Leħen il-Qala Għid 2012

96

description

Leħen il-Qala Għid 2012

Transcript of Leħen il-Qala Għid 2012

Page 1: Leħen il-Qala Għid 2012
Page 2: Leħen il-Qala Għid 2012

Triq il-Forn, QALAtel: 2156 6748 / 9946 0763

The place for Ur future Shopping at the Best Discount Prices

Nawguraw l-G]id it-Tajjeb

lil Qalin kollha

Page 3: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

1

Il-Kelma tal-Arċipriet

Rev. Kan. Dr Joe Zammit

“Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex abbandunajtni?” (Mt 27,46).

Għajta tremenda! U ma nstemgħetx darba biss, minn fuq is-salib tal-għuda. Imma għadha tinstema’ kull fejn

hemm xi xorta ta’ tbatija. Taż-żgħir, tal-kbir, ta’ individwu, ta’ pajjiż. Kulħadd xi darba jew oħra għajjat f’qalbu din

l-għajta tal-fidwa. Imma mhux kulħadd għaraf jgħaddi, bħal Kristu, mit-tbatija għall-imħabba: “Missier, f’idejk

jien nerħi ruħi” (Lk 23,46).

Hija l-imħabba, it-tweġiba għat-tbatija, hekk li fl-imħabba t-tbatija ddub. Il-mewt issir il-ħajja. Imma trid tkun

kapaċi tħobb b’dan il-mod, altrimenti tibqa’ tokrob u tokrob u ma ssibx serħan għad-domanda: “Għaliex jien?”.

Mentri jekk tħobb, tara, tifhem u ssib ruħek imdawwar bil-providenza ta’ Alla li hi ta’ kull xorta. Jifhem it-tbatija

min iħobb, u dan hu importanti ħafna, għax is-salib ma jitlifx ġurnata, kuljum iżomm l-appuntament tiegħu.

Imma kif nagħmel biex nibda nħobb hekk, li ngħaddi mill-mewt għall-ħajja? Isma’ x’tgħidlek l-Iskrittura Mqaddsa:

“Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja. Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna” (1Ġw 3,14).

Mela ibda minn issa, dur dawra madwarek, u ilmaħ lil min hu fil-bżonn. Forsi martek, forsi żewġek, forsi l-ġirien...

u dawn tal-aħħar sintendi jkunu itqal, għax ma għandhomx l-istess demm tiegħek. Imma żomm f’moħħok li

minn demm ieħor li jiġri fik u fihom, id-demm għażiż ta’ Kristu Msallab li għajjat dik l-għajta tremenda u li għamel

possibli li aħna nkunu wlied tal-istess missier, u għalhekk aħwa. Dan hu l-Għid veru, l-Għid tal-aħwa.

Il-Għid it-Tajjeb

“Alla tiegħi, Alla tiegħi!”

Page 4: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

2

Il-Kelma tal-Arċipriet 1Ir-Randan f’Għawdex 3Editorjal 6San Ġużepp Fostna 7Fuq Tlieta toqgħod il-Borma 11Apprezzament - Sr. Mary Grima OCD 14Ġesù Mwaqqa’ għaż-żufjett 17Frak ta’ Storja 19Katakeżi - Lq. 12; Vers 13-31 21Id-Demm ta’ Kristu 23Il-Ministeri tal-Lajċi fil-Knisja 25Anton Buttigieg - 100 sena minn twelidu 27Qabduha fuq il-Pastorali 29English Speaking Corner 30Il-Ħniena Divina - Rigal ta’ Kristu lill-Umanità 31Dun Pupull Xuereb maħtur Monsinjur 33Mid-Djarju ta’ Ġużepp Debono 35Missjoni Żgħira ta’ talb 38Programm tal-Randan - Għid 41Programm tberik tal-Familji 44Min imur Ruma jitlef il-pultruna! 45Paġna Madonna tas-Saħħa 47Festa Speċjali u Unika 49Dun Anton jinħatar Monsinjur 53Gozo International Celebration 57O Żmien Ħelu 63Australian Qala Association 65Persunaġġi Qalin – Mons. Anton Sultana 67Is-Snajja’ fil-Qala 75Reċensjoni... tnedija ta’ ktieb 79Seminar Parrokkjali 83Poeżiji 84Kronaka tal-Parroċċa 87Ritratt tal-Ħarġa 91

F’Din il-Ħarġa

■ Direzzjoni u Amministrazzjoni: Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala, Għawdex.

Tel/Fax: 2155 6684 • Mobile: 9940 3612■ Toħroġ tliet darbiet fis-sena, fix-xhur t’April, Awwissu u Diċembru,

u titqassam b’xejn iżda kull offerta tiġi aċċettata.■ Il-fehmiet li jistqarru l-awturi u l-korrispondenti tal-artikli li jiġu

ppubblikati m’humiex neċessarjament dawk tal-Bord Editorjali.■ Kull korrispondenza għandha tintbagħat lill-Bord Editorjali,

“Leħen il-Qala”, Dar Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala, Għawdex, jew e-mail: [email protected]

■ Issettjat: Mario Bugeja. Mob: 9960 3167■ Stampat: A&M Printing Ltd. Qala. Tel: 2155 3217

Arċ. Kan. Joe ZammitChairman

Mario BugejaPubblikatur tar-Rivista

Mary Josette XerriJoe Grima

Qari tal-Provi

Lorne CremonaFrank Ion Magro

Ritratti

Euchar MizziEditur

Mary Josette XerriPhilip PisaniDoris Cutajar

Ġbir tar-Reklami

Victor GrechFr. Charles Buttigieg

Membri

-Lehen il-QalaL-40 Sena • No. 111 - Serje E - No. 22 • Għid 2012

B o R D E D I To R JA L I

Qoxra: Vara tal-Orazzjoni fl-Ort fil-Knijsa tal-Qala.

Fresh Fish Supplies

FISH MARKET

Mġarr Road, Għajnsielem, GozoTel: 21560 686 - 21555 668 - Fax: 21555 668 - Mobile: 9943 9012

Page 5: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

3

Ir-Randan f’Għawdexminn: Anton F. Attard

Żmien ir-Randan. Illum għal ħafna nies ir-Randan ifisser ftit li xejn u kieku ma jkunx il-Karnival lanqas jindunaw li jkun beda. Il-Karnival jispiċċa t-Tlieta. Mela r-Randan jibda l-Erbgħa, msejħa l-Erbgħa tar-Rmied.

Mnejn ġejja l-kelma Randan? Din mistoqsija ħafifa ħafna. Randan ġejja minn Ramadan, isem ta’ xahar tas-sena tal-Misilmin. Fix-xahar ta’ Ramadan il-Misilmin isumu. Mela, l-Insara Maltin u Għawdxin semmew iż-żmien li fih isumu, Randan. Kemm ir-Ramadan tal-Misilmin, kif ukoll ir-Randan tal-Insara jimxu mal-qamar għalkemm b’mod differenti.

Ir-Randan tal-Insara jimxi mal-festa tal-Għid li taħbat dejjem fl-ewwel Ħadd wara l-qamar kwinta ta’ wara l-ekwinozju tar-Rebbiegħa. L-ekwinozju tar-Rebbiegħa jaħbat wara l-21 ta’ Marzu u ekwinozju tfisser meta n-nhar u l-lejl ikunu ndaqs.

L-ewwel ġurnata tar-Radan tissejjaħ “l-Erbgħa tar-Rmied” jew Ras ir-Randan. Ras tfisser il-bidu jew l-ewwel jum. Infatti, il-Lhud l-ewwel jum tas-sena jsejħulu Rox ax-Xana – Ras is-sena. Mela Ras ir-Randan u l-Erbgħa tar-Rmied huma l-istess ħaġa.

Tissejjaħ l-Erbgħa tar-Rmied għaliex dakinhar fil-quddies issir iċ-ċerimonja tar-rmied. Il-qassis jitfa’ ftit irmied fuq ras il-fidili u jgħidilhom il-kliem ta’ l-Iskrittura “trab kont u trab terġa’ ssir”. Dan l-irmied jagħmluh billi jaħarqu l-weraq tal-palm u taż-żebbuġ imbierek minn tas-sena l-oħra.

Sawm u Astinenza:F’Ras ir-Randan, mela, jibda s-sawm. Dari, nhar it-Tlieta filgħaxija tokki speċjali kienu jindaqqu mill-kampnari tal-knejjes biex ifakkru li l-għada jibdew il-jiem tas-sawm u l-astinenza. Ras ir-Randan għadha sal-lum, flimkien mal-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira, bħala ġurnata li fiha l-fidili Kattoliċi huma obbligati jsumu u jastjienu milli jieklu l-laħam. U l-laħam li ma jistax jittiekel hu dak li ġej minn annimali ta’ demmhom sħun: mammiferi, bħal baqar, majjali u fniek, inkella tjur u għasafar, bħal tiġieġ, papri, dundjani u bċieċen.

Il-laħam ta’ annimali ta’ demmhom kiesaħ bħal ħut, per eżempju vopi u sawrell, inkella r-rettili, bħal per eżempju l-fekruna, dan jista’ jittiekel.

Issa dari l-Għawdxin kienu jsumu l-ġranet tar-Randan kollha ħlief il-Ħdud u l-festi kkmandati. Kienu jsumu magru strett, jiġifieri la laħam u lanqas prodotti ġejjin mil-laħam bħal bajd u ħalib. Filgħodu tè jew kafè b’xejn u bukkun żgħir ħobż sal ikla ta’ nofsinhar.

Tant kien hemm reqqa fis-sawm li saħansitra kienu jiżnu l-ħobż li ma jmorrux jieklu xi daqsxejn aktar milli tippermetti l-liġi tal-Knisja jew il-preċett dwar is-sawm. Minn nofsinhar sa filgħaxija ma kien jista’ jittieħed xejn ħlief xi tazza ilma. In-nies tax-xogħol biss kienu jieħdu xi ftit kafè jew tè b’xejn.

Fil-bidu tar-Randan f’Għawdex kellna d-drawwa li n-nisa tad-dar jaqilbu l-borma wiċċha ’l isfel, jiġifieri fir-Randan m’hemmx tisjir. Fil-ġranet tar-Randan, il-ħut kien ikun iqum xi ftit iżjed għaliex kien imfittex ħafna. Hekk ukoll ħut immellaħ bħat-tonn, is-sardin u l-inċova. F’Għawdex kien hawn ukoll id-drawwa li jagħmlu l-ftajjar tar-Randan, l-aktar għal filgħaxija. Kien hemm xi daqsijiet differenti li kienu jinbiegħu bi prezzijiet differenti tat-tliet ħabbiet, tas-sitt ħabbiet, tas-sold u jekk ikun fiha s-sardin jew l-inċova żewġ soldi.

Stuffat tal-fekruna:Bħalma diġà għedt, ir-rettili, bħall-fekruna, huma wkoll annimali demmhom kiesaħ u allura laħamhom jista’ jittiekel fir-Randan. Il-laħam tar-rettili hu rikk fil-proteini u tajjeb għas-saħħa. Fost ir-rettili li jittieklu hemm il-fkieren tal-baħar, tajbin ħafna biex jissajru stuffat. Infatti fis-suq tal-ħut tar-Rabat ta’ Għawdex waħda mill-għajtiet folkloristiċi tal-bejjiegħa tal-ħut kienet: għall-istuffat fekruna!

Issa dari fir-Randan, il-fekruna kienet tinbiegħ imsajra u lesta. U ħafna kienu dawk l-Għawdxin li kont tarahom sejrin jixtru platt fekruna mill-ħanut li kien ibiegħ l-ikel fir-Rabat ta’ Għawdex.

F’Għawdex l-aktar statwi antiki tal-passjoni jinsabu fil-Katidral. Jingħad li nħadmu minn Sqalli li biex jaħrab mill-ġustizzja mar jieħu kenn fil-knisja ta’ San Ġużepp il-Qadim fil-Kastell, knisja li għadha teżisti sal-lum, proprjetà tal-Kapitlu tal-Katidral, u li tinsab miżmuma tajjeb ħafna.

Page 6: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

4

L-istatwi l-antiki tal-Katidral jirrappreżentaw dawn il-misteri: L-Orazzjoni fl-Ort tal-Ġetsemani, il-Flaġellazzjoni jew Ġesù marbut mal-kolonna, l-Aċċjomu jew tal-Porpra, u r-Redentur jew Ġesù Mgħobbi s-Salib. Mal-ewwel ġimgħa tar-Randan dawn l-istatwi jinħarġu waħda kull ġimgħa fil-Knisja Katidrali, dari msejħa l-Matriċi, għall-qima tal-pubbliku.

Meta jinħarġu għall-qima tal-pubbliku fil-Knisja Katidrali l-istatwi tal-Orazzjoni fl-Ort u tal-Imgħobbi kienu jkunu mlibbsin ħwejjeġ tas-satin għaliex dawn huma manikini, jiġifieri tagħhom għandna biss l-uċuħ, l-idejn u s-saqajn. Il-bqija magħmul mix-xkejjer, mit-tiben u mill-injam, li jitgħatta kollox bil-ħwejjeġ.

Ħadd il-Palm, Ħadd il-Passjoni, meta kienu jgħattu l-inkwadri bi drapp vjola, l-inkwadri kollha minbarra tal-Via Sagra, għaliex aktar ma toqrob il-Ġimgħa l-Kbira, aktar tikber id-devozzjoni tal-Via Sagra. Il-Via Sagra tfakkarna fil-knisja ta’ San Ġużepp tas-Suq, knisja ċkejkna li kellha titwaqqa’ biex flokha tinfetaħ il-Pjazza ta’ quddiem il-Bażilika ta’ San Ġorġ. Min kien jidħol f’din il-knisja kien jistħajlu li mid-dinja moderna f’daqqa waħda jsib ruħu f’dinja ta’ mijiet ta’ snin ilu. Kienet knisja ġawhra ta’ antikità li ntilfet minħabba l-esiġenzi moderni.

Nhar il-Ġimgħa ta’ qabel Ħadd il-Palm, jiġifieri tmint ijiem qabel il-Ġimgħa l-Kbira taħbat il-festa tad-Duluri, festa devota. Dakinhar, dari kienu jsumu ħobż u ilma, sawma msejħa s-Sawma tas-Seba’ Bukkuni, bħalma tfakkarna din it-taqbila:

F’Ġieħ in-niket tad-Duluri,Loqma ħobż jaħasra tuni,F’din is-sawma ħobż u ilmaGħandi bżonn seba’ bukkuni.

Dawk li kienu jsumu ħobz u ilma kienu jduru u jiġbru seba’ bukkuni mingħand in-nies biex jumiljaw ruħhom, imbagħad, jieklu bukkun u l-oħrajn kienu jqassmuhom lill-fqar.

Il-festa tad-Duluri hija festa devota tabilħaqq għaliex saħansitra ħaddiema tal-partikular jew tal-privat ma jaħdmux. F’din il-festa tista’ tgħid li filgħaxija ssir il-purċissjoni li fiha jieħu sehem kulħadd. Il-purċissjoni tad-Duluri minbarra li ħafna nies jimxu ħafjin, f’ċerti parroċċi jieħdu sehem ukoll midinbin pubbliċi. Verament, Marija Addolorata hija l-Omm ta’ kulħadd, għaliex Binha Ġesù miet għal kulħadd, l-aktar għall-midinbin.

Fir-Rabat, Għawdex, din il-purċissjoni toħroġ mill-knisja żgħira ta’ San Ġakbu, purċissjoni li tkun immexxija mill-Fratellanza tad-Duluri, li membri tagħha nsibu l-ogħla u l-aqwa ċittadini tal-gżira Għawdxija.

Wara l-festa tad-Duluri jiġi Ħadd il-Palm jew Ħadd iż-Żebbuġ. F’dan il-jum issir il-Purċissjoni bil-weraq tal-palm u ż-żebbuġ imbierek, u fil-quddiesa jinqara l-Passju jew aħjar l-istorja tal-Passjoni. Dan il-weraq jużawh biex f’Sibt il-Għid u fi żminijiet oħra jbaħħru bih. Infatti l-irmied ta’ Ras ir-Randan jew l-Erbgħa tar-Rmied isir ukoll minn dan il-weraq tas-sena ta’ qabel.

Ħadd il-Palm kien festa nteressanti ħafna għat-tfal Għawdxin. Huma kienu jagħmlu ħafna għeliem tal-passjoni bil-weraq tal-palm. Salib, salib tal-Kavallieri mżejjen b’werqa żebbuġa, salib bis-sellum, bit-tnalja u bil-martell, kuruna, musmar, sellum, xabla, xi ċurkett u hekk.

Iż-żebbuġ imbierek nhar Ħadd il-Palm, minbarra t-tbaħħir kienu jużawh ukoll biex iqegħduh fil-pruwa

L-Orazzjoni fl-Ort tal-Katidral

Id-Duluri tal-Qala

Page 7: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

5

L-istatwa tad-duluri kienet tinġieb minn San Ġakbu. Fil-għamla tagħha din l-istatwa ma kinitx taqbel mas-sett. Illum kemm San Ġorġ, kif ukoll il-Katidral għandhom statwa tad-Duluri ġdida kull wieħed.

Fl-Erbgħa tat-Tniebri kienu jgħattu t-twieqi u b’hekk fil-knisja joħolqu atmosfera ta’ dlam u dwejjaq. Jithejja wkoll is-Sepulkru jew l-Artal tar-Ripożizzjoni fil-Knejjes Sagramentali. Fir-Rabat, Għawdex, il-Viżti tas-Seba’ Knejjes jistgħu jsiru f’seba’ knejjes differenti għaliex hemm saħansitra aktar minn seba’ knejjes Sagrametali.

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, wara l-funzjoni, issir il-purċissjoni tal-Passjoni: f’xi purċissjonijiet illum insibu ħafna gruppi ta’ persunaġġi bibliċi u nies iġorru l-ktajjen. Dawn ifakkruna meta l-ilsiera kienu jagħmlu wegħda li jkaxkru l-ktajjen tal-jasar fil-purċissjoni tal-Birgu. F’dan il-jum, il-qniepen ikunu ħiemda, u xi drabi jdoqqu ċ-ċuqlajta, drawwa oħra li daħlet minn Malta.

Sibt il-Għid: dari l-Glorja kienet iddoqq għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu u kien isir it-tbaħħir tad-djar, imqawel, bhejjem u saħansitra t-tfal. Kienu jaħslu t-tfal fl-ilma bil-ward tas-Sepulkru u dawk it-tfal li kienu se jimxu, jitilquhom jimxu.

Il-Ġimgħa Mqaddsa tagħlaq bil-festa kbira tal-Għid, il-Għid il-Kbir, l-akbar festa tal-Knisja Kattolika. Hija wkoll il-festa tal-figolli u ħelu ieħor bħal ngħidu aħna; l-kwareżimal, (ħelu ta’ żmien ir-Randan), qagħaq tal-għasel, xi qalb immarmorata (bil-ġelu qisu rħam) u qassatelli. Ma tonqosx xi turtiera qassatat tal-Għid mimlija bil-ġobon frisk u ful aħdar, skont id-drawwa tradizzjonali Għawdxija.

ta’ xi qoxra tal-baħar: idendluh f’xi maqjel, u jużawh bħal asperġes meta jitfgħu l-ilma mbierek fuq xi ħadd qiegħed imut.

Wara l-festa tal-Għid il-Kbir, il-Fra tal-Kapuċċini joħroġ iqassam iż-żebbuġ imbierek l-aktar lil dawk in-nies li matul is-sena jkunu kkontribwew prodotti u flus liċ-ċirkatur tal-kunvent. Dari l-Fra tant kien iqassam friegħi taż-żebbuġ imbierek li kien ikollu joħroġ bil-karrettun tal-ħmara mgħobbi sa ruħ ommu.

Wara li matul ir-Randan il-vari tal-Orazzjoni fl-Ort, tal-Kolonna, tal-Porpra u tal-Imgħobbi kienu jkunu esposti fil-Katidral, waħda kull Ħadd tar-Randan, dawn il-vari kienu jitniżżlu fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ biex fil-Ġimgħa l-Kbira ssir il-purċissjoni tal-Passjoni bihom. Għalhekk f’Ħadd il-Palm kienu joħorġu l-Vara l-Kbira u jpoġġuha fuq il-presbiterju tal-istess knisja parrokkjali għall-qima tal-pubbliku.

It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa jsir it-tqassim taż-żimarri u tal-għeliem tal-passjoni lil dawk it-tfal li jkunu se jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Kien ikun hemm ukoll dawk li jerfgħu bandalori u fanali. L-irġiel jieħdu ħsieb il-forċini u biex jerfgħu mill-isatwi.

Għall-purċissjoni tar-Rabat, li dari kienet toħroġ minn San Ġorġ, l-istatwi tal-Kolonna u tal-Porpra kienu jinġiebu mill-Katidral merfugħin fuq bradella b’żewġ fanali quddiem u naturalment, b’qatgħa tfal jiġru madwarhom. L-irjus, l-idejn u s-saqajn tal-Orazzjoni fl-Ort u tal-Imgħobbi kienu jitniżżlu f’kaxxa.

Il-Vara l-Kbira San Ġorġ

Id-Depożizzjoni tal-Qala

Page 8: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

6

Għeżież ħuti Qalin, iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd. Ftit jiem ilu konna qegħdin niċċelebraw il-Festa kbira u sabiħa tal-Milied. Illum qegħdin niċċelebraw il-Festa Sollenni tal-Għid Il-Kbir. Festa kbira. Festa unika u ewlenija tal-Knisja Kattolika. Festa li tfakkarna fil-Passjoni, il-mewt imma anke fil-Qawmien ta’ Kristu mill-imwiet. Rebħa li fuqha hija bbażata l-fidi tagħna. Din hi l-akbar festa tal-Knisja Kattolika.

Dawn huma ġranet sbieħ li jnisslu meditazzjoni u ndiema profonda fuq il-ħajja tal-Imgħallem tagħna Ġesù. Ġrajjiet mimlija mħabba għalina l-bnedmin midinba ta’ kull żmien. “M'hemmx imħabba akbar minn din, li wieħed jagħti ħajtu għal għajru, għall-umanità kollha, għalina lkoll. U allura hija ħaġa naturali li dan hu żmien ta’ rikonċiljazzjoni tagħna ma’ Alla u wara ma’ ħutna l-bnedmin. L-imħabba meta hija vera u mhux bil-fomm biss, hija mħabba totali u li ma teskludi lil ħadd. Dan jgħodd b’mod partikulari għalina bħala komunità nisranija Parrokkjali li ngħixu flimkien, li nafu lil xulxin, li aktarx imħalltin ma’ xulxin u li lesti dejjem biex ngħinu lil xulxin fil-bżonnijiet kollha li jkollna u li almenu nkunu nafu bihom.

Għalhekk ejjew inħallu t-tbatija, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù jinżlu ġewwa fina, jsaqquna b’dak id-demm prezzjużissimu tiegħu u b’hekk jibdluna għall-aħjar u jagħmluna familja Parrokkjali waħda magħquda mal-Arċipriet u l-kleru kollu tagħna, familja li jinqalgħu kemm jinqalgħu diffikultajiet u problemi, għax dawn huma parti mill-ħajja ta’ kuljum tagħna, però nibqgħu magħqudin flimkien fir-rispett, fl-imħabba, fit-talb u naturalment fil-għajnuna li kull wieħed u waħda minna tista’ u kapaċi toffri għas-soluzzjoni ta’ dawn il-problemi.

Nerfgħu ħarsitna ’l fuq lejn Ġesù, l-Immakulata u l-Patrijarka San Ġużepp li tagħhom tant aħna devoti u nitolbuhom biex jinterċedu għalina quddiem il-Missier, f’kull sitwazzjoni li nsibu ruħna fiha. B’hekk aħna wkoll għad ġurnata nqumu wkoll bħal u ma’ Ġesù Irxuxtat.

B’hekk inkunu verament denji tal-Ispirtu li l-Festa tal-Għid il-Kbir iġġib fil-qlub ta’ dawk li huma veri nsara awtentiċi li jimxu wara Ġesù.

L-Għid it-Tajjeb lil kulħadd.

Euchar Mizzi.Editur.

L-Editorjal

“Qam mill-Imwiet, Kif Kien Qal”

Appell: Rivista Leħen Il-QalaIl-Bord Editorjali tar-rivista “Leħen Il-Qala” għandu pjaċir jikkonferma li qed jagħmel kull ma jista’ sabiex ikompli jikkonsolida l-kwalità ġa tajba tar-Rivista. Mhux biss, iżda qed isir dak kollu possibbli sabiex din il-kwalità tkompli togħla u titjieb.

Kif wieħed jista’ jifhem dan isir b’żewġ modi; • b’investiment ta’ ħsieb, ippjanar u ħidma, u dan kollu qed isir fuq bażi volontarja, • b’investiment finanzjarju kemm f’dik li hija kwalità ta’ stampar kif ukoll kwalità tal-karta u l-preżentazzjoni.

Dan qed isir ukoll.

Għalhekk il-Bord jappella lilkom għeżież qarrejja regolari ta’ din ir-rivista, sabiex bħala apprezzament ta’ dan kollu, b’mod volontarju toffru xi ħaġa żgħira biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż involuti. Il-ġenerożità tal-Qalin m’hemmx għalfejn tistaqsi għaliha. Kunu ġenerużi mar-Rivista tagħkom.

Grazzi.Il-Bord Editorjali.

E-mail: [email protected]

Page 9: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

7

“SAN ĠUŻEPP FoSTNA”It-Tielet Parti:

(Jaqbad mill-Ħarġa tal-Milied 2011)

© kitba ta’ VICToR GALEA

a. L-Ewwel ta’ Mejju. Illum l-istaġuni jibdew bis-solstizju tas-sajf u l-ieħor tax-xitwa u l-ekwinozju tar-rebbiegħa u dak tal-ħarifa, li jaħbtu madwar il-wieħed u għoxrin ta’ Ġunju u ta’ Diċembru, u ta’ Marzu u ta’ Settembru, kull wieħed. Issib li kull bidla ta’ dawn l-istaġuni hi marbuta ma’ festa tal-Knisja: San Ġwann tas-sajf, il-Milied tax-xitwa, il-Lunzjata tar-rebbiegħa u San Mikiel tal-ħarifa. Mal-bidu tal-istaġuni dari kellna wkoll il-kututempri, tlitt ijiem sawm u astinenza, jiġifieri bla laħam, li kienu jaħbtu nhar l-Erbgħa, il-Ġimgħa u s-Sibt, qabel jibda l-istaġun biex, kif ngħidu, Alla jibgħatha tajba.

Imma fl-antik l-istaġuni kienu jibdew fi żmien ieħor. Bħall-istaġuni tal-lum, dawn għadhom jitfakkru b’festi tal-Knisja, kif ukoll fid-drawwiet tal-poplu. Ix-xitwa kienet tibda fl-ewwel ta’ Novembru, jum li fih il-Knisja daħħlet lill-Qaddisin Kollha. Għas-sħaħar tal-Ewropa dan kien jum tassew mill-kbar, l-iktar matul il-lejl ta’ qabel il-festa, li għadu mfakkar b’karnival sħiħ l-Amerka, u issa dieħel Malta.

Tliet xhur wara, fl-ewwel ta’ Frar kienet tibda r-rebbiegħa, li aħna norbtuh mal-Gandlora, il-festa tad-dawl. Għadek tisma’ li nhar il-Gandlora, ix-xita tvara, jiġifieri ssalpa u titlaq. Ngħidu wkoll li Frar hu x-xahar tal-ġlieġel, għax fi Frar jaħbat il-Karnival, li billi marbut mar-Randan, hu stess mal-Għid il-Kbir, li b’xorti ħażina jimxi mal-qamar, jitbandal ‘il fuq u ‘l isfel, bħal baħri fis-sakra. Għalhekk il-Karnival inqala’ mill-jum sewwa tiegħu li kien jaħbat lejlet il-Gandlora.

Is-sajf, imbagħad, kien jibda fl-ewwel ta’ Mejju. Dan kien jum ta’ ferħ kbir għax kien se jibda s-sajf, imma kien jum kbir ieħor għas-sħaħar, għax is-sħaħar tal-Ewropa, bħas-sħaħar kollha tad-dinja, jibqgħu marbuta mar-reliġjon il-qadima, billi m’humiex ħlief is-saċerdotessi tagħha, li warrbuhom żmien ilu l-irġiel. Fl-ewwel ta’ Mejju, bħalma kienu jagħmlu fl-ewwel ta’ Novembru, kienu jqabbdu kotra ta’ ħġejjeġ maħsuba kemm biex ix-xemx tkattar dawlha kif ukoll biex ibiegħdu l-mard, billi n-nar ikeċċi n-nar tad-deni.

Is-sħaħar, lejlet l-ewwel ta’ Mejju, kien ikollhom xalata sħiħa, għaddejjin jittajru fuq lasta ta’ mselħa jew fuq dahar ta’ bodbod, għal-laqgħa l-kbira li kien ikollhom fuq muntanja, il-Ġermanja. Billi l-Ġermaniżi kienu jibżgħu qatigħ mis-sħaħar, ħatru lil Santa Walburga, li l-festa tagħha taħbat sewwasew dakinhar, biex trażżanhom u ma tħallihomx jagħmlulhom ħsara. Santa Walburga

4. San Ġużepp, Patrun tal-Ħaddiema. kienet soru Ingliża li marret missjunarja l-Ġermanja ma’ ħutha. Hemm laħqet badessa u mietet fis-sena 780. Għalhekk il-Ġermaniżi, lejlet l-ewwel ta’ Mejju jsibuh il-lejl ta’ Santa Walburga.

b. L-ewwel ta’ Mejju, barra u Malta. Għan-nies tal-kampanja, l-ewwel ta’ Mejju kien ifisser il-purċissjoni bl-inwar taż-żagħruna u bid-divertiment u ż-żfin madwar l-arblu ta’ Mejju, li kienu mdorrija jwaqqfu f’nofs il-moxa tħaddar bil-ħaxix. Malli jisbaħ kienu jerħulha għall-bosk, li dari kien jibda kif kont tħalli r-raħal, biex jaqtgħu l-friegħi kollha nwar, bukketti bukketti, taż-żagħruna, li hi għanżalora salvaġġa, li dik il-ħabta tiżgħed bl-għenieqed ta’ nwar bojod jarmu fwieħa taqsam.

Kienu jemmnu li s-siġra taż-żagħruna kienet imsaħħra u kulmin imissha dakinhar kien jissaħħar ukoll. Wara li kienu jaqtgħu l-friegħi bl-inwar ħalli jagħmluhom kuruna ma’ rashom, kienu jaqtgħu oħrajn ħa jżejnu l-arblu ta’ Mejju, u jeħduhom purċissjoni sal-moxa tar-raħal, fejn twaqqaf l-arblu. Dawn il-friegħi kienu jorbtuhom maż-żigarelli mdendla minn ras l-arblu. Mal-arblu kienu jintrabtu wkoll id-daqqaqa biż-żmamar u t-tnabar, ħa jżommu t-temp taż-żfin madwar l-arblu li kien jibda dikment, kulħadd iżomm żigarella f’idu.

Dan iż-żfin madwar l-arblu ta’ Mejju lili ma jistax ma jfakkarnix fil-komattiva li jiżfnu f’raħli, ix-Xagħra, fil-jiem tal-Karnival. Flok arblu oħxon qisu motwa ta’ newl, ikollhom lasta eħfef, b’bixkilla tal-frawli, tawwalija u dejqa, imdaħħla fil-quċċata tal-lasta, biex magħha jidfru ż-żigarelli huma u jiżfnu. Kif kienu jagħmlu fl-ewwel ta’ Mejju meta kienu jagħżlu l-isbaħ tfajla tar-raħal bħala reġina ta’ Mejju, hekk ukoll ix-Xagħra għadhom jagħżlu xbejba liebsa sabiħ, jgħidulha l-għarusa tal-Karnival.

Flok din ir-reġina fil-Knisja Kattolika tfaċċat il-Madonna ta’ Mejju, li Dun Karm isejħilha x-xemx tal-ħolqien, tbajjad kollha dija u mżejna bil-fjuri, bħalma kienet fir-reliġjon il-qadima, għax isem l-ewwel ta’ Mejju bl-Irlandiż hu Beltein, jum in-nar tal-alla tal-bjuda u tad-

Page 10: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

8

dija, billi dakinhar iqabbdu l-ħġejjeġ bħal lejlet San Ġwann.

Fi żmien il-Kavalieri, Malta wkoll kienet issir il-festa tal-ewwel ta’ Mejju. Is-sunett ta’ Ġann Franġisk Bonamico, (1639-1680), li jibda: Mejju ġie bil-ward u ż-żahar, Għadda l-bard, ix-xita u l-beraq, Tgħattiet l-art bin-nwar u l-weraq, Heda r-riħ, siket il-baħar, kitibha f’ġieħ il-Grammastru Kottoner għal dil-festa.

Biss l-arblu ta’ Mejju li kienu jwaqqfu fil-Pjazza tal-Palazz, il-Belt, iktar kien qisu ġostra milli arblu mżejjen biex jiżfnu madwaru. Kienu jidilkuh dilka xaħam kif tmiss il-liġi, u fuq kienu jdendlu l-barka t’Alla ma’ rota. Kien qisu l-kukkanja li kienet tintrama fl-istess post nhar it-Tnejn tal-Karnival wara l-għasar.

Fi żmien l-Ingliżi, l-arblu ta’ Mejju, li n-nies kienet tgħidlu l-mejju biss, intrama darbtejn b’konsegwenzi koroh. Mid-disgħa sal-ħdax ta’ Mejju tal-1814, kienu saru festi kbar wara li Napuljun kien safa megħlub darba għal dejjem. Il-mejju tħalla għall-ħamsa ta’ fil-għaxija ta’ nhar it-Tnejn tad-disgħa tax-xahar. Sa ma wasal il-ħin kullimkien kien inħanaq bin-nies: il-pjazza, it-toroq, id-djar u l-bjut.

Pietru Pawl Castagna jgħidilna li kien hemm lesti biex jaħbtu għall-arblu erba’ kumpaniji ta’ tmien ġuvintur il-waħda: mill-Belt, mill-Furjana, minn Bormla u minn Ħaż-Żabbar. Kull ġuvni kellu stropp jew terħa biex jgħinuh jitla’ mal-arblu.

Flok qagħdu jistennew biex jagħtu s-salt xħin imisshom, ta’ Maltin li kienu, bdew jagħtu fuq xulxin destrasinistra. B’xorti ħażina, madwar l-arblu kien hemm għassa r-riġment Sqalli, nies ta’ qattagħni mill-agħar vagabondi li kien hemm Sqallija.

Dawn qabdu u ħarġu x-xwabel u bdew iduru mal-arblu għal darba, tnejn, tlieta, biex in-nies tagħmel il-wisgħa. Għalhekk in-nies bdiet tintafa’ fuq xulxin sa ma dawk li kienu fit-tarf qalbu l-balavostri li jagħtu għal fuq it-triq tal-palazz tal-isqof, u n-nies tgerrbet warajhom. Agħjat, biki, xhir u twerżiq liema bħalu.

F’kemm trodd salib il-pjazza tbattlet min-nies, u ma kien baqa’ ħadd ħlief it-tlieta u tletin ruħ li kienu mietu waqt ir-rambaġġ, ma’ għadd kbir ta’ feruti. Billi n-nies kienu marru b’tagħmira deheb fuqhom bil-kif, l-aħjar li kienu marru kienu s-suldati Sqallin li fit-taħbila li qamet kienu meddew idejhom u mlew bwiethom. Iż-żgħażagħ sadattant kienu ġew f’sensihom, ftiehmu biex jitilgħu wieħed, wieħed, wara xulxin u laħqet fuq il-kumpanija tal-Furjaniżi.

It-tieni straġi kienet saret meta reġgħu armaw l-arblu fl-1855, wara t-tmiem tal-gwerra tal-Krimea, kif Malta kienet mimlija riġmenti, u tant kien hawn liri tad-deheb

fl-idejn, li flok kuperċ għall-pipa, bdew jagħmlu lira minnhom, tleqq u tilma. Did-darba l-mejju waqqfuh Bormla, Fuq Santa Margerita, nhar il-Ħadd tal-erbatax ta’ Ottubru.

Billi kienet mixgħufa, għax ma kinitx insiet x’kien ġara erbgħin sena qabel, in-nies ma tantx tħajret tmur, imma l-pjazza kienet imtliet. Kif l-għors kien fl-aqwa tiegħu, ma jgħaddix riġment suldati għall-Kalkara, bit-tumtum tal-passpurtant! It-tanburlini fuq quddiem bdew jimbuttaw lit-tfal kurjużi min-nofs. Dawn irħewlha jiġru u gerrxu lill-kbar. In-nies, min ħarab, min waqa’ mal-art, u min gerbuh ta’ warajh, imma ħadd minnhom ma kien miet. Ma għandniex xi ngħidu l-agħar li marru kienu n-nisa, għax ħafna minnhom spiċċaw bla ċpiepet u bla ġiżirajjen.

ċ. L-ewwel ta’ Mejju, festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Fl-1955, il-Papa Piju Tnax waqqaf il-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem biex il-ħaddiema jżommuh xempju għalihom. Il-Papa kien għażel dak il-jum għall-festa l-ġdida, għax f’dan il-jum, sa mill-1889, kien qed jitfakkar Jum il-Ħaddiem, ġurnata li kienet għażlitha t-Tieni Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ħaddiema, f’laqgħa tal-partiti laburisti u soċjal-demokratiċi. Hawn Malta, l-ewwel Jum il-Ħaddiem kien tfakkar l-Isla, bit-tħabrik ta’ John Marks, wieħed mill-pijunieri tal-moviment tal-ħaddiema.

