Kitba ta' Dun Geoffrey G Attard

3
l@p OJJ l@v • Kitba ta' Dun Geoffrey G Attard Il-qima lejn il-Madonna ta' kienet ta' diversi studji matul li kien hemm min irrefera tat-tliet tal-Madonna' u dan mhux biss ismu marbut mar- rivelazzjoni tal-Madonna f'Ta' Pinu lil Karmni Grima, imma l-Knisja Katidrali kif ukoll knejjes parrokkjali - dawk ta' u huma ddedikati lill-Madonna titli differenti. Dan biex ma nsemmux il-kult qadim lejn l-Immakulata b'rabta mas-santwarju fil-Qala, kif ukoll l-istess kult fil-Knisja ta' San tar-Rabat, il-knisja tal-Madonna tal-Karmnu fix-Xlendi u diversi santwarji Marjani mxerrdin Is-Sultana tal-Qalb ta' mid-devozzjonijiet lejn il-Madonna hija dik lejn Marija Sultana tal-Qalb ta' Dwar il-kult lejn il-Qalb ta' nkiteb matul il-Knisja stess mexxiet 'il quddiem din il-qima u l-Quddiesa u l-Uffizzju Divin tas-solennità. Il-qima lejn il-Qalb ta' Marija hija sinonima ma' dan il-kult mhux qawwija daqstant. minbarra tal-Qalb ta' mwaqqfa fi l-episkopat tal-Agostinjan Fra Giovanni M. Camilleri1, il-Venerabbli Madre Margerita Debrincat flimkien qaddis Dun Diacono 2 waqqfet il -kongregazzjoni li l-isem tas-sorijiet tal-Qalb ta' fundazzjoni purament Ir-Rabat Festa 201 Il-Knisja Il-knisja u l-kunvent tas-sorijiet tal- Qalb ta' jinsab mill-aktar toroq tar-Rabat Triq Palma. · r Din it-triq hija parallela ma' Triq Santa Marija mar-Rabtin u t-tnejn li huma jinsabu fuq paralleli ma l-Knisja Parrokkjali ta' San li fiha Madre Margerita Debrincat, illum venerabbli. 3 Il-knisja tal-Madonna tal-Qalb ta' rabta kbira u intima ma' Dun Diacono. Fl-1877 dan kien parroku ta' San u fuq talba Refalo sab jmexxi grupp ta' xebbiet li kienu ir-responsabiltà ta' Karmena Xerri. Dawn iffurmaw 'it-Tnax-il Kewkba' tal-Qalb ta' Din hija is-sorijiet tal-istilla sal-lum. L-Istatwa L-istatwa tal-Madonna tal-Qalb ta' meqjuma f'din il-knisja saret f'Lecce u hija l-Madonna tas-sagru Kwor. 5 tas-sena 1885. li tinsab fuq l-altar Il-knisja kienet tbierket u nhar is-17 ta' Mejju 1885 u kienet ikkonsagrata nhar it-18 ta' April 1909. 6 Knejjes Fil -Knisja Parrokkjali u ta' Santa Margerita u Martri t'Antjokja f'Ta' Sannat insibu l-altar tal-Madonna Sultana tal-Qalb ta' Dan twaqqaf fis- sena 1886 minflok dak tal-Assunta, kif insibu miktub fil-ktieb tal-istorja Il- kwadru juri lill-Madonna timmanifesta lil Binha Dan il-kwadru huwa attribwit lil Michele Bellanti. Fis-Santwarju tal-Qalb ta' fil-Fontana, isib l-inkwadru tas-Sultana tal-Qalb ta' li jifforma sett flimkien ma' dak ta' San u li huma fuq kull tal-kwadru titulari. Dawn huma t-tnejn Lazzru Pisani. 8

Transcript of Kitba ta' Dun Geoffrey G Attard

Page 1: Kitba ta' Dun Geoffrey G Attard

~[}=illOJ][fil ~@][ft) ~OJ]lfiltfil[ft)@ l@~~[Q) l@p @~

OO~IT® OJJ ~~ l@v moow(ill®~

• Kitba ta' Dun Geoffrey G Attard

Il-qima lejn il-Madonna fil-gżira ta' Għawdex kienet is-suġġett ta' diversi studji matul iż­

