LEJLA TA' FKIRA -DUN

14

Transcript of LEJLA TA' FKIRA -DUN

Page 1: LEJLA TA' FKIRA -DUN
Page 2: LEJLA TA' FKIRA -DUN

LEJLA TA' FKIRA - DUN

IL-ĠIMGHA 29 TA' OTTUBRU, SALA SAMUT,

MILL-KUMITAT

o "Għaliex Jum Dun Karm" - kelmtejn mis-Sur Nazju Abela - Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali

.. "Is-serata" - Tagħrif dwar is-serata minn Joyce Guillaumier - il-preżentatriċi

" "Bijografija Dun Karm" - imtellgħa mill-istudenti tal-Liċeo Vassalli, Tal-Ħandaq

.. Intervent Mużikali - kanzunetti minn Mario Debono: \ Delizzji (Kliem ta' M. Debono, mużika ta' M. Attard)

Kif ħawwadniehom (Kliem u mużika ta' M. Debono) Darba (Kliem u mużika ta' M. Debono)

.. Qari ta' Poeżiji - jaqraw studenti mis-Seminarju

.. "Il-Kanarin" - poeżija drammatizzata mill-istudenti ta' l-iskola sekondarja Dun Karm ta' Ħaz-Żebbuġ

.. Intervent Mużikali - kanzunetti minn Mario Debono u Merga Ħondoq ir-Rummien (Kliem u mużika ta' G. Cassola) April (Kliem u mużika ta' M. Mifsud)

.. "Dgħajjes Qodma u Maħmuġin" - Dun Karm, id-Dielja u l-Barranin - diskors ta' Dr Adrian Grima

.. Intervent Mużikali - kanzunetti minn Mario Debono u Merga L-Għanja ta' l-għajxien (Kliem u mużika ta' M. Debono) Il-Blata tiegħi (Kliem u mużika ta' M. Debono)

.. Diskors ta' l-għeluq mill-E.T. il-President Emeritus, Dr Ugo Mifsud Bonnici

" Kant ta' l-Innu Nazzjonali

Page 3: LEJLA TA' FKIRA -DUN

"Dgħajjes Qodma u Maħmuġin" Dun Karm, id-Dielja u l-Barranin

Dr Adrian Grima

1-1913 Dun Karm ippubblika "Lid-Dielja," poeżija politika li tagħti ħjiel ta' l­ideoloġija romantika tal-poeta u tirrikostruwixxi d-dinja ideali tiegħu madwar il-ħaddiema "bieżla u qalbiena" u l-familji rurali tagħhom, ilkoll maqtugħin

mill-ħażen tal-belt u l-barranin.

L-istruttura ġenerali ta' din iI-poeżija tista' taraha bħala sensiela ta' 12-il saffika maqsumin f'erba' partijiet ta' tliet strofi l-waħda. L-ewwel parti hija tifħira lid-dielja u invokazzjoni biex tkompli ssebbaħ u ssaħħaħ lil Malta u l-Maltin; it-tieni parti hija attakk fuq l-inbid barrani li l-poeta jqisu bħala velenu u sejħa lill-Maltin biex ma jixorbuhx għax joqtolhom. Dawn l-ewwel żewġ partijiet joħolqu kontrapożizzjoni tematika u strutturali bejn it-tjubija idealizzata tad-dielja u l-inbid Malti fuq naħa u l­ħżunija (u l-ħażen) ta' l-inbid barrani demonizzat fuq in-naħa l-oħra: din il­kontrapożizzjoni tinsab fil-qalba tad-dinja poetika maħluqa minn Dun Karm u għadd ta' kittieba romantiċi Maltin oħra.

It-tielet sett ta' tliet strofi jibni fuq l-ewwel sett għax Dun Karm iħeġġeġ lil Malta, jiġifieri lill-bdiewa Maltin li għalih huma l-essenza tal-ġens kollu, biex jaġġornaw il­metodi tagħhom tat-tkabbir tad-dwieli. Ir-raba' u l-aħħar parti tkompli l-argument mibdi primarjament fit-tieni parti (bħal fl-għana spirtu pront, li fih l-ewwel u t-tieni għannej jew għannejja huma abbinati mat-tielet u r-raba' rispettivament). Hawnhekk jinsab il-qofol tematiku u ideoloġiku tal-poeżija għaliex mill-kontrapożizzjoni bejn l­elementi Maltin u barranin joħroġ bħallikieku b'mod naturali t-tisħiħ tal-familja Maltija idealizzata. L-għenba mrobbija mill-Maltin tipproduċi nbid ġenwin li jsaħħaħ il-ġisem, il-moħħ, il-karattru u l-moral tal-familja li Dun Karm jaraha bħala l-entita soċjali u morali ewlenija tal-komunita Maltija.

L-ambjent li jiddomina fil-poeżija ta' Dun Karm hu dak tal-kampanja li f'Malta tal­bidu tas-seklu għoxrin kienet wisq ikbar milli hi llum. Bħal "Ġunju" (1914), "Lid­Dielja" titkellem dwar ir-raba', in-nies tar-raba', u l-inbid li jixorbu. Dun Karm trabba fkultura rurali rrappreżentata primarjament mill-figura ta' ommu, u dak li jħobb fil­ħajja hu marbut ma' dan l-ambjent li huwa l-punt tat-tluq u d-destinazzjoni ta' kull vjaġġ fiżiku u spiritwali li jirrakkonta. Din hija l-Malta ideali tiegħu. F"'Xenqet ir­Raba'" (1926) u poeżiji oħra l-kampanja tfisser ħelsien waqt li l-belt hija malizzjuża u klawstrofobika. Il-bdiewa jidealizzahom għax jgħixu ħajjithom fkuntatt dirett man­natura u jirrappreżentaw il-valuri li jgħożż il-poeta romantiku. F'mumenti ta' diffikulta, bħal fi "Żjara lil Ġesu" (1916) u "Kewkbet is-Safar" (1933), u bħall-protagonista ta' Raġel bil-Għaqalta' Ġuże Galea (1943), Dun Karm isib il-wens fix-xbihat tiegħu tal­kultura rurali li trabba fiha. Ġuże Aquilina jinqeda bid-dwieli wkoll fil-bidu tar-rumanz tiegħu Taħt Tliet Saltniet (1938) li bħal "Lid-Dielja" huwa dikjarazzjoni politika romantika dwar l-identita tal-Maltin u xogħol li jidealizza lill-bdiewa Maltin u lill-ħajja rurali kollha kemm hi.