Kien bis-saħħa ta’ din il-festa, li l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina kien irnexxielha tinkuruna lil San Ġużepp ix-Xiħ. L-arċikonfraternità kien

Page 11: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

9

ilha sa mill-1940 titħabat, imma kollox baqa’ fejn kien. Wara li fl-1955 kienet bdiet issir il-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Ruma sa fl-aħħar iċċaqalqet għax fis-27 ta’ Settembru tal-1956 wasal id-digriet tal-inkurunazzjoni.

Iċ-ċerimonja kienet tħalliet għall-ewwel ta’ Mejju tal-1958, imma x-xitan deffes denbu, għax bl-inkwiet li kien inqala’ wara r-riżenja tal-Gvern Laburista, ix-xahar ta’ qabel, kien biss ħames snin wara, nhar l-ewwel ta’ Mejju tal-1963, li l-Arċisqof Gonzi seta’ jqiegħed il-kuruna fuq ras San Ġużepp ix-Xiħ u fuq ras in-naqra ta’ Bambin li għandu f’idu, fuq il-Fosos tal-Furjana, li kienet maħnuqa bin-nies.

d. San Ġużepp Ħaddiem tax-Xemxija. Din kienet l-ewwel knisja li nbniet Malta, lil San Ġużepp Ħaddiem, kif ukoll l-ewwel waħda li kellha l-artal iħares lejn in-nies. Sa mil-1935, il-patrijiet Kapuċċini kienu xtraw post ix-Xemxija fuq ir-riħ ta’ Rdum Irxaw. Dan kellu naqra ta’ kappella lil San Ġużepp Ħaddiem, fejn il-patrijiet kienu jqaddsu lil ftit nies li kien għad hemm f’dawk l-inħawi.

Meta l-inħawi bdew jimtlew bin-nies, il-patrijiet ħasbu biex jibnu knisja mdaqqsa għamla ta’ koppla, b’kampnar wieħed. Qiegħdu l-ewwel ġebla nhar is-sitta tax-xahar tal-Milied tal-1959. Billi ma tantx kien hemm għajnuna, il-knisja kellha titla’ bit-tbatija u bl-istink. Għalhekk kellhom jgħaddu seba’ snin biex setgħu jberkuha nhar it-23 tax-xahar tal-Karmnu.

Dnub li ħadd ma kien fetaħ għajnejn il-patrijiet biex ma jibnux knejjes ta’ dak id-daqs fuq sies ta’ rdum, bit-tafal taħt is-saff tal-blat. Għalhekk il-knisja ma kellhiex ħajja twila, għax il-konsenturi tista’ tgħid li kienu bdew jidhru mill-ewwel. Fl-1988 kellhom iħottuha biex flokha jtellgħu waħda iżgħar.

Imma kien biss fl-1992, wara tliet snin ta’ taħbit li ħareġ il-permess, u setgħu jagħtu rkaptu biex ippjantawha ġimgħa qabel San Ġużepp. L-ewwel ġebla qegħduha tista’ tgħid mas-sena wara, imma did-darba ma ħadux wisq biex lestewha u fetħuha nhar il-25 ta’ Ġunju tal-1994. Is-salib li hemm fil-knisja kienu tawhulhom s-Sorijiet il-Koħol, wara li għalqulhom l-isptar u keċċewhom minn hawn kiesaħ u biered fl-1981.

e. San Ġużepp Ħaddiem Ta’ Bwieraq, Birkirkara. Dil-knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem inbniet fil-minkeb li jagħmlu t-triq tan-Naxxar u t-triq tal-Wied ta’ Birkirkara, biex taqdi lin-nies li kienu bnew djarhom fl-inħawi ta’ Bwieraq, dari art moxa bejn Birkirkara u Ħal Balzan. Tant kibru l-inħawi ta’ Bwieraq bin-nies, li l-knisja saret parroċċa fit-tletin ta’ Marzu tal-1973, u għall-aħħar tal-1974, il-kumitat taċ-ċentru parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem ħa biċċa art fit-Triq ta’ Bwieraq stess biex bena ċentru parrokkjali fiha.

L-ewwel ġebla ta’ din il-knisja kien qegħidha l-Arċisqof Gonzi fl-1965 fuq biċċa art li kien taha b’xejn Ġużeppi Zerafa. Il-pjanta saret b’mod biex il-poplu waqt il-quddies jinġabar madwar l-artal, kif titlob il-liturġija wara t-Tieni Konċilju tal-Vatikan. Kien l-ewwel ta’ Mejju, nhar San Ġużepp Ħaddiem, tal-1967, li l-knisja fetħet għall-quddies, imma l-arċisqof berikha f’April tas-sena ta’ wara. Imbagħad, fl-1969 saret viċi-parroċċa, u parroċċa nhar San Ġużepp tal-1973.

Billi nhar l-ewwel ta’ Mejju kienet saret drawwa li jsiru laqgħat kbar fuq il-Fosos tal-Furjana u sfilata il-Belt, tal-Moviment tal-Ħaddiema, il-festa bdiet titħalla għat-tielet Ħadd fuq Ħadd il-Korpus. L-istatwa li saret l-Italja fuq disinn ta’ Emvin Cremona, turi lil San Ġużepp liebes ta’ ħaddiem kif għandu jkun.

(ikompli fil-ħarġa li jmiss tal-Festa ta’ San Ġużepp 2012)

Page 12: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

10

Opening Hours:Monday to Saturday 09.00 - 13.00

Friday open all day

146, Old Bakery Street, Valletta - MaltaShop: 2123 2933 • Mob: 9985 6842

GEORGE ZAMMIT & SONSdealer & suppl ier of re l ig ious a rtic les

Cera del l ’Erom - Xema Likwida

Xerriil-Bukkett

Bar - Restaurant Pizzeria

Zewwieqa Road, Qala - GozoTel: 2155 3500 • Fax: 2156 5394

Mob: 9949 0679E-mail: [email protected]

Gelluxa SupplieS ltdGeneral Merchant

Store A, N.B. Grunju Street,

Qala, Gozo

T: 2155 1555F: 2155 4273M: 9982 4300

E: [email protected]

Page 13: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

11

Din esperjenza unika! Hija l-esperjenza ħelwa u morra fl-istess ħin. Nista’ nsejħilha x-xarba “bitter sweet” fl-għarfien tal-misteru tal-preżenza t’Alla fl-uġigħ, fit-tbatija, fis-solitudni, fl-abbandun għar-rieda t’Alla... perijodu iebes u morr, fl-istess ħin ħelu u konsolanti. Hija l-esperjenza li fiha tifhem u ma tifhimx fl-istess ħin; li taf u tħoss il-preżenza t’Alla f’ħajtek fil-misteru Tiegħu, u fl-istess ħin tħossok trid tokrob u tgħajjat; “Alla tiegħi, Alla tiegħi għaliex tlaqtni!” Hija l-esperjenza tal-karba umana u divina ta’ Kristu fil-ġnien tal-Ġetsemani li tidher kontradittorja imma hija r-realtà tal-verità: “K’jista’ jkun, Missier, biegħed minni dan il-kalċi... Imma mhux li rrid jien, imma li trid Int!”

Din hija l-esperjenza unika meta lil Alla tifhmu u ma tifhmux, fil-kif u l-għaliex tal-għerf infinit Tiegħu; meta tara u fl-istess ħin ma tifhimx kif Alla qed iħobbok u fl-istess ħin qed

jitilqek fl-uġigħ u fit-tbatija: “Alla tiegħi għaliex tlaqtni!” u “Alla tiegħi, f’idejk jien nerħi ruħi!” Din hija l-esperjenza tal-għarfien ta’ Alla, li tħossu jħobbok ħafna ħafna u fl-istess ħin qed jitilqek u jabbandunak... X’misteru! X’paradoss! Morr u ħelu fl-istess ħin! Hija l-esperjenza vera u ħajja tal-ferħ fil-grotta fqajra u kiesħa ta’ Betlem, magħquda mal-uġigħ tal-“Aħħ!” u tal-“Ajma!” tal-Golgotha! Hawn u hekk biss jiftiehem u jagħmel sens dak l-Iben ta’ Alla li twieled biex imut! Hawn u hekk biss jiftiehem kif u għaliex dak Alla li “sar bniedem u għammar fostna” u fl-istess ħin “miet għalina u għall-fidwa tagħna!” Hawn u hekk biss tifhem kif Betlem jingħaqad mal-Golgotha għal skop u missjoni waħda; il-fidwa fit-tbatija! U jaqgħu l-argumenti umani: Imma għaliex? Imma kif Alla jħawwad l-affarijiet u t-tbatija tissarraf fil-ferħ veru?!

Iva misteru! Dan hu Alla fih innifsu! Dan hu Dak li ma jifhimhiex bħall-bnedmin! U m’hemmx triq oħra biex tifhem fil-kif u l-għaliex Tiegħu, ħlief dik ta’ Kristu, Ibnu stess u l-Waħdieni u Maħbub Tiegħu, dak li sar tarbija ħelwa f’maxtura biex ikun imsallab bħala l-agħar kriminal! Dak li waħdu twieled f’daqshekk faqar biex imut f’daqshekk moħqrija fuq salib! U tibqa’ tidwi f’widnejna l-mistoqsija; Imma għaliex kien meħtieġ hekk u daqshekk għall-fidwa tagħna?!

Iva, dan hu misteru kbir li tifhmu biss jekk Alla jogħġbu li jdaħħlek fih, bl-istess esperjenza, anke jekk limitata ħafna, ta’ Kristu fqir, batut, iżolat, abbandunat... L-ebda esperjenza oħra fil-ħajja tal-bniedem, speċjalment fin-nisrani li jemmen tassew, ma tista’ tkun daqshekk qawwija! L-ebda esperjenza oħra ma ddaħħlek fil-Misteru ta’ Alla biex tibda tifhem il-kif u l-għaliex tal-pjanijiet misterjużi Tiegħu! Ħadd u xejn ma jista’ jfehmek għaliex Betlem hija magħquda mal-Golgota u għaliex l-esperjenza ta’ Kristu hija l-esperjenza ta’ kull veru Nisrani! Hawn u hekk biss tista’ b’xi mod tifhem x’ifissru l-kliem ta’ Kristu: “Ejja u imxi warajja! ... Erfa’ salibek u imxi warajja! ... Fid-dinja jkollkom tbatu (bħali) ... Imma la tibżgħux! Jiena rbaħt id-dinja!”

minn: MoNS. ANToN SULTANA, Arċipriet Emeritus tal-Qala

Ingredjenti Spiritwali

Fuq tlieta toqgħod il-borma!(7)

Page 14: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

12

U meta tibda tifhem xi ftit din l-esperjenza ta’ Alla fix-xebh ma’ Ibnu mill-faqar tal-maxtura f’Betlem sal-eħrex maxtura tas-Salib fuq il-Kalvarju, tibda tiskot! Waħdek tieqaf tgerger u tilmenta, waħdek tħossok kuntent li tinsab waħdek, waħdek tibda tissaporti kull uġigħ u tbatija fil-provi tqal, twal u qarsa tal-ħajja; waħdek tibda tħossok ferħan u fil-paċi anke fl-uġigħ u fid-deżolazzjoni..... Imma taf għaliex? Għax taf li m’intix waħdek! Għax taf li Alla huwa miegħek! Għax taf il-kelma “Emmanuel! Alla magħna!” xi tfisser tassew fil-Milied, meta tingħaqad mal-karba ta’ Kristu fuq is-Salib, fl-uġigħ, fid-deżolazzjoni: “Alla tiegħi! Alla tiegħi!... “ X’misteru!

F’din l-esperjenza unika li Alla, bi grazzja speċjali, jaf jagħtik li jkollok meta tiġi żmien il-prova tal-fidi tiegħek fiH, tibda tinduna li Alla jrid jagħtik l-isbaħ rigal; li ssir tixbah aktar lil Ibnu! Tibda’ tifhem li biex tixbah tassew lil Kristu, m’hemmx triq oħra jekk mhux fl-uġigħ u t-tbatija, bħalu u miegħu, minn Betlem sal-Kalvarju! Hekk u hekk biss l-“Aħħ!” u l-“Ajma!” tiegħek jistgħu jinbidlu fi “Grazzi! Grazzi, Mulej... Iva, ħa jkun li trid Int, fis-sema u fl-art, fija u f’kulħadd, f’kollox u f’kull ħin...” Hekk u hekk biss il-morr isir ħelu, il-mard isir barka t’Alla, u l-uġigħ jinbidel f’balzmu ta’ fejqan sħiħ u veru! Hekk u hekk biss tibda’ sseħħ fik il-vera bidla ta’ kull attitudni tiegħek quddiem id-dinja, tal-istess karattru egoista, supperv, rgħib, mundan, karnali, arroganti u kull imbarazz ieħor tar-ruħ imtebba’ u mgħaddsa fid-dnub! Din hija l-“metanoia”, il-vera konverżjoni! Din hija l-“kenosis”, it-tbattil u l-ħelsien veru tiegħek miegħek innifsek! Din hija l-bidu tal-“ascesis” tiegħek mill-ħama ta’ dinja mqarrqa għall-ħajja ta’ dejjem!

U f’din l-esperjenza “bitter sweet” tat-tbatija li Alla jogħġbu jgħaddik minnha, tibda tara u tħoss il-qawwa t’Alla taħdem fik, u tibda tifhem għaliex is-Salmista jkanta u jgħid b’konvinzjoni: “Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni... Imqar jekk ngħaddi minn wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax Inti miegħi.... Il-ħatar (tat-tmexxija)

u l-għasluġ (tat-tbatija) tiegħek, huma jwensuni!” U jibda jonqos il-biża u l-qtigħ ta’ qalb, għax tifhem aktar il-kliem tal-Mulej lil Pawlu fil-krib tiegħu: “Il-grazzja tiegħi hija biżżejjed għalik, għax fid-dgħufija tiegħek tidher aktar u aħjar il-qawwa Tiegħi!”

Hekk jinbidel ukoll l-atteġġament tiegħek quddiem is-salib, u bħal Kristu tgħannqu miegħek għax tagħraf aħjar kif fis-salib biss hemm il-fidwa sħiħa, fil-mard hemm is-saħħa vera, fil-mewt, hemm ir-rebħa ta’ dejjem! U mat-twaħwiħ tal-“Aħħ!” u l-“Ajma!” tiegħek, mal-uġigħ u t-tbatija tiegħek, jingħaqdu fik, f’moħħok u f’qalbek, żewġ forzi kbar oħra: it-talb u l-offerta!

Iva! Żewġ qawwiet kbar tal-fidi tiegħek, imma aktar mill-qawwa tiegħek huma frott tal-Grazzja t’Alla li tibda tirranka ġo fik u bħal Marija ta’ Nazaret tgħid “Iva! Ħa jsir minni skont kelmtek!”. U bħal Ġesù u ma’ Ġesù fil-Ġetsemani, tagħraf tgħid b’vizjoni ta’ fidi sħiħa: “...Imma mhux li rrid jien, Missier, imma li trid Int!” Ma’ din l-aċċettazzjoni tas-Salib, tar-rieda tal-Missier, anke jekk tibqa’ ma tifhimx ċar bizzejjed il-“kif” u l-“għaliex” tal-pjan misterjuż ta’ Alla għalik personalment, tibda dieħla fik forza ġdida ta’ kuraġġ mis-Sema, mhux minnek innifsek, imma mill-qawwa tal-grazzja t’Alla ġo fik, li tħossha timbuttak bil-ħeffa lejn żewġ atteġġamenti speċjali; it-talb u l-offerta! Bla ma tinduna kif u għaliex, tibda tħossok trid titlob aktar bil-qalb, mhux bil-krib u bit-tinwiħ, imma bit-tifħir ‘l Alla u b’rassenjazzjoni kontinwa, anzi bil-ferħ! U mat-talb u l-uġigħ, tinbet ukoll il-ħtieġa f’qalbek li toffri kull tnehida u kull weġgħa, mhux għalik innifsek, imma għal ħafna oħrajn. Tibda tara u tħoss aktar għall-bżonnijiet u t-tbatija ta’ ħaddieħor milli għal dak li tixtieq għalik innifsek.

Għalhekk, meta l-Editur is-Sur Euchar Mizzi talabni nhar il-Milied biex nerġa’ nibda nikteb xi ħaġa għal-“Leħen il-Qala”, wara l-esperjenza “bitter-sweet” ta’ seba’ ġimgħat ta’ tbatija u uġigħ, ħassejtni ispirat l-għada tal-Milied filgħodu kmieni, minn tliet kelmiet li daħlu f’daqqa f’moħħi; “ I n w a ħ w a ħ – Nitlob – u Noffri!” U ftakart li dakinhar kienet il-festa ta’ San Stiefnu, u li dan kien l-atteġġament tiegħu fil-martirju aħrax li huwa ġarrab. Għax dawn jiġbru fihom il-veru sens tat-tbatija fil-ħajja tal-veru Nisrani. K’tifhem sew x’ifissru fil-prattika tal-prova, tifhem ukoll l-essenza

Page 15: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

13

tat-teoloġija tas-Salib. Tifhem aħjar kif Alla jħobbna meta jdawwaqna daqsxejn mit-tbatija u l-uġigħ ta’ Kristu, biex insiru nixbhuh u nimxu warajh mill-faqar tal-grotta ta’ Betlem sal-kefrija tal-għolja tal-Kalvarju. Jekk dawn it-tliet kelmiet ma tomgħodhomx sewwa fit-tbatijiet ta’ ħajtek, la ssir taf min hu Kristu għalik, la taf għalfejn int tissejjaħ Nisrani, la tifhem il-valur kbir tat-tbatija, la tasal biex taċċetta l-pjan u r-rieda t’Alla, la tifhem kif Alla jħobbok b’mod speċjali meta jippermetti provi tqal ta’ uġigħ fil-ġisem jew fil-qalb, u lanqas qed taħseb fis-salvazzjoni ta’ ruħek. Taf biss tiddejjaq, tgerger, teqred, k’mhux ukoll tiddispra! Għax l-uġigħ tħossu aktar...

(1) Twaħwaħ: Din hi r-realtà umana fl-uġigħ! L-“ajma” u l-“aħħ” huma tnehid ta’ verità konkreta u realistika, mhux qrid jew tgergir, imma krib li ħareġ anke mill-qalb ta’ Kristu: “Għandi dwejjaq tal-mewt! Is-siegħa waslet! ...... Eloi, eloj, lama’ sabaktani......!” Jiena nemmen li anke Kristu, li “kien bħalna f’kollox minbarra fid-dnub”, kien iwaħwaħ bħalna! Anke Kristu, minn ċkunitu sal-flaġellazzjoni u l-agunija tiegħu, min jaf kemm-il-darba ħarġitlu l-karba umana, “Aħħ!” u “Ajma!” Tibżax tesprimi r-realtà tas-sitwazzjoni tqila jew kiefra, waħdek u anke mal-oħrajn, imma fuq kollox ma’ Alla. oqgħod attent biss li ma tibdilx it-“twaħwiħ” mal-qrid u t-tgergir jew tmaqmiq! Hemm tibda tiżbalja u titlef id-direzzjoni t-tajba u l-kuntatt ma’ Alla fir-rejaltà tas-sitwazzjoni, u malajr mill-qrid tasal għad-dagħa, kliem oxxen u disperazzjoni! Jekk il-ġbejna qraset, tarmihiex bil-qaleb b’kollox! Għax fi kliem is-Salmista, soluzzjoni waħda hemm: “Ittama fil-Mulej! Żomm sħiħ u qawwi qalbek! Ittama fil-Mulej!” U l-“aħħ!” tinbidel fi “Grazzi!”; u l-karba f’talba!

(2) Titlob: Hawn jinsab sigriet kbir: tibdiex it-talb tiegħek bil-kelmiet “Agħmel li...” jew “Agħtini l-grazzja li...!” Dawn il-kelmiet ħafna drabi jirriflettu egoiżmu u arroganza fit-talb tagħna, qisna nafu u nissuġġerixxu lil Alla x’għandu jagħmel... Il-veru talb ma jibdiex bil-“Ħobżna ta’ kuljum agħtina...” imma bil-“Missierna... jitqaddes ismek... ikun li trid Int...” Ibda b’mod aktar faċli. Sib xi ġakulatorji qosra li jogħġbuk u rripetihom ta’ spiss u bil-qalb. Fl-esperjenza tiegħi personali, jien sibt dawn it-tlieta favoriti tiegħi: “Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla!”, “Ġesù jiena nafda fik!” u “Missier, ikun li trid Int!” Irripetejthom bil-qalb eluf ta’ drabi u bdejt inħosshom balzmu f’qalbi. Anke, ħobb aktar ir-Rużarju, speċjalment il-Misteri tat-Tbatija, u rrifletti fuq Ġesù fit-tbatija mill-Ġetsemani sal-Kruċifissjoni, waqt kull “Ave Marija” li tlissen... Waħdek tinduna x’differenza jagħmel it-talb fl-atteġġament tiegħek waqt l-uġigħ u d-dalma... Mhux ta’ b’xejn Ġesù qal li anke “muntanji” tħarrek! Ipprova, ibda, kompli itlob... u tara l-għeġubijiet tal-Mulej. U jekk f’qalbek qed tgħid: “Jien nitlob għalxejn!”, sinjal ċar li jew m’intix titlob sewwa jew li titlob ftit li xejn...

(3) Toffri: Aktar ma titlob sew, aktar tinsa lilek innifsek. U bla ma taf għaliex, tibda tiftakar fl-oħrajn, f’min qiegħed agħar minnek u f’min hu aħjar minnek; mhux biex toqgħod tagħmel il-paraguni odjużi bejnek u bejn ħaddieħor, jew biex tħoss l-għira għal min hu fiżikament f’saħħtu aktar minnek... Imma biex toffri kollox, kull weġgħa li tħoss, għall-veru ġid tal-oħrajn, speċjalment għall-konverżjoni tal-midinbin, għal min hu muġugħ aktar minnek, għall-qdusija tas-saċerdoti, u anke b’suffraġju għall-erwieħ tal-purgatorju. Aktar ma titlob bil-qalb aktar tiftakar f’nies u persuni differenti li jeħtieġu l-offerta tat-tbatijiet tiegħek għal xi bżonn partikulari tagħhom. F’għaqda sħiħa mal-offerta totali ta’ Ġesù fuq is-salib, aktar tħoss il-bżonn u d-dmir tat-talb ta’ interċessjoni mhux biss bil-kliem, bħat-talbiet tal-fidili li nagħmlu f’kull quddiesa wara l-qari tal-Vanġelu, imma aktar u aħjar waqt l-offerta tagħna nfusna lil Alla meta jagħfasna l-mard u l-uġigħ. Għax l-offerta tagħna nfusna f’għaqda ma’ Ġesù fuq is-salib, tfejjaq mhux biss il-ġrieħi tagħna nfusna imma wkoll tant ġrieħi oħra fil-Knisja u fl-umanità feruta fid-dnub, fil-ġlied, fl-inġustizzji, fl-impurità u f’tant vizzji oħra...

Ħa nieqaf hawn, anke jekk baqagħli ħafna aktar x’ngħid dwar l-esperjenza “bitter-sweet” li għamilt f’dawn l-aħħar seba’ ġimgħat ta’ tbatija magħluq f’kamarti. Tgħallimt ħafna, anke mill-għasafar tal-bejt li kienu jittajru madwari fuq is-siġar li hemm madwar il-pjazza! Mit-tieqa tiegħi stajt insegwi l-movimenti tagħhom, speċjalment filgħodu x’ħin iqumu u jittajru għalenija mas-sebħ sa x’ħin jerġgħu jinġabru qatgħa qatgħa f’posthom fi nżul ix-xemx. Mhux li kont fiduċjuż u “care free” daqshom, biex bħalhom ngħanni ta’ kuljum it-tjieba tal-Mulej li jieħu ħsiebhom! Dawn m’għandhom xejn u l-Mulej jipprovdilhom kuljum. Jaqaw aħna, qalilna Ġesù, m’aħniex aqwa mill-għasafar tal-bejt?!

U jekk dan l-artiklu għandu jkun l-aħħar priedka twila tiegħi qabel immut, ħa jkun ukoll l-aħħar testment spiritwali tiegħi għall-ġid ta’ kulħadd... Ħalli anke forsi jinqara fil-funeral tiegħi, biex bih ngħid “Grazzi!” tal-aħħar ‘l Alla li tant ħabbni u għadu jħobbni, u lilkom li smajtuni biex titolbu wkoll għalija bħalma nwegħidkom li nitlob għalikom.

Page 16: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

14

Sr. Mary Grima tal-Ispirtu s-Santu oCD1942-2012

Kien jum il-Mulej, il-Ħadd 11 ta’ Marzu 2012, ġimgħa biss qabel il-festa tal-Patrijarka San Ġużepp, meta Sr. Mary raddet lura lil Alla r-ruħ tagħha biex tingħaqad miegħu għal dejjem fil-Karmelu tas-Sema, fl-għomor ta’ 70 sena. Sr. Mary twieldet il-Qala Għawdex nhar id-29 ta’ Jannar, it-tielet wild fost disgħa, minn Franġisku Grima u Rita mwielda Attard. Hija ġiet mgħammda fil-knisja Arċipretali tal-Qala nhar it-30 ta’ Jannar ta’ l-istess sena u ngħatat l-isem ta’ Marija Grazzja. Hija trabbiet b’għożża kbira u sa minn ċkunitha hija wriet il-ħeġġa għall-qari u l-kitba.

Sr. Mary ħadet l-edukazzjoni tagħha fl-iskola primarja tal-Qala, fl-iskola sekondarja tal-bniet fir-Rabat, Għawdex u fil-kulleġġ ta’ l-għalliema, ‘Mater Admirabilis Training College’, minn fejn bdiet tgħallem f’diversi skejjel primarji fosthom dik ta’ Hal Qormi u tan-Nadur, Għawdex.

Matul dawn is-snin hija kienet membru attiv tal-Leġjun ta’ Marija fejn flimkien ma’ membri oħra kienet torganizza gruppi għal ljieli ta’ adorazzjoni.

Sr. Mary ħasset is-sejħa għal ħajja reliġjuża u fl-1969 hija daħlet mas-sorijiet ta’ Marija Bambina f’Ruma l-Italja fejn uriet ġibda kbira għall-istudju. Hija għamlet il-professjoni sempliċi ma’ dawn is-sorijiet nhar il-festa ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu 1970. Wara hija attendiet il-kors fil-lingwi fl-Istituto Universitario Pareggiato di Magistero “Maria SS. Assunta” ta’ Ruma, fejn kisbet Dottorat fil-lingue e letterature Straniere, bi speċjalizazzjoni fil-lingwa u l-letteratura Ingliża fil-21 ta’ Ottubru 1974. Hija kisbet din il-lawreja b’full marks.

Bejn is-snin 1974 u 1980 hija kellha l-post ta’ professur fl-Istituto Margherita ġewwa Bari fejn kienet tgħallem il-lingwa Ingliża. Ta’ kull sajf hija kienet tingħata l-inkarigu li tieħu l-istudenti tagħha fil-belt ta’ Londra biex hemm ikunu jisgħu jipprattikaw l-Ingliż.

Kien matul dan iż-żmien li hija bdiet tħoss is-sejħa għal ħajja kontemplattiva u emmnet li Alla riedha tgħix din il-ħajja fil-Karmelu Tereżjan. Wara li għamlet il-kuntatti meħtieġa mal-Komunita’ tal-Karmelitani Tereżjani, hija kisbet il-permess mis-Santa Sede biex tħalli l-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta’ Marija Bambina u tidħol fil-klawsura tal-Karmelu Tereżjan.

Sr. Mary daħlet fil-monasteru ta’ Santa Margerita f’Bormla nhar it-8 ta’ Settembru, festa tat-twelid ta’ Marija Bambina, tal-1983. Nhar l-10 ta’ Ottubru tal-istess sena hija rċeviet il-labtu Mqaddes tal-Karmelu u bdiet is-sena tan-novizzjat fejn ingħatat l-isem reliġjuż ta’ Sr. Mary tal-Ispirtu s-Santu. Għamlet il-professjoni Solenni fil-Karmelu nhar il-25 ta’ Ottubru 1987.

Fil-Komunita’ hija tat sehemha f’diversi uffiċċji u kienet tmidd idha għax-xogħol minkejja li hija kienet għaddiet ħajjitha fl-istudju u t-tagħlim. Hija dejjem wettqet l-uffiċċju fdat f’idejha b’imħabba kbira lejn il-komunita’. Kienet reliġjuża li kellha għal qalbha l-ħajja komunitarja u s-skiet flimkien mas-sempliċita’ li dejjem żammha magħquda ma’ Alla. L-Ispiritwalita’ Karmelitana kif imfissra minn Santa Tereża ta’ Ġesu’ flimkien ma’ l-Ewkaristija, kienu l-għixien Spiritwali tagħha.

Sr. Mary mietet fix-xahar ta’ Marzu, ix-xahar ta’ San Ġużepp li tiegħu kienet devota ħafna. San Ġużepp kien il-Padrun ta’ raħal twelidha, il-Qala, li mal-komunita’ tiegħu baqgħet marbuta sa l-aħħar. Waqt l-agunija tagħha hija tat eżempju mill-aqwa ta’ rassenjazzjoni għar-rieda ta’ Alla u wriet biċ-ċar li l-unika xewqa li kien baqgħalha kienet li tara lil Alla.

Ħafna kienu dawk li fettxew lil Sr. Mary għall-pariri u t-talb tagħha.

Apprezzament

Page 17: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

15

₁ ₂

1. Sr. Mary - Soru ta’ Marija Bambina.2. Fil-klawsura tal-Karmelu Tereżjan.3. Flimkien ma’ ommha Rita.4. Flimkien mal-Komunità f’Izrael.5. Titlob fuq il-bust-relikwa ta’ Santa Tereża.6. Fuq il-Fossos waqt iż-żjara tal-Papa f’Malta.7. Fil-ġnien tal-monasteru ta’ Santa Margerita f’Bormla.8. Fil-parlatorju tal-monasteru.

Page 18: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

16

Salvu Camilleri & Sons Ltd.

(Tan-Najsi)

Suppliers of Ready Mix Concrete, Crane Hire

Ready Mix Plant: 2156 0346Residence: 2155 1485

Mobile: 9949 5378

“Camilleri House”Belveder Street, QALA

Page 19: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

17

Meta wieħed jaqra u jifli sew l-imġieba ta’ kull min ħa sehem attiv fil-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù, jinduna li fuq il-Kalvarju kien hemm tliet gruppi ta’ nies li żżufjettaw b’Ġesù. It-tlieta li huma waddbu kliem differenti minn ta’ xulxin u xi wħud minnhom kliem iebes u inġurjuż, kien hemm però ukoll min qal kliem ta’ faraġ lil Ġesù. Ħalli naraw dawn it-tliet gruppi min huma u t-tifsira sħiħa ta’ mġibithom.

Dawk li kienu għaddejjin.L-ewwel grupp ta’ nies li żżufjettaw b’Ġesù kienu dawk għaddejjin minn hemm. Huma b’insistenza qalu kliem marbut mat-tempju: “Għajb għalik, int li tħott it-tempju u tfittex li terġa’ tibnih fi tlitt ijiem! Inżel minn fuq is-salib u salva lilek innifsek” (Mk 15,30). Dawn in-nies f’dak il-waqt urew disprezz lejn dak li kien impotenti lejn Ġesù. Fl-istess waqt huma riedu jwassluh fit-tentazzjoni preċiżament kif qabel kien għamillu x-xitan. “Salva (eħles) lilek innifsek”. Huma ma kinux jafu li f’dak il-waqt kien iva qed jiġġarraf it-tempju, iżda fl-istess waqt kien qed jiġi ppjantat it-tempju l-ġdid, il-veru maqdes tat-Testment il-Ġdid.

Mal-mewt ta’ Ġesù l-purtiera ta’ quddiem is-santwarju tat-tempju ċċarrtet fi tnejn minn fuq sa isfel. (Mt 27,51, Mk 15,38; Lq 23,45). Din il-purtiera darba biss fis-sena kien jgħaddi ’l ġewwa minna l-qassis il-kbir bid-demm tal-annimal, aktarx bodbod u hemm quddiem l-Arka tal-Patt il-qassis il-kbir kien jippronunzja l-isem adorabbli ta’ Alla. Issa mal-mewt ta’ Ġesù dan il-velu li kull sena kien isir wieħed ġdid u jinbidel lejlet il-festa kbira tal-Espjazzjoni – Yom Kippur - jinqasam fi tnejn minn fuq sa’ isfel.

Din it-tiċrita għandha żewġ tifsiriet: L-ewwel, dan kien sinjal ċar li ż-żmien tal-qedem issa għadda u miegħu

spiċċaw ukoll darb’għal dejjem is-sagrifiċċji bla għadd tal-annimali li ta’ kuljum kienu jsiru fil-bitħa tat-tempju. Minflok ir-riti u s-simboli issa daħlet ir-realtà, il-mewt ta’ Ġesù li ħabbeb lil kulħadd mal-Missier.

It-tieni: Imma wkoll mat-tiċrita tal-purtiera jfisser li issa sar hemm il-ftuħ beraħ lejn Alla. Sa dak il-waqt il-wiċċ ta’ Alla kien għadu mgħotti, ħadd ma seta’ jarah. Kien permezz tas-sinjali u li darba waħda biss fis-sena l-qassis seta’ jidher quddiem Alla: Issa Alla nnifsu neħħa dan il-velu ta’ firda u fl-Imsallab deher dak li ħabb sal-mewt. Issa d-dħul għal għand Alla l-Missier sar miftuħ u liberu għal kulħadd.

ĠESÙ MWAQQA’ GĦAŻ–ŻUFJETTminn: Mons. Lawrenz Sciberras

Page 20: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

18

Il-membri tas-Sinedriju.It-tieni grupp ta’ dawk li għaddew biż-żufjett lil Ġesù hemm fuq il-Kalvarju kienu membri tas-Sinedriju. Mattew isemmihom it-tlieta: (a) il-qassisin, (b) il-kittieba, u (c) x-xjuħ. Dawn ifformulaw il-kliem u l-espressjonijiet ta’ tkasbir tagħhom mill-Ktieb tal-Għerf. Dan il-ktieb fit-tieni kapitlu jitkellem mill-bniedem ġust li mill-mod ta’ ħajtu huwa ta’ tfixkil għal dawk li jgħixu ħajja ħażina. (Għerf 2, 10-20). Il-membri tas-sinedriju jixħtu dawk il-kliem fuq Ġesù: “Salva oħrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva! Hu s-sultan ta’ Iżrael! Ħa jinżel issa minn fuq is-salib u nemmnu fih” (Mt 27,42). Tentazzjoni qawwija tassew.

Mingħajr ma ntebħu, dawk in-nies għarfu li Ġesù huwa tassew dak li jitkellem minnu l-Ktieb tal-Għerf. “Jekk il-Ġust hu iben Alla, jaqbeż għalih Alla, u jeħilsu minn id l-għedewwa tiegħu”. (Għerf 2,18). Proprju fis-sitwazzjoni estrema ta’ impotenza kbira, Ġesù juri li huwa tassew Iben Alla. Hekk kif Ġesù ma tħalliex li jċedi għat-tentazzjonijiet tax-xitan biex jinxteħet minn fuq il-pinnaklu tat-tempju għal isfel, (Mt 4,5-7; Lq 4,9-13), hekk ukoll Ġesù ma ċediex għal din it-tentazzjoni. Huwa jaf li Alla għad isalvah, iżda b’manjiera kollha kemm hi differenti minn dik li mmaġinaw il-mexxejja tas-Sinedriju. Kien il-qawmien is-siġill divin, il-qawmien li huwa l-mument li fih Alla jeħilsu mill-mewt. Il-qawmien, il-mogħdija tassew mill-mewt għall-ħajja. Kristu l-Għid tagħna l-Insara.

Il-ħallelin infushom.It-tielet grupp ta’ dawk li għaddew biż-żufjett lil Ġesù huma dawk li kienu msallba miegħu, mela il-ħallelin. Interessanti kif Mattew u Mark jużaw għall ħallelin l-istess kelma lestes, ħallelin, briganti. Ġwanni juża din l-istess kelma biex jgħid minn kien Barabba, (Mt 27,38; Mk 15,27; Ġw 18,40). Mela dawn huma dawk ukoll li kkumbattew u waqfu bil-qawwa lir-Rumani. Issa biex jikkastigawhom u jagħtu r-raġuni għat-tislib tagħhom jużaw l-istess kelma “ħallelin – briganti”. Ġew iddikjarati li għamlu reżistenza kontra s-setgħa ta’ Ruma.

F’Ġesù però il-mod tad-delitt huwa differenti mit-tnejn l-oħra, li forsi kienu ħadu sehem ma’ Barabba u bdew ixewxu. Pilatu kien jaf sew li Ġesù f’moħħu qatt ma kellu xi kwistjoni ta’ dan it-tip, dak ta’ tixwix, u għalhekk il-kitba li kitiblu u waħħalha mas-salib kienet differenti għal kollox. “Ġesù ta’ Nazaret is-sultan tal-Lhud” (Ġw 19,19). Sa dak il-waqt Ġesù kien ħarab kemm-il darba dan it-titlu ta’ Messija jew Sultan (Ġw 6,15). Issa t-titlu ta’ sultan qed jidher quddiem kulħadd. Mhux biss imma Pilatu kiteb dan il-kliem bi tliet ilsna, bil-Lhudi, bil-Latin u bil-Grieg, (Ġw 19,20). Mela Ġesù b’mod l-aktar uffiċjali huwa tassew sultan.