żminijiet; biżżejjed ngħidu li ġieli kien hemm min irrefera għall-gżira tat-tliet għoljiet bħala

'il-gżira tal-Madonna' u dan bir-raġun għaliex

mhux biss Għawdex għandu ismu marbut mar­rivelazzjoni tal-Madonna f'Ta' Pinu lil Karmni Grima, imma l-Knisja Katidrali kif ukoll ħames knejjes parrokkjali - dawk taż-Żebbuġ, ta' Kerċem, ix-Xagħra, l-Għarb u Għajnsielem

huma ddedikati lill-Madonna taħt titli differenti. Dan biex ma nsemmux il-kult qadim lejn l-Immakulata Kunċizzjoni b'rabta mas-santwarju tagħha fil-Qala, kif ukoll l-istess kult fil-Knisja ta' San Franġisk tar-Rabat, Għawdex, il-knisja tal-Madonna tal-Karmnu fix-Xlendi u diversi santwarji oħra Marjani mxerrdin mal-gżira.

Is-Sultana tal-Qalb ta' Ġesu Waħda mid-devozzjonijiet lejn il-Madonna hija dik lejn il-Verġni Marija Sultana tal-Qalb ta' Ġesu. Dwar il-kult lejn il-Qalb ta' Ġesu nkiteb ħafna matul iż-żmien; il-Knisja stess mexxiet 'il quddiem din il-qima u saħanstira teżisti

l-Quddiesa Liturġikatal-Qalbta' Ġesu u l-Uffizzju Divin tas-solennità. Il-qima lejn il-Qalb ta' Marija hija sinonima ma' dan il-kult għalkemm mhux qawwija daqstant. F'Għawdex, minbarra l-Parroċċa tal-Qalb ta' Ġesu mwaqqfa fi żmien l-episkopat tal-Agostinjan Fra Giovanni M. Camilleri1, il-Venerabbli Madre Margerita Debrincat flimkien mas-saċerdot qaddis Dun Ġużepp Diacono2 waqqfet il-kongregazzjoni li ġġib l-isem tas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesu, fundazzjoni purament Għawdxija.

Ir-Rabat

Festa 201

Il-Knisja Il-knisja u l-kunvent tas-sorijiet Franġiskani tal­Qalb ta' Ġesu jinsab f'waħda mill-aktar toroq kummerċjali tar-Rabat t'Għawdex, Triq Palma. · r

Din it-triq hija parallela ma' Triq Santa Marija magħrufa mar-Rabtin bħala 'il-Mandraġġ' u t-tnejn li huma jinsabu fuq paralleli ma l-Knisja Parrokkjali ta' San Ġorġ li fiha tgħammdet Madre Margerita Debrincat, illum venerabbli.3

Il-knisja tal-Madonna tal-Qalb ta' Ġesu għandha rabta kbira u intima ma' Dun Ġużepp Diacono. Fl-1877 dan is-saċerdot kien il-viċi­

parroku ta' San Ġorġ u fuq talba tal-Arċipriet Feliċ Refalo sab ruħu jmexxi grupp ta' xebbiet li kienu taħt ir-responsabiltà ta' Karmena Xerri. Dawn iffurmaw 'it-Tnax-il Kewkba' tal-Qalb ta' Ġesu4• Din hija r-raġuni għalfejn is-sorijiet għadhom magħrufin bħala tal-istilla sal-lum.

L-Istatwa L-istatwa tal-Madonna tal-Qalb ta' Ġesu meqjuma f'din il-knisja saret f'Lecce u hija magħrufa bħala l-Madonna tas-sagru Kwor. 5

Inġabet għall-bidu tas-sena 1885. Tqiegħdet fin-niċċa li tinsab fuq l-altar prinċipali. Il-knisja kienet tbierket u nfetħet nhar is-17 ta' Mejju 1885 u kienet ġiet ikkonsagrata nhar it-18 ta' April 1909.6

Knejjes oħra Fil-Knisja Parrokkjali u Matriċi Arċipretali ta' Santa Margerita Verġni u Martri t'Antjokja f'Ta' Sannat f'Għawdex, insibu l-altar tal-Madonna Sultana tal-Qalb ta' Ġesu. Dan twaqqaf fis­sena 1886 minflok dak tal-Assunta, kif insibu miktub fil-ktieb tal-istorja tal-parroċċa. 7 Il­kwadru juri lill-Madonna timmanifesta lil Binha Ġesu. Dan il-kwadru huwa attribwit lil Michele Bellanti.