l

Page 4: LEJLA TA' FKIRA -DUN

Ta' Ġewwa u ta' Barra

"Lid-Dielja," bħall-poeżiji "Għaliex? Jedd il-Lsien Malti" (1939) u "Lil Malta ta' Llum u ta' Għada" (1934) tqiegħed dak li hu Malti, ta' ġewwa, kontra dak li hu barrani. 1

Naturalment din il-kontrapożizzjoni hija riżultat ta' l-ideoloġija ta' Dun Karm, tal-. mod kif iħares lejn id-dinja. Id-distinzjoni bejn ta' ġewwa u l-barranin tagħti lill-poeta u lill-Maltin il-possibbilta li jisiltu l-identita komuni tagħhom, għax mid-distinzjoni bejn aħna u huma toħroġ l-eżistenza u d-definizzjoni ta' kull wieħed mill-kunċetti distinti - fi kliem ieħor, jeżistu l-''aħna'' għax jeżistu l-''huma.'' Il-miġja ta' l-inbid barrani fuq "dgħajjes qodma u maħmuġin" (v. 14), is-"sudice ċ vecchie tartanfl' ta' "Viticoltura" (vv. 17-18), tistabbilixxi l-eżistenza u, skond Dun Karm is-superjorita, ta' l-inbid Malti, idea li diġa tinstab fil-poeżija pariġġa bit-Taljan ta' 1-1911.2 L-inbid Malti huwa "safi" (v. 11); dak barrani huwa "taparsi nbid" (v. 15), "semm" (v. 38), u min jixtrih ikun qed jixtri l-mewt bi flusu (v. 20). Iżda f'dil-poeżija l-inbid Malti huwa wkoll simbolu tad-dinjita tal-Maltin, tat-tjubija u s-superjorita ta' dak kollu li skond Dun Karm huwa Malti "tassew;"3 f"'Viticoltura" r-rabta bejn id-dielja u l-patrija tidher mill-ewwel fit­tieni vers tal-poeżija. FI-iskema spazjali li tifred lill-Maltin mill-barranin skond min jinsab "ġewwa" u min jinsab "barra," ta' ġewwa huwa ġenwin filwaqt li ta' barra huwa artifijali u qarrieqi. Din hi viżjoni konservattiva li tara l-miġja tal-ġdid bħala theddida għall-integrita ta' dak li hu magħruf u stabbilit; "physical in-out orientation involves separation, differentiation, and enclosure, which implies restriction and limitation. 4 Il-preżenza tal-barranin

promotes self-awareness, pride, self-confidence and solidarity among those visited. This self-awareness [ ... ] automatically creates categories of "we" and "they," insiders and outsiders, hosts and guests. By being looked at, examined and questioned by strangers, locals become aware of how they differ from the visitors. 5

Għaldaqstant il-preżenza tal-barranin tagħmel lin-nies ta' ġewwa aktar konxji minnhom infushom u mill-mod kif jarahom ħaddieħor bħala differenti.

Iżda taħt din il-viżjoni mibnija fuq l-oppożizzjoni problematika imma aktarx indispensabbli bejn "aħna" u "huma" hemm assunzjoni iktar fundamentali, jiġifieri l­idea li lkoll kemm aħna naqblu bejnietna fuq x'inhu "Malti" u x'inhu "barrani." Għal Dun Karm, u aktarx għal ħafna minna anki llum, hemm distinzjoni netta bejn dawn iż-żewġ kategoriji, imma fil-fatt l-affarijiet, kif niskopru meta jkollna każ partikulari quddiemna, huma bil-wisq iktar kumplikati minn hekk. Il-verita hi li kulħadd għandu l-idea tiegħu ta' x'inhi l-identita Maltija, ta' x'inhuma dawk l-affarijiet li jagħmluk Malti jew Maltija; u kulħadd għandu l-ideat tiegħu dwar x'inhuma dawk il-kwalitajiet li jagħmluk Malti jew Maltija "tassew." Għalik forsi, li tkun Malti jfisser li tkun tgħix f'Malta, jew li twelidt f'Malta, imma nafu li hemm nies li jqisu ruħhom, u aħna wkoll inqisuhom, Maltin, minkejja li ma jgħixux jew ma twildux Malta. Għal ħafna minna li tkun Malti jew Maltija jfisser li titkellem bil-Malti, jew li tħaddan ir-reliġjon Kattolika, jew li jkollok ġilda "samra qamħija" (v. 8) imma hemm Maltin li m'għandhomx waħda jew aktar minn dawn il-karatteristiċi. Barra minn hekk, hemm nies li huma ċittadini Maltin li ma jqisux ruħhom, jew ma nqisuhomx, bħala Maltin, u hemm ħafna li jħossu li ma jappartjenu għal ebda ġens partikulari, jew li huma membri sħaħ ta' aktar minn ġens wieħed.6

Benedict Anderson isostni li n-nazzjonijiet huma komunitajiet politiċi immaġinati li 2 nistħajluhom limitati u sovrani fihom infushom.7 Huma komunitajiet immaġinati għax

Page 5: LEJLA TA' FKIRA -DUN

il-membri tagħhom qatt mhuma se jsiru jafu, jew għallinqas jiltaqgħu, mal-biċċa l­kbira tal-membri l-oħra, iżda f'moħħ kull wieħed u waħda minnhom teżisti x-xbieha ta' l-għaqda bejniethom. Inħarsu lejhom bħala sovrani għax in-nazzjonijiet iridu l­ħelsien; u nħarsu lejhom bħala komunitajiet għax in-nazzjon dejjem nikkonċepuh bħala ħbiberija jew solidarjeta fonda u orizzontali.8