Wieħed jifhimha sew li l-membri tas-sinedriju ħadu għalihom waħda sew meta raw kemm Pilatu b’mod fin ivvendika ruħu minnhom. Imma din il-kitba li hemm fuq is-salib hija proklamazzjoni ta’ sultan, issa se tibqa’ hemm quddiem id-dinja kollha u għal dejjem! Is-salib sar it-tron ta’ Ġesù minn fejn huwa jiġbed il-bnedmin lejH. “U meta nintrefa ’l fuq mill-art, jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja” (Ġw 12,32). Minn hemm fuq Ġesù jiddomina u dejjem skont il-mod tiegħu; ħaġa li l-membri għorrief tas-sinedriju qatt ma setgħu jifhmuha. Il-figura tas-serp tal-bronż arbulat (Num 21,9) issa qed titwettaq f’Ġesù msallab u mgħolli ’il fuq mill-art.

Mhux iż-żewġ ħallelin imsallbin ma’ Ġesù ssieħbu ma’ dak iż-żufjett. Wieħed minnhom fehem il-misteru sħiħ ta’ Ġesù. Ra u fehem li l-mod tad-delitt ta’ Ġesù kien kollu kemm hu differenti; li Ġesù qatt ma kien vjolenti u xewwiex! Huwa ntebaħ li dak il-bniedem imsallab magħhom kien tassew qed juri l-wiċċ viżibbli ta’ Alla, mela huwa l-Iben ta’ Alla. Tant li talbu hekk: “Ġesù, ftakar fija meta tkun fis-saltna tiegħek” (Lq 23,42).

Kif il-ħalliel it-tajjeb seta’ qatt immaġina d-daħla ta’ Ġesù fis-saltna tiegħu u f’liema sens dan talab lil Ġesù biex jiftakar fih, dan ma nafuhx. Imma ovvjament huwa fuq is-salib il-ħalliel fehem sew li dan il-bniedem nieqes minn kull setgħa huwa l-veru sultan. Fehem u pperswada lilu nnifsu li dan mhux se jibqa’ fuq is-salib imma se jidħol fil-glorja. Kien għalhekk li talbu hekk lil Ġesù.

It-tweġiba ta’ Ġesù tmur anke aktar ’il bogħod mit-talba. Minflok il-ġejjieni li kien indeterminat Ġesù jdaħħal il-ħin “il-lum”. “Illum stess tkun miegħi fis-saltna” (Lq 23,43). Ukoll dan il-kliem huwa mimli misteri, imma jurina ħaġa waħda żgura. Ġesù kien jaf li se jidħol direttament fil-glorja tal-Missier, u Ii huwa diġà seta’ jwiegħed il-premju tal-ġenna. Ġesù kien jaf tajjeb li jista’ jerġa’ jdaħħal il-bniedem il-ġenna minn fejn kien tkeċċa ’l barra minħabba d-dnub; preċiżament f’dik il-għaqda ma’ Alla li fih hemm is-salvazzjoni sħiħa tal-bniedem.

Hekk mela fid-devozzjoni Kristjana l-immaġni tal-ħalliel it-tajjeb saret is-sinjal tat-tama, iċ-ċertezza konsolanti li l-ħniena t’Alla tista’ tilħaqna ukoll f’dak il-waqt l-aktar iebes: għal Ġesù ma jeżistux barrieri. It-talba li talab il-ħalliel it-tajjeb ma marretx fix-xejn, huwa qala’ dak li talab. Dan huwa l-Imsallab għalina, il-veru Salvatur tagħna.

Page 21: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

19

Fir-Raħal tal-Qala, Fis-Snin 20 tas-Seklu 20 (L-ewwel parti)

Frak ta’ Storja (4)minn: Winston L. Zammit B.A.,(Hons.), P.G.C.E., M.A.

Miċ-ċensiment li sar fl-1921 nafu li l-Qala kellha popolazzjoni ta’ 1340. (1) Iżda miċ-ċensiment li sar għaxar snin wara fl-1931, nafu li l-popolazzjoni kienet tlaħħaq 1601 ruħ. (2)

L-EMIGRAZZJoNI: Fis-snin 20, numru ta’ Maltin u Għawdxin emigraw lejn l-Awstralja, il-Kanada, u l-USA prinċipalment biex isibu x-xogħol. Kif se naraw minn din it-tabella l-Emigrazzjoni laqtet ukoll lir-raħal tal-Qala.

Sena Numru Fejn Marru1 Sena Fiskali 1922 /1923 11 (3) Awstralja (4)

2 Sena Fiskali 1923 /1924 15 (5) Awstralja (6)

3 Sena Fiskali 1924 / 1925 14 (7) Awstralja (8)

4 Sena Kalendarja 1926 1 (9)

5 Sena Fiskali 1926 /1927 6 (10) Awstralja (11)

6 Sena fiskali 1927 /1928 2 (12)

Minn din it-tabella jidher biċ-ċar li l-parti l-kbira tal-emigranti tal-Qala jmorru l-Awstralja.

IL-BIEDJA:Din għadha sal-lum waħda mill-pilastri tal-ekonomija ta’ Għawdex, u 90 sena ilu kienet tassew il-pilastru ewlieni tal-ekonomija tal-gżira tat-Tliet Għoljiet.Mir-rapport annwali tad-Dipartiment tal-Agrikultura nieħdu idea tal-biedja fl-inħawi tal-Qala, bejn is-snin 1920 / 1925.Mir-rapport ta’ dan id-Dipartiment nafu li fis-sena Finanzjarja 1920 / 1921, fil-limiti tal-Qala, kien hemm total ta’ 699 acres (kull acre kien ifisser kejl t’art li fih 4,800 jarda kwadra), li minnhom 692 kienu jintużaw biex jitkabbru xi uċuh, filwaqt li l-oħrajn kienu jintużaw biex fuqhom jirgħu l-annimali. 28 acres oħra ma kinux maħduma. (13)

Page 22: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

20

Mir-rapport tal-istess Dipartiment għas-Sena Finanzjarja 1924 / 1925 joħroġ li fil-limiti tal-Qala, kien hemm 770 acres, li minnhom 762, kienu jintużaw biex jitkabbru xi uċuh, filwaqt li 8 oħra kienu jintużaw mill-annimali biex jirgħu fihom. Kien hemm ukoll 30 acres, li ma kinux maħduma. (14)

X’kien jitkabbar fl-art miżrugħa? Dan joħroġ minn din it-tabella:

Sena Finanzjarja Sena Finanzjarja

1920 – 1921 Estimates 1924 – 1925 Estimates

PRoDoTT KWANTITÀ PRoDoTT KWANTITÀ

Qamħ 53 quarters Qamħ 72 quarters

Xgħir 855 quarters Xgħir 1020 quarters

Beans 180 quarters Beans 570 quarters

Patata 13-il tunnellata Patata 26 tunnellata

Frott ieħor 4747 CWT Frott ieħor 13. 766 CWT

Ħaxix 780 CWT Ħaxix 1955 CWT

Qoton 760 libbra Qoton 504 libbra

Forage(għalf) Bundles of ten-5450(15) Forage (għalf) Bundles of ten-10221

Basal 6 tunnellati

Żerriegħa tal-Kemmun 284 CWT (16)

Ħarsa lejn dawn iż-żewġ tabelli wieħed jinnota li ma kienx jitkabbar frott taċ-ċitru fl-inħawi tal-Qala, u li l-basal u ż-żerriegħa tal-kemmun ma jidhrux taħt it-tabella tas-sena finanzjarja 1920 / 1921. Bl-eċċezzjoni tal-qoton, wieħed jinnota wkoll li kien żied fil-produzzjoni ta’ kull ħaġa msemmija, mis-sena finanzjarja 1920 / 1921 għas-sena finanzjarja 1924 /1925. Waħda mir-raġunijiet għal din iż-żieda setgħet kienet iż-żieda fil-kwantità tal-art miżrugħa fil-limiti tal-Qala.

Sliema: 02. 01.2012. Referenzi:

1. Census of the Maltese Islands April 1921 (Malta 1922). Table III p.46.2. Census 1985 (Malta 1961 p.156)3. S. Portelli Emgrations from Gozo. The Gozo Year Book 1959 p.48.4. Reports in the Working of the Govt. Depts. 1922 / 1923 (Malta 1925) Emigration (B)32.5. S. Portelli, op.cit. P.48.6. Reports on the Working of the Govt. Depts. 1923 / 1924 (Malta 1926. Emigration B. (18)7. S. Portelli. p.48.8. Reports on the Working of the Govt. Depts. 1924 / 1925 C.18.9. S. Portelli op.cit. p.48.10. IBID.11. Annual Report of the Emigration Dept. 1926 // 1927. p.48.12. S. Portelli. op.cit. p.48.13. Reports on the Working of the Govt. Depts. 1920 / 1921. (Malta 1922) Agriculture S 8.14. IBID. 1924 / 1925 (Malta 1926) T. 10.15. IBID. 1920 / 1921. S 9.16. IBID. 1924 / 1925. T. 11.

Page 23: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

21

Katekeżi

LUQA 12: Versi 13-31minn: Marie Josette Xerri

Is-silta tal-Kelma ta’ Alla li għandna llum hija meħuda mill-Vanġelu ta’ San Luqa, fejn Ġesù bil-parabbola tal-għani iblah, jurina kemm il-bniedem hu iblah li ma jagħrafx jistagħna quddiem Alla u mhux f’din id-dinja li tgħaddi. Wara t-tagħlim fuq il-frugħa tal-għana, Ġesù jkompli jkellimna dwar l-inkwiet u t-tħassib żejjed għall-ħajja, jiġifieri fuq il-ħtieġa tal-fiduċja fil-providenza t’Alla. Ser nirriflettu fuq dak li San Luqa jirrakkonta f’Kapitlu 12: versi minn 13 sa 31.

Fl-ewwel vers insibu li kien imprudenti dak it-tali li interrompa lil Ġesù waqt li kien qed jgħallem. Imma bis-saħħa tat-talba li għamillu, tah l-okkażjoni f’waqtha biex joħroġ bit-tagħlim kontra r-regħba u fuq il-frugħa tal-għana tal-art. Lil Luqa, l-Evanġelista tal-faqar, għoġbitu din l-istorja.

Dak ir-raġel lil Ġesù talbu ħaġa li hu ma setax jagħtihielu jew jaqdih fiha. Dak li talbu – biex jgħid lil ħuh jaqsam il-wirt miegħu – kien imur kontra l-ispirtu tat-tagħlim tiegħu fuq il-frugħa tal-għana u l-ġid tal-art. Fil-Vanġelu ta’ Luqa, Kapitlu 16, Vers 14 insibu li l-Fariżej kellhom ukoll ir-regħba għall-flus u Ġesù kien jgħidilhom: “Intom dawk li tagħmluha ta’ nies sewwa f’għajnejn il-bnedmin, imma Alla qalbkom jafha, għax dak li f’għajnejn il-bnedmin hu kbir, quddiem Alla hu mistkerrah”. U dak li qal Ġesù elfejn sena ilu, għadu u jibqa’ jgħodd għalina llum.

Fil-Vanġelu ta’ San Mattew insibu hekk: “Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien għax jew jobgħod lil wieħed u jħobb l-ieħor, jew jinġibed lejn wieħed u jistmell lill-ieħor”. Min huma dawn iż-żewġ sidien? Wieħed hu Kristu, il-veru Sid

tagħna, l-ieħor hu “mammon” is-sid il-falz, jiġifieri aħna rridu niddisprezzaw ir-rabta tagħna mal-ġid materjali li bħala riżultat, nibdew, forsi bla ma nkunu nafu, niddisprezzaw lil Alla. Għax f’Mattew, Kap 6, Vers 21 jgħidilna: “Fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll”.

Id-distrazzjoni li jkollna fit-talb jgħinuna niskopru kemm għandna rabtiet ma’ “mammon”, li hu s-sid il-falz li fl-Ebrajk tfisser xi forma ta’ teżor jiġifieri flus jew oġġetti prezzjużi merfugħa x’imkien. Jekk hemm ħafna, ma nistagħġbux li nsibuha diffiċli biex nikkonċentraw waqt ir-Rużarju, waqt l-Adorazzjoni jew waqt l-Ewkaristija.

Kristu qalilna fil-Vanġelu li mqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu. Aħna kollna kemm aħna tal-Mulej u se nibqgħu dejjem il-proprjetà tiegħu, li hu Ġesù. Dak kollu li l-bniedem iqiegħed it-tama tiegħu fih, jibda jsir Alla għalih.

Ġesù kompla t-tagħlim bil-parabbola tal-għani, li hu sejjaħlu iblah. Kien bil-għaqal biex għaraf jaħżen ġid kemm seta’ biex ikollu biex jgħix għal għomru, iżda ma għarafx jaħseb ukoll li ħajtu kellha tintemm qasir il-għomor u l-ġid li ħażen jieħdu ħaddieħor. Din hi l-bluha. L-għaqal tassew hu li wieħed jagħraf “jistagħna quddiem Alla” bil-ħbiberija miegħu u bl-imħabba tal-proxxmu. Dan hu l-valur tal-ħajja. U int u jien f’min jew fiex inqiegħdu t-tama tagħna? Fuq min niddependu? Min hu Alla tagħna?

Jekk inpoġġu t-tama tagħna f’Alla falz, li jikkonsisti fir-rabta

Page 24: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

22

li jkollna mal-flus u max-xogħol tagħna, dan kollu jista’ jaqtagħna ’l barra minn Alla u jnaqqsilna l-fidi. Qalbna ma għandha qatt tkun maqsuma bejn żewġ sidien, għandha tkun qalb iddedikata biss għal Alla. Li jkollna l-fidi jfisser li aħna naraw u nifhmu li ngħixu ħajjitna skont il-Vanġelu u li għalina Alla hu l-aktar importanti.

Wara t-tagħlim fuq il-frugħa tal-għana bil-parabbola tal-għani iblah, Ġesù kompla jkellem lid-dixxipli fuq il-ħtieġa tal-fiduċja fil-providenza t’Alla. Dawn il-versi huma l-kontinwazzjoni tal-versi ta’ qabilhom, kif jidher mill-kelmiet “għalhekk ngħidilkom” x’ħin Ġesù kompla jkellimhom u li jgħaqqdu flimkien il-kumplament tal-versi tal-Vanġelu fuq l-inkwiet u t-tħassib żejjed minn versi 22 sa 31, dejjem mill-Vanġelu ta’ San Luqa.

Ħadd ma jagħti tort lill-bniedem li jaħżen u jaħseb għall-għajxien tal-għada. Din hi ħaġa skont ir-raġuni. Imma lanqas ħadd ma jista’ jgħid li l-kliem ta’ Ġesù hu bla raġuni jew li jmur kontra s-sens komun tal-bniedem. Dak li Ġesù jikkundanna m’huwiex li wieħed iħaddem moħħu biex iġib ’il quddiem il-ħajja u li jaħseb għall-“assigurazzjoni tal-ħajja” ta’ għada; dak li jikkundanna hi l-preokkupazzjoni, il-ħsibijiet żejda, l-inkwiet u t-tħassib dwar il-ġejjieni, bħallikieku Alla, li jieħu ħsieb kollox u kulħadd ma jeżistix. Dan l-atteġġament hu tassew nuqqas ta’ fidi, hu sinjal ta’ fidi ċkejkna.

F’Luqa, Kap 12, versi 6 u 7 jgħidilna Ġesù: “Ħames għasafar tal-bejt mhux żewġ soldi jinbiegħu? U anqas wieħed minnhom ma hu minsi quddiem Alla u intom sax-xagħar ta’ raskom, kollu magħdud. Xejn la tibżgħu, għax intom aktar minn ħafna għasafar tal-bejt tiswew!”

Mill-ktieb “X’nemmen?” insibu li jekk nafdaw f’Alla, jirnexxielna nqaċċtu l-għerq ta’ dak li jeqridna. Nemmnu li Alla jħobbna. Hu biss is-sid tagħna u tal-manna tagħna. Fi kliem ieħor hu l-Mulej tal-ħobżna ta’ kuljum. Kollox minnu jiddependi. Huwa jibqa’ dejjem l-uniku Sid li jħobbna. Hu ma jridx li aħna nintilfu b’renju falz ta’ alla falz, għaliex dak ir-renju jeqridna. San Pawl fl-Ewwel Ittra tiegħu lil Timotju jgħidlu: “Aħna xejn ma ġibna fid-dinja u xejn ma nistgħu nieħdu magħna. Sa kemm għandna x’nieklu u x’nilbsu, dan għandu jkun biżżejjed għalina”.

Jekk Alla jieħu ħsieb it-tjur tal-ajru, il-ġilji tar-raba’ u l-ħaxix selvaġġ, u dawn ħadd ma jieħu ħsieb jitmagħhom jew isaqqihom, kemm akar jieħu ħsieb il-bnedmin, li huma wliedu? Dan il-ħsieb tal-providenza t’Alla, jekk nemmnuh tassew, għandu jserrħilna rasna dwar il-problemi kollha ta’ ħajjitna. U nagħtu raġun lil Ġesù li qalilna, “tinkwetawx ruħkom għall-ħajja”. Imbagħad bit-tħassib u l-inkwiet kollu għal ħajjitna m’aħniex se ntawlu għomorna b’jum wieħed. Inqassruh nistgħu.

Ġesù f’Luqa, Kap. 12, vers 28 jindirizzana bħala nies ta’ fidi ċkejkna. Biex il-fidi tissaħħaħ trid tgħaddi mill-prova, minn għadd kbir ta’ esperjenzi u tempesti, biex kull ġrajja turina li

Alla jkun għaddej minn ħdejna, minn ħdejja u minn ħdejk. Li rridu nagħmlu hu biss li nemmnu li Hu jrid jagħtina dak kollu li għandna bżonn u li nemmnu fil-qawwa tiegħu u f’imħabbtu bla tarf. Ġesù jrid li aħna nafdaw Fih għal kollox, b’mod speċjali fid-dlam ta’ ħajjitna. Irid li jkollna dik il-fidi li jekk verament nafdaw fih, il-bqija kollu jingħatalna.

Mela nagħmlu l-kuraġġ lilna nfusna u nibdew ngħixu l-Vanġelu għax il-Kelma ta’ Alla qatt ma tiġi nieqsa. Kristu qalilna f’vers 30: “Dawn kollha ħwejjeġ li jfittxuhom il-pagani. Dak li fuqu għandna naħsbu qabel kollox hu li nfittxu s-Saltna t’Alla, u nemmnu li Alla jagħtina dak li neħtieġu għall-ħajja”.

Mela nieħdu t-tagħlima minn din il-katekeżi. L-ewwelnett m’għandniex nintrabtu żżejjed mal-ġid ta’ din l-art u t-tieni daqshekk ieħor ma ninkwetawx u naħsbu żżejjed kif ser ngħixu qisna qed ngħixu għal din il-ħajja biss.

Il-ħsieb li fuqu għandna nirriflettu hu dan: “Kemm qed nittama verament fil-providenza t’Alla u ma ninkwetax għall-ħajja kif qalilna Ġesù jew inkella nqis li kull ma għandi ġie kollu bl-istink tiegħi?”

Noqogħdu attenti għax jekk kellna x-xogħol, ipprovdieh il-Mulej u s-saħħa qiegħda għandna għax hija rigal ta’ Alla għalina. Ara naħsbu li għandna xi ħaġa bil-ħila tagħna. Kull ma għandna huwa tiegħu u għalhekk ma nieqfu qatt ngħidulu Grazzi.

Mario PortelliWoodWorks5 st Joseph street, Qala, GozoTel / Fax: 2156 2985

Manufacturers of High Quality Furniture and

Interior Fitments. We guarantee Excellent Craftsmanship

Page 25: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

23

Nistgħu niżviluppaw teoloġija tad-demm ta’ Kristu mingħajr ma naqgħu fl-eżaġerazzjonijiet filwaqt li nibbażaw kollox fuq il-Bibbja.

Fil-poplu Lhudi kien hemm l-idea li l-ħajja tinsab fid-demm. L-idea tagħhom kienet li l-ħajja tinsab fid-demm tal-bniedem jew tal-annimal. Din l-idea nsibuha tidwi sa mill-ktieb tal-Ġenesi “Qal il-Mulej: x’għamilt? Isma’! id-demm ta’ ħuk jgħajjat lejja mill-art; għalhekk misħut int, bgħid mill-art li fetħet fommha biex tilqa’ d-demm ta’ ħuk minn idejk” (Ġen 4,10). Jekk ninnutaw f’din is-sentenza l-kelma demm hija msemmija darbtejn. Id-demm ta’ Abel huwa wkoll figura tad-demm ta’ Kristu. L-awtur tal-ittra lil Lhud iqabbel id-demm ta’ Abel ma’ dak ta’ Kristu “lejn Ġesù, medjatur ta’ rabta ġdida, u lejn id-demm tat-tisfija li jitkellem aħjar minn dak ta’ Abel” (Lh 12,24).

Jekk naqraw l-istorja ta’ Ġużeppi fit-Testment il-Qadim naraw l-enfasi fuq id-demm. “U żied jgħidilhom Reuben: “La xxerrdux demm, ixħtuh f’dan il-bir li hawn fix-xagħri, u la tmiddux idejkom fuqu” (Ġen 37,22). Huma mbagħad “ħadu l-libsa ta’ Ġużeppi u qatlu gidi u bellew il-libsa fid-demm” (Ġen 37,31). Il-Lhud kellhom liġi li biha ma setgħux jieklu d-demm “Imma żomm sħiħ li ma tikolx id-demm għax id-demm huwa l-ħajja, u ma għandekx tiekol il-ħajja mal-laħam” (Dewt 12,23).

Infatti l-patt bejn Alla u l-poplu Lhudi fuq il-muntanja Sinaj kien issiġillat permezz tad-demm. “Ħa mbagħad Mosè nofs id-demm u qiegħdu fil-bwieqi, u n-nofs l-ieħor raxxu fuq l-artal. U ħa ktieb il-għaqda u qrah li jisimgħu l-poplu. Qalu: Kull ma qal il-Mulej nisimgħu u nagħmluh. U ħa Mosè d-demm l-għaqda li rabat il-Mulej magħkom fuq dan il-kliem kollu” (Eż 24, 8-9). B’dan il-mod l-ewwel patt kien issiġillat permezz tad-demm. Hekk it-tieni patt kellu jkun issiġillat permezz tad-demm mhux tal-annimali iżda ta’ Kristu stess. Il-

Profeta Żakkarija jsemmi wkoll il-patt li kien issiġillat permezz tad-demm. “Int ukoll, minħabba d-demm tal-għaqda tiegħek” (Żak 9,11).

Hekk l-awtur tal-Ittra lil Lhud jagħmel espożizzjoni tat-tieni patt ta’ Kristu li huwa għamel permezz ta’ demmu. “Imma Kristu, li ġie bħala qassis il-kbir tal-ġid li għandu jiġi u għadda minn tinda aqwa u aktar perfetta li mhix maħduma bl-id, jiġifieri, mhix ta’ dan il-ħolqien, daħal darba għal dejjem fis-santwarju mhux bid-demm tal-bdabad u tal-għoġiela, imma b’demmu, wara li kiseb fidwa għal dejjem. Għax, jekk id-demm tal-bdabad u tal-għoġiela u r-rmied tal-għoġla mraxxax iqaddes l-imniġġsin billi jagħtihom l-indafa tal-ġisem, kemm aktar id-demm ta’ Kristu, li, bi spirtu ta’ dejjem, offra lilu nnifsu bla għajb lil Alla, inaddaf il-kuxjenza tagħkom mill-għemil mejjet biex tistgħu sservu lil Alla ħaj?” (Lh 9, 11-14).

Huwa fatt li jaqbel miegħu kulħadd li Sidna Ġesù Kristu tilef ħafna demm waqt il-passjoni, bil-fraġellazzjoni u permezz tat-tislib. Sa mill-ġnien tal-Ġetsemani San Luqa jirrakkonta dan il-fenomenu u “sar l-għaraq tiegħu bħal qatriet tad-demm neżlin fl-art” ( Lq 22,44).

San Ġwann Griżostmu jsostni li jekk id-demm tal-ħaruf tat-Testment il-Qadim kien ineħħi d-dnubiet, kemm issa d-demm ta’ Kristu, il-Ħaruf veru, ineħħilna d-dnubiet u jħarisna mill-Ħazin. Trid taf x’qawwa għandu d-demm ta’ Kristu? Immorru lura bil-ħsieb tagħna fuq id-demm l-ieħor mogħti b’eżempju tiegħu, niftakru f’dak li fl-imgħoddi kien xbieha tiegħu u naraw xi tgħid l-Iskrittura taż-żmien ta’ qabel.

“Oqtlu ħaruf ta’ sena”, qal Mosè, “u roxxu d-demm tiegħu fuq il-bibien”. X’inti tgħid, Mosè? Huwa demm il-bhejjem jista’ jeħles lill-bniedem f’ruħu? “Jeħilsu ħafna”, qal, “mhux għax hu demm, imma għax bih jingħata

Id-Demm ta’ Kristuminn: Angelo Xuereb

Page 26: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

24

tel: +356 2156 5626Antoine mob: 9922 4114Franco mob: 7953 6874email: [email protected]: www.divebluewaters.com

Triq il-KunċizzjoniQala, Gozo

Building ContractorCrane & Generator Hire

Tal-Kelba

‘RayRita’, Triq it-Tempju, Qala, GozoTel: 21557847 - 21562532 Mobile: 9949 3169

Contact: Raymond Cefai

eżempju ta’ demm il-Mulej. Għalhekk issa l-għadu iżjed u iżjed jaħrab x’ħin jilmaħ mhux id-demm tax-xbiha mraxxax fuq il-blata tal-bibien, iżda d-demm tal-Ħaruf veru ta’ Alla jħammar fuq xofftejn il-fidili, id-demm li jikkonsagra l-blatiet tat-tempju ta’ Kristu.” Huwa jkompli jikteb “Għax kif l-omm, taħt il-qawwa tal-ġibda naturali, tfittex tgħajjex lil binha bil-ħalib u d-demm tagħha, hekk ukoll Kristu bid-demm tiegħu jgħajjex lil dawk li jagħtihom tnissil ġdid.” (Katekeżi, 3, 3-19)

Jekk inkomplu nqallbu l-Bibbja naraw ukoll li San Pawl ukoll jitkellem mid-demm ta’ Kristu li jġibi l-fidwa: “li jagħmilhom ġusti b’xejn, bil-grazzja tiegħu, bis-saħħa tal-fidwa li hi f’Ġesù Kristu, li Alla qiegħdu bħala maħfra b’demmu, bil-fidi biex juri l-ġustizzja tiegħu” (Rum 3,24-25). Fl-ittra lir-Rumani jerġa’ jikteb “Aktar u aktar issa li aħna ġustifikati b’demmu nkunu meħlusin mill-għadab” (Rumani 5,9). Fl-ittra lill-Kolossin San Pawl isemmi li Kristu għamilna ħbieb ma’ Alla permezz ta’ demmu. “Bih Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu: bid-demm tiegħu, imxerred fuq is-salib, ġieb is-sliem permezz tiegħu fis-sema u fl-art” (Kol 1,20).

It-tema tad-demm ta’ Kristu nsibuha wkoll fil-Liturġija tas-sigħat f’innu ta’ Tifħir ta’ Sbiħ il-jum:

Sqewh ħall, sawtuh bil-qasba,nifduh bl-imsiemer, b’lanza;mill-ġisem safi ħareġu gelgel demmu kollu.

Oh, f’liema xmara nħasluis-sema, l-art u l-kwiekeb.

Dan l-innu fi strofa oħra jerġa’ jagħmel dan il-kumment għas-salib “maħsul fid-demm imqaddes li tah il-Ħaruf t’Alla”.

Biex nifhmu aħjar it-teoloġija tad-demm ta’ Kristu, irridu nifhmu li aħna konna mtebbgħa bid-dnub u Kristu saffiena permezz ta’ demmu. L-awtur tal-Ittra lil-Lhud jgħid li kull tindif isir permezz tad-demm “u tista’ tgħid kollox jissaffa bid-demm skont il-liġi, u bla tixrid ta’ demm m’hemmx maħfra” (Lh 9,22).

Kristu stess qabel ma miet tana ġismu u demmu... taħt l-ispeċi tal-ħobż u l-inbid... Meta qabad il-kalċi huwa qal: “Ixorbu minn dan ilkoll, għax dan hu demmi tal-patt, li jixxerred għal ħafna, għall-maħfra tad-dnubiet” (Mt 26,28).

Hekk aħna nkunu nuru apprezzament għad-demm tal-Iben t’Alla meta nersqu għat-tqarbin li m’huwiex ħlief il-ġisem u d-demm ta’ Kristu mogħti lilna qabel il-passjoni. Kif Sidna Ġesù Kristu għamel il-mogħdija għal għand il-Missier permezz ta’ demmu kif ukoll wettaq il-patt il-ġdid, aħna permezz tal-Ewkaristija nkunu qegħdin nieħdu l-ġid minn dan il-patt filwaqt li l-ġisem u d-demm ta’ Kristu jgħinuna ħalli ngħaddu għal għand il-Missier għall-eternità.

Page 27: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

25

Il-Ministeri fil-Ġdid TestmentWieħed hu l-poplu ta’ Alla, iżda fi ħdanu hemm ħafna kariżmi u ministeri li l-Ispirtu s-Santu jqassam fost l-insara. San Pawl fl-ittri tiegħu, kif ukoll naraw fil-Ġdid Testment kollu, jitkellem b’mod ċar dwar il-ministeri fl-istruttura tal-Knisja. Fl-ewwel ittra tiegħu lill-Korintin huwa jikteb: “Lil xi uħud Alla qegħidhom fil-Knisja fl-ewwel post bħala Appostli, it-tieni bħala Profeti, it-tielet bħala għalliema. Imbagħad id-don tal-mirakli, imbagħad id-don tal-fejqan, l-għajnuna, it-treġija, u d-don ta’ ilsna diversi” (1 Kor 12:28). Fl-ittri ta’ San Pietru naraw fuq kollox is-sejħa tal-insara kollha li jgħinu fl-eżerċizzju tal-karità u li jħobbu lil kulħadd (ara 1 Pt 2:17). Anke fl-ittri ta’ San Ġwann niltaqgħu mas-servizz tal-Kelma u tal-Karità (ara 1 Gw 3:18). Fil-vanġeli mbagħad naraw lil Ġesù jgħid b’mod ċar lill-Appostli sabiex jaqdu lil xulxin: “Fostkom ma għandux ikun hekk, imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom…” (Mk 10:43).

Il-Ministeri tal-Lajċi fit-Tagħlim tal-KnisjaIl-Konċilju Vatikan II, wera biċ-ċar il-ħsieb tas-sehem kbir li jistgħu jagħtu l-lajċi nsara fil-Knisja kif naraw tajjeb fil-Kostituzzjoni Dommatika dwar il-Knisja l-Lumen Gentium u fil-Kostituzzjoni Pastorali dwar il-Knisja fid-Dinja tal-Lum il-Gaudium et Spes. Fid-digriet tal-istess Konċilju dwar l-Appostolat tal-Lajċi, Apostolicam Actuosutatem fin-numru 3, insibu din l-importanza tal-lajċi fil-Knisja: “Il-lajċi jiksbu d-dmir u l-jedd għall-appostolat mill-istess għaqda tagħhom ma’ Kristu li hu r-Ras tal-Ġisem. Għaliex Kristu nnifsu jaħtarhom għall-appostolat meta huma, permezz tal-Magħmudija, isiru parti mill-Ġisem Mistiku tiegħu u permezz tal-Griżma, jissaħħu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu…” L-istess linja ta’ tagħlim tal-Knisja, insibuh fuq kollox fl-Eżortazzjoni Appostolika Post-Sinodali, Christifideles Laici dwar il-Missjoni u l-Vokazzjoni tal-Lajċi fil-Knisja u fid-Dinja tal-1989, tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Insibu

ukoll l-Istruzzjoni dwar il-Kollaborazzjoni tal-Fidili mhux Ordnati (tal-Lajċi) fil-Ministeru Sagru tas-Saċerdoti, tal-15 ta’ Awwissu 1997, li tisħaq ħafna fuq din is-sejħa tal-lajċi fil-Knisja, filwaqt li tgħid li din il-kollaborazzjoni li titkellem minnha ma tfissirx sostituzzjoni għall-ministeru sagru tas-saċerdoti.

Il-Ministeru tal-AkkoljenzaFl-Ittra ta’ San Pawl lir-Rumani nsibu: “Għalhekk ilqgħu ’l xulxin, bħalma Kristu ukoll laqagħkom għall-glorja ta’ Alla” (Rum. 15:7). Huwa importanti ħafna l-element ta’ ferħ fil-Knisja, partikularment fil-laqgħa liturġika.

Kemm tagħmel differenza meta f’qalb il-ġemgħa jkun hemm dan l-ispirtu ta’ ferħ u ta’ laqgħa, li kulħadd iħossu milqugħ u ħaġa waħda! Dan il-ministeru tal-akkoljenza jitwettaq permezz ta’ dawk li bl-Ingliż ngħidulhom ‘ushers’ jew ukoll dawk li jħaddnu l-‘greeting ministry’. Dan il-ministeru kien importanti fl-ewwel żminijiet tal-Knisja u dawk li kienu jagħmluh kienu jissejħu ‘ostjarji’. Dan il-ministeru hu effettiv ħafna f’żoni pastorali fejn l-immobilazzjoni tas-soċjetà tinbidel kontinwament. Il-familji ġodda li jibdew jiffrekwentaw għall-quddies f’komunità partikulari, iħossuhom mal-ewwel parti mill-komunità u għalhekk ma jħossuhomx: “aktar barranin u għorba, imma nies tal-istess belt tal-qaddisin u nies tad-dar ta’ Alla” (Ef 2:19). Insemmu ukoll hawnhekk il-ministeri tal-kummentatur u tal-animatur li proprju l-missjoni ta’ dan tal-aħħar hija li janima, ‘jagħti r-ruħ (anima)’ lill-komunità liturġika.

Jgħin ħafna lill-ispirtu ta’ ferħ u ħajja fil-liturġija, huwa l-ministeru tal-kant. Il-kant huwa sinjal ta’ ferħ u n-nisrani ma jistax ma jiftaħx fommu u jlissen għana ta’ tifħir lil Alla. Jeħtieġ għalhekk li jkun hemm min iqanqal lill- ġemgħa biex tkanta u jmexxiha waqt il-kant bħalma hu l-kantur, is-salmista u l-kor.

“Hemm imbagħad diversi doni, imma wieħed hu l-Ispirtu; hemm diversi ministeri, imma l-istess wieħed hu l-Mulej; hemm diversi ħidmiet, imma l-istess Alla, li jaħdem kollox f’kulħadd.”

(1 Kor 12:4-6)

Il-Ministeri tal-Lajċi fil-KnisjaĦarsa lejn it-Teoloġija Biblika dwar il-Ministeri

Fr. Charles Buttigieg

Dan l-artiklu bibliku qed jidher f’din il-ħarġa fid-dawl tal-Pjan Pastorali Djoċesan 2009-2012 li din is-sena qiegħed jiffoka fuq id-don tal-ministeri fil-Knisja.

Page 28: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

26

Il-Ministeru tal-KelmaFl-ewwel żminijiet, il-letturi kellhom importanza kbira fil-Knisja. Kienu huma li kellhom fdati f’idejhom il-kotba liturġiċi kollha u minħabba f’hekk fi żmien il-persekuzzjonijiet ta’ Decju u ta’ Djokleżjanu, il-letturi kienu jiġu mfittxija mill-awtoritajiet pagani sabiex jikkonfiskawlhom il-kotba sagri. Infatti xi uħud minnhom li ma ċedewx ħadu l-martirju. Il-qari kollu anke l-vanġelu kien isir mil-letturi. Huma kienu ukoll ixandru l-Kelma ta’ Alla waqt il-funzjonijiet liturġiċi u kien biss meta l-Knisja bdiet torganizza iktar ruħha li l-Evanġelju beda jitħabbar mid-djakni. Dan il-ministeru tal-Kelma ta’ Alla jaqduh illum għadd ta’ ministri li għandhom gradi diversi fil-ġerarkija tal-Knisja; insibu l-isqfijiet, is-saċerdoti, id-djakni, seminaristi, kif ukoll il-lajċi. Insibu lajċi li huma istitwiti mill-Isqof għal dan il-ministeru tal-lettorat, waqt li ħafna oħrajn iħaddnu dan il-ministeru wara thejjija xierqa u jkomplu jsegwu formazzjoni kontinwata sabiex b’hekk f’kull parroċċa ikun hemm numru sabiħ ta’ letturi li jkunu responsabbli tal-qari fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi.