Fis-Santwarju tal-Qalb ta' Ġesu fil-Fontana, wieħed isib l-inkwadru tas-Sultana tal-Qalb ta' Ġesu li jifforma sett flimkien ma' dak ta' San Ġużepp u li huma wieħed fuq kull naħa tal-kwadru titulari. Dawn huma t-tnejn xogħol taż-Żebbuġi Lazzru Pisani.8

Page 2: Kitba ta' Dun Geoffrey G Attard

Fil-Knisja ta' Sant'Antnin fl-Imġarr ta' Għawdex u li jieħdu ħsiebha l-Patrijiet Franġiskani Minuri msejħa ġiel i Osservanti imma l-aktar magħrufa f'pajjiżna bħala ta' Ġesu jew 'ta' Ġieżu' nsibu wkoll xogħol artistiku li jitratta dan is-suġġett. L-aktar xogħol awtorevoli dwar din il-knisja huwa l-ktieb tal-istoriku Patri Ġorġ Aquilina. Aquilina jagħmel riferenza għall-ist_ptwa tal­Qalb ta' Ġesu u dik ta l-Qalb ta' Marija li huma xogħol tad-ditta Fratelli Bertarelli ta' Milan.9

F'Ta' Sannat

Konklużjoni

It-tifkira liturġika tal-Madonna Sultana tal-Qalb ta' Ġesu tiġi ċċelebrata nhar il-31 ta' Mejju. Fost il-promoturi ewlenin ta' din id-devozzjoni nsibu lill-istess Patrijiet Franġiskani kif ukoll lil Jules Chevalier, saċerdot f'lssoudun fi Franza. Iċ-ċentru ta' din il-qima fil-gżejjer tagħna tibqa' l-Knisja tas-Sacro Cour li nsibu f'Tas-Sliema fejn ta' kull sena ssir festa sabiħa ad unur dan it-titlu għażiż Marjan.

L-lm[tarr

Page 3: Kitba ta' Dun Geoffrey G Attard

Referenzi 1 Joseph Bezzina, Fontana U Ġrajjietha(Storja ta ' Għawdex - 1), Gaulitana, 1986.

2 Charles Cin i/Joseph Bezzina, Victoria. A Portrait Of A City, (Sa lesians of Don Bosco/ Gutenberg Press Ltd) Malta 2012, 133.

3 http://www.stgeorge.org.mt/news details . asp?NewslD=2254 aċċessjata nhar il-Ġimgħa 23 ta ' Jannar 2015.

4 Tony Terrible, Teżori fil-Knejjes Maltin. Victoria u Fontana Għawdex, Pubblikazzjonijiet Indipendenza; Malta 2006, 247.

5 Charles Cini/Joseph Bezzina, Victoria. A Portrait Of A

Festa

City, (Salesians of Don Bosco/Gutenberg Press Ltd) Malta 2012, 133.

6 lbidem. 7 Joseph Bezzina, Sannat Fi Ġrajjiet Għawdex (Gozo • ~ll~~~~

Press; 1989) 438. J 8 Joseph Bezzina, Fontana U Ġrajjietha(Storja ta ' Għawdex - 1), Gaulitana, 1986, 45.

9 ĠorġAquilina , 11-Frangiskanif'Għajnsielem (TAU; Malta 2000) 48. Patri Ġorġ Aquilina ġabar l-istudji kollha dwar il-Franġiskani f'Malta fil-ktieb arċivolum inuż 1/­Frangiskani Maltin (Ta' Ġieżu). Mill-1482c sal-Konċilju Vatikan li - 1965c (Klabb Kotba Maltin; Malta, 2011) .

• w.t&.DJy~&PHo..-. -• lnstrumtrtts&Computws • er .. thlng Apptntus • Cyllndefs • B.C . .S.C:k.U • Torc:"-­.... , • Mask1 • Snoril•ll&.Flnt • H.P. CornptĦtlOI" Systtms • UrwĦl'WaW Seootonl &.

TelKommunk:lltion. System.