Minkejja dan kollu hawn min jemmen li xorta jeżisti ''l-Malti pur," jiġifieri l-element Malti mhux imħallat, il-persuna Maltija "proprja." Imma din l-idea, xjentifikament żbaljata u kulturalment antikwata (minkejja li reġgħet kisbet ċerta popolarita fi bnadi differenti tad-dinja), tiċħad il-verita fundamentali li l-bnedmin u l-kulturi huma minnhom infushom riżultat ta' taħlit rikk u kontinwu għax il-varjeta u d-diversita huma karatteristika ewlenija tal-ħolqien. Id-diversita hija l-bażi tan-natura u ta' l-istabilita ekoloġika; ekosistemi differenti jwelldu forom tal-ħajja u kulturi differenti. Din il-ko­evoluzzjoni tal-kultura, tal-forom tal-ħajja u ta' l-ambjenti naturali tal-ħlejjaq irnexxielha tħares id-diversita bijoloġika tal-pjaneta. Id-diversita kulturali, kif issostni Vandana Shiva, timxi id f'id mad-diversita bijoloġika.9

Ħafna mill-ideat żbaljati dwar l-identita huma r-riżultat ta' sterjotip, jiġifieri

a preconceived, standardized and oversimp/ified impression of the characteristics which typifya per son, situation, etc., often shared by all members of a society or certa in social groups.10

Il-barranin ta' Dun Karm huma imbroljuni li moħħhom biex jaraw kif se jqarrqu bil­Maltin u jwaqqgħuhom għaċ-ċajt. Fis-sitt strofa ta' "Lid-Dielja," f'xena li tfakkrek fil­karikatura jew fil-cartoons, iI-poeta jistaqsi lil Malta jekk ratx id-"daħka" tal-"barrani" u jekk semgħethiex "tfaqqa'" fuq xofftejh (vv. 21-22); inidentalment, il-kittieb Juan Mamo, li għex fi żmien Dun Karm, iddieħaq b'dan il-biża' mill-barranin fir-rumanz Ulied in-Nanna Venut f/-Amerka meta omm Bertu Armaġużarma twissih li "Barra mimli kollu mażuni li jtiru."11 Dun Karm jinqeda wkoll bl-isterjotipi meta jiddeskrivi l­belt u n-nies tal-belt, spejalment in-nisa, għax il-belt jassoċjaha mal-barranin u mat­taħlit (ħażin) bejnhom u l-Maltin, u dan jidher, fost l-oħrajn, f'poeżiji bħal "It-Tifla tar­Raba'" (1915), "Xenqet ir-Raba'" (1926), "In-Nissieġa" (1913), u "Lil Malta ta' Llum u ta' Għada" (1934). Issa filwaqt li minn naħa l-is~erjotipi ftit li xejn jgħalimuna dwar in-nies li suppost jiddiskrivulna, min-naħa l-oħra jikxfu sewwa lil min jinqeda bihom.12

Ir-ritratt tal-Maltin li joħroġ minn "Lid-Dielja" u mill-poeżija in ġenerali ta' Dun Karm jirrifletti l-ideoloġija konservattiva u l-viżjoni romantika tiegħu, għax il-Maltin ideali tiegħu, il-"buon pop%" ta' "Viticoltura" (v. 14), huma marbutin mal-kultura rurali u man-natura, kattoliċi, kasti fl-imġiba sesswali tagħhom, umli imma fl-istess ħin kburin bl-"identita" tagħhom, bieżla, somor u sbieħ, u l-bqija. Fid-dielja "Maltija" hemm l-essenza reali u simbolika ta' dan kollu. .

Id-Dielja tas-Seklu Għoxrin

Storikament, pero, id-dielja li Dun Karm jinqeda biha poetikament biex jagħmel dikjarazzjoni kulturali u politika favur interpretazzjoni esklussivista u kontrapożitorja ta' l-identita Maltija, hija eżempju1ajjeb ta' l-identita inevitabbilment rikka u mħawra tal-Maltin u l-Għawdxin.

Id-dielja, iż-żebbuġ u l-qamħ jiffurmaw dik li Fernand Braudel isejħilha ''t-trinita eterna" li hija riżultat tal-klima u l-istorja tar-reġjun tal-Mediterran.13 Skond l-arkeoloġi, fit- 3 tielet millennju qabel Kristu, l-abitanti tal-gżira ta' Naxos fiċ-Ċikladi fil-Baħar Eġew

Page 6: LEJLA TA' FKIRA -DUN

aktarx kienu diġa qegħdin jixorbu l-inbid. F'qabar sabu kikkra żgħira qisha zalziera għamla ta' dgħajsa, it-tip li kienu jużaw biex jinxtorob l-inbid. Id-dielja tant kienet komuni fil-Lvant tal-Mediterran li kienet aktar mifruxa miż-żebbuġa. 14 FI-ewwel millennju qabel Kristu, "iċ-ċivilta tad-dielja u ż-żebbuġa" bdiet tinfirex mil-Lvant għall­Punent ta' dan ir-reġjun. 15 Skond Gianni Borg (1873-1945), botaniku straordinarju li kien professur ta' l-istorja naturali u suprintendent tal-Biedja (ħatra li ħa fl-1919), it-