Insemmu ukoll hawnhekk il-ministeru tal-katekeżi għal dawk li huma katekisti. Il-Papa Ġwanni Pawlu II fl-Eżortazzjoni Appostolika, Catechesi Tradendae dwar il-Katekeżi fi Żminijietna, fin-numru 66 jgħid: “Il-ministeru tal-katekisti hu forma eminenti ta’ appostolat lajkali”. Dan il-ministeru jiġbor fih il-katekeżi dwar il-Kelma ta’ Alla, kull forma ta’ istruzzjoni kristjana u anke predikazzjoni waqt laqgħat jew konferenzi, kif ukoll f ’liturġiji non-ewkaristiċi. Ma ninsewx ukoll lil dawk li jħaddnu l-ministeru tat-talb fi gruppi jew fil-laqgħat ta’ formazzjoni spiritwali jew jitolbu għall-bżonnijiet spiritwali ta’ persuni, għall-fejqan jew ikunu ta’ faraġ għal min għandu bżonn.

Il-Ministeru tal-AkkolitatFl-ewwel żminijiet tal-Knisja dan il-ministeru tal-akkolitat kien l-iktar f’idejn id-djaknu. Iżda nsibu oħrajn li bħala ‘ostjarji’ kienu ukoll jieħdu ħsieb il-preparazzjoni tal-artal u ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija. Il-Papa Pawlu VI fl-Ittra Appostolika, Ministeria Quaedam tal-15 t’Awwissu 1972, jgħid li l-Akkolitat bħala ministeru istitwit huwa l-ministeru tal-Ewkaristija u tal-Karità.

Dan il-ministeru jinvolvi qadi u servizz lejn l-artal iktar mill-qrib. L-akkolitu jgħin lis-saċerdot fit-tqarbin waqt il-quddiesa u lill-morda fid-djar tagħhom. Fid-djoċesi tagħna dan il-ministeru istitwit mill-Isqof jingħata lis-seminaristi. Insemmu hawnhekk ukoll il-ministri straordinarji tal-Ewkaristija u l-ministeru tal-morda, li jeħtieġ li jkollhom preparazzjoni xierqa għal dan il-ministeru marbut mal-Ewkaristija. Huma

jwasslu l-Ewkaristija lill-morda u meta hu permess jgħinu fit-tqarbin waqt il-quddiesa. Ministeri f’kojnonija u fi djakonijaMin iħaddan ‘ministeru’ fil-Knisja huwa msejjaħ sabiex ikun qaddej tal-Knisja permezz tal-ministeru li jingħata. Infatti l-kelma ‘ministeru’ ġejja mil-Latin ‘minus stare’, li tfisser ‘tkun inqas quddiem ħaddieħor’, jiġifieri li tkun ‘qaddej’. Anke l-kelma Griega li tittraduċi dan il-ħsieb; ‘diakonia’, tfisser l-istess ‘qadi’ jew ‘servizz’. Kull ministeru fil-Knisja jitlob fuq kollox spirtu ta’ għaqda (koinonia) u spirtu ta’ servizz u karità (diakonia). Huwa importanti ukoll li dawk li jħossu s-sejħa li jwettqu xi ministeru, jkunu ppreparati sewwa għal din il-missjoni u li jkunu tassew xhieda ta’ dan il-ministeru li jwettqu fil-komunità. BiblijografijaBrandolini L., Il Ministero Straordinario dell’Eucaristia in una Chiesa tutta ministeriale, Sussidi Pastorali 9, Roma 1983.

“Instruction on certain questions regarding the collaboration of the Non-Ordained Faithful in the Sacred Ministry of Priests”, in L’Osservatore Romano, 19 November 1997.

Nardoni, E., “The Concept of Charism in Paul” in CBQ 55 (1993) 68-80.

Vanhoye, A., I Carismi nel Nuovo Testamento, Pontificio Istituto Biblico (ed.), Roma 2002.

2, St George’s Square, Victoria, Gozo, Malta - Tel: 2155 1287Left handside of St George’s Basilica

Whether you are mother of the bride/groom or guest we want you to have the perfect

dress for your special occasion.We also carry evening dresses and formal wear, shoes, bags and also hiring of hats.

Page 29: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

27

Il-Poeta Anton Buttiġieġ twieled il-Qala Għawdex fid-19 ta’ Frar tas-sena 1912 u miet fil-15 ta’ Mejju tas-sena 1983. Huwa rċieva l-ewwel tagħlim tiegħu fl-iskola primarja tal-Gvern u wara fis-Seminarju t’Għawdex. Wara hawnhekk huwa kompla l-istudji tiegħu fil-kulleġġ ta’ San Alwiġi. Fl-Università Rjali ta’ Malta, Anton Buttiġieġ kiseb il-B.A. fl-1934, u sitt snin wara, sewwa sew fis-sena 1940 huwa kiseb il-lawrja ta’ Avukat. Iżda Buttiġieġ ma waqafx hawn imma baqa’ miexi ’l quddiem fl-istudji tiegħu u rebaħ għadd ta’ scholarships f’Universitajiet barra mix-xtut tagħna fejn kompla jikseb tagħlim kbir.

Fi żmien it-tieni gwerra, jiġifieri bejn is-snin 1939 - 1945, Anton Buttiġieġ insibuh iwettaq servizzi fil-Korp tal-Pulizija fil-Fergħa tal-Kontroll tal-ikel. Wara li spiċċat il-gwerra, huwa serva bħala Relatur tar-rapporti legali tat-Times of Malta. Ftit taż-żmien wara, Anton Buttiġieġ inxteħet għall-Politika fi ħdan il-Partit Laburista. Il-kitba iżda minn dejjem kienet għal qalbu; kien għalhekk li fl-1959, insibuh jokkupa l-kariga ta’ Editur tal-ġurnal Voice of Malta. Għamel żmien Ministru tal-Ġustizzja u Deputat Kap tal-Partit Laburista.

Is-sehem tal-Poeta Anton Buittiġieġ fil-qasam Letterarju Malti mhux wieħed żgħir. Huwa kien l-ewwel Segretarju tax-Xirka tat-Tixrid tal-Ilsien Malti. Kien wieħed mill-ewwel imseħbin tal-Għaqda tal-Malti msejħa “Università” kif ukoll membru attiv tar-“Royal University of Malta Literary Society”. Kiteb bosta poeżiji fl-Organu tal-Għaqda ‘Il-Malti’ u f’‘Leħen il-Malti’.

Anton Buttiġieġ huwa poeta ta’ stil sempliċi u ta’ immaġinattiva qawwija. Il-poeżiji tiegħu dehru f’bosta rivisti u ġurnali. Fis-sena 1945 huwa ħareġ għad-dawl ktieb bil-poeżiji jismu “Mill-Gallerija ta’ Żgħożiti”, u erba’ snin wara, fl-1949, ippubblika ktieb ieħor tal-

poeżiji bil-Malti li jġib l-isem ta’ “Fanali bil-Lejl”. Anton Buttiġieġ huwa wkoll il-kittieb ta’ “Ejjew Nidħku Ftit”, ktieb ta’ epigrammi. Hawnhekk Buttiġieġ juri ħila u teknika kbira u l-kelma ma joqgħodx jomgħodha. Araw x’jidhrilkom minn dan l-epigramm:

X’qal Monsinjur SaydonIl-qassisin bejniethom qatt ma qablufil-għomor tagħhom minn bdew jeżistuħlief darba biss: meta huma xlew u qatlulill-Iben t’Alla: Sidna Ġesù Kristu!

Anton Buttiġieġ kompla jippubblika iktar kotba ta’ poeżiji u xi żmien wara ħareġ għad-dawl ktieb ieħor bil-poeżiji jismu “Qasba mar-Riħ” u ieħor “Il-Muża bil-Kimono”. Ċert li ħafna mill-qarrejja li għandhom għal qalbhom il-Letteratura Maltija fuq l-ixkafef tagħhom jgħożżu wkoll il-ktieb tal-poeżiji li Buttiġieġ kien ħareġ f’għeluq is-sittin sena tiegħu, “L-Għanja tas-Sittin” mitbugħ mill-Klabb Kotba Maltin li stampalu wkoll il-ktieb “Il-Poeżiji Miġbura” kif ukoll it-tliet volumi “Mill-Album ta’ Ħajti”.

Bla dubju il-Poeżija hija tabilħaqq is-sejħa ta’ Anton Buttiġieġ. Kerha kemm hi kerha l-ħajja, iebsa kemm hi iebsa triq, ir-riġlejn għajjiena, għal Buttiġieġ hemm dejjem ħajja oħra u toroq oħra, id-dinja tal-immaġinazzjoni, li għalih hija l-Maqdes tal-Muża tiegħu, il-maqdes tal-Għanja tan-Natura, mibdula u msebbħa bid-dawl ta’ immaġinazzjoni mill-ogħla. Mhux ta’ b’xejn lil Anton Buttiġieġ insibuh bħala l-Poeta Romantiku, il-Poeta tan-Natura. Għal kull min isib il-ħajja iebsa, Buttiġieġ huwa l-Imgħallem li għandu f’idejh il-muftieħ tal-Palazz tal-ħolm. Ma’ kull pass, l-immaġinazzjoni tinsiġlek tapit taħt riġlejk u mal-ħitan, tperriċlek l-arazzi u fuq rasek tibnilek koppla ta’ ħdura. Din hija l-ħajja romantika ta’ Anton Buttiġieġ. Il-ħlejjaq sbieħ li Buttiġieġ iżomm madwaru huma l-ħlejjaq tal-art; is-siġar u l-bhejjem. Xhieda ta’ dan kollu huma xi ftit mis-suġġetti tal-poeżija tiegħu, bħal ngħidu aħna: Ranċis, Iċ-Ċentifolju, L-Ajkla, Iċ-Ċerv ,Il-Ħażna tal-Peprin, Ir-Riħ, Il-Bnazzi, u bosta oħrajn. Is-safar ukoll nebbaħ lill-poeta tagħna f’uħud mill-isbaħ poeżiji tiegħu. Il-Għanja taċ-Ċaċlieq hija sinfonija mill-aqwa ta’ dal-poeta Għawdxi bħalna. Kienet għajn f’ ‘Palazzo

Anton Buttiġieġ - il-Poeta tan-Natura

Mitt Sena minn TweliduMill-Kav. Joe M. Attard

Anton Buttigieg, bħala ġurnalista flimkiien ma’ uffiċjali tal-Qrati ta’ Malta,waqt aċċess f’ġuri.

Page 30: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

28

Pitti’ ħdejn ix-xmara Arno ġo Firenze, li wasslet lill-poeta biex jinseġ versi hekk sbieħ.

Jekk inħallu n-Natura, insibu li l-Poeta ma jifridx il-Poeżija mill-Ħajja u lanqas il-Ħajja mill-Poeżija. Il-Poeta stess jgħidilna: “Jiena għint lili nnifsi ngħix il-ħajja u rrid ngħin lilkom ukoll billi nkebbsilkom ftit tad-dawl minn fuq il-muntanja tal-Muża. Mhux hekk forsi jagħmel ‘Majsi’ li ta’ kull filgħaxija jdawwal it-triqat mudlama! Majsi u l-Poeżija jagħmlu l-istess xogħol. Dan huwa l-ħsieb li l-Poeta jfissru tant tajjeb f’waħda mill-aqwa poeżiji tiegħu Il-Kebbies tal-Fanali.

Anton Buttiġieġ huwa espert ukoll f’xorta oħra ta’ kitba. Qiegħed nirreferi hawnhekk għal ‘Ballata’ - poeżija twila li tirrakkonta xi ġrajja. Mill-pinna tiegħu kienu ħarġu żewġ ballati sbieħ bil-Malti, waħda dwar l-Assedju l-Kbir u l-oħra dwar l-Assedju t’Għawdex.

Minn dan kollu naraw li l-Muża, li l-Poeżija ta’ Anton Buttiġieġ hija festa ta’ Nirien, dawk in-nirien ta’ ġigġifogu nhar il-lejl ta’ festa fl-irħula tagħna meta s-sema Malti jiżgħed b’sufarelli u murtali tal-ftuħ, is-seba’ kuluri tal-qawsalla – ta’ ġawhar jaħraq – fantasija ta’ nirien. Il-poeżija tal-Poeta Għawdxi Anton Buttiġieġ, magħruf f’raħlu bħala Toni tal-Baħri, li min jaf kemm terraq ħafi jew bis-sandli mill-Qala għas-Seminarju fir-Rabat (Victoria), hija wkoll fantasija ta’ nirien fil-Letteratura Maltija.

Xtaqt issa naqsam magħkom il-poeżija, li għadni naftakarha bl-amment u li min jaf kemm fissirtha lill-istudenti tas-sekondarja meta kont għadni għalliem, Il-Kebbies tal-Fanali, poeżija tant sabiħa.

Kull filgħaxijaKif mal-għabexTnin u tmut saħħet il-jum,Jiġi Majsi bis-sellum,U jixgħelli taħt it-tieqaFanal ċkejkenLi tal-lejl itaffi d-dieqa.

Saħħti wkollQed inħossha tmut kuljum;Iżda l-msejkna l-PoeżijaKull filgħaxija,Dlonk tixxabbat mas-sellum,

U ġo qalbiTixgħel naqra ta’ fanalIlli jtaffi ftit tad-dieqa sa ma jmut ta’ ħajti l-fdal.Alla ħares ma kienx MajsiIlli jagħmel ftit tad-dija;U ma’ Majsi – Alla ħares –Ma kinitx il-Poeżija.

Xtaqt nersaq lejn tmiem dan il-profil dwar dan il-Poeta Għawdxi billi nislet poeżija oħra li huwa kiteb ta’ Għawdxi li hu, li jaf it-tbatija li l-Għawdxin iġarrbu ġejjin u sejrin lejn Malta b’mod speċjali l-bdiewa li jbakkru biex jieħdu l-prodott tagħhom lejn il-gżira oħtna. Apprezzaw ftit is-sengħa u l-ħila tal-poeta fil-poeżija tiegħu Id-Dgħajjes tal-Latini li llum sfortunatament qed jgħibu minn fostna jekk mhux diġà sparixxew.

o dgħajjes tal-Latini, kif il-għodwaTiftaħ tal-kampanella warda wardaFuq ħajt il-ġnien b’idha tad-dawl u tqassat Ta’ ġmiel rużarju,

Minn ġewwa d-daħla tal-Imġarr kennijaKontu toħorġu waħda wara l-oħra,Bl-agħjat tal-bdot u tal-baħrin żaġħżugħa Mal-arbli mxabbta,

Jiftħu għar-riħ tal-Majjistral mill-poppaTirkett fuq l-arblu ta’ quddiem, majjistraWara, wil-qlugħ iż-żgħir tal-pallakkun Barra mill-pruwa,

W erħilkom tiġġerrew għal ħdejn Kemmuna,Bil-pika ma’ xulxin min jasal l-ewwelIl-Port il-Kbir; u hemmhekk tħottu l-għelejjel Tal-art Għawdxija.

o Dgħajjes tal-Latini, darba għal dejjemGħebtu minn Għawdex, sew bħal qatgħa gawwiLi taru ’l bogħod ’il bogħod f’ibħra xemxija U nsew il-bejta.

Li darba bejtu fl-għerien tal-FlieguU fuq ġwenħajkom bojod is-sbuħija,Tad-daħla tal-Imġarr ħelwa Sultana, Taret għal dejjem.

Anton Buttigieg, waqt waħda mill ħarġiet tal-għaqda tal-Malti.

L-Istudenti u l-għalliema tal-kulleġġ San Alwiġi fis-sena 1930.

Page 31: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

29

Qabduha fuq il-Pastorali tal-Isqfijiet!

minn: Mons. Salv Grima

Smajtha l-Pastorali tal-Isqfijiet?Liema waħda?

Għandek raġun, għax dan l-aħħar kellna xi tlieta b’kollox. Imma ma jimpurtax.Jaqaw dik li fiha semmew li hemm bżonn nagħmlu l-għażliet il-ġodda?

Ukoll. Imma anki fuq affarijiet oħra.Jekk mhux sejjer żball qalulna wkoll li anki l-Knisja kontinwament tfittex tisfija! Din x’riedu jgħidu biha? Għidli ftit: dan ma jħassbikx?

Hekk hu. U l-Isqfijiet ma staħbewx wara subgħajhom, anzi għamlu sew li qaluh.Imma nsejt kemm kont tipprova tiddefendi kulma jmiss mal-Knisja?

U xorta naqbel li hemm bżonn ta’ tisfija, imma ifhem f’liema kuntest. Per eżempju?

Semmew kelma importanti: l-appoġġ kulturali. Dan bħalma qisu għandek qoxra. U semmew li hemm anki l-qoxra fil-Knisja, dak li hu estern, l-appoġġ ta’ xi privileġġi soċjali, dak li t-tradizzjoni kienet timbuttana…. Dan hu kliem preċiż.Allura?

Propju fuq dan li semmejtlek hemm bżonn li tissaffa. Sintendi minn kull wieħed u waħda minna. Imma dan nagħmluh billi jkollna tassew kwalità tal-ħajja nisranija u mhux waħda fuq fuq, skont il-mument jew il-burdati! Ma nafx eżatt xi trid tgħid.

Ara, ħa nġiblek xi eżempji. Ikollna t-2 ta’ Novembru, il-Quddiesa ta’ nofsillejl tal-Milied, il-ġurnata tad-Duluri, xi funeral ta’ xi ħadd, biex ma nsemmix iktar.Qed issemmi ġranet li huma għal qalbna ħafna. Allura trid tgħid li ma nagħtux kashom? U nħalluhom għaddejjin? Ara kemm nies jiġu! Anki dawk li mhux soltu.

Jien bħalek ninnota kemm jiġu nies. U anki b’ċertu sagrifiċċju wkoll. Imma din minħabba xi tradizzjoni, għall-konvenjenza jew xi konvinzjoni? X’tgħidilha? Biex tkompli mad-drawwa? Dawn mhux xi affarijiet tad-drawwa, xi gost jew xi kurżità.Għax qed tgħid dan?

Nirrispondik. X’inhu li jżommok milli tiftakar fl-erwieħ ta’ qrabatek mejtin fil-ġranet l-oħra wkoll u mhux f’xi ġurnata partikulari? Mhux kuljum nistgħu niftakru fihom, anki billi nissieħbu fit-talba Ewkaristika, u

għandna ħin ukoll g ħ a l l - Q u d d i e s a ? X’taħseb?Ħa noqgħod ninqala’ kuljum? Dak mhux żejjed? Il-ġranet speċjali huma dawk li huma.

Hawn hu l-punt. Dan li jfisser li qed inżommu wisq mal-qoxra, mat-tradizzjoni!Issa x’ser taqbad tagħmel? Jew x’hemm ħażin meta ħafna jogħġobhom hekk?

Propju għalhekk l-Isqfijiet fl-istess pastorali fakkruna li għandna nfittxu li nintrabtu ma’ dak li hu ċentrali fil-fidi tagħna, Sidna Ġesù Kristu.Allura tiġi festa tad-Duluri u ma tieħux sehem fiha?

Anki hawn. Importanti li l-ħajja Nisranija ma tkunx skont il-massa. Jekk hemm xi ħaġa popolari mmur, u jekk ma tantx, nibqa’ lura!Imma jien ma nibqax lura għal kollox. Quddiesa l-Ħadd nara kif nagħmel u mmur. Però ngħidlek ħaġa: x’qed nieħu minnha ma nafx!

Dan li jfisser li nfittxu nissaffew. Li nibnu ħajjitna minn ġewwa. Mhux dak li nagħmlu minn barra biss. Rabta sinċiera ma’ Kristu, għax dak li jibqa’.Qed nistennik issemmili l-eżerċizzi taż-żgħażagħ!

Ara, ladarba qed issemmihomli. Anki fuq hekk kellmuna l-Isqfijiet meta semmew l-isfida tal-evanġelizzazzjoni l-ġdida, għax dak li kellna ħallejnieh jiddgħajjef wisq.Għandek tgħid li llum għandna kurrent qawwi kontrina u ma nafx kif nistgħu nilqgħulu. It-telqa veru li ma tagħmilx ġid, imma kif tista’ terġa’ tqum fuq tiegħek?

Kuraġġ! Tant nies reġgħu qabdu t-triq tat-tisfija! Mhux dan li qed jistidnuna nagħmlu l-Isqfijiet? Taħseb li għalxejn? Għandna stedina. Fuq kollox l-għajnuna tal-Mulej ma tiġi nieqsa qatt. Qed jistenna tweġiba. B’rieda tajba imma soda.Tlaqna. Naqbel li hemm bżonn ta’ kwalità ta’ ħajja Nisranija aħjar. Ser inħalli f’idejk għal meta jkun hemm xi stedina.

Ma ngħidlekx le, imma inti wkoll tista’ tgħid xi kelma lil sħabek, u bilħaqq kelma tajba tixraq lil MarieAnne tiegħek ukoll.

Page 32: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

30

Fl-1921, l-irħula kollha ta’ Għawdex, minnbarra dak tal-Qala, ilkoll kellhom arloġġ imwaħħal fil-faċċata tal-knejjes parrokkjali rispettivi tagħhom. Fis-Seduta tal-Assemblea Leġiżlattiva tas-27 ta’ Diċembru 1921, l-Avukat Luigi Camilleri LL.D., wieħed mill-erba’ deputati Għawdxin, li kien jirrappreżenta lil Għawdex, fl-Assemblea Leġiżlattiva, ġibed l-attenzjoni tal-Prim Ministru l-Onor. Joseph Howard għal dan il-fatt. Staqsieh jekk kienx il-ħsieb tal-Prim Ministru li jagħti l-ordnijiet meħtieġa biex il-Qala jkollha arloġġ simili.

Fir-risposta tiegħu l-Prim Ministru informa lill-Onor. Dr. Luigi Camlleri, li kien il-ħsieb tal-Gvern li jagħti l-ordnijiet meħtieġa, biex il-Qala jkollha arloġġ, simili għal dak imwaħħal mal-faċċata ta’ knejjes oħra f’Għawdex.(1)

It-talba tal-Avukat Camilleri ma waqgħetx fuq widnejn torox, għax fis-seduta tal-Assemblea Leġiżlattiva tas-16 ta’ Marzu 1923 tressaq vot Nru. 27, li kien jirrigwarda x-Xogħlijiet Pubbliċi, u dan kien jinkludi somma ta’

£120 biex isir arloġġ f’Għawdex. Il-Ministru tax-Xogħlijiet l-Onor. Ninu Dalli spjega lill-kamra, li din is-somma kienet intiża biex isir arloġġ fil-Qala f’Għawdex. Il-Ministru Dalli, qal li dan kien se jkun it-twettiq ta’ wegħda tal-Gvern, li kienet saret snin ilu iżda li kienet ser titwettaq mill-Gvern preżenti.(2)

Dan il-vot ġie approvat mill-Kamra fl-istess seduta.(3)

Mir-rapport tas-supretendent tax-Xogħlijiet Pubbliċi għas-sena finanzjarja 1925-1926, li jġib id-data tal-11 t’Awwissu 1926, insibu li l-arloġġ tal-Qala twaħħal f’postu f’din is-sena finanzjarja. L-ispiża biex twaħħal l-arloġġ telgħet għal £28.(4)

1. D(ebates) of the L(egislative) A(ssembly) Vol. 1 ses-sioin 27.XII.1921 p.99.

2. Ibid Vol IV, session 16 –IIIv- 1923 p.858, 861.

3. Ibid p.866.

4. Report of the superintendent of Public Works for 1925 – 1926, Malta Govt. Gazzette, Suppliment No.LXIV, 8. X.1926, p.694.

Sliema-Malta. 24.IV.2011.

To our English Speaking Residents:

“Jesus the Crucified, has risen!” Dear Friends,This time last year, I addressed you for the first time in my capacity as Editor of our Parish tertiary magazine “Lehen il-Qala”. It was Easter time and since then we met again in the other two issues that followed, namely that of St. Joseph Feast and that of Christmas. Now we are again in Easter time, when our fourth issue is being published

Easter morning brings us ancient news yet ever new: Christ is risen! The echo of this event, which issued forth from Jerusalem twenty centuries ago, continues to resound in the Church, deep in whose heart lives the vibrant faith of Mary, Mother of Jesus, the faith of Mary Magdalene and the other women who first discovered the empty tomb, and the faith of Peter and the other Apostles.

Right down to our own time – even in these days of advanced communications technology – the faith of Christians is based on that same news, on the testimony of those sisters and brothers who saw firstly the stone that had been rolled away from the empty tomb and then the mysterious messengers who testified that Jesus, the Crucified, was risen. And then Jesus himself, the Lord and Master, living and tangible, appeared to Mary Magdalene, to the two disciples on the road to Emmaus, and finally to all eleven, gathered in the Upper Room.

May heaven and earth rejoice at the witness of those who suffer opposition and even persecution for their faith in Jesus Christ. May the proclamation of his victorious resurrection deepen their courage and trust.

Dear friends, The risen Christ is journeying ahead of us towards the new heavens and the new earth, in which we shall all finally live as one family, as sons of the same Father. He is with us until the end of time. Let us walk behind him, in this wounded world, singing Alleluia. In our hearts there is joy and sorrow, on our faces there are smiles and tears. Such is our earthly reality. But Christ is risen, he is alive and he walks with us. For this reason we sing and we walk, faithfully carrying out our task in this world with our gaze fixed on heaven.

Happy Easter to all of you!

Euchar MizziEditor.

Page 33: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

31

Sewwa sew tmint ijiem minn meta niċċelebraw il-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet nhar l-Għid il-Kbir, il-Knisja tiċċelebra festa oħra daqs tant kbira, il-festa tal-Ħniena Divina. Kien Kristu nnifsu li talab li din il-festa titwaqqaf uffiċjalment mill-Knisja u li għandha tiġi ċċelebrata b’sollennità kbira fit-tieni Ħadd tal-Għid. Fit-30 ta’ April 2000 il-Papa Ġwanni Pawlu II wettaq dak li kien talab Ġesù u waqqaf uffiċjalment fil-Knisja il-festa tal-Ħniena Divina li tiġi ċċelebrata kull sena fit-tieni Ħadd tal-Għid. Dan il-jum sar magħruf bħala l-Ħadd tal-Ħniena Divina.

Biex iwassal il-messaġġ Tiegħu lill-bnedmin, Kristu għażel persuna sempliċi, Suor Fawstina Kowalska li llum ġiet mgħollija għall-glorja tal-artal. Twieldet fil-25 ta’ Awwissu 1905, it-tielet minn għaxar aħwa, fir-raħal ċkejken ta’ Lodz fil-Polonja. Fil-magħmudija tawha l-isem ta’ Helena. Missierha kien bidwi u mastrudaxxa. Il-familja kienet fqira imma l-ġenituri rabbew ’l uliedhom fl-imħabba t’Alla, fl-ubbidjenza u fix-xogħol. Is-sejħa għal ħajja reliġjuza Helena ħassitha meta kienet għadha ta’ età żgħira imma minħabba l-faqar tal-familja kien biss meta kellha għoxrin sena li ngħaqdet mal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Madonna tal-Ħniena. Dawn is-sorijiet jaħdmu għar-riabilitazzjoni ta’ nisa u xebbiet li jkunu qabdu t-triq il-ħażina, u jieħdu ħsieb tfajliet li jkunu f’qagħda perikoluża għall-ħajja morali tagħhom. Fil-kunvent xogħol Suor Fawstina kien bħala kok, ġardinar u mal-bieb. Mill-apparenza tagħha ħadd ma kien jinduna bil-ħajja profonda mistika li kienet tgħix.

Il-missjoni ta’ Suor Fawstina bdiet meta kellha dehra minn għand il-Mulej. Kien hemm drabi qabel meta l-Mulej kien jitkellem magħha, però hi tirrakkonta fuq il-viżjoni li kellha nhar it-22 ta’ Frar 1931 fiċ-ċella tagħha. “Jien rajt lill-Mulej Ġesù liebes libsa bajda. Id minnhom kienet merfugħa ’l fuq f’att ta’ tberik. L-oħra

kienet tmiss il-libsa fuq is-sider. Minn taħt il-libsa daqsxejn miftuħa fuq is-sider kienu ħerġin żewġ raġġi wesgħin ta’ dawl, wieħed aħmar u l-ieħor ċar.” Suor Fawstina baqgħet tħares fis-skiet lejn il-Mulej filwaqt li ġo fiha kienet qiegħda tħoss biża’ u fl-istess ħin ferħ. Kien dak il-ħin li Ġesù għamel l-ewwel talba lis-soru sempliċi meta talabha tpinġi xbieha ta’ kif qiegħda tara l-viżjoni bil-kelmiet ‘Ġesù jiena nafda fik’ u urieha

x-xewqa tiegħu li x-xbieha tkun meqjuma l-ewwel fil-kappella fejn twettqet il-viżjoni u wara fid-dinja kollha. Suor Fawstina ppruvat tpinġi x-xbieha imma billi ma kinitx tinqala’ għall-pittura ma rnexxilhiex. Id-direttur spiritwali tagħha sab lil xi ħadd li seta’ jpinġi x-xbieha imma lil Suor Fawstina ma tantx għoġbitha għax qalet li l-pittura ma kinitx tesprimi l-ħlewwa li hi kienet rat fuq wiċċ Ġesù. Ilmentat ma’ Ġesù iżda Hu qalilha, ’Il-kobor ta’ din ix-xbieha mhux qiegħed fis-sbuħija tal-lewn jew tal-pinzell, imma fil-grazzja Tiegħi.’ Fuq talba tad-direttur spiritwali tagħha, Suor Fawstina staqsiet lil Ġesù t-tifsira taż-żewġ raġġi ta’ dawl. Ġesù weġibha, ’Iż-żewġ raġġi juru d-Demm

u l-Ilma. Ir-raġġi ċ-ċari jirrapreżentaw l-Ilma li jsaffi l-erwieħ, ir-raġġi l-ħomor jirrappreżentaw id-Demm li hu l-ħajja tal-erwieħ… Dawn iż-żewġ raġġi ħarġu mill-Ħniena l-aktar profonda Tiegħi, meta l-Qalb agonizzanti Tiegħi kienet minfuda minn lanza fuq is-Salib…” Fuq ix-xbieha tal-Ħniena Divina b’mod prominenti dejjem iridu jidhru l-kelmiet “Ġesù jiena nafda fiK”

L-istorja ta’ kif bdiet u żvolġiet ruħha d-devozzjoni tal-Ħniena Divina nafuha mid-djarju li kienet iżżomm Suor Fawstina. Dan id-djarju bdiet tiktbu fis-sena 1934 fuq talba tad-Direttur Spiritwali tagħha Fr Michael Sopocko u semmietu ‘Il-Ħniena Divina f’ruħi’. Fih jiġbor dettalji u rivelazzjonijiet kbar u esperjenzi spiritwali straordinarji. Permezz tiegħu nafu kif Ġesù għażel lil din is-soru sempliċi u afdalha missjoni partikolari li

“Il-Ħniena Divina”Rigal ta’ Kristu lill-Umanità

Minn: Josette Buttigieg

Page 34: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

32

xxandar mill-ġdid il-messaġġ Evanġeliku lill-umanità u li toħloq għamliet ġodda ta’ devozzjoni lejn Alla bħala ħniena għal kulħadd speċjalment lejn dawk li jeħtiġuha l-aktar. Ġesù Nnifsu nsista fuqha li tikteb dak kollu li jgħidilha għax dan kien intenzjonat għal numru kbir ta’ erwieħ li jipprofittaw ruħhom minnu. Mid-djarju nafu li Ġesù kien jitkellem ma’ Suor Fawstina regolari. Kien isejħilha ‘Segretarja tal-Ħniena Tiegħi’ u kien kontinwament jiggwidaha x’għandha tagħmel u tikteb. Fl-istess ħin meta kienet taħbat taqta’ qalbha kien jagħmlilha l-kuraġġ u jgħidilha li ma għandhiex għax tibża’ meta Hu qiegħed magħha.

Id-devozzjoni lejn Il-Ħniena Divina għaddiet minn ħafna provi li fihom infushom jippruvaw il-verità tar-rivelazzjonijiet. Fis-sena 1935, Suor Fawstina kitbet fid-djarju tagħha li kellu jiġi żmien meta din l-opra tkun kważi meqruda għal kollox imma wara terġa’, tqum b’qawwa ikbar li tixhed il-verità tagħha u li tkun bħal dawl qawwi fil-Knisja għalkemm għal żmien kien mitfi. Dan proprju ġara fis-6 ta’ Marzu 1959, meta s-Santa Sede Appostolika, wara li studjat informazzjoni li kienet ippreżentata b’mod żbaljat, ipprojbiet li jitqassmu xbihat u kitbiet fuq id-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina fil-forma proposta minn Suor Fawstina. Għal għoxrin sena ma nstema’ xejn dwar id-devozzjoni tal-Ħniena Divina. Imbagħad fil-1978 reġgħet tqajmet wara li S-Santa Sede eżaminat dokumenti li qabel ma kinitx taf bihom u tat il-permess biex id-devozzjoni tkun prattikata. Il-bniedem l-aktar responsabbli għal din il-bidla kien il-Kardinal Carol Wojtyla dakinhar Arċisqof ta’ Krakovja u li ġie magħżul Papa, sitt xhur biss wara. Sa mill-bidu tal-papat tiegħu hu kompla jkabbar id-devozzjoni tal-Ħniena Divina. Fl-1980 ħareġ enċiklika ‘Għani fil-Ħniena’, u sena wara stqarr minn ġos-Santwarju tal-Imħabba Ħanina, li x-xandir ta’ dan il-messaġġ iqisu bħala x-xogħol partikolari tiegħu. Fl-1995 iċċelebra l-Festa tal-Ħniena Divina ġol-knisja ta’ Santo Spirito, f’Sassia ftit ’il bogħod mill-Vatikan. Fit-30 ta’ April 2000 waqqaf uffiċjalment fil-Knisja il-festa tal-Ħniena Divina li kellha tiġi ċċelebrata b’mod sollenni kull sena fit-tieni Ħadd tal-Għid.

Id-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina talabha Ġesù stess u kien Hu wkoll li għażel il-jum partikolari meta għandha tiġi ċċelebrata tmint ijiem wara l-irxoxt Tiegħu mill-imwiet. Il-passjoni u l-mewt ta’ Kristu kienet l-akbar att ta’ mħabba li qatt seħħet fl-istorja tal-ħolqien. Kristu tgħabba bid-dnubiet tal-umanità u patta għalihom b’demmU. Meta qatra waħda biss kienet tkun biżżejjed biex tifdi l-umanità Kristu għażel li jxerred sal-aħħar qatra ta’ Demmu. Min jista’ jqis il-kobor ta’ Mħabbtu! U donnu għaliH ma kienx biżżejjed, donnu ħass li għadu ma tax imħabba biżżejjed lill-bniedem. Permezz ta’ Suor Fawstina ried li jkompli jxerred mħabba fuq il-bnedmin. Ma riedx sempliċement festa, imma ried devozzjoni bħala mezz biex ikompli jitfa’ fuq id-dinja imħabba li ma taqtax. Donnu miġnun biex jagħti dejjem iżjed grazzji lill-bnedmin. Għalhekk ta’ min jara sew x’inhu jitlob minna Kristu biex inkunu nistgħu napprofittaw minn din il-Ħniena, l-Imħabba. Lil Suor Fawstina kien talabha biex tikteb dak kollu li jgħidilha għax dan kellu jilħaq lil ħafna u ħafna bnedmin. Meta talabha biex tpitter kwadru tad-dehra Tiegħu qalilha espressament li fuq ix-xbieha jridu jidhru b’mod prominenti il-kelmiet ‘Ġesù jien nafda fiK’. Dik hi l-ewwel ħaġa mela li jistenna minna. Fiduċja. Lil Suor Fawstina qalilha biex ma taqtax qalbha mid-diffikultajiet li tiltaqa’ magħhom fl-missjoni li Hu fdalha għax Hu magħha. U hekk ukoll lilna, iridna nafdaw fiH, nintelqu f’idejh. Irid ukoll talb, talb għalina stess u talb għall-oħrajn speċjalment il-midinbin. Lil Suor Fawstina għallimha l-kurunella tal-Ħniena Divina u talabha xxerridha mad-dinja kollha. U lilna jridna nirreċtawha biex inniżżlu fuqna u fuq id-dinja grazzji bla tmiem. U mal-kurunella rabat wegħdiet kbar; “L-erwieħ li jgħidu l-kurunella jkunu mħaddna mal-Ħniena Tiegħi tul ħajjithom u l-aktar fis-siegħa ta’ mewthom…. Nixtieq li nagħti grazzji li ma timmaġinawx lil dawk li jafdaw fil-Ħniena Tiegħi…. Permezz tal-kurunella tal-Ħniena intom taqilgħu kollox, jekk dak li tkunu qegħdin titolbu għalih jaqbel mar-rieda Tiegħi…. Meta midinbin li jkunu ilhom jgħixu fid-dnub jgħidu l-kurunella, Jiena nimla qalbhom bil-paċi u s-siegħa ta’ mewthom tkun ferħana…. meta jirreċtaw il-kurunella ħdejn persuna li qiegħda tmut, Jien nieqaf bejn Missieri u r-ruħ agonizzanta mhux bħala l-Imħallef Ġust imma bħala s-Salvatur Ħanin.” X’jista’ jwegħidna iżjed, kif jista’ jħobbna iżjed? Fid-djarju tagħha Suor Fawstina tirrakkonta esperjenzi tagħha ta’ grazzji kbar li Ġesù xerred fuq dawk li hi talbet għalihom ħafna drabi fuq talba ta’ Kristu stess. Eżempju ta’ dan kien meta talabha ‘Binti għinni nsalva ċertu midneb li qiegħed imut u rreċta dik il-kurunella li jien għallimtek għalih.’ Hi rreċtat il-kurunella u tgħid kif waqt li kienet qiegħda titlob rat viżjoni tal-moribond li kien jinsab f’miżerja kbira u f’daqqa ratu mdawwar mid-dawl tar-raġġi ta’ Kristu. Dak il-ħin il-qawwiet tal-ħażen li kienu jdawruh ħarbu u r-raġel miet fil-paċi. L-istess aħna nistgħu nniżżlu fuqna u fuq

Page 35: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

33

oħrajn grazzji kbar jekk aħna nafdaw f’Ġesù u nitolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina.

