12.00pm

ix-Xewkija2, Triq it-Torri TingiKull nhar ta’ Tlieta bejn it-8.00am u 12.00pm

Page 29: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 | 27

DiPartiment tas-sigurtà soċjali

38, Triq l-OrdinanzaIl-Belt Valletta VLT 2000email: [email protected]: socialsecurity.gov.mtfreephone: 153

A: Department of Social Security - Malta

noti

ta’ min jinnota li l-kontenut ta’ dan il-ktejjeb huwa biss għall-skopijiet ta’ informazzjoni u m’għandu l-ebda saħħa legali.

Page 30: Benefiċċji tas-sigurtà soċjali għalik · 2017-05-24 · 2 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017 Kelmtejn Qabel Michael Farrugia Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali

28 | Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 2017

noti