. tkabbir tas-siġar tal-frott f'Malta jmur lura sal-bidu tal-preżenza tal-Feniċi f'Malta, u għalkemm it-tina hija l-eqdem siġra kkoltivata f'Malta, aktarx iż-żebbuġa u d-dielja kienu popolari ħafna wkol1. 16 Borg jispjega li d-dielja taqbel ħafna mal-ħamrija u l­klima f'Malta, u 'jew kienet tikber waħedha f'Malta jew inġiebet fil-Gżejjer Maltin u ambjentat ruħha fil-qedem. Meta ppubblika l-ktieb tiegħu dwar it-tkabbir u l-mard tas-siġar tal-frott fl-1922 iddedika xejn inqas minn kwart tal-ktieb, 151 paġna minn 622, għad-dielja. Borg isostni li dak iż-żmien f'Malta kien hawn aktar minn 120 tip ta' dwieli Ewropej li minnhom 20 kienu mifruxin sewwa. Skond hu, 38 tip kienu dwieli tal-post, imma l-biċċa l-kbira kienu identiċi għal tipi oħra li kienu jikbru fil­Mediterran jew kienu varjazzjonijiet lokali ta' dawn id-dwieli "mediterranji" (dawn id­differenzi nħolqu minħabba l-influwenza tal-ħamrija u l-klima).17 FI-1927 kien hemm 140 tip ta' dielja, li minnhom 40 kienu dwieli lokali. 18 Minkejja isimha, Borg jispjega li d-dielja Ewropea hija xitla indiġena ta' l-Ewropa imma anki tal-Punent ta' l-Asja, l­Afrika ta' Fuq, u t-Tibet, iċ-Ċina u l-Ġappun u ilha titkabbar f'dawn ir-reġjuni mill­eqdem żminijiet. 19 F'Malta ta' 1-1929, minkejja l-pjaga tal-filossera, Borg iddikjara li "fost is-siġar tal-frott il-biedja tad-dwieli hija ewlenija."20

Minħabba li fil-bidu tas-seklu għoxrin, u allura fiż-żmien li Dun Karm kiteb iI-poeżija "Lid-Dielja," f'Malta kien hawn dazju fuq l-importazzjoni ta' l-inbid li kien jipproteġi l­prodott lokali, ħafna bdiewa Maltin kienu jkabbru d-dwieli għall-għasir. Tant kien hawn ħeġġa għat-tkabbir tad-dwieli li lanqas l-iskoperta fl-1919 tal-marda tal-filossera fiI-Gżejjer Maltin ma qatgħet qalb dawk li kienu jkabbru d-dwieli. Minħabba l­popolarita tagħha Borg bassar li kien hemm ċans li d-dielja tieħu post il-qamħ bħala l-prodott agrikolu ewlieni fil-Gżejjer Maltin.

The change will not be for the worse, as the cultivation of the vine will offer more scope for employment than that of field crops, and if the wine produced could be standardized so as to have a product of good quality and uniform type, an export trade of fine wines might be created which would become a reliable and permanent source of agricultural prosperity.21

Għaldaqstant l-għajta, biex insejħulha hekk, ta' Dun Karm biex il-Maltin jixorbu nbid Malti ma kinitx biss patrijottika, iżda wkoll soċjali għax kien hemm marbuta magħha ġid ekonomiku tant meħtieġ għal għadd kbir ta' bdiewa u l-familji tagħhom. Pero minkejja r-retorika ta' Dun Karm dwar il-kwalita superjuri ta' l-inbid Malti, Borg jgħid li għalkemm il-Maltin kienu qegħdin jagħmlu xi nbejjed tajbin ħafna li kienu jħabbtuha mal-prodott importat, il-biċċa l-kbira ta' l-inbejjed lokali kienu ta' kwalita inferjuri minħabba l-metodi mhux xjentifiċi li kienu qegħdin jintużaw,22 u forsi għalhekk il­poeta jħeġġeġ lill-bdiewa biex ma jibqgħux marbutin mas-sistemi tradizzjonali li kien għadda żmienhom.

L-industrija tad-dwieli u ta' l-inbid lokali, madankollu, għaddiet minn żminijiet diffiċli wkoll u speċjalment fil-Medjuevu, minħabba l-qagħda sikwit prekarja tal-ħajja fil­Gżejjer Maltin, u mbagħad fis-seklu 18 u speċjalment fi żmien il-Gwerra Ċivili fl- 4 Amerika fis-seklu 19 (1861-1865), il-qoton ħa post id-dwieli u anki ż-żebbuġ f'ħafna

Page 7: LEJLA TA' FKIRA -DUN

raba' fil-Gżejjer Maltin u l-produzzjoni ta' l-inbid, skond Borg, waqfet għal kollox. Dan wassal biex l-inbid jibda jiġi importat kollu minn Sqallija u l-Greċja, u forsi għalhekk fil-poeżija "Viticoltura" Dun Karm isemmi "il greco e iI siculo" (v. 18) meta jirreferi għall-inbid li jidħol Malta minn barra. Iżda fl-1870 it-tħawwil tad-dwieli fiż­żewġ gżejjer beda mill-ġdid u fi żmien 20 sena l-industrija stejqret miż-żmien diffiċli li kienet għaddiet minnu.23 Dan kollu huwa xhieda ta' kemm l-istorja ta' prodott, u magħha l-istorja ta' poplu, hija storja ta' interdipendenza bejn ġnus u ċirkustanzi differenti, u dan jidher ukoll fl-istorja riċenti ta' pajjiżna għaliex nafu li l-interess ġdid fit-tkabbir ta' I:għeneb u l-produzzjoni ta' l-inbid huwa marbut mad-dħul ta' Malta fl­Unjoni Ewropea f'Mejju ta' 1-2004 u r-regoli ġodda li daħlu fil-produzzjoni ta' l-inbid Malti.24

Meta fl-1919 u 1-1920, l-awtoritajiet indunaw bil-firxa tal-mard tal-Filossera tad-Dwieli, insett irqiq li jgħammar fuq l-għeruq u xi drabi fuq il-weraq tad-dwieli,25 ħadu l-passi biex jiddaħħlu dwieli Amerikani li jirreżistu dan il-mard. Dan kien mard li l-Maltin kienu ilhom jafu bih, tant li Dun Karm isemmi l-filossera f"'Viticoltura" (v. 30), poeżija mxandra fl-1911. Meta ppubblika Cultivation and Diseases of Fruit Trees in the Maltese Islands fl-1922, Borg jgħid li l-unika dielja Amerikana pjuttost komuni f'Malta kienet dik magħrufa bħala d-dielja Ananas. Din id-dielja ddaħħlet f'Malta madwar l-1850,26 waqt li Vitis Berlandieri Planchon, dielja Amerikana oħra, waslet fl-1905.27