Talba ħierġa minn Qalb Kristu b’mod insistenti. Talba biex inħarsu l-festa tal-Ħniena Divina, sejħa biex nitolbu għall-midinbin, biex inpoġġu t-tama tagħna sħiħa fi Kristu. U b’risposta għat-talb aħna mwiegħda grazzji kbar. L-imħabba li Kristu jrid ixerred fuqna hi bla qies, jurina li jridna fis-sema miegħU. L-akbar rigal li jwiegħed hu meta għolla l-Ewkaristija fil-Festa tal-Ħniena Divina għal stat tat-“tieni Magħmudija”. KliemU lil Suor Fawstina kien “Jiena nixtieq li l-Festa tal-Ħniena Divina tkun rifuġju u kenn għall-midinbin kollha, u l-aktar għall-midinbin imsejkna. F’dak il-jum, l-abbissi profondi tal-Ħniena Tiegħi jinfetħu….. Jien inferra oċean sħiħ ta’ grazzji fuq dawk il-bnedmin li jersqu lejn l-għajn tal-Ħniena Tiegħi. Stqarr li l-Ħniena hi l-akbar attribut ta’ Alla. Ix-xogħol ta’ idejja hu nkurunat bil-Ħniena….. qawwi qalb l-erwieħ biex ikollhom tama kbira fil-Ħniena bla qies Tiegħi. Tħallix ir-ruħ dgħajfa u midinba tibża’ tersaq Lejja, għax ukoll kieku kellha iktar dnubiet milli hemm frak tar-ramel fid-dinja, kollox ikun mgħarraq

fil-fond tal-Ħniena bla qies Tiegħi…. DIK IR-RUH LI TMUR TQERR (tista’ tmur minn sebat ijiem sa sebgħa wara l-festa) U TITQARBEN F’DIK IL-ĠURNATA, TAQLA’ MAĦFRA SĦIĦA TA’ DNUBIETHA U TAL-KASTIG. F’dak il-jum il-bibien Divini minn fejn joħorġu l-grazzji jkunu miftuħa…..Qalbi tifraħ minħabba din il-Festa.”

Kienet ix-xewqa ta’ Ġesù li għażel li l-Festa tkun iċċelebrata tmint ijiem fuq l-Irxoxt Tiegħu. Insista ħafna drabi fuq dan il-jum. Wera kif irid li jkun iċċelebrat u x’hemm lest għal dawk li jagħmlu dak li jitlob minnha. Ċar li Ġesù ma jridx li l-fidwa li rebaħ għalina permezz tal-Passjoni u l-Mewt Tiegħu jisfaw fix-xejn. U għalkemm l-Imħabba Tiegħu li bata għalina kienet Imħabba bla qies, Hu jkompli jkabbar fuq din l-Imħabba permezz tal-wegħdiet Tiegħu marbuta mad-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina. Jibqa’ li aħna nagħmlu l-parti tagħna. Nikkoperaw ma’ Kristu billi nafdaw Fih, inpoġġu t-tama tagħna Fih, nitolbu kif jixtieq minna, iżda fuq kollox li nersqu lejh b’qalb niedma u fuq kollox sinċiera u Ġesù jilqagħna, iħarisna sa ma naslu miegħu salvi fl-Eternità.

Il-Kappillan Dun Pupull Xuereb maħtur “MoNSINJUR” f’Texas l-Amerika.

Minn: Euchar MizziAħbar sabiħa li waslitilna dan l-aħħar mill-Amerika, tgħid li l-kompatrijott u ħuna Dun Pupull Xuereb, li ilu jwettaq xogħol pastorali fil-Holy Cross Parish f’Texas l-Amerika, għal aktar minn erbgħin sena, ġie maħtur Monsinjur b’digriet maħruġ mill-Belt tal-Vatikan.

F’email li jiena bgħatt lill-Monsinjur Xuereb fejn fraħtlu għall-ħatra tiegħu u fl-istess ħin tlabtu ftit informazzjoni u xi materjal ieħor dwar ix-xogħol tiegħu f’Texas, huwa rringrazzjani u talabni biex nagħtih ftit taż-żmien peress li qiegħed waħdu u fir-Randan ikollu ħafna xogħol pastorali fil-Parroċċa tiegħu. Huwa qalli wkoll li qed isiru l-preparamenti għaċ-Ċerimonja tal-ħatra ta’ Monsinjur fil-Katidral tal-post, li mistennija ssir fis-27 ta’ Marzu 2012, meta Dun Pupull jiġi ppreżentat bid-digriet tal-ħatra tiegħu ta’ Monsinjur minn idejn l-Isqof tal-post.

Wara dan il-jum imbagħad, huwa mistenni li ssir Quddiesa u ikla fil-Parroċċa jew fit-22 t’April jew inkella fid-29 t’April, skont meta jkun jista’ jattendi l-Isqof tal-post u l-ħafna ħbieb li Dun Pupull rnexxielu jagħmel minn kull parti tal-Amerika matul it-42 sena li jlu jaħdem hemm.

Ma’ Dun Pupull kien hemm erba’ saċerdoti oħra li ġew Onorati bil-ħatra ta’ Monsinjur u dawn kienu mistiedna mill-Isqof għall-pranzu mal-qassisin oħra tad-Djoċesi fl-14 ta’ Frar li għadda u fejn l-Isqof qralhom id-Digriet tal-ħatra.

Mons. Pupull Xuereb, diġà kellu tliet intervisti fi tliet gazzetti differenti; dik tal-Knisja, dik tal-belt u tal-post fejn hemm il-knisja. Wara l-Għid huwa sejjer iqaddes fl-Parroċċa ta’ Korpus Christi fejn fil-passat huwa kien ħadem għal sentejn sħaħ. Corpus huwa 570 mil bogħod minn fejn qiegħed stazzjonat illum, in-naħa t’isfel ta’ Texas. F’Corpus hemm baħar u xtajta ta’ 63 mil li taqbad mal-Messiku.

Filwaqt li minn qalbna nifirħu lill-Monsinjur Pupull Xuereb, inwegħdukom li fil-ħarga li jmiss, dik tal-festa, aħna ser nippreżentaw feature pulit kif hu meritat u xieraq dwar Mons. Xuereb li jkun jinkludi wkoll ritratti tal-okkażjoni tal-ħatra tiegħu mill-Isqof tad-Djoċesi tiegħu, kif ukoll tagħrif dwar il-ħidma pastorali tiegħu f’Texas l-Amerika. Għal issa ngħidulu Ad Multos Annos.

Page 36: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

34

...bil-Malti tgħid hekkSegreterija tal-Istat.

Il-Papa Benedettu XVI, qiegħed jgħid li japprezza ħafna l-messaġġ ta’ stima u ta’ qima li jinħass tant viċin u bi premura, fl -ittra li l-Arċipriet bagħatlu fl-20 ta’ Frar li għadda.

Il-Qdusija tiegħu jirringrazzjah mill-qalb għall-korteżija fil-ħsieb u r-rispett u li hu mimli mħabba ta’ iben lejn il-missier. Huwa jitlob doni abbundanti tal-Ispirtu Qaddis għall-Ministeru Saċerdotali fertili tiegħu, u jitlob il-protezzjoni mis-sema tal-Verġni Immakulata u ta’ San Ġużepp, u jagħti l-Barka Appostolika tiegħu li jestendiha għall-fidili kollha fdati fil-kura Pastorali tiegħu, kif ukoll għall-għeżież tiegħu, bi ħsieb partikulari għall-għażiża ommu, li lilha qed jibgħat kuruna tar-Rużarju Mqaddes li minnu ġiet imbierka.

B’sens ta’ qima distinta jien,

Devotissimu fil-Mulej,

Mons. Peter B. WellsAssessur.

Ittra Pontifiċja...

Page 37: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

35

Mid-Djarju ta’ {u\epp Debono (19)Miġbura u ppreżentata minn: Euchar Mizzi

It-Tielet Kapitlu - Is-Sitt Parti F’din il-ħarġa tar-Rivista, ser nippreżentalkom żewġ punti importanti fil-ħajja tal-Qalin matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Dawn huma:

“A” L-ismijiet tal-Ħwienet tal-Merċa li kienu jeżistu fil-Qala u li kienu jissupplixxu lin-nies ir-razzjon – ilkoll skont kull familja kemm kienet intitulata li tieħu kull ħmistax.

“B” Lista ta’ oġġetti li kienu jiffurmaw parti mir-razzjon li kien jingħata lil kull familja u kull persuna fejn din tkun weħidha, dejjem minn dak il-ħanut li miegħu tkun miktuba.

Ngħaddu għalhekk għall-ewwel parti:

A. Ismijiet ta’ Ħwienet tal-Merċa bin-numri ta’ klijenti li għalihom huma kienu responsabbli:

Din it-tabella turi l-ħwienet tal-merċa li kienu jeżistu fil-Qala fl-1941/43 fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Hi turi wkoll il-lista ta’ konsumaturi li kienu miktubin għandhom u allura li mingħandhom dawn kienu obbligati li jiġbru r-razzjon tagħhom.

Peress li l-kwota kienet tvarja minn familja għall-oħra, ibbażata fuq in-numru ta’ persuni kif ukoll fuq is-sess u l-età ta’ kull individwu, din it-tabella turi wkoll il-klassifika tal-istess konsumaturi f’dawk li huma:

1. Irġiel ta’ età ta’ bejn is-16 u s-60 sena.2. Irgiel ta’ fuq is-60 sena.3. Nisa ta’ fuq is-16-il sena.4. Tfal ta’ taħt is-sentejn.5. Dawk ta’ aktar minn sentejn iżda inqas minn seba’ snin.6. U dawk ta’ fuq is-7 snin iżda inqas minn16-il sena.

B’hekk kien ikun ikkalkulat preċiż, l-ammont jew użin li kull dar jew familja kienet intitulata għaliha li tieħu. Ovvjament in-nies kienu jidentifikaw ruħhom mal-ħanut li l-aktar ikun viċin tagħhom. B’hekk ikollhom l-inqas distanza kemm biex jimxu kif ukoll biex iġorru fuq dirgħajhom jew fuq spallejhom.

It-total globali ta’ 1699 ruħ, jindika bejn wieħed u ieħor kiemm kien hawn nies fil-Qala f’dawk iż-żminijiet.

No. Sid il-Ħanut LaqamIrġiel Nisa Tfal

Bejn16-60

Fuq 60

fuq 16

Taħt 2

Bejn 2 - 7

Bejn 7 - 16

Total

7 Victory Kitchen ---- 18 10 65 02 14 32 141

6 Grima Joseph Gaġġu 43 10 56 07 22 27 165

3 Grima Theresa Ta’ Peppi 39 13 90 10 24 34 210

9 Portelli Toni Ta’ Ċula 31 07 50 03 15 22 128

1 Portelli Roża Ta’ Ċula 54 11 97 07 30 45 244

5 Buttigieg Joseph Biżillu 43 13 67 03 18 22 166

8 Buttigieg Joseph Ta’ Kejli 29 08 47 07 13 29 133

10 Salvu Said Ir-Rokk 28 03 45 06 08 15 105

2 Carmela Camilleri Ta’ Slajf 57 19 90 04 15 26 211

4 Jane Spiteri Tal-Ħarti 40 12 88 05 23 28 196

Totals 382 106 695 54 182 280 1699

Page 38: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

36

Dawn aktarx kienu jinkludu wkoll dawk ir-refuġjati Maltin li kienu residenti magħna hawn fil-Qala, li ġew fostna biex jevitaw l-attakki fuq Malta li kienu ferm aktar spissi u aktar feroċi, b’mod partikulari fin-naħa tal-Belt Valletta, tal-Kottonera u madwar il-Port il-Kbir fejn kien hemm ukoll it-tarzna li ta’ sikwit kienet tkun il-mira tal-għadu, kemm tat-Taljani u ferm iktar tal-Ġermaniżi.

Rigward il-Victory Kitchen, fil-Qala kien hemm żewġ postijiet li jservu u kif għedna f’ħarġiet oħra ta’ din ir-rivista, dawn kienu waħda fi Triq San Ġużepp kantuniera ma Triq ir-Rebħa u oħra fit-Triq il-Wileġ. Dawn kienu jservu l-ikel kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd lil dawk in-nies li kienu applikaw u nkitbu għal dan is-servizz.

Ngħaddu għat-tieni parti tal-artiklu tal-lum:

B. Lista ta’ oġġetti mogħtija bħala Razzjon lil kull persuna, kull ġimagħtejn, fis-Snin 1942 u 1943.

Tabella Nru. 1. (1942)F’din il-lista (Paġna Nru 1, tas-sena 1942) tistgħu taraw b’mod l-aktar ċar in-numru ta’ tipi differenti ta’ ikel u oġġetti oħra li fl-1942 kienu jaqgħu fil-kategorija tar-Razzjon. Skont id-Djarju ta’ Ġużepp Debono. F’din is-sena l-oġġetti offruti bħala razzjon kienu dawn:

• Zokkor (Sugar)• Kafè (Coffee)• Sulfarini (Matches)• Sapun (Soap)• Xaħam (Fats)• Żejt (Oil)• Bulubeef (Corned Beef)• Salamun (Selmon)• Kunserva (Tomato Paste)• Tonn mielaħ (Tunny in Brine)• Pitrolju (Petroleum) • Bakkaljaw (Cod fish)

F’din il-paġna jidher ċar ukoll l-użin li bih kien jiġi kkalkulat l-oġġett, per eżempju z-zokkor, il-kafè, ix-xaħam, il-kunserva, it-tonn mielaħ u l-bakkaljaw, kienu jitqassmu bir-ratal jew frazzjoni ta’ ratal. Il-bulubeef (corned beef) u s-salamun kienu jingħataw bil-landa, waqt li s-sapun bil-waħda. Is-sulfarini bil-kaxxa, iż-żejt bit-terz u l-pitrolju bil-gallun. Il-lista ta’ hawn fuq turi kemm kienu intitulati razzjon in-nies minn dawn l-oġġetti kull Ġimagħtejn, minn persuna waħda sa familja ta’ 15-il persuna.

Peruna waħidha kienet intitulata għal dan ir-Razzjon kull ħmistax: Ratal zokkor, nofs kwart kafè, 4 kaxxi sulfarini, sapuna waħda, kwart xaħam, terz żejt, landa bulubeef, landa żgħira salamun, nofs kwart kunserva, nofs kwart tonn mielaħ, nofs gallun pitrolju u nofs kwart bakkaljaw. Għall-kwoti intitolati lill-familji b’aktar persuni ara Tabella nru. 1.

Tabella Nru. 2. (1942)Matul l-istess sena, jiġifieri fis-sena 1942, il-prodotti tar-razzjon komplew żdiedu xi ftit ukoll. Apparti minn hekk, l-ammont li kien intitulat lin-nies varja ukoll u fil-fatt niżel xi ftit peress li l-attakki żdiedu u l-wasla ta’ konvoys ta’ ikel lejn Malta kien qed isir aktar diffiċli u allura l-ħażna bdiet tonqos ukoll.

Tabella nru. 2 turi dawn l-oġġetti fuq l-oġġetti li diġà semmejna qabel, kif ukoll turi d-dati ta’ meta dawn daħlu fis-seħħ u bdew jitqassmu. L-oġġetti ġodda huma dawn:

• Ross (rice)• Dqiq (flour)• Ħobż Kuljum (bread daily)• Għaġin (pasta)• Trab tal-bajd (Powdered eggs)

Paġna Nru. 1 tar-razzjon.

Page 39: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

37

Dawn ovvjament kienu jitqassmu kull ġimagħtejn, minbarra l-ħobż li kien jitqassam aktar spiss jekk mhux kuljum ukoll. Il-prezz skont dak li jidher miktub fid-Djarju kien hekk: l-għaġin ¼ ta’ ratal kien 1½d (sold u nofs), 1/8 ta’ ratal trab tal-bajd kien jiswa 1s 0d. (xelin). Skont din it-Tabella nru.2, fl-1 ta’ Mejju 1942, il-kwota tal-ħobż għal persuna waħda kien ta’ kwart u nofs kuljum. Filwaqt li l-kwota tat-dqiq għall-ħobż inbidlet mill-inqas tliet darbiet, fit-8 ta’ Settembru, fis-6 u fis-17 ta’ Diċembru 1942. Apparti li nbidlet, din kienet tvarja bejn raġel, mara u tfal; raġel bejn is-16 u s-60 sena kien intitulat għal tliet kwarti, fuq is-60 sena għal nofs artal. Nisa fuq is-16-il sena għal nofs artal ħobż, waqt li tfal bejn is-sentejn u s-7 snin kienu intitulati għal kwart u nofs ħobż kuljum.

Anke l-ħalib tat-tfal kien ivarja skont l-età. Sa erba’ xhur persuna kienet intitulata għal 6 bottijiet, minn erba’ xhur sa sentejn tieħu 8 bottijiet, tfal b’xi forma ta’ invalidità jieħdu 6 bottijiet, waqt li nisa tqal kienu jieħdu 3 bottijiet ħalib kull ħmistax.

Ngħaddu issa għal Tabella nru. 3.

Tabella Nru. 3.Fis-sena 1943, ir-Razzjon, apparti l-oġġetti ġa msemmija f’Tabelli 1 u 2, kompla jiżdied b’dawn l-oġġetti:

• Ġobon (Cheese)• Xaħam jew Marġerina (Lard or margarine)• Ħut tal-landa (Tinned fish)• Tè (Tea)• Trab tal-Ħalib (Milk powder)• Legumi (Pulses)• Semolina (Semolina)• Ħalib tat-Tfal (Milk for Children)

Apparti dak li ġa ktibt taħt Tabella Nru.2, irrid inżid li anke s-semolina, l-istess bħall-ħalib tat-tfal kien intitulat hekk; tfal ta’ bejn is-sitt xhur u sena, nofs kwart kull ħmistax, waqt li dawk bejn it-13-il xahar u s-sentejn kienu jingħataw kwart kull ġimagħtejn.

Fl-aħħar paġna ta’ dan id-djarju tispiċċa hekk;

1.1.41 1 ratal zokkor kull ħmistax

1/8 “ kafè “ “

4 kaxxi sulfarini kull familja ta’ bejn 1 – 5 persuni

1 sapuna kull persuna, 2 sapuniet għal 2 - 5 persuni eċċ.

1.1.41 1 terz żejt kull persuna kull ħmistax ¼ ratal lard or margarine (xaħam jew marġerina) kull persuna.

1.1.41 ½ gallun pitrolju għal bejn 1 – 3 persuni kull ħmistax

1.1.41 ½ gallun għal persuna waħda, ¾ ta’ gallun għal 2 – 3 persuni.

1.1.41 1 landa corned beef għal 1 – 2 persuni, 2 laned għal 3 persuni.1 landa żgħira salamun għal 1 – 3 persuni.

Din hi l-informazzjoni kollha li sibt u stajt nifhem mid-Djarju taz-Ziju Ġużepp Debono. Nittama li intom il-qarrejja ta’ Leħen il-Qala sibtuha ta’ interess biex ma ngħidx ukoll ta’ informazzjoni storika. Nittama li fil-ħarġa li jmiss inkompli nislet aktar tagħrif minn dan id-Djarju li jien tant għandi għal qalbi.

Paġna nru.2 tan-1942.

Tabella Nru.3.

Page 40: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

38

Bħal snin oħra, mill-21 sad-29 ta’ Jannar 2012 saret is-27 Missjoni ta’ talb u tagħlim fil-Parroċċa tal-Qala, mix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla, fergħa tal-Qala.

Din is-sena għall-ewwel darba bdejna s-Sibt filgħaxija b’quddiesa, wara bdiet l-Adorazzjoni fejn kienet immexxija mill-għaqdiet reliġjużi u spiċċat b’quddiesa oħra f’nofsillejl.

Matul il-ġimgħa kellna żjarat lill-morda, lill-familji ta’ kważi tliet kwarti mill-parroċċa mill-Patrijiet Franġiskani, żjara fl-iskola u fil-ħwienet. Kienu milqugħin ħafna kemm mill-familji kif ukoll fil-ħwienet.

Kull ġurnata kienet tispiċċa b’konċelebrazzjoni, bl-intenzjoni għall-benefatturi tax-Xirka ħajjin u mejtin, fejn kull wieħed mill-patrijiet kien jagħmel l-omelija fuq il-Madonna.

Din il-missjoni laħqet il-qofol tagħna l-Ħadd filgħaxija b’konċelebrazzjoni li kienet immexxija mill-W.R. Arċipriet il-Kan. Joe Zammit fejn għamel omelija tal-okkażjoni u wara mexxa purċissjoni bis-Sagrament mat-toroq imsejħa tas-Salib, b’riparazzjoni għad-dagħa u b’radd il-ħajr ’l Alla tal-grazzji kbar li sawwab fuqna matul din il-missjoni.

Kienu disat ijiem ta’ grazzji kbar u esperjenza sabiħa tara lil kulħadd jagħmel il-parti tiegħu bil-qalb. Anke t-temp iffavoriena, għax kemm il-ġimgħa ta’ qabel kif ukoll ta’ wara kien il-maltemp u dik il-ġimgħa kien bnazzi.

Kien Alla, li kien qed jaħdem u jmexxi kollox. Aħna ma konniex għajr biċċa għodda dgħajfa f’idejH, ħallejnieh jużana u l-missjoni rnexxiet. Grazzi Mulej. Grazzi lil dawk kollha li għenu biex din il-missjoni tirnexxi u tħalli l-frott. Grazzi lil kulħadd.

Missjoni Żgħira ta’ talb u tagħlim fil-Parroċċa 21 - 29 ta’ Jannar 2012.

Minn: Patri Albert Micallef oFMBħal kull sena, din is-sena wkoll, twasslet il-Bxara t-Tajba tas-Salvazzjoni lil tant familji u parruċċani tal-Parroċċa tagħna tal-Qala, meta numru ta’ saċerdoti u lajċi, membri tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla, b’tant dedikazzjoni u impenn wasslu permezz ta’ programm imhejji tajjeb. Il-Missjoni bdiet mal-quddiesa ta’ filgħaxija tas-Sibt 21 ta’ Jannar fejn ukoll fil-quddies kollu tal-Ħadd 22 ta’ Jannar ġie spjegat il-għan ta’ din il-Missjoni. It-Talb u l-Adorazzjoni ma naqsux, mill-istess membri tax-Xirka, biex din is-sena wkoll, din il-ġimgħa tħalli l-ħafna frott mixtieq.It-Tnejn filgħodu, waslu s-saċerdoti li kellhom jibdew iż-żjajjar lill-morda u anke lill-familji. Erba’ patrijiet Franġiskani, flimkien mal-membri voluntarji tax-Xirka, wasslu sew l-Ewkaristija lill-morda, u bdew ukoll iż-żjajjar billi jwasslu messaġġ bil-qari tal-Kelma ta’ Alla u b’diversi xhieda oħra. Wara nofsinhar, għall-ħabta tal-4.00pm, is-saċerdoti u l-lajċi kienu jkomplu dawn iż-żjajjar sa ftit qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-parroċċa. Hekk tkompla l-programm ta’ dawn iż-żjajjar mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Filgħaxija, mbagħad, is-saċerdoti kienu jikkonċelebraw flimkien mal-kleru tal-parroċċa u kull saċerdot, ġurnata wara oħra tenna kelmtejn b’messaġġ fl-omelija tal-quddiesa.Filgħaxija wkoll f’xi ġranet, saru wkoll żjajjar fil-ħwienet minn saċerdot imsejjaħ apposta, kif ukoll sar il-qrar fl-iskola tal-gvern, u saret ukoll quddiesa għat-tfal li din is-sena saret ukoll fil-parroċċa. B’hekk intlaħqu ħafna kategoriji ta’ nies bħalma huma t-tfal, anzjani, morda fid-djar, u familji fi djarhom, irġiel fil-ħwienet, u kull min kien ta’ rieda tajba waqt l-omelija fil-knisja parrokkjali.Kienu ħafna dawk li apprezzaw u kienu jistennew bil-qalb il-miġja tas-saċerdot u tal-aħbar it-tajba fil-familji u f’qalbhom! Is-saċerdoti kienu milqugħa tajjeb u lkoll kienu xhieda ta’ ħafna grazzji fil-qlub ta’ bosta, u l-programm ġie segwit tajjeb ħafna kif kien imfassal. Veru li setgħu jiġu evitati xi attivitajiet oħra f’din il-ġimgħa, biex hekk kulħadd ikollu x-xorti li jkun jista’ jipparteċipa u jilqa’ din il-grazzja li jilqa’ lill-Mulej f’daru stess. Il-programm kien imfassal tajjeb ħafna, u jista’ biss ikun hemm ħin jew mod kif min waqt iż-żjajjar ikun impenjat jew bix-xogħol jew impenji oħra imprevisti, ikun jista’ jirranġa mal-organizzaturi ħinijiet oħra biex jiltaqgħu mas-saċerdot.Ilkoll inroddu ħajr lil Kristu Feddej u Ragħaj tajjeb tagħna, li kull sena jitwassal għandna minn dawn il-membri tax-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla, riżq u barka fil-parroċċa tagħna li flimkien mal-Arċipriet u l-kleru, jorganizzaw din il-Missjoni Żgħira ta’ talb u tagħlim għall-glorja tal-Kbir Alla.Ikun Imfaħħar l-Isem ta’ Alla.

Minn: Ursola Theuma

Page 41: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

39

F’Jannar ta’ din is-sena, jien flimkien ma’ xi patrijiet oħra ġejt mistieden inżur il-Familji fil-Parroċċa tal-Qala.

Fil-Parroċċa tal-Qala din kienet l-ewwel darba għalija. Ġieli żort familji f’Parroċċi oħra, mhux biss f’Għawdex iżda ukoll f’Malta fejn il-Provinċja tagħna taħdem f’xi parroċċi; per eżempju f’San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Burmarrad. Bla tlaqliq nista’ ngħid li kelli esperjenza sabiħa.

L-ewwel nett ix-xogħol kien organizzat tajjeb ħafna, anzi mhux biss organizzat iżda ukoll assistit tajjeb. Kellna magħna diversi helpers li ġew magħna u ħadu l-istrapazz li joqogħdu jħabbtu l-bibien u jlestulna t-triq ħalli l-familji nsibuhom jistennewna. Dan hu ta’ ġieħ kbir għal kull min kien involut f’din il-ħidma.

Iż-Żjajjar fil-Familji kienu jibdew bil-laqgħa tar-residenti fil-bieb. Kien jinħass li l-familji huma istruwiti tajjeb ħafna f’dik li hi akkoljenza. Għalhekk bil-qalb kollha konna nkunu milqugħa bl-edukazzjoni kollha. Ħafna familji xtaqu li nieklu u nixorbu magħhom, iżda dan mhux dejjem kien possibbli għalina, għax inkella x-xogħol ma kienx isir, u għalhekk meta esprimejna din il-qagħda kulħadd fehemna. Grazzi ħafna tal-ġenerożità li wrejtu magħna.

Kien hemm però min ħass li ma kellux ħin biżżejjed biex idaħħalna ġewwa. Dan aħna nifhmuh ukoll. Hemm min ħass li forsi ma aħniex denji li nidħlu taħt is-saqaf ta’ daru, forsi għax ma kellux ħin biżżejjed, forsi minħabba x-xogħol, forsi għax xi darba kien offiż b’xi ħaġa. Fil-fatt kien hemm ukoll min esprima ruħu li ma jaqbilx mal-fatt li xi wħud jikkoperaw ma’ xi saċerdot jew saċerdoti iżda ma jikkoperawx ma’ oħrajn. Din il-problema fil-fatt ma tiddependix mill-Parroċċa bħala tali jew mill-istituzzjoni tal-Knisja iżda mill-individwi. Din il-biċċa xogħol għandha tiġi solvuta billi min iħossu f’din il-qagħda jfittex aktar it-talb u l-intimità (il-preżenza tal-Mulej) biex jgħinu jaħfer u jsib il-paċi f’qalbu billi jagħraf iferraħ lill-oħrajn, anke dawk li ma jaqblux miegħu.

Sibna familji sereni, li qed jgħixu fil-preżenza tal-Mulej, iżda dan ma jfissirx li ma hemmx min għandu xi problemi. Sibna familji li x-xogħol mhux iħallilhom wisq ħin għal xulxin. Sibna li kultant is-sitwazzjoni toħloq ħafna tensjoni fit-tfal. Minħabba f’hekk kultant tbati anke d-dixxiplina, jew aħjar l-edukazzjoni tat-tfal fil-familja biex jitilgħu aktar bħala dixxiplinati f’kif iġibu ruħhom. Kif jgħidu l-familja hija l-aqwa post fejn it-tfal ikunu edukati. Sibna wkoll xi familji fejn it-tfal qed jitħallew għand in-nanniet, u jew xi ġenituri jippretendu min nanniet li jieħdu ħsieb tagħhom ukoll. Dan ix-xogħol kultant qed jitfa’ piż u tensjoni fin-nanniet. In-

nanniet qatt ma jistgħu, u lanqas għandhom jieħdu post il-ġenituri. Il-problema hi dejjem l-istress tax-xogħol.

Sibna persuni jgħixu waħidhom. Dawn bla dubju jsibu wens kbir fil-knisja. Sibna persuni li qed jgħixu fil-dell ta’ problemi serji, minħabba mard jew nuqqas ta’ qbil jew minħabba xi kalunja. Dawn ukoll urew is-sodisfazzjon li l-parroċċa turi solidarjetà magħhom. Dan ukoll juri kemm hu meħtieġ it-talb u l-adorazzjoni bħala parroċċa.

Xi familji urew sodisfazzjon ukoll li t-tfal tagħhom jagħtu sehem bħala abbatini. It-tfal l-iskola huma mħarsa tajjeb, jipprovdulhom mhux biss edukazzjoni intellettwali iżda wkoll jistednulhom is-saċerdot li joffrilhom is-sagrament tal-Qrar u bi ftehim mal-parroċċa jgħinuhom fil-formazzjoni tar-ruħ.

Dwar l-Arċipriet kienu diversi li għarfu kemm ġid spiritwali qed iħalli anke fil-familji tagħhom. Anke li jipprovdi t-tqarbin lill-morda. Iħossu li l-kelmiet ta’ San Pawl, “Min hu marid u m’iniex marid miegħu jien ukoll” qed jitwettaq fil-parroċċa. Iħossu li l-Arċipriet jaħdem ħafna għall-għaqda fil-parroċċa u fil-familji. Kull meta tinqala’ xi problema tarah imur iżur lil min hu mġarrab. Dan hu sinjal li l-kura tal-erwieħ qed tittieħed bis-serjetà.

Sibna li l-familji, fil-parti l-kbira tagħhom jgħidu t-talb kuljum. Ħafna faħħru s-sehem li qed jagħti r-radju tal-parroċċa. Ir-rużarju jingħad b’mod regolari. Hemm min jitlob mad-diversi radjijiet li minn filgħodu jibdew bir-rużarju u anke l-quddiesa. Hemm min semma’ speċifikament lir-Radju Marija. Diversi qalulna li familja li titlob flimkien tibqa’ magħquda, u dan mhux biss jgħiduh bil-fomm iżda jħossu li jitwettaq ukoll fil-ħajja tagħhom.

Dan ix-xogħol taż-żjajjar fil-familji kien ta’ sodisfazzjon kbir għalina, għax dan juri kemm il-ħidma pastorali tħalli frott kbir. J’alla, u dan hu li nixtiequ, li d-dgħufija umana ma tħallix l-effett ikrah li dak li jkun jaqta’ qalbu u jinfired mill-bqija tal-komunità. Jista’ jkun li xi kultant ma naqblux, iżda dan jista’ jkun ukoll biex dak li jkun jagħraf jikkontrolla s-sentimenti li jwassluna biex ma nibqgħux naħmlu lil ħaddieħor jew lil xulxin. San Pietru jgħallimna li “ix-xitan il-ħin kollu jdur u jfittex lil min jibla’. Ieqfulu sħaħ fil-fidi”. Alla jrid ikun magħna. Ejjew nagħtuh l-ispazju. Fejn hemm Alla, ix-xitan jaħrab. Fejn hemm l-imħabba, lil Alla wkoll issib.

Nawguralkom ħajja fejjieda fil-Mulej. Il-Paċi magħkom.

Żjara fid-Djar fil-Parroċċa tal-Qalaminn: Patri Ġorġ Attard oFM Conv.

Page 42: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

40

Page 43: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

41

•Fil-Knisja kuljum issir meditazzjoni tat-Triq tas-Salib (Via Sagra). •Fil-familja tajjeb li jitpoġġew f’post ċentrali l-Bibbja u l-Kurċifiss. • In-Nisrani huwa mħeġġeġ jisma’ l-Kelma ta’ Alla fil-quddiesa ta’ kuljum.

Is-Sibt 18 sal-Ħadd 19 ta’ FrarSeminar Parrokkjali għand il-Patrijiet Franġiskani tax-XattTema: Il-Ministeri tal-Lettur u tal-Karità

Il-Ħadd 19 ta’ Frar Tinqara l-Pastorali tal-Isqfijiet tar-Randan 2012

L-Erbgħa 22 ta’ FrarRas ir-Randan – Obbligu tas-Sawm u Astinenza5.30pm Via Sagra u meditazzjoni tal-mixja tas-Salib.6.00pm Konċelebrazzjoni bir-rit tat-tqegħid tal-irmied,

bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.

Il-Ġimgħa 24 ta’ FrarL-Ewwel Ġimgħa mal-Ġemgħa IL-PERSUNA DIVINA TA’ ĠESÙ KRISTU5.30pm Meditazzjoni tal-Mixja tal-Passjoni mmexxija

mill-membri tal-gruppi tal-Kelma ta’ Alla.6.00pm Konċelebrazzjoni bit-talb tas-Salmi mmexxija

minn Dun Charles Sultana.

Il-Ħadd 26 ta’ Frar L-Ewwel Ħadd tar-Randan. 7.45am Talb ta’ Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.4.00pm Adorazzjoni Komunitarja mmexxija mix-

Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla.

Il-Ġimgħa 2 ta’ MarzuIt-Tieni Ġimgħa mal-ĠemgħaIL-MINISTERU SAĊERDOTALI TA’ ĠESÙL-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Jum ta’ Adorazzjoni.11.00am Laqgħa ta’ talb għall-ommijiet u nisa kollha.11.30am Quddiesa.3.00pm Adorazzjoni Komunitarja mmexxija mix-

Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla.5.30pm Meditazzjoni tal-Mixja tal-Passjoni mmexxija

mill-membri tal-Azzjoni Kattolika.6.00pm Konċelebrazzjoni bit-talb tas-Salmi mmexxija

minn Dun Giovanni Curmi.

Is-Sibt 3 ta’ Marzu 4.30pm Adorazzjoni fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni.

Il-Ħadd 4 ta’ Marzu It-Tieni Ħadd tar-Randan8.00am Talb ta’ Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.8.30am Quddiesa mxandra fuq l-RTK.4.00pm Quddiesa fil-Kappella tal-Madonna tal-Blat.

Il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu It-Tielet Ġimgħa mal-ĠemgħaIL-MINISTERU PROFETIKU TA’ ĠESÙ 5.30pm Meditazzjoni tal-Mixja tal-Passjoni mmexxija

mill-membri tas-Soċjetà tal-Museum.6.00pm Konċelebrazzjoni bit-talb tas-Salmi mmexxija

minn Dun Charles Buttigieg.

Il-Ħadd 11 ta’ MarzuIt-Tielet Ħadd tar-Randan 7.45am Talb ta’ Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.4.30pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Patri Joe

Xerri OFM Conv u wara mixja penitenzjali bix-xbieha tal-Ecce Homo li tgħaddi minn Triq in-Nadur, Triq it-Telgħa, Triq il-Mitħna, Triq Simar, Triq il-Qala u Triq San Ġużepp.

It-Tnejn 12 ta’ MarzuL-Ewwel Qrara6.30pm Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Qrara għat-tfal li din

is-sena ser jirċievu l-Ewkaristija għall-ewwel darba. Mistiedna l-ġenituri tagħhom.

Post: Dar Parrokkjali.

It-Tnejn 12 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 16 ta’ MarzuEżerċizzi għall-FamiljiFil-Knisja ArċipretaliĦin: 6.30pmPredikatur: Mons. Ġorġ Bezzina(Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal)

Page 44: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

42

Il-Ġimgħa 16 ta’ MarzuIr-Raba’ Ġimgħa mal-ĠemgħaIL-MINISTERU REGALI TA’ KRISTU5.30pm Meditazzjoni tal-Mixja tal-Passjoni

mmexxija mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija.6.00pm Konċelebrazzjoni bit-talb tas-Salmi

mmexxija mill-Kan. Dun Noel Saliba.

Il-Ħadd 18 ta’ Marzu Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan7.45am Talb ta’ Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.4.00pm Adorazzjoni tax-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla.5.00pm Translazzjoni, Konċelebrazzjoni Sollenni

u Vestizzjoni tal-Abbatini l-ġodda. Imexxi l-Konċelebrazzjoni Mons. Anton Sultana, Arċipriet Emeritu. Jieħdu sehem il-Fratellenza u l-Kor Parrokkjali San Ġużepp.

It-Tnejn 19 ta’ MarzuSollennità ta’ San Ġużepp Patrun tal-Knisja UniversaliIL-MINISTERU TA’ SAN ĠUŻEPPQuddies fil-5.00am; 6.00; 7.00; 8.00; 9.00; 10.00; 11.00; 1.00pm; 2.00; 3.00.Matul il-ġurnata jkun hemm servizz ta’ qrar minn konfessuri barranin fil-knisja. Jaslu diversi pellegrinaġġi minn Parroċċi Għawdxin u Maltin. 5.30pm. Meditazzjoni tal-Mixja tal-Passjoni

mmexxija mill-Adolexxenti.6.00pm Konċelebrazzjoni Sollenni ta’ San Ġużepp

immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech. L-orkestra tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Frankie Debono.

It-Tlieta 20 sal-Ġimgħa 23 ta’ MarzuEżerċizzi għall-Adolexxenti u għaż-ŻgħażagħFil-Knisja ArċipretaliĦin: 6.30pmPredikatur: Dun Michael Said, Kappillan tal-Munxar

Il-Ġimgħa 23 ta’ MarzuIl-Ħames Ġimgħa mal-ĠemgħaIL-MINISTERU TA’ ĠESÙ REDENTUR5.00pm Tifkira tal-Miġja tax-Xbieha tar-Redentur tal-

Qala fostna. Pellegrinaġġ mis-Santwarju tal-Kunċizzjoni għall-Knisja Arċipretali. Janimaw l-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Pellegrinaġġ u Quddiesa mmexxija minn Patri Julian Sammut OFM.

Is-Sibt 24 ta’ Marzu – IL-MINISTERU EKUMENIKU7.30pm Id-Dsatax-il Edizzjoni tal-‘Gozo International

Celebration’ (Edizzjoni tal-Għid) fil-Knisja Arċipretali.

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu Il-Ħames Ħadd tar-Randan. Jibda l-ħin tas-sajf.7.45am Talb ta’ Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.6.30pm Via Sagra Djoċesana fuq l-Għolja ta’ Għammar

immexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech.

It-Tnejn 26 ta’ Marzu Sollennità tat-Tħabbira tal-Mulej 10.30am Tluq mill-pjazza tal-Pellegrinaġġ tal-Parroċċa

għall-Kappella tal-Lunzjata.

It-Tnejn 26 sal-Ħamis 29 ta’ MarzuEżerċizzi għal KulħaddĦin: 5.30pm fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni. Predikatur: Mons. Joseph Sultana, Arċipriet tal-Għarb Ħin: 7.30pm fil-Knisja Arċipretali. Predikatur: Mons. Joseph Sultana, Arċipriet tal-Għarb

It-Tlieta 27 ta’ Marzu7.30pm Laqgħa tal-Kumitat Liturġiku.

L-Erbgħa 28 ta’ MarzuFilgħodu jsir it-Tqarbin tal-Morda kollha tal-parroċċa.

Il-Ġimgħa 30 ta’ Marzu: Festa tal-Madonna tad-Duluri. Is-Sitt Ġimgħa mal-Ġemgħa. Jum ta’ AdorazzjoniIL-MINISTERU TA’ MARIJA ADDOLORATA6.30pm Konċelebrazzjoni mmexxija minn Mons.

Pawlu Vella bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara, Purċissjoni bl-istatwa devota tad-Duluri li tgħaddi minn Triq San Franġisk, Triq Imġarr, Triq Patri Ġużepp Portelli, Triq Belveder u Triq 28 t’April 1688.

IL-ĠIMGĦA MQADDSA

Il-Ħadd 1 ta’ AprilĦadd il-Palm. Is-27 Jum Dinji taż-Żgħażagħ.Tifkira tad-daħla messjanika ta’ Ġesù f’Ġerusalemm.9.30am Tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm

quddiem il-kunvent tas-Sorijiet Franġiskani. Mixja mas-Salib rebbieħ lejn il-Knisja. Akklamazzjoni. Jinfetaħ il-Bieb il-Kbir.

10.00am Konċelebrazzjoni li fiha janima l-kant il-grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ tal-parroċċa.

5.00pm Quddiesa. 6.00pm Purċissjoni bl-istatwi tal-Passjoni tal-Mulej.

Takkumpanja l-Banda Ite ad Joseph b’marċi funebri taħt id-direzzjoni ta’ Mro Antoine Mercieca.

It-Tnejn 2 ta’ AprilIt-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa6.30pm. Meditazzjoni tal-Mixja tal-Passjoni.7.00pm. Quddiesa bis-sehem tat-tfal u l-katekisti.

It-Tlieta 3 ta’ AprilIt-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa. Jum is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Jum ta’ Sawm6.30pm. Meditazzjoni tal-Mixja tal-Passjoni.7.00pm. Quddiesa. 8.00-10.00pm Ċelebrazzjoni Penitenzjali għall-Komunità

Parrokkjali kollha.

Page 45: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

43

L-Erbgħa 4 ta’ AprilL-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa.6.30pm. Meditazzjoni tal-Mixja tal-Passjoni.7.00pm. Quddiesa bis-sehem tal-adolexxenti u

ż-żgħażagħ.

Il-Ħamis 5 ta’ AprilĦamis ix-XirkaJum it-Twaqqif tal-Ewkaristija u s-SaċerdozjuIl-Qrar isir filgħodu sat-8.00am. Filgħaxija mit-3.30pm. sas-6.30pm.8.00am. Talb tal-Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.9.00am. F’Pontifikal Sollenni fil-Knisja Katidrali

jitbierku ż-żjut imqaddsa u jsir it-tiġdid tal-wegħdiet saċerdotali. Jieħdu sehem is-saċerdoti flimkien mal-grupp tal- vokazzjonijiet u studenti li ser jirċievu s-Sagrament tal-Konfirmazzjoni u l-Ewwel Tqarbina din is-sena. Il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin iwasslu l-Ewkaristija lill-morda.

7.00pm. Konċelebrazzjoni Sollenni tat-Tifkira tat-Twaqqif tal-Ewkaristija.• Isir il-ħasil tar-riġlejn u t-Translazzjoni tas-

Sagrament lejn l-Artal tar-Ripożizzjoni.• Il-ġabra tal-quddiesa ta’ Ħamis ix-Xirka

tkun għall-bżonnijiet tas-saċerdoti.

8.30pm. Is-Seba’ Viżti fil-parroċċa.8.30pm. Viżti għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Il-Knisja tibqa’ miftuħa sa nofsillejl.

Il-Ġimgħa 6 ta’ AprilIl-Ġimgħa l-KbiraJum bl-obbligu ta’ sawm u astinenza, fit-talb u l-ġabra.8.00am. Talb tal-Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbiħ il-

Jum. Titkompla l-Adorazzjoni fl-artal tar-Ripożizzjoni.

10.00am. Viżti għat-tfal kollha mmexxija mis-Soċjetà tal-Mużew - Bniet.

3.30pm. Tifkira tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej. Qari tar-rakkont tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesù

Kristu. Adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin.

Is-Sibt 7 ta’ AprilSibt il-Għid8.00am. Talb tal-Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.9.00am. Ċelebrazzjoni Marjana: Is-Siegħa tal-Omm

fis-Santwarju Ta’ Pinu.12.00pm. Riflessjoni fuq il-Liturġija tal-Kelma bi thejjija

għall-Velja.4.00pm. Qrar fil-knisja.8.30pm. Il-VELJA KBIRA TA’ SIBT IL-GĦID

oTberik tan-Nar.oQari mill-Kotba Mqaddsa.oTberik tal-Ilma u Tiġdid tal-Wegħdiet tal-

MagħmudijaoEwkaristija.

Il-Ħadd 8 ta’ AprilL-GĦID IL-KBIR Il-Quddies ikun fil-5.30am; 6.30; 8.00; 10.00 u fil-5.00pm. 10.00am. Konċelebrazzjoni Sollenni bil-priedka tal-

Irxoxt.5.00pm. Quddiesa fil-Parroċċa u fil-Kappella tal-

Madonna Tal-Blat.5.45pm. Dimostrazzjoni bl-istatwa artistika ta’ Kristu

Rxoxt fit-toroq: San Ġużepp, Lord Strickland, Indipendenza, Grunju, It-Tempju, L-Isqof Mons. Mikiel F. Buttigieg u 28 t’April 1688. Takkumpanja l-Banda ‘Ite ad Joseph’ b’marċi reliġjużi taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Antoine Mercieca. Wara jsir it-tberik u t-tqassim tal-figolli lit-tfal.

It-Tnejn 9 ta’ April Jibda t-tberik tal-familji.

SALMI• Il-Ġimgħa mal-Ġemgħa: Fil-Ġimgħat tar-

Randan niltaqgħu, biex flimkien nitolbu s-Salmi u naqsmu l-Ewkaristija.

• Il-Ħdud tar-Randan: Fit-7.45am ingħaqad magħna għat-Talb tas-Salmi fit-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.

• Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-kbira, u Sibt il-Għid: 8.00am. Talb tas-Salmi: Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.

PELLEGRINAĠĠI PENITENZJALI• Mixja penitenzjali Ecce Homo.• Pellegrinaġġ bir-Redentur tal-Qala.• Via Sagra Djoċesana.• Il-Purċissjoni tad-Duluri.• Tifkira tad-Daħla Trijonfali ta’ Ġesu’ f’Ġerusalem

- Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm.• Via Sagra fil-Beraħ.

SAGRAMENT TAL-PENITENZA • It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa: mit-8.00pm

sal-10.00pm. • Nhar Ħamis ix-Xirka: sat-8.00am u mit-3.30pm

sas-6.30pm. • Nhar Sibt il-Għid: mill-4.00pm sas-7.00pm.

ŻMIEN TA’ KARITÀ• Seminarju (fl-Eżerċizzi)• Saċerdoti (nhar Ħamis ix-Xirka)• Karus tal-Imħabba • (Karus li fih it-tfal joffru l-karità tagħhom)• Qalb tal-Karità fil-knisja • Oġġetti għall-Uffiċċju tal-Caritas Djoċesana

Page 46: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

44

PRoGRAMM TAT-TBERIK TAL-FAMILJI 2012

Nibqa’ magħkom dejjemIt-Tnejn 9 t’April: Triq il-Kunċizzjoni (mill-FamiljaMercieca ’l barra)

It-Tlieta 10 t’April: Triq il-Kunċizzjoni (mill-Familja Buttigieg ’l ġewwa), Triq is-Salib, Triq Santa Marija tal-Qala u Pjazza San Kerrew.

L-Erbgħa 11 t’April: Triq San Franġisk, Triq l-Isqof Buttigieg u Triq ir-Rebħa.

Il-Ħamis 12 t’April: Triq in-Nadur, Triq il-Forn u Triq Ottubru 30 u Villaġġ San Ġużepp.

Il-Ġimgħa 13 t’April: Triq Baldassare Cagliares u Triq il-Virgi.

It-Tnejn 16 t’April: Triq Ta’ Ċini u Triq l-Indipendenza.

It-Tlieta 17 t’April: Triq it-Tempju u Triq Ta’ Grunju.

L-Erbgħa 18 t’April: Triq Ta’ Kassja, Triq AdeodataPisani u Triq il-Maġistrat Salvu Attard.

Il-Ħamis 19 t’April: Triq Ġanni Vella, Triq in-Nigret u Triq Anton Buttigieg.

Il-Ġimgħa 20 t’April: Triq it-Telgħa u Triq il-Qala uTriq il-Kappillan Dun Ġużepp Vella.

It-Tnejn 23 t’April: Triq il-Wileġ.

It-Tlieta 24 t’April: Triq is-Simar u Pjazza Indipendenza.

L-Erbgħa 25 t’April: Triq il-Mitħna.

Il-Ħamis 26 t’April: Triq San Ġużepp, Triq PapaPiju IX u Triq Strickland.

Il-Ġimgħa 27 t’April: Pjazza Isqof Buttigieg, Triq28 t’April 1688 u Pjazza San Ġużepp.

It-Tnejn 30 t’April: Triq l-Imġarr (mill-Familja Xerri sal-Familja Camilleri).

L-Erbgħa 2 ta’ Mejju: Triq il-Belvedere (mid-dar ta’ Dun Karm Xerri ’l fuq) u Triq taċ-Ċawl.

Il-Ħamis 3 ta’ Mejju: Triq Barroċċi, Triq Wied is-Sultan, Triq iż-Żewwieqa u Triq il-Klin.

Il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju: Triq Papa Piju XII u TriqPatri Ġ. Portelli.

It-Tnejn 7 ta’ Mejju: Triq il-Wardija (mill-Familja Gatt sal-Familja Camilleri).

L-Erbgħa 9 ta’ Mejju: Triq il-Wardija (mill-FamiljaCamilleri sal-Pjazza).

It-Tberik isir fit-3.30pm.

Page 47: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

45

Hekk konna ngħidu meta konna żgħar, lil min, wara li jqum minn postu, kien jerġa’ lura biex joqgħod eżatt bħal qabel. Fil-fatt niftakar li xħin kien isib lil ħaddieħor floku kien jibda jilmenta u jgħid li ma damx wisq, u li ma kienx ’il bogħod. Imma la mar, mar, hekk issa kullkif ikollu jsib post differenti.U ngħid jien, għalfejn kellna nsemmu ’l Ruma? Niftakarni nsaqsi lili nnifsi... imma għalfejn mhux xi post ieħor li hu tassew imbiegħed, ngħidu aħna l-Amerka? Tgħid minħabba r-rima konna ngħidu Ruma? Jista’ jkun! Imma jista’ jkun ukoll li, għax min imur Ruma, isibha diffiċli jirritorna lura, tant kemm ikun għal qalbu f’din il-belt! Però naħseb ukoll, li bħala persuna, meta jiġi lura minn Ruma ma jibqax l-istess bħal qabel, u allura ma jistax ikun (bħal dak tas-siġġu) li jerġa’ joqgħod eżatt fejn kien u kif kien!

Ovvjament nittamaw li l-bidla, li tħalli fik din il-belt, tkun dejjem għall-aħjar... imma żgur li minn hawn, xi ħaġa ta’ ġid tieħu miegħek żgur... Żgur li tieħu miegħek xi ħaġa li tibqa’ tgħożż ħajtek kollha, xi ħaġa li f’ħajtek isservik tajjeb, xi ħaġa li tiġi bżonnha, xi ħaġa li xħin tagħmilha tiegħek, ma tħallikx kif tkun. U hawn nimmaġina li uħud minnkom diġà ndunaw li qiegħed nirreferi għall-istudju! Hekk hu, l-istudju meta tħobbu ma jistax ikun li jħallik l-istess! U l-istudju hu propju wieħed mill-ewwel skopijiet li għalih qiegħed hawn f’Ruma!

Ruma hi rinomata għall-aħjar universitajiet Kattoliċi u propju għalhekk li l-Isqof tagħna wara l-ordinazzjoni qiegħed jibgħatna nkomplu nistudjaw hawnhekk. Fl-aħħar mill-aħħar, issa hu l-aħjar żmien għalina s-saċerdoti novelli li nkomplu napprofondixxu f’wieħed mid-diversi oqsma tat-tagħlim vast tal-Knisja. U llum verament wieħed ikollu jammetti li l-istudju qatt mhu biżżejjed, u qatt ma tista’ tgħid li int lest! Imma sakemm tista’ għandek dejjem tfittex li titgħallem. Anzi min jaħseb li diġà jaf biżżejjed, u li m’għandux bżonn jitgħallem iktar, allura nazzarda ngħid li qiegħed jiżbalja ħafna. Għax min jagħżel li jagħlaq widnejh u jieqaf jitgħallem ikun qisu qed jagħżel li jieqaf jgħix, u allura hekk żgur li ma jistax ikompli jikber u jinbidel għall-aħjar!

Issa tajjeb ngħid, jien x’qiegħed nistudja hawnhekk. Din is-sena għadni kemm bdejt il-kors tal-Istudji Patristiċi, jiġifieri l-approfondiment tat-tagħlim u l-kitbiet tas-Santi Padri tal-Knisja.

Min huma dawn is-Santi Padri jew il-Missirijiet tal-Knisja?

Darba kont ktibt din it-tifsira konċiża, f’wieħed mix-xogħlijiet ta’ studju fis-Seminarju:

Il-Missirijiet ewlenin tal-Knisja huma l-ewwel eku tal-leħen tal-appostli u ta’ Kristu nnifsu; huma dawk li ħallew warajhom il-fidi miktuba, bħala xhieda u pedament għat-tradizzjoni u għat-tagħlim tal-Knisja. Il-Padri barra li taw sura viżibbli u konkreta lill-fidi, permezz tal-ħajja eżemplari u qaddisa tagħhom, fittxew jistrutturaw id-duttrina nisranija b’influssi filosofo-ellenistiċi ħalli jsaħħuha u jiddefenduha mill-ereżiji qarrieqa. Dan kien propju t-tnissil tal-istudju teoloġiku u dommatiku li llum tant ngħożżu: it-tfassil ta’ lqugħ b’saħħtu li writna kontra l-kurrenti qawwija li jheddu l-ħajja Kristjana tagħna.

Fi ftit kliem meta tistudja l-Padri tkun bħal qed tbexxaq bieb għal dinja ta’ tagħlim imprezzabbli!

Mhux ta’ b’xejn li aħna fl-Università s’issa għadna ma bdejniex immissu mal-kitbiet tagħhom għaliex din is-sena għalina hi ddedikata biss għall-istudju tal-lingwi li bihom kitbu dawn il-Padri: jiġifieri l-Grieg u l-Latin. Hekk, wara li nkunu tgħallimna naqraw u nifhmu b’dawn il-lingwi, inkunu nistgħu nużaw direttament il-kitbiet oriġinali tagħhom!

Min imur Ruma jitlef il-pultruna!Ħjiel mill-esperjenza li qed nagħmel bħala saċerdot-student fil-belt ta’ Ruma.

Dun Krystof Buttigieg

Page 48: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

46

Però ħajti bħalissa mhix studju biss! Jien naturalment qiegħed ngħix ġo parroċċa, għalhekk dan ifisser li nkun involut ukoll f’diversi impenji pastorali. Il-parroċċa tiegħi hija ddedikata lil Santa Kjara t’Assisi u tinsab fin-naħa ta’ fuq tal-belt ta’ Ruma, relattivament qrib l-Istadju Olimpiku. Żona partikularment sabiħa u parroċċa ħajja. Preżentement nieħu ħsieb erba’ gruppi tal-katekiżmu, li nsejħulhom “dopo-comunione”. Fihom jinġabru tfal bejn l-età ta’ 10 u 14-il sena, li jkunu għadhom kemm għamlu l-Ewwel Tqarbina. Huma wkoll is-snin ta’ qabel ma jibdew il-preparazzjoni għall-Griżma tal-Isqof li hawn jirċevuha fl-età ta’ 17-il sena! Mhux soltu nisimgħu b’parroċċi li jiċċelebraw il-Griżma lil żgħażagħ ta’ 17-il sena, imma hawn din saret tradizzjoni u impressjonanti l-fatt li mhumiex ftit dawk li jkunu jixtiequ jirċevuha. Din is-sena se jkollna madwar 75 student u studenta li lkoll iħossuhom kważi kburin illi kienu huma li ddeċidew li jirċievu l-Griżma u mhux għax ġagħluhom il-ġenituri tagħhom jew għax kulħadd jagħmel hekk.

Dwar il-parroċċa forsi impossibbli nsemmi kollox, imma biżżejjed wieħed jagħti titwila lis-sit tal-parroċċa fuq l-internet (www.parrocchiasantachiara.it) u jinduna bl-attività kollha li hawn: attività li ddur kollha mal-katekeżi: jiġifieri mal-bżonn tat-tagħlim u l-approfondiment fil-fidi Kristjana!

Barra l-istudju u s-servizz fil-parroċċa, ma nistax ma

ngħidx li fil-programm ta’ ħajtek hemm bżonn ukoll tal-ħin ta’ rikreazzjoni. U l-belt ta’ Ruma toffri ħafna opportunitajiet fiex wieħed jista’ jgawdi mumenti bħal dawn, speċjalment il-ġonna u l-mużewijiet tal-arti, imma wkoll l-istess toroq u pjazez tal-belt. F’Ruma, l-arti tfur għal ġot-toroq. U iktar ma ssir taf din il-belt u titlajja fit-toroq tagħha, aktar tibda ma tissaportix tibqa’ ġewwa! Tant hu hekk li meta tibda toħroġ, flok toqgħod tistenna tal-linja biex twasslek, tibda tippreferi tuża saqajk u timxi. U sinċerament lanqas tant jimporta jekk tispiċċa ddum iktar biex tasal, għax il-mixi ġo Ruma qatt mhu telf ta’ ħin! Anzi jien ġieli ngħid: “Jekk timxiha, tasal qabel, u tgawdi xi ħaġa fl-istess ħin.” Nagħlaq billi nikkwota l-poeta-awtur famuż Ġermaniż Johann Wolfgang von Goethe, li xħin ifaħħar lil din il-belt jgħid: “Minn dak il-jum li fih meddejt riġli f’Ruma, is-sbuħija tagħha bdiet terfagħni ftit ftit qrib l-għoli tagħha.”

Wara li tajtkom ħarsa ħafifa fuq dak li qed nagħmel u ngħix f’dawn is-snin tiegħi, issa nittama li ma ndumx wisq biex nerġa’ narakom, anke jekk fil-bidu stajt ninftiehem differenti. Ibqgħu żgur li jiena, lill-art twelidi, lill-Qala, lill-ħbieb u lill-familja tiegħi ma ninsihom qatt! U filwaqt li nirringrazzjakom tat-tislijiet li sikwit tibagħtuli u tat-talb tagħkom għalija, jien min-naħa tiegħi nibqa’ nżommkom f’talbi, u ninkuraġġikom biex tibqgħu dejjem tfittxu li tkunu qrib ta’ Dak li mingħandu nirċievu kull ġid, għax fil-preżenza tiegħu nħossuna żgur, qrib ta’ xulxin u mingħandu maħbubin!

Page 49: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

47

From our Letter Box:

GIC Christmas Editionfrom: Patricia Hamilton

The seventh Christmas edition of the Gozo International Celebration was held at St Joseph Parish Church, Qala, Gozo. This annual ecumenical event is the brain child of Archpriest Rev Can Joseph Zammit and the dedicated Organizing Committee, who year in year out regale the congregation flocking to hear and witness the rich and varied Concert in the exquisitely decorated Church .

In his inspired address the Archpriest stressed that, perhaps, we find it difficult to talk about God but God talks about Himself through His own creations. He is infinitely loving and understanding waiting for us to communicate with Him. God`s love was also beautifully reflected in a Video Presentation

The 90 minute programme included none other than Soprano Dame Ruth Sammut Casingena with her beautifully executed rendering of popular Christmas Hymns and classical excerpts, The singing programme included Soprano Patricia Buttigieg, despite being unwell and Soprano Roxana Xuereb The Parish Magnificat Choir touched every heart with their carol rendering.

Music was once again this year provided by the University of Malta Junior College Orchestra under the able hands of Mro. Manwel Pirotta and regaled the Congregation with popular and classical music. The musical programme included once again this year, the popular Fourtissimo Brass quartet whose music excited the congregation to join in with their hand clapping!! The artistic part involved the Gozitan artist Anthony Caruana who captured the salient altar piece on canvas, which was later presented to the Archpriest.

The Gozo International Celebration is a special music event in Gozo`s rich cultural programme throughout the year.

Għażiż Father Joe,

Jiena qed nibgħatlek cheque ta’ €10 sabiex inti ġentilment tibgħatli 100 santa tal-Madonna tas-Saħħa – Salus Infirmorum. Dawn huma bħala ringrazzjament lill-Madonna ta’ żewġ grazzji kbar li qlajt din is-sena bl-interċessjoni tal-Madonna tas-Saħħa flimkien mal-Ħniena Divina, ir-Redentur u talb ieħor li jiena tlabt.

Nitolbok Father li l-familja tiegħi tkun fit-talb tagħkom sabiex il-Madonna tibqa’ tħarisna.

Grazzi ħafna bil-quddiem.

Dejjem Tiegħek,M. F. - Kalkara

Paġna Madonna tas-Saħħa

Page 50: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

48

21 55 79 93

Page 51: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

49

Din is-sena żgur nibqgħu niftakruha għal xi ħaġa oħra differenti mis-soltu. Għall-ewwel darba bdejna niċċelebraw b’aktar sollennità u attivitajiet dekorużi l-festa liturġika ta’ ‘San Ġużepp ta’ Marzu’, fuq bażi ta’ jumejn, jiġifieri lejliet (18) u nhar il-festa sollenni (19) tal-Patrun tagħna u tal-Knisja Universali, il-Kbir Patrijarka u Protettur tagħna San Ġużepp.

F’ħajti kollha ma niftakarx festa liturġika hekk sabiħa u devota fid-19 ta’ Marzu. Din is-sena għamilna programm żgħir imma speċjali mhux biss bil-quddies kontinwu u l-pellegrinaġġi, imma żidna wkoll għall-ewwel darba dawn l-items ġodda:

1) Translazzjoni Sollenni bir-Relik-wija u Marċ brijuż/sagru mill-Banda tagħna “Ite Ad Joseph”, u Konċelebrazzjoni Sollenni mmexxija mill-Wisq Rev. Arċipriet Fr. Joseph Zammit, li fiha saru l-investitura ta’ Dun Anton Sultana bħala Monsin-jur Onorarju tal-Kapitlu Kolleġġjali tal-Katidral t’Għawdex, kif ukoll ta’ għaxar abbatini ġodda. Mons. Sul-tana għamel ukoll paneġierku qasir fuq San Ġużepp.

2) L-għada t-Tnejn 19 ta’ Marzu, ħarġet ġurnata mill-isbaħ, u bħas-soltu l-Knisja Arċipretali kienet lit-teralment iffullata b’tant quddies u pellegrinaġġi mill-irħula t’Għawdex, fejn il-festa għalqet b’Pontifikal Sol-lenni mill-Isqof Mario Grech u bis-sehem orkestrali. Kienet tassew festa devota u sollenni li tixraq lil San Ġużepp u li għamlet unur lill-Qala tagħna.

Jiena nemmen li din is-sena, avolja bla murtali, għandha tkun mudell xieraq u eċċellenti ta’ kif għandha tibqa’ tiġi ċċelebrata ta’ kull sena l-festa liturġika u sollenni, u fl-istess ħin devota ta’ “San Ġużepp ta’ Marzu” minna l-Qalin li tant inħobbuħ.

Prosit u Grazzi lill-Arċipriet, liż-żgħażagħ organizzaturi, lill-Bandisti tagħna u lil kull min ta’ sehmu jew ħa sehem biex il-festa kollha tirnexxi b’qima u mħabba kbira fil-jum li fih il-Knisja Universali tagħti qima lil San Ġużepp. Jalla d-19 ta’ Marzu jibqa’ jiġi ċċelebrat b’sollennita’ bħal m’għamilna din is-sena. Viva l-Manjus!

Festa Speċjali u Unika lil San Ġużepp ‘Ta’ Marzu’

Messaġġ minn Mons. Anton Sultana, Arċipriet Emeritus.

Page 52: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

50

Page 53: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

51

Page 54: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

52

Programm tal-Festa Sollenni f’Ġieħ il-Kbir Glorjuż Patrijarka

San Ġużeppir-Raġel Kastissimu tal-Verġni Marija u Patrun tal-Knisja Universali

Meqjum fil-Knisja Arċipretali u Parrokkjalital-Qala – Għawdex

18 – 19 ta’ Marzu 2012

Infakkru li din hija festa reliġjuża u għalhekk jintlaħaq l-iskop veru tagħha

meta wieħed jersaq lejn Alla permezz tas-sagramenti.

Il-Ħadd 18 ta’ MarzuLejliet is-Sollennità ta’ San Ġużepp10.00am – Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet Kan. Dr Joe Zammit, bis-sehem tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Janima l-kant, il-Grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ.4.00pm – Marċ mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li wara takkompanja t-Translazzjoni.4.15pm – Kant tal-Għasar Sollenni.4.45pm – Translazzjoni Sollenni tar-Relikwija ta’ San Ġużepp immexxija mill-Arċipriet Kan. Dr Joe Zammit li fiha tieħu sehem il-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala. Eżatt wara, Konċelebrazzjoni Sollenni ta’ lejliet is-Sollennità ta’ San Ġużepp immexxija mill-W.R. Arċipriet Emeritu Dun Anton Sultana bl-investitura tiegħu ta’ Monsinjur u l-vestizzjoni ta’ għaxar abbatini ġodda mill-W.R. Dun Charles Buttigieg. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.

It-Tnejn 19 ta’ MarzuOrarju tal-Quddies: 5.00am, 6.00, 7.00, 8.00, 9.00, 10.00, 11.00, 1.00pm, 2.00, 3.00 .Matul il-ġurnata jkun hemm servizz ta’ qrar minn konfessuri barranin fil-knisja. Jaslu diversi pellegrinaġġi minn Parroċċi Għawdxin u Maltin. 5.00pm – Talb tar-Rużarju Medidat.5.30pm – Kant tal-Għasar Sollenni.6.00pm – Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.Wara tindaqq l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.• Il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’ ikun taħt id-direzzjoni

tal-Organista s-Sur Mario Portelli.

• Il-Mużika bl-orkestra u l-kor, f’Jum is-Sollennità tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Frankie Debono.

• L-Għaqda Mużikali tal-Qala Ite ad Joseph tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antoine Mercieca.

• Radju Leħen il-Qala ser ixandar fuq 106.3FM Stereo, bi skeda speċjali u b’servizz ta’ webcasting fuq www.radjulehenil-qala.com, iċ-ċelebrazzjonijiet kollha b’servizz partikulari għall-anzjani, il-morda u fuq kollox l-emigranti.

Leħen il-Qala - Għid 2012

Page 55: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

53

Kien il-Ħadd, Jum il-Milied, waqt il-quddiesa tal-10.00, meta fi tmiem il-Konċelebrazzjoni Sollenni tal-Milied, qabel mal-Prim Konċelebrant, il-Wisq Reverendu Dr. Joseph Zammit, Arċipriet tal-Parroċċa tagħna tal-Qala, ta l-Barka tiegħu, tana l-aħbar hekk sabiħa, li l-Eċċellenza tiegħu Mons. Isqof Mario Grech, kien talbu jħabbar li huwa kien qed jaħtar lill-Arċipriet Emeritus, Dun Anton Sultana, bħala Monsinjur Onorarju tal-Kapitlu Katidrali tal-Belt Victoria b’effett immedjat.

Hekk kif l-Arċipriet ta din l-aħbar sabiħa, l-miġemgħa preżenti nfexxet f’applaws kbir. U biex tibqa’ mfakkra din il-promozzjoni ta’ Fr. Sultana, l-Arċipriet ippreżenta lil Dun Anton is-Salib tal-Kapitlu li ser jibda jintuża minn Mons. Sultana waqt il-funzjonijiet ta’ Monsinjur kemm fil-Katidral kif ukoll f’postijiet oħra.

Dun Anton Sultana, matul is-Saċerdozju tiegħu ta’ aktar minn erbgħin sena, wettaq ħidma pastorali kbira fid-diversi ministeri u karigi li huwa okkupa, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. L-akbar fost dawn il-ministeri kien bla dubju dak ta’ Arċipriet ta’ dan l-istess raħal tal-Qala, fejn dam kważi disa’ snin. Hawn, bosta kienu l-opri li saru minn Dun Anton kemm fil-knisja kif ukoll fir-raħal tal-Qala, fosthom it-tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Kunċizzjoni, kif ukoll xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bjut tal-istess Knisja Arċipretali ta’ San Ġużepp u l-bini tal-ewwel żewġ sulari taċ-Ċentru Parrokkjali.

Barra minn dan, Mons. Sultana qabel okkupa l-kariga ta’ Arċipriet fil-Qala, wettaq xogħol pastorali anke barra minn xtutna, fl-Istati Uniti tal-Amerika, u aktar tard f’Roccoporena di Cascia fl-Italja.

Fr. Sultana, wara li rritorna lura f’pajjiżna ġie maħtur bħala Direttur Spiritwali tas-Seminaristi, fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù fir-Rabat għal sitt xhur, qabel ma ġie magħżul u nominat bħala Arċipriet tal-Qala fl-1983.

Barra minn dan, Mons. Sultana huwa awtur ta’ tliet kotba, kollha ta’ formazzjoni spiritwali u reliġjuża. Huwa ppubblika madwar 200 ktieb reliġjuż minn awturi differenti bħala Direttur/Pubblikatur tal-“Lumen Christi Publications”.

Huwa ħadem bla heda fil-Media Centre tal-Knisja f’Għawdex għal 15-il sena, fejn għadu impenjat sal-lum. Illum il-ġurnata l-Media Centre ta’ Victoria Għawdex għandha Bookshop mgħammar b’kull tip ta’ kotba reliġjuzi kif ukoll ritratti, vedios, DVDs, CDs, kuruni, Statwetti u affarijiet oħra ta’ natura reliġjuża u edukattiva. Dan grazzi għall-ħidma ma taqta’ xejn ta’ Mons. Sultana. Fil-fatt huwa responsabbli wkoll mill-istampar, impaġnar, il-proof reading, kif ukoll it-tqassim tar-Rivista Djoċesana; “Il-Ħajja f’Għawdex”. Mons. Sultana, fil-fatt hu meqjus bħala r-right hand tal-Editur tal-istess rivista djoċesana li toħroġ kull xahar mill-Knisja f’Għawdex.

Iċ-ċerimonja tal-Investitura ta’ Mons. Anton Sultana nżammet nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Diċembru 2011, fil-Kurja tal-Isqof fil-Palazz Veskovili, fi Triq ir-Repubblika r-Rabat Għawdex, fis-7.00 ta’ filgħaxija. Ma’ Mons. Sultana, kienu maħtura fl-istess grad ta’ Monsinjur Onorarju tal-Katidral ta’ Santa Marija tal-Belt Victoria, żewġ Saċerdoti oħra li huma, Dun Ġużepp Gauci minn Victoria, Ex-Viċi Parroku tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ tal-istess Belt Victoria, kif ukoll Kappillan tas-Sorijiet Franġiskani fl-istess lokalità u Għalliem u Prefett tad-Dixxiplina tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, u Dun Ġużepp Zammit mill-Parroċċa tal-Għasri, Rettur tal-Knisja tal-Patroċinju li tinsab fl-istess raħal u Kanonku tal-Kapitlu tal-Parroċċa tal-Viżitazzjoni fl-Għarb Għawdex.

Għan-nom tal-Bord Editorjali tar-Rivista “Leħen il-Qala” li tagħha Mons. Sultana kien ko-fundatur u l-ewwel Editur (1973-1976), jien nifraħ minn qalbi lil Monsinjur Anton Sultana għal dan l-Unur prestiġjuż u meritat, relatat dejjem mal-missjoni mwettqa b’attenzjoni u prudenza kbira minnu u nixtieqlu “Ad Multos Annos”.

Euchar MizziEditur.

Dun Anton Sultana jinħatar Monsinjur onorarju tal-Katidral

Page 56: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

54

L-Arċiprietflimkien

mal-Kleru u l-Kunsill Pastorali

tal-Parroċċa u l-Bord Editorjali

jixtiequ lill-Poplu tal-Qala l-Għid it-Tajjeb

Page 57: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

55

Page 58: Leħen il-Qala Għid 2012
Page 59: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

57

The advent of Christ was celebrated at the Qala Parish Church by holding the 7th Christmas edition of the Gozo International Celebration on 18th December 2011. This ecumenical event for which promotes Gozo’s diversity of cultures and heritage brought together a huge number of foreign nationals residing or visiting Gozo in a spirit of friendship with the common objective of giving glory to God, as implied by the theme, “Glory be to God’ chosen for this edition.

The Celebration was set in an extraordinary splendor with a star and a crib in the backdrop, exquisite flower arrangements at the foot of the altar, damask on the pillars on either side of the altar, and Christmas flowers all around. A crimson spotlight created a fantastic atmosphere and the choir clad in black blended stupendly with the crimson light.

The outstanding performance of the well known soprano Dame Ruth Sammut Casingena accompanied by The University of Malta Junior College Orchestra directed by Mro. Manoel Pirotta, created a unique atmosphere of peace and joy in the congregation which thronged the church. The carols executed included Christmas March (Manoel Pirotta), Ave Maria (G. Caccini / S. Mercurio), Air for Winds (A. Waignein) Jesu, Joy of Man’s Desiring (J.S. Bach), The Sleigh Ride (W.A. Mozart) and La Vergine degli Angeli (G. Verdi).

The Fourtissimo Brass made up of four excellent trumpeters Jason Camilleri, Shirley Helleur, Andre’ Helleur and Don Gates played ‘O Come, O Come Emanuel’, ‘Chiming Bells’, ‘Allegro’, ‘German Dance’, ‘Angels we have heard on High’ and ‘A holly Waltz’.

Local tenor Joseph Buttigieg interpreted ‘In the Bleak Midwinter’ accompanied by organist Frankie Magro and joined Soprano Ruth Sammut Casingena and Tenor Rev. Joseph Zammit in interpreting ‘Cantique del Noel’, ‘Te Deum’ ‘Millenium Song’ and ‘3 songs for Christmas!’. The young Roxana Xuereb continued to put in evidence her beautiful voice singing ‘Someday’ and the Magnificat Choir sang ‘Stille Nacht’, ‘While Shepherds’ and ‘Angels we have heard on High’ in their sweet angelic voices. It was a pity that soprano Patricia Buttigieg could not participate as scheduled since she was feeling unwell but still made an appearance.