Biex irażżnu l-filossera l-awtoritajiet tal-biedja nqdew b'dawk l-istess dwieli Amerikani li ma' l-għeruq tagħhom iI-filossera sabet ruħha fl-Ewropa.28 Id-dwieli Ewropej, min­naħa l-oħra, ma rnexxilhomx jaqbdu fl-Amerika ta' Fuq proprju għaliex "ma jifilħu xejn għall-filossera u meta jimirdu biha jibqgħu sakemm imutu."29

L-istorja ta' kif daħlet il-filossera f'Malta hija xhieda ta' dan it-taħlit kontinwu (f'dan il­każ permezz tal-kuntrabandu) li jikkaratterizza l-istorja tagħna bħala ġens żgħir f'nofs baħar ibaqbaq bl-attivita.30 Għall-ħabta ta' 1-1907 u 1-1908, is-Sur Ciavola, l­imgħallem fil-qasam ta' Għajn Żnuber, il-Mellieħa, kien ġab xi ftit żarġun tal-Catarratta bianco comune, id-dielja li minnha jagħmlu l-Marsala, min-naħa ta' Marsala, fi Sqallija. Minn stħarriġ li sar, Borg jikkonkludi li l-filossera setgħet daħlet f'Malta ma' dan iż­żarġun li ġab Ciavola minn Sqallija.31 F'Għawdex jidher li l-affarijiet ġraw mod ieħor: "fl-1910 u fl-1911, xi ħaddiema mix-Xagħra, li kienu jaħdmu fl-Alġerija, in-naħa ta' Bona u Philippeville fid-dwieli ta' dawk l-artijiet, ġiebu magħhom minn hemm bil­moħbi, żarġun tad-dwieli ta' l-Alicante Henri Bouschet, u ta' xi għamliet oħra ta' d'Nieli ta' l-inbid, u naħsbu li fuq dak iż-żarġun ġiet il-filossera f'Għawdex."32 Dan juri kif anki l-ġrajja tad-dwieli tixhed is-sehem tal-Gżejjer Maltin fit-taħlit rikk u kontinwu li seħħ fir-reġjun tal-Mediterran.

Il-Kultura tad-Dwieli fis-Seklu 21

Il-mistoqsija ewlenija li qed nistaqsi hija din: Kif se naqraw il-poeżija "Lid-Dielja" llum, kważi seklu wara li nkitbet? Ladarba aħna differenti mill-Maltin u l-Għawdxin ta' 1-1913 nistgħu naqraw din il-poeżija kif qrawha huma? U wara kollox huma kif qrawha jew semgħuha - kulħadd bi-istess mod? Mill-bidu tas-snin sebgħin tas-seklu 20 'I hawn, għadd ta' teoriji differenti dwar il-letteratura "had the effect of demolishing 'Literature' and the hagiographic study af it." Dan għamluh billi, fost l­oħrajn, bdew jaraw il-letteratura fil-kuntest storiku u politiku tagħha, u bdew jisfidaw l-awtorita ta' l-awtur u l-awtriċi, tat-"test innifsu," tat-tifsir magħġun fit-test, u ta' l­interpretazzjoni essenzjalista. Dawn it-teoriji bdew jikxfu dak li ma jingħadx fit-test letterarju u d-diskorsi kontradittorji li hemm fih li t-test innifsu ma jistax ikun konxju 5 minnhom. Barra minn hekk dan il-qari ġdid fetħu beraħ għal varjazzjonijiet infiniti ta' qari mill-ġdid tat-test fl-istorja.33

Page 8: LEJLA TA' FKIRA -DUN

The minute close reading of, or "response to," the language of Iiterary texts proves their infinitely complex, contradictory instability and 'iterability' (their susceptibility to being continually "re-written" in the process of being read and "interpreted" by different readers).34

It-teoriji l-ġodda saħqu, fost l-oħrajn, fuq is-sehem tal-qarrejja fil-ħolqien tat-tifsir li . jippromwovi t-test letterarju. Il-qarrejja individwali ma jiskavawx fit-test biex isibu t­

tifsira li hemm moħbija jew magħġuna fih, iżda jaħdmu bit-test biex jipproduċu tifsir fir-relazzjoni djalettika bejn it-testwalita tat-test u l-esperjenza ir'idividwali u dejjem differenti tal-qarrejja. L-oġġett letterarju ma nħarsux lejh bħala bieqja mimlija minn qabel bit-tifsir u l-valur tat-test, imma narawh bħala firxa ta' qari possibbli, għax it­tifsir tiegħu jinbena fit-tibdiliet u r-reviżjonijiet li jitwieldu f'moħħ il-qarrejja waqt l-att innifsu tal-qari.35

Peter Widdowson jikkonkludi li l-letteratura ta' l-imgħoddi u tal-preżent tiktibna, "inasmuch as its particular formulation, which did not exist hitherto and now does, permanently changes how we perceive things." Dak kollu li naqraw għandu l-ħila

" jsawwar il-kuxjenza tagħna.36 Bħal awturi oħrajn fi bnadi oħra tad-dinja, Dun Karm mhux biss irnexxielu jesprimi ċerti aspetti tas-sens ta' identita tan-nazzjon Malti imma rnexxielu wkoll jinfluwenza l-mod kif il-Maltin jaraw lilhom infushom. Oliver Friggieri jemmen li Dun Karm saħħaħ il-fiduċja tal-Maltin fihol'l1 infushom u żviluppa sens ta' għaqal, għerf prattiku, u diskrezzjoni fil-poplu Malti.37 Minħabba dan is­sehem ewlieni ta' Dun Karm fil-ħolqien ta' kuxjenza kulturali Maltija, il-qari tagħna llum ta' xogħlijiet bħal "Lid-Dielja" jrid ikun qari responsabbli li jara l-viżjoni poetika u l-ideoloġija tiegħu fil-kuntest storiku tagħhom u jirrikonoxxi li l-biża' mill-barranin jew l-idealizzazzjoni ta' elementi meqjusin bħala Maltin huma r-riżultat ta' mument politiku u kulturali partikulari u qajla jirriflettu l-viżjoni jew l-esperjenza ta' ħafna Maltin li jaqraw lil Dun Karm illum. Bħal kull kittieb jew kittieba oħra ta' kull żmien, Dun Karm jistħoqqlu qari miftuħ li joħloq spazju dinamiku u ħaj bejn it-test u l-viżjoni u l-esperjenzi ta' min qed jaqra. B'dan il-mod, it-test i ta' Dun Karm, bħall-poeżija "Lid-Dielja," jibqgħu testi ħajjin li jkomplu jinteraġixxu b'mod miftuħ u ħieles mal­qarrejja tagħhom li fl-aħħar mill-aħħar huma dawk li kull darba li jaqrawhom jew jisimgħhuhom joħolquhom mill-ġdid u b'mod ġdid.