In his message the Qala Archpriest Can. Dr. Joe Zammit whose brainchild the GIC is, reinforced the message beautifully conveyed through music and songs by a short yet impressive message about God who speaks to us through his wonderful creation and through his numerous blessings. When we stop to appreciate how a seed develops into a plant, a flower or a tree, how complex our body is and the various comforts we enjoy, we realize the wonders God bestows on us continuously. We tend to focus on one moment of difficult or of sickness or of disappointment, and discard all the other moments of happiness and blessings. We tend to forget that blessings outweigh ailments, on the contrary we should appreciate the joy of the wonders of God, be grateful and glorify our Creator mostly by filling our life with love and kindness for others.

When all the singers joined forces in singing Adeste Fideles in a grand finale, the congregation kept the beat with clapping and then exploded in a deafening applause.

Gozo International CelebrationChristmas Edition

minn: Victor Grech

Page 60: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

58

Page 61: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

59

Glory be to God sang the angels in Bethlehem’s cave. And prior to that the Psalmist sang happily

O give thanks to the Lord for he is good for his steadfast love endures for ever

But perhaps you ask:Why should I glorify the Lord when I am passing through hard times? When everything is upside down? When my friends have deserted me? When I am feeling sick and unwell? When I have lost a beloved one?

Yes even in these trying times one can still give glory to the Lord because if you count your blessings you find that they always outnumber your ailments. When disappointing events come our way we have the choice of becoming bitter or becoming better. If we realize how powerful our thoughts are, we would never inject a negative thought.

Do you ever realize how lucky we are to be alive? The complexity of how a human being functions is incredible. The more one learns how it ticks the more one reaches a conclusion that life itself is a miracle of which we are all benefiting every millisecond. So faced with any illness one has to thank the good Lord for the many years of good health and not the opposite.

Did we ever think that we should give glory to the Lord for the Countryside. Having a stroll in our valleys we can see the multicoloured flowers while walking with nature.

We call them wild when they are not. They are beauties on their own.

Looking at a citrus tree one can see the yellow flower turning into a small marble and then it gets bigger and bigger. Being born green it will have to gradually change colour until late in autumn it is there ready to be picked up and enjoyed. Even a look at our marigolds and chrysanthemums would usher in our hearts a sense of relief and charm.

Let us glorify the Lord for all this beauty.

Perhaps we find it hard to talk about God but God talks about Himself through his own creation.

Let us give glory to the Lord for the Country that he has entrusted to us. We can enjoy the beauty of the sea. Millions of people will never even see it. We can enjoy it through a refreshing swim in the summer months while in winter we can witness the breathtaking sight of its magnificent force charging against the rocks or moving in for many metres on the sandy beaches.

Glory be to God for our seasons. For our short mild winters, and short hot summers with a long enjoyable spring in between. We should glorify the Lord for the beauty of a sunrise which one can experience from our beloved village. A unique sight that one will never forget. Have you ever been to Xlendi to witness a sunset? What a performance by the Lord. And all of this is free of charge,

Glory be to GodFranco Mercieca

Page 62: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

60

Page 63: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

61

daily and always original. A still of such an event is the pride of every photographer.

Yes we can give glory to the Lord for our family and true friends. Always near to give a helping hand. With them we can share life’s joys and sorrows. Happy not to be alone. We cannot find happiness and fulfillment in power, fame or riches but in knowing and feeling that we are brothers and sisters closely knit together.

And we can give glory to the Lord for our pets. For the relaxing cat asleep on our favourite sofa, our faithful dog resting its head on our tired feet after an hour’s walk together, our always hopping canary singing his heart out as if to show us his happiness in keeping us company.

Yes we can glorify God for the labour saving devices, which we now take for granted. Our foremothers had to move out of the house to get a bucket of water They had to spend hours on end washing clothes, preparing fires to cook their meals and more hours for cleaning the dishes. And now everything is so easy at a push of a button.

Sitting comfortable on our sofas we can enjoy films and videos on a thousand subjects to our heart’s content. We can listen to music that our ancestors never had a chance to listen to. They never enjoyed the sweet sonatas of Beethoven nor the beauty of Mozart’s Serenades. We can spend our evening reading the literature of our choice….. the drama of Shakespeare, the excitement of a Dickens’s novel or a Hitchhock mystery. We can follow the thrill of a football match or the entertainment of a performance in the world best theatres without moving a foot out of our homes. A little thank you to the Lord will not be out of place.

The list is endless.

And if God deserved glory during the time of the Psalmist, He deserves it even more today. Because today presenters on the local media shamelessly declare that they are atheists, journalists on local papers say that they are proud of being non believers and bloggers are so eager to join in the chorus. So at this point in time we decided to dedicate this celebration to our kind, benevolent and ever loving God. If they have a right to disseminate their atheism, we also have our right to give our Lord all praise and glory.

An ancient Japanese tale tells us the story of a Zen monk who sat in front of his hut, admiring the luminous beauty of the full moon. Meanwhile a thief rushed into the hut demanding money. The monk replied that he had no money but he invited him to sit with him telling him:

“I am happy to share the night sky with you”

But the thief would not listen. He searched the hut and finding nothing went away cursing his luck. As the monk watched the thief disappear into the night he thought:

“What a poor man he is. How I wish I could give him the moon”.

Like the thief we can be unaware of freedom, joy and excitement prevalent in creation which is so abundant among us.

We started with a psalm giving Glory to the Lord. Let us end by another one.

The heavens are telling the glory of God and the firmament proclaims his handiwork.

Page 64: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

62

Nhar il-Ħadd 11 ta’ Marzu, inżammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kumitat tal-Banda tagħna, “Ite Ad Joseph”, fil-każin tal-istess Banda fil-Pjazza San Ġużepp il-Qala, fil-11.00am.

F’din il-laqgħa, li għaliha attendew numru sabiħ ta’ membri u bandisti, inqraw ir-rapport Amministrattiv kif ukoll dak finanzjarju. Sar ukoll diskors mill-President uxxenti Dr. Raymond Xerri, fejn ta ħarsa ħafifa dwar il-ħidma li twettqet mill-Kumitat matul l-aħħar sena. Attenda wkoll l-Arċipriet Fr. Joe Zammit li rringrazzja lill-President u lill-Kumitat li serva s-sena l-oħra tax-xogħol kollu li wettqu b’risq il-Banda tagħna. Id-Direttur Spiritwali, Mons Anton Sultana kien indispost. Imbagħad il-laqgħa ġiet aġġornata għall-Ħadd ta’ wara18 ta’ Marzu 2012 fl-11.00am.

F’din it-tieni laqgħa, gie ffurmat il-Kumitat tat-tmexxija li fadallu jservi għas-sentejn li ġejjin. Il-membri tal-Kumitat il-ġdid issa huma dawn: is-Sur Raymond

Kunsill Lokali Ġdid fil-QalaIl-Bord Editorjali tar-Rivista “Leħen il-Qala”, jifraħ lill-Kunsill Lokali l-ġdid li ġie elett fl-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li nżammet nhar is-Sibt 10 ta’ Marzu fil-Qala Għawdex u li hu ffurmat minn dawn is-Sinjuri.

Sindku: Is-Sur Clint Camilleri (PL)Viċi Sindku: Is-Sur Paul Buttigieg (PL)Membri: Is-Sur Jesmond Borg (PL) Is-Sur Paul Buttigieg (NP) Is-Sur Victor Grech (NP)

Fil-waqt li jawgura lill-Kunsill il-ġdid ħidma siwja u kontinwa għall-ġid tal-Qala u l-Qalin, huwa jirringrazzja wkoll lill-Kunsill uxxenti għall-ħidma kbira u kontinwa tiegħu mwettqa fil-Qala, l-aktar matul l-aħħar leġiżlatura ta’ dan il-Kunsill li ser itemm il-ħatra tiegħu fil-31 ta’ Marzu 2012. Grazzi.

Il-Bord Editorjali.

Tabone, is-Sur Michael Carol Bartolo, is-Sur Simeon Spiteri, is-Sur Joe Mizzi, is-Sur Joe Gatt, is-Sur Joe Grima, is-Sur Steve Bartolo, is-Sur Clayton Buttigieg, is-Sinjorina Charlene Bartolo, Surmast Direttur: Mro. Antoine Mercieca, Direttur Spiritwali: r-Rev. Mons. Anton Sultana.

Fil-futur qarib se jinħatru l-karigi vakanti sa tmiem it-termimu amministrativ ta’ dan il-Kumitat.

Ir-Reverendu Arċipriet, Fr. Joe Zammit, li kien ukoll preżenti għal din it-tieni laqgħa, rringrazzja lill-membri talli offrew li joqogħdu fuq il-Kumitat tal-Banda u awguralhom ħidma fejjieda u ġenwina b’risq il-Banda tagħna u naturalment b’risq il-Qala. Għalaq il-laqgħa l-President il-ġdid is-Sur Raymond Tabone, fejn irringrazzja lil kulħadd tal-fiduċja u appella lill-membri kollha biex jaħdmu id f’id u bi spirtu ta’ familja għall-ġid tal-Banda li issa huma responsabli minnha. Il-laqħa ntemmet f’nofsinhar.

Il-Banda “Ite Ad Joseph” Laqgħa Ġenerali Annwali u Ħatra ta’ Kumitat Ġdid

Page 65: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

63

O Żmien Ħelu...

Ġebel mal-kosta tal-Qala

Il-Ġebla tal-Ħalfa

Riċerka, kitba u ritratti minn:

Dr. Raymond C. Xerri

Għaliex il-kosta tal-Qala hija unika f’Għawdex? X’hemm simili bejn il-ġeoloġija tal-Qala u l-ġebel li hemm madwar il-kosta tar-raħal tagħna? Il-ġebla tal-ħalfa hija waħda minn numru ta’ ġebel kbar u żgħar li nsibu madwar il-kosta tal-Qala. Hi riżultat ta’ xiex u liema elementi sawru waħda mill-isbaħ kosti f’pajjiżna?

Il-Kosta unika tal-QalaIl-kosta tar-raħal tagħna hija fost l-isbaħ mhux biss f’Għawdex iżda f’pajjiżna. Dan għaliex insibu elementi ta’ topografija differenti minn postijiet oħra. Dan huwa l-każ għaliex il-ġeoloġija tal-Qala hija ukoll unika f’pajjiżna, imkien daqs taħt l-art tal-Qala ma nsibu rdum u xquq bil-kwantita’ u t-tipi ta’ ġebel kollha li nsibu f’pajjiżna (żonqor, franka, torba, tafal) f’lokalita’ waħda. Mhux hekk biss iżda l-ġeoloġija tal-Qala kif konna għidna fl-artiklu li deher fuq l-edizzjoni ta’ Leħen il-Qala ta’ Awwissu 1997, ‘L-Irdum il-Kbir u l-irdumijiet żgħar tar-raħal tal-Qala, jifformaw parti minn diversi

vini ta’ art. Dawn il-vini, bħal vini fil-bniedem ikunu affettwati kull meta jkun hemm xi theżżiż jew ċaqliq taħt l-art u kif ser naraw f’din il-Gżejra jew il-ġebla tal-ħalfa hija riżultati ta’ dan.

Il-Gżejra jew il-Ġebla tal-ĦalfaIl-Gżejra tal-Ħalfa, ħaġret il-ħalfa jew kif nafuha aħna l-Qalin, il-Ġebla tal-Ħalfa, tinsab 65 metru ’l barra max-Xlokk tal-kosta tal-Qala fl-inħawi magħrufa ta’ bejn tal-Bugħaż, (bl-Ingliz cove) u l-ħnejja fejn jinsabu anke l-ħwat tal-melħ. Il-kelma ‘Ħalfa’ hija l-kelma Maltija għal ħaxix li bl-isem propju bil-Latin huwa Lygeum spartum jew esparto grass bl-Ingliż. Il-Ġebla tal-Ħalfa hija parti mill-ġeoloġija komplessa tal-parti t’isfel jew tal-parti tan-nofsinhar tal-Qala u l-gżira ta’ Kemmuna. Il-Ġebla tal-Ħalfa tokkupa żona ta’ 4,800 metru kwadru ta’ art. Il-fatt li tinsab 65 metru ’l barra mill-art hija indikazzjoni li nqatgħet mill-art eluf ta’ snin ilu, proċess simili għal dak li għaddejja l-Ġebla taċ-Ċawl li nitkellmu dwarha f’artiklu fil-futur. Il-Ġebla taċ-Ċawl għadha qrib l-art u sa ċertu punt b’konnessjoni minħabba l-ġebel li waqa’ bejn l-istess ġebla u l-art li llum għadu jifforma fi kliem il-Qalin – il-Bajja tan-Nisa. Imsejħa hekk għaliex sal-aħħar gwerra kienu jgħumu n-nisa biss.

Il-veġitazzjoni fuq il-ġebla tal-ħalfaFuq din il-ġebla nsibu żewġ tipi differenti ta’ veġitazzjoni. Fil-parti ta’ taħt tal-ġebla tal-ħalfa nsibu Almeridja tal-Blat (l-isem propju bil-Latin huwa Arthrocnemum macrostachyum) u lejn in-naħa tan-nofs tal-ġebla nsibu l-Leblieb tal-Irdum (l-isem propju bil-Latin huwa Convolvulus oleifolius). Dan tal-aħħar

Page 66: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

64

huwa aktar abbundanti minn tal-ewwel. Speċi oħra ta’ veġitazzjoni f’dawn l-inħawi huma Leħjet ix-Xiħ ta’ Malta (l-isem propju bil-Latin Limonium melitensis) u ż-Żunnarija tal-Baħar (l-isem propju bil-Latin Daucuc rupestris). Iż-Żunnarija tal-Baħar hi sub-endemika għal pajjiżna, għall-gżejjer ta’ Lampedusa, Lampione u Panarea li huma parti mill-Italja.

Minkejja d-distanzi li hemm bejn dawn il-gżejjer u l-ġebla tal-ħalfa dawn għandhom ekoloġija simili ħafna. Il-Gżejra ta’ Lampione li tinsab qrib Lampedusa hija 700 metru twila b’180 metru wiesgħa u hija 1.2 kilometru kwadru. F’Lampione nsibu li l-veġitazzjoni u xi sub-speċi ta’ annimali huma simili għal dawk tal-ġebla tal-ħalfa. Is-sub-speċi ta’ annimali huma l-Maltese Wall Lizard, il-gremxula ta’ Malta u l-qarnit b’abbundanza fil-baħar. Illum madwar il-ġebla tal-ħalfa l-qarnit naqas ħafna.

Il-biċċa l-kbira tal-parti ta’ fuq tal-ġebla tal-ħalfa hi miksija bil-Leblieb tal-Irdum, iż-Żunnarija tal-Baħar, l-Orkida Piramidali ta’ Malta (l-isem propju bil-Latin Anacamptis urvillcana), il-Kurrat Salvaġġ (l-isem propju bil-Latin Allium melitense), is-Sajtun (l-isem propju bil-Latin Carlina involucrata) u żewġ kampjuni tad-Deru (l-isem propju bil-Latin Pistacia lentiscus). Partijiet sostanzjali mill-Gżejra ta’ Panarea, li hi t-tieni l-iżgħar gżejra wara Basiluzzo fl-arċipelago Aeoliani fl-Italja, għandha l-istess veġitazzjoni tal-ġebla tal-ħalfa. Panarea għandha 3.4 kilometru kwadru, tinsab 42 metru ’l fuq mill-baħar u b’popolazzjoni ta’ 280 ruħ. Din tinsab qrib ħafna tal-Gżira li l-Qala għandha ġemellaġġ magħha, Santa Marina Salina.

Il-Fawna fuq il-ġebla tal-ħalfaBħall-gżejjer ta’ Lampedusa, Lampione u Panarea, il-ġebla tal-ħalfa għandha fawna li tinkludi popolazzjoni żgħira ta’ speċi endemika tal-Gremxula ta’ Malta (l-isem propju bil-Latin Podarcis filfolensis) u varjant tal-endemiċi Dussies ta’ Malta (l-isem propju bil-Latin Muticaria macrostama forma oscitans). L-ispeċi ta’ fawna li hemm fuq il-ġebla tal-ħalfa jirriproduċu independentement mill-istess speċi li nsibu fl-art 65 metru ’l bogħod. Dan ifisser li dawn l-ispeċi fuq il-ġebla tal-ħalfa għandhom ċans kbir li matul is-snin jiżviluppaw karatteristiċi differenti u joħolqu speċi unika u differenti.

Il-Fugass tal-ġebla tal-ħalfa u l-leġġenda marbuta magħhaStorja tal-folkor ta’ raħalna timmaġina lill-furban Tork Dragut Rais li kien tilef lil ħuh f’Għawdex matul razzia fl-1544. Kien jingħad minn missirijietna li ftit ’l barra minn din il-ġebla, Dragut kien ħa ġurament, għalhekk il-kelma bil-Malti ‘il-ħalfa’ sabiex isib lil ħuh. Hu rritorna f’Lulju tal-1551 u kaxkar lill-Għawdxin kollha għall-iskjavitu. Fuq din il-ġebla hemm fugass parzjalment preservat u li kien mibni fis-sena 1720.

Il-ġvern ta’ Malta jipproteġi l-ġebla tal-ħalfaKienet il-Gazzetta tal-Gvern numru 827/02 bid-data ta’ nhar l-20 ta’ Settembru 2002 li skedat il-ġebla tal-ħalfa bħala sit ta’ importanza xjentifika (ekoloġika) ta’ Livell 1, sit ta’ importanza xjentifika (ġeomorfoloġija) ta’ Livell 2 u żona ta’ importanza Ekoloġika ta’ Livell 2 skont l-Avviż tal-istess edizzjoni tal-gazzetta. Dan ifisser li ma jista’ jsir l-ebda żvilupp fuq u fiż-żona tal-ġebla tal-ħalfa.

Il-ġebla tal-ħalfa u l-QalinIs-sajjieda mill-art u l-għawwiema huma l-aktar Qalin li jkollhom kuntatt ma’ din il-ġebla. Fil-fatt fil-fruq, it-toqob u madwar il-ġebla tal-ħalfa fl-imgħoddi kien imfittex mis-sajjieda għall-qarnit li kien jinqabad mill-post. Dawn il-fruq fil-blat u daħliet joffru post ideali fejn jgħixu u jkabbru ż-żgħar tagħhom. Il-ġebla tal-ħalfa toffri kenn mill-maltemp tal-baħar mqalleb speċjalment meta r-riħ ikun qawwi mill-grigal u l-mewġ iħabbat b’saħħa magħha.

Fil-bnazzi għawma sabiħa mill-art għall-ġebla tal-ħalfa u lura, hija distanza ideali. Dan il-baħar ta’ bejn il-ġebla tal-ħalfa u l-art hu ġenna tal-art għas-sajjieda mill-art u mill-baħar minħabba li huwa l-post fejn jistkenn il-ħut ta’ kull xorta. Fl-imgħoddi aktar mil-lum, il-Qalin sajjieda kienu jqattgħu sigħat jistadu għal xi ikla ħut b’xejn. O żmien ħelu...Fejn int?

Referenzi:BEZZINA, Joseph (2003), Qala – The Village with Valleys and Views, Gaulitana 24, A & M Printing Ltd, Il-Qala, Għawdex.

BUTTIGIEG, Anton (1971), Il-Qala, Orphan’s Press, Għajnsielem, Għawdex.

Il-Gazzetta tal-Gvern, Numru 827/02 tal-20 ta’ Settembru 2002.

Ministry of Education, Localities with Conservation Value in the Maltese Islands – Malta 1987.

Nipproteġu l-wirt naturali tal-Gżejjer Maltin – 24, Il-ġebla tal-ħalfa, In-Nazzjon, L-Erbgħa, 23 ta’ Marzu 2011, paġna 12.

Protecting the natural heritage in the Maltese Islands (23), Il-ġebla taċ-ċawl, The Times, Saturday, January 2, 2010, page 11.

THEUMA, Lawrenz (2010), Il-Qala matul iż-żminijiet, A & M Printing, Ltd., Il-Qala, Għawdex.

XERRI, Dr Raymond (1996), O żmien ħelu – L-Irdum il-Kbir u l-irdumijiet żgħar tar-raħal tal-Qala, Leħen il-Qala – Awwissu 1997, paġni 18-19.

Page 67: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

65

AUSTRALIAN QALA ASSOCIATIONL-ASSOĊJAZZJONI TAL-QALA FL-AWSTRALJA

48 Cowper Avenue, St Albans, Victoria 3021, Australia. Tel: 0061 (03) 93674268

Tagħrif mill-Awstralja dwar ħutna l-Qalin emigranti, minn MIcHAEL BUTTIGIEG,

President Australian Qala Association

Aħbarijiet minn Melbourne għall-Qalin tal-Qala

Għeżież Qalin insellmilkom. Kif intom? Reġgħu għaddew erba’ xhur oħra u reġa’ wasal iż-żmien biex nitkellem ftit magħkom, permezz ta’ din ir-rivista, veru popolari magħna l-emigranti. Bħal ma tafu erġajna bdilna l-istaġuni. Aħna qegħdin fil-ħarifa, u intom dħaltu għal dak iż-żmien sabiħ tar-rebbiegħa fejn kollox jerġa’ jieħu r-ruħ. L-għasafar ikunu ħarġu mill-bejtiet tagħhom, waqt li għasafar oħrajn isaffru biex veru juru li issa x-xitwa spiċċat. Is-siġar jarmaw weraq ġdid u jibda joħroġ il-fjuri, waqt li l-ġurnata tibda titwal u nibdew naraw ġranet sbieħ u xemxin u hekk anke teħilsu minn dik ix-xitwa kiefra li ħakmet lill-Ewropa kollha din is-sena.

Qrajna u smajna kemm kien ksieħ u silġ li anke ħakem lill-gżejjer Maltin u Għawdxin. Veru li l-istaġuni jvarjaw minn sena għall-oħra u xi drabi tinzerta waħda kiesħa aktar mis-snin ta’ qabel. Aħna wkoll is-sena, ma tantx għamel sajf, aktar kien frisk milli sħana. Għamel ħafna xita. Kellna ġranet sbieħ u sħan, imma mhux wisq fit-tul. Fil-Milied niftakar kienet 30c u għal xit-3.00 ta’ wara nofsinhar, it-temp beda jidlam u beda l-beraq, ir-ragħad u anke sajjetti. Għal min ma jafx, hawn fix-xitwa ma jagħmilx beraq, ragħad u sajjetti, imma dawn jagħmlu biss fis-sajf. U f’kemm ilni ngħidilkom, bdiet nieżla xita kbira u wara silġ kbir daqs il-blalen tal-golf u anke ikbar. Kull min kellu l-karozza barra saritilhom ħsara kbira u tkisser anke t-tiles tas-soqfa tad-djar, għax damet nieżla ħafna. Wara bnazza u qisu qatt ma kien xejn. Però l-ħsara kienet saret. Aħna tas-St. Albans konna xortina tajba għax is-silġ in-naħa tagħna ma kienx kbir bħas-subborgi l-oħra qrib tagħna.

Xi kultant in-natura trid tgħidilna li mhux aħna nikkmandaw imma hi (n-natura). Dan is-sajf nirien kbar u diżastri ma kellniex. Reġgħu għamlu xi ftit terremoti mhux kbar wisq fi New Zealand li wkoll huma ġirien tagħna. Kien eżatt it-22 ta’ Frar 2011 meta terremot kbir ħarbat u farrak lil Christ Church N.Z. Ħlief ġo Queensland, reġgħet għamlet ħafna xita u x-xmajjar faru, però mhux daqs is-sena l-oħra. Barra minn dan kollox kien sewwa dan is-sajf tagħna.

Hawn ġo Melbourne bħal dawn iż-żminijiet ukoll ikollna l-Karnival li jgħidulu “Moomba”. Kelma Oboriġinali li tfisser, “nifirħu u niddevertu flimkien”, fejn idum disat ijiem sħaħ u l-aħħar ġurnata tiegħu tkun it-Tnejn li tkun ġurnata pubblika. Dakinhar issir l-isfilata tal-karnival fil-belt ta’ Melbourne, fejn eluf ta’ nies imorru biex jarawha. Aħna qabel meta t-tfal kienu għadhom żgħar konna mmorru narawha wkoll. Illum narawha minn fuq it-Televiżjoni. Tibda mid-9.00am u ddum san-12.30pm. Wara n-nies imorru fil-Boanic Gardens fejn ikun hemm l-attivitajiet kollha u jagħlqu bil-logħob tan-nar minn fuq il-Yarra River.

Ikun ħawn ukoll dik it-tiġrija ta’ karozzi l-Grand Prix, fejn idumu tlett ijiem fejn speċjalment id-dilettanti jmorru biex jaraw lis-sewwieqa favoriti tagħhom.

Festival ieħor kbir li jsir ukoll fil-Moomba huwa l-festival tal-ikel, ikel u ikel minn kull nazzjon li hawn ġo l-Awstralja – billi l-Awstralja issa hija multi kulturali – u ħafna żfin u kant li jsir kollu fil-belt ta’ Melbourne.

Dan iż-żmien tas-sena jġib miegħu wkoll żmien sabiħ ħafna għalina l-insara – l-Għid il-Kbir, fejn Kristu ssallab u miet għalina, u wara rxoxta biex ikun rebbieħ fuq il-mewt ukoll u b’ħekk ħelisna u salvana kollha permezz tal-Qawmien Glorjuż Tiegħu mill-mewt. San Pawl jgħidilna, li kieku Kristu ma qamx mill-mewt, kieku l-fidi tagħna ma kienet tiswa xejn. Hawn ġo Melbourne jsiru ċ-Ċelebrazzjonijiet kollha tal-Għid. Jibdew bl-eżerċizzi spiritwali minn Qassisin Maltin, fejn il-knisja tkun ippakkjata bin-nies. Ikollna l-festa tar-Redentur, Tad-Duluri, u dik il-Purċissjoni l-Kbira bil-vari kollha tal-Ġimgħa l-Kbira. Ħadd il-Għid ikollna l-festa tal-Irxoxt u anke jingħalqu l-festi tal-Għid. Is-sena l-Għid ser ikun il-Ħadd 8 ta’ April 2012, u aħna ta’ Melbourne nibdlu l-ħin għax-xitwa l-Ħadd l-1 ta’ April 2012 u niġu 8 sigħat differenti minn xulxin, fejn inkunu qed noqorbu lejn ix-xitwa. Hawn min qed ibassar u jgħid li ser ikollna xitwa kiesħa, billi ma kellniex sajf qalil. Però jiena nemmen dak li nara, almenu hekk naħsibha jien. Ġie li graw u ġie li ma ġrawx.

Page 68: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

66

Issa aħna tal-Kumitat tal-A.Q.A. qegħdin noqorbu għall-aktar attivitajiet kbar u sbieħ tas-sena 2012. Din is-sena wkoll, l-Għaqda tagħna tal-A.Q.A. tagħlaq 17-il sena mit-twaqqif tagħha f’Melbourne Australia 1995 – 2012. Diġà bdejna bl-ewwel Bus Tour għall-Border ta’ N.S.W., fejn il-bus kienet mimlija b’56 ruħ, fejn kulħadd ħa gost u pjaċir flimkien. Issa jkollna l-ewwel ativita’ kbira oħra fejn isir is-St. Joseph’s Family Get Together B.B.Q. Picnic. Jew aħjar ‘ix-xalata tal-Qala’, fejn ikollna ħafna nies li jattendu dik il-Ġurnata tal-Ħadd 18 ta’ Marzu, ġo Park kbir Brimbank Park. Wara nibdew naħsbu għall-famuż ballu kbir li nagħmlu s-Sibt 28 ta’ April 2012, fil-Luxor Function Centre, fejn in-nies diġà bdew jibbukkjaw l-imwejjed. Aħna tal-Kumitat magħrufin kemm norganizzaw kollox sewwa.

L-għada l-Ħadd 29 ta’ April, huwa l-qofol tal-Għaqda tagħna fejn għalhekk l-aktar li ġiet imwaqqfa, biex issir il-Festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp. Jum il-festa l-Ħadd 29 ta’ April, nibdew bil-Kurunella ta’ San Ġużepp, jitkanta l-Innu Popolari ta’ S. Ġużepp, akkompanjat bil-kant tal-kor tal-Victoria. Wara tibda l-Quddiesa mir-Rev. Fr. Dennis Carabott. Wara l-Barka Sagramentali issir il-Purċissjoni bl-Inkwadru l-Kbir ta’ San Ġużepp akkompanjat mill-Maltese Own Band. Wara l-Purċissjoni kulħadd għall-Hall, fejn nassistu għall-kunċert mill-Maltese Own Band u wara jkollna lid-D.J. biex ikompli jallegrana bil-mużika sabiħa u żfin u nagħlqu l-festa tagħna hawnhekk. Kollox isir fil-Knisja tal-Holy Eucharist Church u fil-Hall tal-Knisja St. Albans.

Issa li qegħdin noqorbu għall-fesi kbar tal-Għid il-

Kbir, inħeġġiġkom biex tieħdu sehem fil-Funzjonijiet kollha tal-Knisja li verament ikunu sbieħ. Jiena l-festa tal-Għid u dawk tal-Milied inħobbhom ħafna. Iġibuli ħafna nostalġiji sbieħ ta’ meta kont tifel man-nanna Dolor. Aħna mmorru l-funzjonijiet kollha. Anke meta kbirt xorta bqajt immur. Veru Sbieħ. Qrara u tqarbina ma jonqsux u bil-ferħ kollu u mingħajr mistħija nkunu nistgħu ngħidu li aħna veri nsara ta’ Kristu. Inħeġġiġkom ukoll biex tidħlu fil-website tagħna u b’hekk inkunu aktar viċin ta’ xulxin. Anke iktbu fuq il-face book il-kummenti tagħkom fuq www.aqa.net.au. That’s how we connect.

Inselli għalikom ħafna u flimkien ma’ marti RoseAnne nixtiequ lilkom u lill-familji kollha tagħkom, “L-Għid it-Tajjeb lil kulħadd”. Saħħa.

Nixtieq nieħu din l-opportunità biex flimkien ma’ marti RoseAnne u l-familja tiegħi kollha, il-Kumitat Eżekuttiv tal-A.Q.A, flimkien mal-Familji kollha tagħhom, nibgħat l-isbaħ xewqat tiegħi għall-Għid il-Kbir mimli Rizq, Hena u Paċi lill-W.R. Arċipriet il-Kan. Joe Zammit, lil Fr. Charles Buttigieg, Fr. Krystof Buttigieg, lis-Saċerdoti kollha tal-Parroċċa, lil J.P. Cefai, Lis-Sindku s-Sur Paul Buttigieg, u lill-kunsilliera kollha, lil Dr. Raymond Xerri u lill-familja tiegħu, lis-Sur Euchar Mizzi u lill-Familja tiegħu mal-Bord Editorjali, lis-Surmast u lill-Bandisti kollha tal-Banda “Ite Ad Joseph”, lis-St. Joseph Football Club u lill-għaqdiet kollha tal-Qala u lill-familji kollha tagħkom.

Lilkom ilkoll nixteqilkom l-Għid it-Tajjeb u tinsewx li min isuq xurban, huwa l-akbar baħnan.

Saħħa lil Kulħadd.

Tagħrif fuq l-Għaqda tagħna “Australian Qala Association”

A W

hole

New

Loo

k Sharmain’s Styling Salon

1, Triq Ta’ KassjaQala Gozo.

Tel: 2156 6236Mob: 726 7490

Page 69: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

67

PERSUNAĠĠI QALIN (4)

Sensiela informattiva u edukattiva dwar persunaġġi li għamlu ġieħ lill-Qala

L-Arċipriet Emeritus Monsinjur Anton SULTANAQassis – Direttur Spiritwali ta’ Diversi Istituzzjonijiet – Viċi-Parroku ta’ diversi parroċċi

– Arċipriet tal-Qala – Fundatur tar-rivista parrokkjali “Leħen il-Qala” – Kittieb – Awtur – Editur – Pubblikatur - Ġurnalista – Predikatur

minn: Dr. Raymond C. Xerri

Twelid u Tfulija (1945-1956)Twieled il-Qala, Għawdex, fit-12 t’April 1945, ma tmiem l-aħħar Gwerra. Iben Vitor Sultana u Salvina neè Vella, ir-raba’ wild. Tgħammed fil-Knisja Parrokkjali, illum Arċipretali, ta’ San Ġużepp fil-Qala fit-13 t’April 1945 mill-Kappillan Dun Ġużepp Vella, iz-ziju ta’ ommu, bniedem tassew qaddis li serva l-Qala bħala kappillan għal 28 sena. Beda jitgħallem fl-Iskola Primarja tal-Qala, dakinhar mmexxija mis-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, mnejn għamel l-Ewwel Tqarbina

(1952) u wara ġie trasferit għat-taqsima tas-Subien tal-istess Skola Primarja fil-Qala sa standard IV. Għand is-Sorijiet baqa’ jiftakar li kien jiġi magħżul bħala attur f’xi “play” bl-Ingliż li kienu jagħmlu s-Sorijiet.

It-tfulija ta’ Dun Anton nistgħu niddeskrivuha, skont kliemu, bħala waħda kwieta u kawta ħafna, xejn avventuruż, imma normali fil-logħob u fl-imġieba. Sa minn ċkunitu, imrobbi ħdejn il-knisja u dejjem ma’ saqajn il-qassisin tar-raħal, kellu biss xewqa waħda għall-futur tiegħu: li jilħaq qassis! Erħilu jilgħab bil-knisja żgħira li kellu f’xi rokna tad-dar, taparsi jqaddes, u jkanta kulma kien jitgħallem bħala abbati jew kantur fuq l-orgni ma’ Dun Salv Vella u ma’ Dun Mikiel Buttigieg, iż-żewġ organisti ta’ tfulitu, li kienu għallmuh ikanta ma’ tfal oħra u “solista” fil-kant speċjali tal-“Ave Marija”, “Alma Redemptoris Mater” u “Tantum Ergo”. Daħal abbati ta’ seba’ snin, u mill-5.00am kont issibu ġol-knisja jservi quddiesa wara l-oħra jew ikanta fl-anniversarji jew funerali mal-orgni tal-knisja. Fl-iskola kien iħobb jistudja l-Malti imma jobgħod l-aritmetika! Kien iħobb ħafna wkoll jitgħallem id-duttrina fil-M.U.S.E.U.M tal-Qala, sa ma kien laħaq ukoll soċju anke bħala Seminarista ta’ 18-il sena. Baqa’ jħobb ħafna l-MUSEUM ħajtu kollha, u għen finanzjarjament l-oqsma

tal-Qala u anke tar-Rabat fi proġetti ta’ tkabbir jew ta’ manutenzjoni.

Adolexxenza u Żgħożija (1957-1965)Wara li rċieva l-Griżma tal-Isqof minn idejn Mons. Isqof Ġużeppi Pace, daħal bħala student fl-Iskola Sekondarja tas-Seminarju t’Għawdex f’Ottubru 1957 bħala intern, fil-klassi ta’ sena preparatorja, u kompla l-istudji sekondarji għal seba’ snin sal-klassi tal-Letteratura (Sixth Form), dejjem fis-Seminarju Minuri ta’ Għawdex.

Li tifel ta’ ħdax-il sena jħalli d-dar u l-familja biex jidħol intern (border) fis-Seminarju, b’normi ġodda ta’ ħajja u dak iż-żmien b’dixxiplina stretta, kważi militari, ma kinitx ħaġa faċli u normali għaż-żgħożija bikrija ta’ Dun Anton. Kien żmien iebes għalih maqtugħ totalment mid-dar ħlief għal xi ftit jiem ta’ vaganzi. Kellu jitgħallem jgħix ma’ tfal oħra sħabu bil-programm u orarju fiss, jitħaddet biss bl-Ingliż imfarrak sa xħin beda

jitgħallmu sew, u joqgħod għal kull dixxiplina komunitarjà u b’limitazzjoni ta’ ikel u rikreazzjoni. Kellu jistudja aktar u f’ħafna suġġetti oħra. Imma ma qatax qalbu, u sena wara oħra baqa’ miexi ’l quddiem sa ma wasal fejn xtaq. Il-passatempi tiegħu kienu l-qari ta’ kotba bil-Malti, il-ġbir tal-bolli, u jħawwel ix-xtieli fil-ġnien ta s - S e m i n a r j u . Ġie aċċettat fis-Seminarju Maġġuri t’Għawdex fejn beda’ l-kors ta’ 3 snin fil-Filosofija u 4 snin fil-kors tat-Teoloġija, b’kollox seba’ snin (1964-1970), wara li għamel l-eżamijiet fil-G.C.E. (Ordinary) u għadda f’diversi suġġetti. Fil-Malti u fir-Reliġjon kien ħa marki massimi (A).