Awgurju

F'Ġunju ta' 1-1929, għaxar snin wara li l-awtoritajiet skoprew dan il-mard f'Malta, Borg sostna li "minn mindu daħlet il-filossera fil-Gżejjer tagħna, il-biedja tad-dwieli tbiddlet għal kollox." Is-sitwazzjoni l-ġdida kienet titlob li "d-dwieli jkunu mlaqqmin fuq id-dwieli Amerikani biex ma toqtolhomx il-filossera."38 Għaldaqstant, kważi mitt sena ilu, il-Maltin kellhom jaddattaw ruħhom għas-sitwazzjoni l-ġdida li sabu ruħhom fiha minħabba l-miġja tal-filossera, imma dan id-"deni" (insett li sab ruħu f'ambjent li mhux addattat għalih) sarrfuh f'ġid għax it-taqlib li kellu bilfors iseħħ wassal għal tiġdid fit-tkabbir ta' l-għeneb u fil-produzzjoni ta' l-inbid: "Għad jiġi żmien," jikteb Borg fl-1922, "li nindunaw li l-miġja tal-filossera kienet ta' ħsara għal mument, li mbagħad inbidlet f'ġid għat-tul taż-żmien kollu."39 Imma l-istorja tad-dwieli Maltin fil­bidu tas-seklu għoxrin hija eżempju ta' l-istorja tagħna bħala Maltin (u bħala bnedmin), storja li minnha nfisha hija reġistru ta' skambji, ta' taħlit, ta' kummerċ u kuntrabandu, ta' influwenzi reċiproċi u bdil ta' ideat... L-istorja tal-Maltin hija magħġuna ma' l-istorja tal-ġnus ta' madwarna, anki tal-ġnus ġeografikament iktar 'il bogħod minnhom, għax l-amministraturi u l-mapep sikwit ifasslu fruntieri u konfini 6 li ma jirriflettux dak li jseħħ fil-ħajja ta' kuljum.

Page 9: LEJLA TA' FKIRA -DUN

Nawgura li fir-relazzjoni tagħna mal-barranin, huma min huma, ġejjin minn fejn ġejjin, inkunu bħad-dielja Mediterranja li kienet kapaċi titħallat ma' dwieli oħra biex tissaħħaħ u tistagħna, għax l-istorja tal-bnedmin, mhux biss tal-Maltin, hija storja ta' taħlit li kapaċi jagħmilna lkoll kulturalment aktar sinjuri. L-istorja ta' Dun Karm innifsu u l­istorja tad-dielja tiegħu huma xhieda ta' dan il-ġid għax l-identita tagħna kemm bħala individwi u kemm bħala ġnus mhijiex xi ħaġa fissa u magħluqa imma realta kumplessa ħafna fi stat kontinwu ta' tibdil. Minbarra l-wirt vertikali tagħna bħala individwi u bħala Maltin, dak il-wirt li jasal għandna mingħand l-antenati tagħna, mingħand il-komunita reliġjuża u permezz tat-tradizzjonijiet popolari, għandna wkoll il-wirt orizzontali li jaslilna mingħand in-nies u ż-żmien li nkunu qed ngħixu fih. Kif jgħid Maalouf meta niddefinixxu lilna nfusna bħala membri ta' ġens għandna ħabta nħarsu biss lejn il-wirt vertikali, lejn l-imgħoddi, jew il-perspettiva tagħna ta' !-imgħoddi, u ma nagħrfux biżżejjed il-wirt orizzontali tagħna, bil-preżenza, fost l-oħrajn, ta' tant kulturi differenti fostna llum li jagħmluna aktar sinjuri għax il-varjeta u d-diversita huma l-essenza tal-ħajja.4o

F'''Viticoltura'' Dun Karm iħeġġeġ lil Malta, u d-dwieli tagħha, biex tħares lejn il-futur b'tama kbira:

tu guarda /'avvenir fidente sotto la teda che il rnondo al/urna.

(vv.39-40)

Jiena nawgura li aħna l-Maltin, kif għamilna fl-imgħoddi, inkomplu nagħrfu d-diversita bħala għajn ta' ġid u ħajja u nagħmlu bħad-dielja Maltija li nqdiet b'mument li għall­bidu seta' deher diffili biex titlaqqam u b'hekk tiġġedded u tissaħħaħ.

Lid-Dielja

Haddar, ja dielja, taħt ix-xemx ta' Mejju, Ifrex iż-żraġen mas-sisien, mal-moxa; Fuq art twelidi tħallix xiber blata

Ħawli jew mnażża'.

Onfoħ il-għenba lewn id-deh'b li jilma Fxuxit it-trabi minn tal-bdiewa tagħna; Jew sewda bħala ħbub għajnejn ta' xebba

Smajra qamħija.

Meta Settembru mbagħ'd jasal imċajpar, Rodd il-għenieqed kollhom saħħa u benna; Fawwar il-btieti bi nbid safi, u imla

Djarna bi fwieħtek,

Ħalli iżjed ma narawx fuq xatt gżiritna Minn dgħajjes qodma u maħmuġin jitferragħ Taparsi nbid li minnu ebda qatra

Ma taf id-dielja;

Ħalli ma nisimgħux lil min jagħdirna U jidħak bina minnufih; m'hix tjieba It-tjieba żejda; bluha kbira tixtri

Il-mewt bi flusek.

o Malta tiegħi, ma rajthiex id-daħka, Ma smajthiex tfaqqa' fuq xofftejn barrani? Urih imlibbsa kullimkien bid-dwieli

Għoljiet xemxija

Tħarisx lejn dari; la tistmellx is-sengħa Ġdida li tgħarrfek kif ittuq id-dielja. lżbor u qaċċat; tħallihiex tisserdak,

Iżda, mogħnija

Bi ftit għenieqed fuq qasbiet imsallba, żommha bejn għolja u baxxa; u jekk xi marda Il-għerq tmissilha, jew il-għenba, inkella

Il-werqa sfajra, 7

Page 10: LEJLA TA' FKIRA -DUN

Roxxilha t-traba tal-kubrit, saqqiha BI-ilma tar-ram, u l-oqsma jerġgħu ħodor; Forsi m'hix ċajta; mhux għax hekk kien darba

Hekk jibqa' dejjem.

o Malta, Malta, liema ġid jekk tagħraf Twarrab mill-mejda dak is-semm li tixrob, U biss bil-qatra minn tad-dielja tiegħek

Tifraħ ma' wliedek!

Viticoltura

Ben su pei nudi tuoi poggi facili nova la vite, dolce mia patria,

" pampinea s'attorce c distende nel/'almo sole di prima vera;

e dentro al tino, se di caligine copra Settembre la valle e il clivio, il mosto gorgoglia sanguigno fra la gioia dei vendemmiatori.

Gome dai biondi tuoi favi limpido meglio che d'lbla distilla il nettare; e lieto matura I'arancio per te il frutto d'or, unico al mondo;

tale spumeggi sol da tuoi grappoli I'onda frizzante fra 'I tuo buon popolo; allieti iI suo desco e illavoro I'onda si come iI suo genio mite.

Oeh piu non gitti per noi da sudice vecchie tartane e iI greco e il siculo di floride vigne gli spurghi, e di nostra bontade non rida,

per Oio, piu mai. Sogghigna iI bretone rude insultando: non vedi? fertile addita vicino, lontano, dei colli iI fianco e il piano brullo.

Tħallix, tħallix fit-toqol tax-xogħ'l tiegħu Lill-ħaddiem tiegħek bieżel u qalbieni Il-għatx itaffi ħlief bid-demm ta' siġra

Mrobbija minnek.

Hekk, huwa ma jiskirx, ma jħassarx demmu, Moħħu jkun f'siktu, qalbu tkun qawwija, U fuq uliedu ma jingħalaq kmieni

Għatu ta' qabar.

Gogli a voll'arte: su pali aerei con flessuesa lussuria inutile non salga, ma prona serpeggi di poco tralcio ricca la vite.

Ghe se dal/'Ande fatal s'insinui fra le radici sottil filossera, se I'acino grigio intristisca, o biancicante la foglia cada,

onde nel sole benigno squallida pianga la vigna, d'etnea polvere s'irrori la gemma e dal rame forza amica rinnovi la gleba.

Non come iI duro bifolco barbaro ritroso I'occhio, protervo, incredulo, tu guarda I'awenir fidente sotto la teda che iI mondo alluma.

Oh te felice se dei tuo tralcio ne la sincera vena purpurea le gravi de la vita immergi cure e 10 stanco braccio rinnovi!

Non te d'inconsci fantasmi torbidi malferma ebbrezza nel fango accerchia: ne tomba si chiude precoce sul tuo figho per morir sol nato.

8

Page 11: LEJLA TA' FKIRA -DUN

Referenzi: 1 Dan il-punt niddiskutih fit-teżi tal-Masters tiegħi, ''Il-Metafora tal-Vjagg fil-Poeżija Maltija: Dun Karm u Oliver Friggieri" (L-Universita ta Malta, 1996). 2 Carmelo Psaila, Liriche (Malta: A.C. Aquilina & Co., 1954), 71. Skond Oliver Friggieri "Viticoltura" dehret l-ewwel darba f'Malta Letteraria (Anno VIII, luglio-agosto, 1911, no. 87-88). 3 Ngħidu aħna, fil-poeżija "Lil Mikiel Anton Vassalli" (1933) Dun Karm jiddikjara li għalih Vassalli huwa "Malti safi tassew." 4 Mark Johnson, The Bady in the Mind: The Badily Basis af Meaning, Imaginatian, and Reasan (Chicago: University of Chicago Press, 1987), 22. 5 Jeremy Boissevain, 'Introduction', Caping with Taurists: Eurapean Reactians ta Mass Taurism, ed. by Jeremy Boissevain (Providence: Berghahn Books, 1996),6-7. 6 Ara, fost l-oħrajn, il-ktieb ta' Amin Maalouf, On Identity. Trans. Barbara Bray (London: Harvill, 2000). 7 "The natian [ ... ] is an imagined palitical cammunity - and imagined as bath inherently limited and savereign." Benedict Anderson, Imagined Cammunities. Reflectians an the Origin and Spread af Natianalism, 2nd ed. (London and New York: Verso, 1991), 6. 8 Anthony D. Smith, Natianalism and Madernism: A Critical Survey af Recent Thearies af Natians and Natianalism (London and New York: Routledge, 1998), 132. 9 Dawn u temi oħra huma diskussi, fost l-oħrajn, fil-ktejjeb ta' Adrian Grima u Kevin MacNeil, Gżejjer ta' Diversita Kulturali/Islands af Cultural Diversity (Malta: Inizjamed, 2001). 10 Lesley Brown (ed.), The New SharterOxfard English Dictianary(Oxford: Oxford University Press, 1993). 11 Juan Mamo, Ulied in-Nanna Venut f/-Amerka (Malta: Partit tal-Ħaddiema, 1984),89. 12 Denise Camilleri, 'Prejudice in Maltese Novels: A Sociological Analysis,' teżi tal-BA (BI­Unuri) mhux ippubblikata (L-Universita ta' Malta, 1997), 4. 13 Braudel, The Mediterranean and the Mediterranean Warld in the Age af Philip li, Trans. SiEIn Reynolds, 2nd ed. (London: Fontana, 1966), 236-37. 14 David Attenborough, The First Eden: The Mediterranean Warld and Man (London: Fontana, 1989),84. 15 Braudel, 236-37. 16 John Borg, Cultivatian and Diseases af Fruit Trees in the Maltese Islands (Malta: Government Printing Office, 1922),2. 17 Ibid., 456. 18 John Borg, Descriptive Flara af the Maltese Islands inc/uding the Ferns and Flawering Plan ts (Malta: Government Printing Office, 1927), 297. 19 Borg, Cultivatian and Diseases af Fruit Trees, 455. 20 Gianni Borg, Il-Biedja tad-Dwieli Americani fiI-Gżejjer Tagħna (Malta: L-Uffiċċju tal-Biedja, 1929), fil-"Chelmtejn ta' Kabel." 21 Borg, Cultivatian and Diseases af Fruit Trees, 7-8. 22 "The bulk af the produce is still af inferiar quality awing ta improper ar unscientific manipulatian." Ibid., 458. 23 Ibid., 457-458. 24 Ara, fost l-oħrajn, l-artiklu ta' Ivan Camilleri, "171,000 euros for Maltese vineyards," The Times ta' Maltatal-Ġimgħa, 8 ta' Ottubru, 2004. 25 Borg, Il-Biedja tad-Dwieli Americani, 7. 26 Borg, Cultivatian and Diseases af Fruit Trees, 459. 27 Ibid., 460. 28 Ibid., 462. 29 Borg, Il-Biedja tad-Dwieli Americani, 6 u 7. 30 Ibid., 9. 9

Page 12: LEJLA TA' FKIRA -DUN

"

31 Ibid., 5. 32Ibid., 4. F'paġna 9 ta' l-istess ktieb Borg jgħid li l-filossera aktarx daħlet fix-Xagħra Għawdex

għall-ħabta ta' 1-1912. 33 Peter Widdowson, Literature (London: Routledge, 1999), 90-91. 34 Ibid., 85 . . 35 Ibid., 86. 36 Ibid., 205. 37 Oliver Friggieri, 'Maltese Literature and National Consciousness during British Colonial Rule 1800-1964', Canadian Review of Studies in Nationalism, 17 (1990), 214. 38 Borg, /l-Biedja tad-Dwieli Americani, fil-"Chelmtejn ta' Kabel." 39 Ibid., 13. 40 Adrian Grima, "Bejn l-Identita u d-Diversita Kulturali," Gżejjer ta 'Diversita Kulturali/Islands of Cultural Diversity (Malta: Inizjamed, 2001), 5.

Adrian Grima (1968) jgħallem il-letteratura Maltija fl-Universita ta' Malta. Kiseb id-Dottorat b'teżi dwar ħames metafori li sawru l-immaġinarju nazzjonali fil-letteratura Maltija, fost l-oħrajn fil-poeżija ta' Dun Karm. Fit-teżi tiegħu tal­Masters jiddiskuti l-metafora tal-vjaġġ fil-poeżija ta' Dun Karm u Oliver Friggieri. Tkellem dwar il-letteratura, il-kultura u l-Mediterran f'konferenzi f'Malta, Reggio Calabria, Palermo, Ruma, Ċipru, Delfi, Pariġi, u Puerto Rieo, u fl-universitajiet ta' Yale u Colorado at Boulder fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. Xandar artikli kulturali u ta' riċerka (Malta, l-Italja u Franza.

FI-1999 ippubblika It-Trumbettier, ktieb ta' poeziji bil-Malti, bi tpinġijiet u traduzzjonijiet għall-Ingliż. Dal-ktieb rebaħ it-tieni premju fil-Premio Tivoli Europa Giovani għal kotba ta' poeżija ppubblikati fl-Ewropa fl-1999. Uħud mill-poeżiji tiegħu dehru f'antoloġiji fl-Italja, Franza, Ċipru, l-Iżrael, l-Olanda, u l-Ġermanja, u qara x-xogħlijiet tiegħu f'Malta, Ċipru, Delfi, Katanja, Ruma u The Hague.

Dr. Adrian Grima huwa l-koordinatur ta' l-inizjattiva kulturali Mediterranja Inizjamed u l-j<orrispondent Malti tal-website dwar il-kultura fil-Mediterran, 10 Babelmed. http://adriangrima.cjb.net

Page 13: LEJLA TA' FKIRA -DUN

FI-Okkażjoni ta' l-attivitajiet li saru f'ġieħ il-Poeta Nazzjonali, sew is­serata tal-lejla kif ukoll il-korteo nazzjonali bit-tfal ta' l-iskejjel kollha għall-Monument ta' Dun Karm fil-Furjana li sar nhar l-Erbgħa, 27 ta' Ottubru, il-Kumitat Festi Nazzjonali jixtieq irodd ħajr lil:

.. L-E.T. il-President Emeritus Dr. Ugo Mifsud Bonnici;

.. Ministeru tat-Turiżmu u Kultura;

.. Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Xogħol;

.. Dr Adrian Grima;

.. Il-Professur Oliver Friggieri;

.. Is-Sur Joe Borg, Għaqda tal-Malti (Universita);

.. Il-Pulizija speċjalment lis-Supt. Carm. Magro;

.. Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti;

.. Id-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni;

.. Is-Sur Tony Fenech (Education Officer) YSO;

.. Seminarju Arċiveskovili;

.. Skola Sekondarja tas-Subien Dun Karm ta' Ħaż-Żebbuġ;

.. Liceo Vassalli;

.. Skola Primarja Patri Wistin Born tal-Kalkara;

.. Il-Kantanti Mario Debono u Merga;

.. Is-Sur Joseph D. Fenech;

.. Is-Sinjuri Charles Briffa u Carlo Demanuele Olivari;

.. Alan Desira - Twilight Sound System

11

Page 14: LEJLA TA' FKIRA -DUN