1952: L-Ewwel Tqarbina

1958: Studju fis-Seminarju

Anton iħawwel ix-xtieli fil-ġnien tas-Seminarju

Page 70: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

68

SeminaristaKien jum ta’ ferħ u sodisfazzjon kbir għal Dun Anton meta f’Novembru 1964 ġie mlibbes is-suttana saċerdotali mill-Isqof Mons. Ġużeppi Pace, flimkien ma’ ħames kandidati oħra, f’ċerimonja sempliċi fil-kappella tas-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex. Taħt id-direzzjoni spiritwali ta’ Mons. Andrea Vella u tar-Retturi differenti li kellu, fosthom l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Ġużeppi Mercieca, li llum huwa l-Arċisqof Emeritus tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, u tal-mibki l-Eċċellenza Tiegħu l-Isqof Emeritus tad-Djoċesi t’Għawdex, Mons Nikol Ġ. Cauchi, li dak iż-żmien kien Prefett tal-Istudji fis-Seminarju, huwa ġie mħarreġ fix-xjenzi sagri u anke fil-prattika tal-ġurnaliżmu Kattoliku li tant kellu ġibda naturali għalih. Minn hawn bdiet il-ħidma ġurnalistika.

Dun Anton – Bidu tas-SaċerdozjuFit-30 ta’ Mejju 1970 ġie ordnat Saċerdot, flimkien mal-istess ħames djakni l-oħra, minn idejn Mons. Nikol Ġ.

Cauchi, Isqof t’Għawdex, fil-Knisja Arċipretali u Bażilika ta’ Marija Bambina, fix-Xagħra, Għawdex. Il-festa tal-Ewwel Quddiesa Sollenni fil-Knisja Arċipretali tal-Qala nhar il-Ħadd, 27 ta’ Lulju 1970 (li kien jum ta’ riħ qawwi), kienet esperjenza oħra ta’ ferħ komunitarju man-nies kollha tal-Qala miġbura fil-knisja mimlija daqs bajda. Wara sar trattament fis-sala tal-Iskola Primarja tal-Qala. Il-paneġierku tal-festa kien għamilhulu l-Patri Professur tal-Iskrittura, Guido Schembri OFM.

L-Ewwel Esperjenza PastoraliImbagħad mar ħa kors ta’ sena fl-istudji speċjalizzati tal-Pastorali, Psikoloġija u Metodoloġija, fl-Istitut “Ignatianum” tal-Patrijiet Ġiżwiti, f’Messina. Wara li studja f’Messina, ġie maħtur Viċi-Parroku tal-Parroċċa Arċipretali tal-Qala taħt l-amministrazzjoni tal-Arċipriet Mons. Ġużeppi Borg Attard, fejn serva għal ħames snin. Il-kors ta’ disa’ xhur f’Messina flimkien ma’ sħabu kien sar bejn Ottubru 1970 u Ġunju 1971, u din kienet l-ewwel esperjenza pastorali barra minn xtutna. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa jistudja fl-“Ignatianum”, is-Sibt u l-Ħadd jaħdem, iqaddes, jipprietka, jqarar u jżur

il-familji, f’żewġ parroċċi konġunti fi Gravitelli, subborg tal-Belt ta’ Messina. Kien għamel ħafna ħbieb hemmhekk. Imma mal-bidu ta’ Lulju 1971 ġie lura l-Qala u fil-pront beda x-xogħol ta’ Viċi Parroku.

Ħidma ta’ Viċi-Parroku fil-QalaDun Anton daħal għall-ewwel impenn fil-Qala bħala Viċi billi ġie maħtur Segretarju u Organizzatur fil-Kumitat tal-Festi Ċentinarji Kbar li kellhom isiru xahar wara (f’Awwissu 1971) bl-Inkoronazzjoni tal-Kwadru Titulari ta’ San Ġużepp mill-Kardinal Giovanni Colombo, Arċisqof ta’ Milan. Flimkien mal-Arċipriet Dun Ġużepp Borg Attard, Dun Anton stinka bla heda bħala organizzatur responsabbli tal-funzjonjijiet liturġiċi li saru fil-knisja, purċissjonijiet u pellegrinaġġi, u fuq kollox l-Inkurunazzjoni Sollenni fil-pjazza prinċipali. Bl-enerġija u l-entużjażmu tiegħu Dun Anton, bħala l-aktar żagħżugħ fost il-kleru tal-Qala, ta kontribut kbir għas-suċċess sħiħ ta’ dawk il-Festi Ċentinarji, paġna tad-deheb fl-istorja tal-Qala. Il-ħidma tiegħu bħala Viċi-Parroku kienet tkopri kull xorta ta’ ħidma pastorali fir-raħal: servizzi liturġiċi, qrar u tqarbin tal-morda, assistenza mal-agonizzanti fid-djar, katekeżi għat-tfal kreżimanti, amministrazzjoni parrokkjali, laqgħat għat-tfal u żgħażagħ, formazzjoni u kura tal-abbatini u grupp tal-vokazzjonijiet, ħidma segretarjali u “book-keeping” fl-Uffiċċju Parrokkjali, chaplain tal-fergħa xebbiet u tfajliet tal-Azzjoni Kattolika, ħarġiet u pellegrinaġġi parrokkjali, u elf ħaġa oħra, dejjem id f’id mal-Arċipriet Borg Attard. Fost diversi ħidmiet speċjali jew partikulari bħala Viċi-Parroku, ta’ min isemmi li Dun Anton kien il-fundatur u l-ewwel editur tal-gazzetta parrokkjali “Leħen il-Qala” li bdiet toħroġ kull tliet xhur minn Marzu 1973 u titqassam b’xejn fid-djar kollha tal-Qala. Fl-ewwel ħarġa huwa reġa’ qajjem fir-raħal id-devozzjoni lejn il-kwadru tal-Madonna “Salus Infirmorum” bl-ewwel artiklu fuq quddiem: “Jagħlaq Mitt Sena Fostna”. Huwa kien stampa wkoll l-ewwel 500 santa tal-istess kwadru mirakoluż u qassamhom fid-djar tal-Qala. Dun Anton ħareġ l-ewwel 12-il edizzjoni ta’ “Leħen il-Qala” (Serje A, 1973-1976) bħala editur u pubblikatur.

Esperjenza fl-Amerika (1976-1982)Siefer lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, u beda’ jaħdem bħala viċi u assistent parrokkjali, fi tliet parroċċi differenti: l-ewwel f’St. Athanasius Parish fid-Djoċesi ta’ Brooklyn, N.Y. (1976-1978), it-tieni f’St. Nicholas Parish f’Laguna Hills, u t-tielet f’St. Bonaventure Parish f’Huntington Beach (1981-1982), fl-istess djoċesi ta’ Orange fl-Istat ta’ Kalifornja. B’kollox sitt snin ta’ esperjenza u ħidma pastorali fl-Amerika.

1967- Konferenza Stampa “Missjoni Djoċesana”

Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ Dun Anton

1971: Studji u Pastorali f’Messina

Page 71: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

69

Wara l-ħidma kbira ta’ ħames snin bħala Viċi-Parroku fil-Qala, f’Awwissu 1976 Dun Anton telaq fuq żjara lejn New York, l-Istati Uniti tal-Amerika u tant inġibed lejn il-ħidma pastorali hemmhekk li ddeċieda li, bil-kunsens ta’ Mons. Isqof Nikol Ġ. Cauchi, jibqa’ jaħdem hemm fid-Djoċesi ta’ Brooklyn, N.Y. Huwa ġie aċċettat mill-ewwel

u ngħata l-impenn ta’ assistant pastor fil-parroċċa ta’ Sant’Atanasju, f’Bensonhurst, b’missjoni partikulari biex jieħu ħsieb il-komunità etnika ta’ 5,000 Taljani fl-istess parroċċa. Fl-istess parroċċa huwa sar jaf bil-Moviment Kariżmatiku u kien imur għal-laqgħat ta’ talb tagħhom. Din kienet esperjenza oħra ġdida ta’ spiritwalità differenti li sarrfet ta’ ġid kbir għalih innifsu u għal ħafna oħrajn, anke aktar tard f’pajjiżna meta ġie lura fl-1982.

Dun Anton huwa bniedem li jħobb jagħmel esperjenzi ġodda biex jitgħallem dejjem aktar. U għalhekk wara sentejn jaħdem fi Brooklyn, telaq lejn l-Istat ta’ Kalifornja fejn għadda 4 snin oħra ta’ ħidma pastorali f’żewġ parroċċi differenti fid-djoċesi ġdida ta’ Orange, qrib Los Angeles (1979-1982). Huwa kien ġie mitlub biex imur jgħin hemmhekk mill-isqof il-ġdid ta’ Orange, William R. Johnson.

Wara li temm din il-ħidma pastorali, b’esperjenzi wkoll fil-Moviment Kariżmatiku, fil-Marriage Encounters, u fil-Ministeri Kontemplattivi ta’ Fr. George Maloney, S.J., ħalla Orange County f’Kalifornja u mar jieħu kors ta’ studji speċjalizzati fl-Iskola tad-Diretturi Spiritwali, mal-komunità tal-Benedittini, f’Pecos, fl-Istat Amerikan ta’ New Mexico.

Fl-aħħar parroċċa tiegħu f’Kalifornja, Dun Anton għalaq il-ħidma tiegħu fl-Amerika b’żewġ esperjenzi oħra sbieħ u differenti. Fl-1981 mexxa tour-pellegrinaġġ bi grupp ta’ 25 Amerikani lejn l-Eġittu, il-Ġordan, l-Art Imqaddsa (Israel), il-Greċja u Ruma. Kien pellegrinaġġ meraviljuż ta’ xahar f’Ġunju 1981. Imbagħad wara li temm il-ħidma pastorali, f’Jannar 1982 telaq Kalifornja u mar fi stat ieħor, dak ta’ New Mexico, fejn għamel 3 xhur ta’ studju speċjalizzat fid-Direzzjoni Spiritwali mal-Benedittini Kariżmatiċi f’Pecos, fl-Istat ta’ New Mexico mnejn akkwista fi skola apposta l-isbaħ tagħlim dwar l-ispiritwalità pastorali minn l-aqwa professuri Amerikani, fosthom l-Abbati David Gaeretz OSB u l-awturi magħrufa Morton Kelsey u George Maloney, SJ.

Ħidma fis-Seminarju t’GħawdexLura f’Għawdex fis-Sajf tal-1982, Mons. Nikol Ġ. Cauchi nnominah bħala Assistent Direttur Spiritwali fis-Seminarju Maġġuri t’Għawdex, biex jgħin lid-Direttur Dun Mikiel Attard li kienet bdiet tonqsu saħħtu. Serva f’din il-kariga fis-Seminarju t’Għawdex għal sitt xhur bejn Novembru 1982 u April 1983.

Dawk l-esperjenzi differenti li Dun Anton għamel f’sitt snin fl-Amerika fil-ħidma pastorali u fl-ispiritwalità kontemporanja, swew mitqlu deheb għalih innifsu u għad-Djoċesi tagħna, Għawdex. Dan nistgħu nikkonkluduh miż-żewġ kotba li kiteb u ppubblika dritt wara li ġie Għawdex, 1982-1984, “Niġġeddu fil-Mulej” u “Nistrieħu fil-Mulej”, flimkien ma’ leaflet kariżmatiku ta’ kull xahar bit-titlu ta’ “Kariżma” (70 edizzjoni), li aktar tard inġabru wkoll fit-tielet ktieb tiegħu “Ngħixu fil-Mulej” (2003). B’din il-ħażna ta’ tagħlim fid-direzzjoni spiritwali u fil-prattika ta’ spiritwalità kontemporaneja u klassika, Dun Anton seta’ jgħin ħafna lis-Seminaristi t’Għawdex f’dawk is-sitt xhur li għex magħhom fis-Seminarju Maġġuri tagħna, kif ukoll fil-konferenzi u laqgħat ta’ talb li kien jorganizza magħhom u mal-gruppi kariżmatiċi ta’ pajjiżna, f’Malta u f’Għawdex. Imma l-Mulej kellu pjanijiet oħra ta’ ħidma pastorali għal Dun Anton.

Fl-1 ta’ Mejju 1983, Mons. Isqof Nikol Ġ. Cauchi ħatru b’sorpriża bħala Arċipriet tal-Qala, wara r-riżenja tal-

1968: ħarġa bl-abbatini tal-Qala

1980: Dun Anton jgħammed tarbija fil-Parroċċa ta’ Orange

1982: Dun Anton fil-Monasteru tal-Benedittini f’Pecos, New Mexico, l-Istati Uniti tal-Amerika

Page 72: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

70

Arċipriet Emeritus Mons. Ġużeppi Borg Attard. Ħa l-pussess bħala Arċipriet tal-Parroċċa tal-Qala fit-22 ta’ Mejju 1983 nhar Għid il-Ħamsin, u dam iservi bħala Arċipriet tal-Qala għal kważi 9 snin, sad-29 ta’ Settembru 1991.

Dun Anton isir Arċipriet tal-Qala (1983-1991)Is-sejħa tal-Isqof mis-Seminarju għall-ħidma pastorali mill-ġdid bħala Arċipriet tal-Qala, kienet għal Dun Anton sorprendenti u diffiċli. Kien għal qalbu ħafna dawk is-sitt xhur ta’ spiritwalità mas-Seminaristi u ma xtaqx jerġa’ jibdel ir-rotta, imma b’rispett u ubbidjenza lejn l-Isqof Cauchi u lejn in-nies ta’ raħal twelidu li xtaquh b’ragħaj tagħhom, Dun Anton baxxa rasu għall-pjan ta’ Alla għalih u aċċetta n-nomina ġdida ta’ Arċipriet tal-Qala. Wiegħed lill-Isqof Cauchi sa tliet snin f’dan is-servizz, imma għamel disa’ snin qabel irreżenja minħabba pressures kbar fuq saħħtu, li kkawżawlu “angina pectoris” (1990), u bil-parir tal-Professur Albert Manchè talab lill-Isqof Cauchi jaċċetta r-riżenja tiegħu.

Fil-Qala Dun Anton ħadem bla serħan, bla interess monetarju u bla ambigwità jew kompromessi. Kien dedikat lejl u nhar biex jirriforma l-parroċċa tal-Qala fuq linji kariżmatiċi u fuq prinċipji post konċiljari, imma dan mhux dejjem kien faċli għaliħ. Madankollu ħadem bis-sħiħ u bil-qalb, u ħalla fil-Qala pedamenti sodi għal riforma post-konċiljari li tkompliet mis-suċċessur tiegħu Dun Karm Refalo mix-Xagħra. Il-ħidma tiegħu bħala Arċipriet tal-Qala hija diskritta fid-dettall fil-Bullettin Parrokkjali ta’ kull nhar ta’ Ħadd, bejn it-22 ta’ Mejju 1983 u t-30 ta’ Settembru 1991, kif ukoll fir-Rivista Parrokkjali “Leħen il-Qala,” minn Serje C, nru. 1, Festa 1983 sa Serje C, nru. 21, Festa 1990.

Fost l-ikbar ħidmiet li wettaq hemm tliet opri kbar: il-manutenzjoni tal-bjut kollha tal-knisja (1984), it-tkabbir taċ-Ċimiterju Parrokkjali (1987), u l-bini taċ-Ċentru Parrokkjali (1989). Organizza wkoll tliet Festi Ċentinarji kbar wara xulxin: dik tat-300 Sena tal-Parroċċa “Santa Marija tal-Qala” (1988), dik tal-100 Sena mill-ftuħ u tberik tal-Knisja Arċipretali (1989) u dik tal-100 sena mill-wasla tal-Istatwa Titulari ta’ San Ġużepp (1990). Dawn l-aħħar tliet avvenimenti fil-parroċċa swewlu ħafna enerġija u tbatija, għalkemm bid-dinamiżmu u l-ħeġġa tiegħu, bis-sagrifiċċju ta’ ħinu, saħħtu u anke flusu, l-Arċipriet Sultana ħallielna

tliet paġni b’ittri tad-deheb fl-istorja vera ta’ raħalna, anke jekk kien hemm min ried ikasbru u jbaxxih! Kien jikkonsla bi kliem Kristu: “Nemo propheta in patria sua…”

Ħaġa oħra importanti fl-istorja tal-parrokat ta’ Dun Anton Sultana hija l-imħabba patrijottika tiegħu lejn il-Qala u lejn il-Madonna. Kulħadd jaf li kien hu li rranġa l-pjazza tal-Qala bil-balavostri u bis-siġar fl-1988-89, bi ftehim mal-Ministeru għal Għawdex; id-dwal ta’ reflectors fil-kampnari, madwar il-koppla, u għall-faċċata tal-knisja arċipretali, u l-istallazzjoni elettrika permanenti. Fl-imħabba u d-devozzjoni tiegħu lejn il-Madonna, kien l-Arċipriet Sultana li fl-1985 bidel il-festa sekondarja “Taċ-Ċintura” f’dik ta’ “Salus Infirmorum” bil-purċissjoni bil-Kwadru Mirakoluż (ara Bullettin tal-Ħadd, Qala, 22-09-1985 u 21-09-1986 u 1987). Fis-Santwarju Nazzjonali tal-Kunċizzjoni, Dun Anton kien ħadem biex l-Isqof Cauchi jaċċetta li jissiġilla u jesponi għall-qima l-fdalijiet tal-Eremita (San) Kerrew fis-sena 1986, u waqqaf u ħallas minn butu ż-żewġ monumenti laterali tal-irħam fis-Santwarju b’tifkiriet Ċentinarji (1988 u 2010). U fl-1988 kien l-Arċipriet Sultana li talab lill-Isqof Cauchi u ħadem għall-Inkurunazzjoni tal-Kwadru storiku ta’ “Santa Marija tal-Qala” fl-4 ta’ Diċembru 1988 (ara “Leħen il-Qala”, Serje C, numru 16, Diċembru 1988).

Ħidma fl-Italja u fl-Ingilterra (1992-1995)

Il-Pussess tal-Arċipriet Dun Anton Sultana

Dun Anton mat-Trappisti ta’ Frattocchie

Iċ-Ċimiterju tal-Qala

Page 73: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

71

F’Jannar 1992, wara r-riżenja tiegħu minn Arċipriet tal-Qala, siefer lejn l-Italja fejn għamel esperjenzi ta’ spiritwalità għal 3 xhur f’Ruma mat-Trappisti ta’ Frattocchie, mal-Aħwa żgħar ta’ Charles DeFaucould fi Tre Fontane (EUR), u ma’ Komunitajiet Reliġjużi oħra f’Ruma u f’Loreto. F’April mar għal servizz pastorali ta’ xahar fis-santwarju ta’ Santa Rita f’Roccaporena di Cascia, u f’Lulju u Awwissu ta servizz pastorali għal xahrejn fil-parroċċa St. Thomas of Canterbury f’Seven Oaks, Kent, fl-Ingilterra. Aktar tard, f’Ottubru reġa’ mar lura f’Roccaporena di Cascia, fejn ġie maħtur Direttur tal-Istituto Educativo di Santa Rita għal perjodu ta’ sentejn, mad-Djoċesi ta’ Spoleto-Norcia fl-Umbria, l-Italja, mat-tfal foqra u orfni, uħud vittmi tal-Mafia f’Napli. Din kienet esperjenza oħra kbira u differenti ta’ Dun Anton.

Dun Anton ma qatax qalbu u ntelaq, imma wara l-parrokat fejjiedi tiegħu fil-Qala, għalkemm Mons. Isqof Nikol Cauchi offrielu li jaħtru Monsinjur effettiv tal-Katidral t’Għawdex u jagħtih xogħol ġdid bħala

Amministratur Finanzjarju tal-Kurja Veskovili ta’ Għawdex, Dun Anton irrinunzja minn jeddu għal dawn l-offerti tal-Isqof Cauchi, li tant kellu fiduċja fih, u talab lill-istess Isqof jagħtih perjodu ta’ tliet snin fil-libertà, msejħa “sabbatikali”, biex isiefer u jagħmel aktar esperjenzi varji ta’ spiritwalità u pastorali differenti fl-Italja, kif semmejna fuq (1992-1995). Kienu jfissru għalih aktar tagħlim u taħriġ, għax minn qaddisu Dun Anton ma jixba’ qatt jitgħallem u jgħallem.

Ħidma mal-Istudenti żgħażagħ f’GħawdexLura f’Għawdex f’Ottubru 1995, Mons. Isqof Nikol

Cauchi talbu jerġa jimpenja ruħu fil-pastorali tad-Djoċesi bħala Direttur Spiritwali tas-6th Formers għal sena fl-Iskola Sir Michelanġ Refalo, fir-Rabat, u biex jieħu ħsieb proġett ġdid li kellu jitwettaq fit-trasformazzjoni tal-Konservatorju tal-Isqof, fir-Rabat. Fl-1 ta’ Mejju 1996 Mons Isqof Cauchi ħatru bħala Assistent Direttur fil-“Lumen Christi Media Centre” u aktar tard bħala Assistent Editur tar-Rivista Djoċesana “Il-Ħajja f’Għawdex” u Segretarju Ġenerali u Pubblikatur tal-“Lumen Christi Publications.” Ir-raġuni għal din il-ħatra ġdida fid-Djoċesi kienet ovvja…

Dun Anton, sa mis-sena 1960 meta kien għadu Seminarista fil-klassijiet tal-Letteratura, wera ruħu miġbud ħafna lejn il-ġurnaliżmu Kattoliku. L-Isqof Cauchi, li dak iż-żmien kien iservi bħala Prefett tal-Istudju fis-Seminarju ta’ Għawdex, innota dan it-talent f’Dun Anton u ħeġġu kemm felaħ biex jiżviluppah għall-ġid tad-Djoċesi. Fil-fatt, fl-istess żmien Dun Anton u sħabu tal-klassi, taħt id-direzzjoni ta’ “Dun Nikol” u Dun Mikiel Attard (li kien prefett tagħhom), bdew joħorġu rivista bl-isem “The Student” għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji Għawdxin. Din kienet toħroġ stensiljata bid-duplicator ta’ kull xahar, f’isem is-Seminarju, u kienet saret popolari ħafna fost l-istudenti Għawdxin. Aktar tard bdiet tiġi stampata fl-Orphans Press (illum Gozo Press), u baqgħet toħroġ, taħt edituri differenti, sa ftit snin wara li Dun Anton laħaq saċerdot fl-1970. Imma t-talent ġurnalistiku f’Dun Anton ma waqafx, u l-Isqof Cauchi kien jaf sewwa b’dan. Ra fih strument tajjeb u effikaċi biex isaħħaħ il-ġurnaliżmu Kattoliku fid-Djoċesi.

Ħidma fil-“Lumen Christi Media Centre” (1996-2011)Għal dawn l-aħħar 15-il sena Dun Anton ħadem fil-Media Djoċesana, kemm fil-qasam tal-pubblikazzjonijiet u anke bi programmi reliġjużi u kulturali fuq l-R.T.K. Organizza l-Media Centre u mexxa anke l-“Lumen Christi Bookshop”, fejn għadu jagħti sehmu fid-Direzzjoni u fl-Amministrazzjoni ta’ kotba u Rivista Djoċesana, barra wkoll għajnuna pastorali fil-parroċċa tal-Qala. Dun Anton jiddeskrivi dan il-perjodu ġurnalistiku u ħidma fil-Media Djoċesana bħala “il-qofol ta’ ħajti”, għax fih ħadem u stinka f’taqsima pastorali li sa minn żgħożitu kienet il-ħolma, anzi l-ideal tal-ħajja, li xtaq iwettaq bħala saċerdot. Din ix-xewqa tiegħu kellha titwettaq, fil-Pjan Providenzjali t’Alla, wara 25 sena ta’ saċerdozju f’ħidma pastorali parrokkjali fil-Qala u f’taħriġ u ħidma anke barra minn Malta, kif ġa rajna aktar qabel (1970-1995).

Fil-“Lumen Christi Media Centre” Dun Anton issa ħass li tassew kien sab postu u fl-aħħar laħaq l-ideal ewlieni tiegħu. Intefa’ b’ruħu u ġismu, f’sigħat twal ta’ xogħol kuljum, anke sal-10.00 ta’ billejl, biex jagħti aktar ħajja u effiċjenza lill-Media Djoċesana f’dawn l-aħħar 15-il sena, permezz ta’ bookshop li fetaħ u mexxa, programmi ġodda “Teżori Klassiċi” u “Ward u Xewk tal-Ħajja” fuq ir-Radju ta’ Kulħadd (R.T.K.) minn Għawdex, u Assistent

Dun Anton Direttur tal-Istitut tat-Tfal f’Roccaporena di Cascia fl-Italja

Page 74: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

72

Editur u Pubblikatur tar-Rivista “Il-Ħajja f’Għawdex”, li għamlet kambjament kbir mis-sena 2000 ’l hawn, bis-saħħa u l-impenn tiegħu taħt 3 edituri differenti. Ta’ min isemmi wkoll li Dun Anton, barra li kien pubblikatur djoċesan li ħa ħsieb il-pubblikazzjoni ta’ madwar 200 ktieb ta’ awturi reliġjużi differenti, huwa wkoll awtur ta’ tliet kotba ta’ spiritwalità kontemporanea: “Niġġeddu fil-Mulej” (1983), “Nistrieħu fil-Mulej” (1984), u “Ngħixu fil-Mulej” (2003). Kien ukoll il-fundatur u l-ewwel editur tar-rivista “Action” (1968) u tar-rivista parrokkjali “Leħen il-Qala” (1973) li għadhom joħorġu perjodikalment, l-ewwel waħda mis-Seminarju t’Għawdex u l-oħra mill-Parroċċa tal-Qala. Għal diversi snin kien kontributur ta’ diversi artikli reliġjużi u kulturali fil-ġurnali “Il-Qawmien”, “Il-Ħajja”, “Il-Ġens Illum” u “Leħen is-Sewwa”. Huwa għandu esperjenza twila ta’ 50 sena fil-ġurnaliżmu Kattoliku ta’ pajjiżna.

Dun Anton jingħata “Ġieħ il-Qala”F’Diċembru 1999 l-Arċipriet Emeritus Dun Anton Sultana ġie mogħti l-unur ta’ “Ġieħ il-Qala” mis-Sindku Paul Buttigieg f’isem il-Kunsill Lokali tal-Qala f’serata li kienet saret fiċ-Ċentru Parrokkjali, b’rikonoxximent għall-ħidma tiegħu b’risq il-Qala, raħal twelidu.

Dun Anton il-predikaturDun Anton dejjem ta attenzjoni partikulari għall-predikazzjoni, speċjalment, f’omeliji, f’katekeżi tat-tifsir tal-Vanġelu ta’ kuljum fil-quddiesa għal sena sħiħa 1999-2010 fil-Knisja Arċipretali tal-Qala fis-7.30 ta’ filgħodu. Hawn waqaf minħabba l-mard, wara 40 sena ta’ predikazzjoni assidwa mhux biss fil-Qala imma wkoll f’diversi parroċċi f’Malta u Għawdex.

Dun Anton Sultana – Direttur Spiritwali tal-Banda tagħna (2008- )F’Settembru 2008 il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Mużikali Ite ad Joseph – Qala wera x-xewqa permezz ta’ ittra ffirmata mill-membri kollha tal-istess kumitat, indirizzata lill-Arċipriet Emeritus Dun Anton Sultana, li jaħtru bħala t-tieni Direttur Spiritwali tal-istess Banda. Dun Anton aċċetta din l-istedina. F’Ottubru 2008, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Mużikali Ite ad Joseph – Qala f’laqgħa u b’mozzjoni mressqa mill-President

tal-Għaqda, Dr Raymond C. Xerri u b’mod unanimu ħatar lill-Arċipriet Emeritus Dun Anton Sultana bħala t-tieni Direttur Spiritwali tal-Banda tagħna. Id-Direttur Spiritwali beda l-impenji tiegħu billi fl-okkażjoni tal-Missjoni Djoċesana fis-Sena Pawlina, Dun Anton Sultana ċċelebra quddiesa fil-Każin għall-bandisti, l-aljievi u l-voluntiera li saret f’Jum l-Erwieħ (il-Ħadd, 2 ta’ Novembru 2008) u b’suffraġju għal Dun Mikiel Buttigieg (l-ewwel Direttur Spiritwali tal-Banda), Raymond Theuma (li kien Viċi-President, Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi, membru t a l - K u m i t a t u Bandist) u l-benefatturi mejtin tal-Banda tagħna.

L-Arċipriet Emeritus u Direttur Spiritwali tal-Banda matul dawn it-tliet snin beda b’talb diversi laqgħat, ċerimonji ta’ gradwazzjoni fi ħdan l-Akkademja Mużikali Ite ad Joseph – Qala, għamel introduzzjonijiet u diskorsi, kiteb messaġġi mill-isbaħ u utli fir-rivista uffiċjali tal-Banda, “L-Eku tal-Banda” u għamel diversi donazzjonijiet finanzjarji personali lill-Banda. Nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Lulju 2009 b’ċerimonja li saret wara li l-Każin ġie rinnovat u attrezzat b’Librerija, Arkivju u Terrazzin, Dun Anton bierek il-Każin mill-ġdid. Fil-11 ta’ Ġunju 2010 għall-ewwel darba fl-istorja tal-Banda u fuq xewqa tad-Direttur Spiritwali Dun Anton Sultana li ċċelebra l-40 sena saċerdozju, il-Banda taħt it-tmexxija tas-Surmast Direttur Mro Antoine Mercieca, ħadet sehem fil-purċissjoni sollenni Ewkaristika b’daqq ta’

Lumen Christi Bookshop

Dun Anton Sultana – it-Tieni Direttur Spiritwali tal-Għaqda Mużikali Ite ad

Joseph – Qala AD 1996

Direttur Spiritwali Dun Anton jċċelebra quddiesa fil-Każin għall-Bandisti, Aljievi u membri tal-Kumitat

Page 75: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

73

marċi reliġjużi Ewkaristiċi minn Triq in-Nadur, Triq il-Forn, Triq il-Kunċizzjoni, Triq Tletin ta’ Ottubru 1948, Triq l-Isqof Baldassare Cagliares, Triq Virgi u lura lejn il-Pjazza. Il-President tal-Għaqda Mużikali Ite ad Joseph – Qala, Dr Raymond C. Xerri f’isem il-Banda ppreżenta plakka kommemorattiva u marċ brijuż intitulat, “L-Anniversarju mill-40 Sena tas-Saċerdozju: B’Dedika lil Dun Anton Sultana” Arċipriet-Emeritus u Direttur Spiritwali tal-Banda waqt ċerimonja li saret fil-Każin. Huwa benefattur tal-Banda tagħna.

Dun Anton fuq Radju Leħen il-QalaDun Anton kkontribwixxa diversi drabi b’mod regolari fuq ir-Radju tal-Parroċċa tagħna, Radju Leħen il-Qala, bi programmi ta’ katekeżi reliġjuża msejħa, “Musbieħ għal Riġlejja Kelmtek” fl-2009, u programmi oħra ta’ mużika klassika fis-snin 1995-2007. Huwa għen ukoll l-istess stazzjon tar-radju tagħna, fit-twaqqif ta’ librerija ta’ kotba utli għall-użu fil-programmi u donazzjoni ta’ għadd sabiħ ta’ CD’s b’mużika klassika u kant reliġjuż.

Il-Monsinjur Anton SultanaFil-Milied tal-2011, b’rikonoxximent u apprezzament għall-ħidma fejjieda tiegħu f’41 sena ta’ saċerdozju, ġie onorat mill-Isqof Mario Grech bin-nomina u ħatra ta’ Monsinjur Onorarju tal-Katidral ta’ Għawdex. Hu rigal mill-isbaħ mistħoqq ferm għall-ħidma twila ta’ sustanza u effettiva fil-Qala, fid-Djoċesi tagħna u barra minn xtutna li wettaq Monsinjur Anton Sultana. Din l-onorifiċenza ġiet imħabbra uffiċjalment fil-Knisja Arċipretali tal-Qala, mill-Arċipriet il-Kanonku Dr Joseph Zammit fil-quddiesa tal-10.00 a.m. ta’ nhar il-Milied. L-udjenza preżenti fil-knisja laqgħet l-aħbar b’applaws kbir lil Dun Anton, li wara marda ta’ 7 ġimgħat, kien preżenti u ħa sehem fil-konċelebrazzjoni. L-Arċipriet Zammit, f’isem il-parroċċa kollha, offrielu riġal sabiħ ta’ salib pettorali ta’ Monsinjur tal-Katidral t’Għawdex.

In-nomina u ħatra ta’ Dun Anton bħala Monsinjur Onorarju saret uffiċjalment fil-Kurja tal-Isqof t’Għawdex nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Diċembru 2011, waqt ċerimonja apposta b’riċeviment u li fiha Mons. Isqof Mario Grech qara d-digriet tal-ħatra fil-preżenza ta’ Mons. Vigarju Ġenerali Giovanni B. Gauci, Arċidjaknu tal-Katidral, ta’

Mons. Salv Debrincat il-Kanċellier tal-Kurja, u għadd sabiħ ta’ mistiedna oħra għal din l-okkażjoni.

Aħna minn qalbna nifirħu lil Mons. Sultana għal dan l-unur mistħoqq, u nawgurawlu f’isem il-Qalin kollha “Ad Multos Annos”.

Referenzi:L-Arkiviji tal-Parroċċa tal-Qala. Dokumenti 1970-1991

L-Arkivji ta’ Programmi fuq Radju Leħen il-Qala 103.6 FM. Dokumenti 2000-2010.

Il-Bullettini tal-Parroċċa tal-Qala (22 ta’ Mejju 1983 sat-30 ta’ Settembru 1991)

Intervisti personali mill-awtur mal-Arċipriet Emeritus Mons Anton Sultana minn Dr Raymond C. Xerri, 2011.

L-Edizzjonijiet ta’ “L-Eku tal-Banda”, Għaqda Mużikali Ite ad Joseph – Qala, Nru 9, April 2008 – Nru 20, Diċembru 2011.

Ir-Revisti ta’ “Leħen il-Qala”, Serje A sa C (1973-1991).

Ħarġiet tar-Rivista Djoċesana, “Il-Ħajja f’Għawdex”, (1996-2011).

SULTANA, Anton (1983), “Niġġeddu fil-Mulej”.

SULTANA, Anton (1984), “Nistrieħu fil-Mulej”.

SULTANA, Anton (2003), Ngħixu fil-Mulej”.

XERRI, Raymond (2010), “CD ta’ Marċi Brijużi u Innijiet – Festa San Ġużepp – 2010 tal-Mro Antoine Mercieca – Surmast-Direttur”, Għaqda Mużikali Ite ad Joseph – Qala AD 1996, Is-Seba’ Produzzjoni tas-Serje Għawdex u l-Għawdxin, PRO Studios, Ta’ Sannat.

Mons Anton Sultana mal-E.T. Mons Mario Grech, l-Isqof ta’ Għawdex

Page 76: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

74

Hardware Best

Quality Lowest Prices

Plot 24, Qasam Ta’ Dun Anton, Xagħra, Gozo.Tel: 2156 3457Fax: 2156 4285Mob: 9945 0523

Office equipment

fOR ALL OfficeSuppLieS &StAtiOnARY

Photo Copy Service & BindingCalculators, Fax Machines,

Ink Cartridges & Copy Paper

12, St. francis Sqr., Victoria - Gozotel: 2155 4052 • fax: 2156 3745

Page 77: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

75

Fl-aħħar ħarġa ta’ “Leħen il-Qala” ktibt dak li ftakart minn tfuliti dwar in-nies tal-kummerċ li kien hawn fir-raħal tagħna. Din id-darba l-editur ħeġġiġni biex naqsam magħkom il-memorji tiegħi dwar in-nies tas-sengħa li kien hawn f’raħalna.

Skrapan.

Il-Qala niftakar tnejn li kienu jaħdmu ta’ skarpan, Ġużepp Buttiġieġ, li kienu jgħidulu ‘iż-Żonoġ’ u Vitor Sultan ‘il-Bozz’. Ġużepp kien jaħdem ġo tas-Salib, xi żewġt idjar lil hemm mid-dar Parrokkjali. Ġużepp li kien jaħdem ħafna qrieq għall-irġiel, kellu mudell ta’ qorq speċjali għall-bdiewa. Dan kien qorq tal-ġild pulit, imma l-pett kien magħmul minn biċċa tajer tal-karozzi użat. Kull nhar ta’ Ħadd Ġużepp, bħal ħafna bejjiegħa oħra minn Għawdex kollu, kien imur biex ibiegħ il-prodotti tiegħu fuq il-monti, li kien jintrama fit-taraġ tat-Telgħa tal-Belt (Ċittadella).

Vitor Sultana kien jaħdem fid-dar tiegħu fil-Pjazza fejn illum joqgħod Mons. Anton u oħtu. Vitor kien jaħdem ħafna mudelli ta’ żraben u sandlijiet, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Darba Mons. Anton qalli meta missierhom kien jeħodhom f’xi festa ta’ xi raħal, kien joqgħod jinnota xi għamla ta’ żarbun ġdid biex imbagħad ikun jista’ jagħmel bħalu. Anke Vitor kien imur ibiegħ il-prodotti tiegħu fil-Monti tar-Rabat. Għall-bidu tas-sittinijiet, Vitor kien fetaħ ħanut ta’ skarpan fir-Rabat, fl-inħawi ta’ wara San Ġorġ, u kien baqa’ jaħdem hemm u l-Qala sa kemm irtira. Il-ħanut tar-Rabat wara għadda għand ibnu Joe.

BennejjaJiġi mal-ewwel f’moħħi l-imgħallem Toni Portelli ‘tal-Kirċ’. L-ewwel li niftakru jibni, kienet twaqqgħet id-dar il-qadima tal-Kappillan li kienet fin-naħa tal-knisja fejn illum hemm il-kamra tal-Generator, biex minflokha nbniet il-parti tal-knisja tan-naħa tal-Madonna taċ-Ċintura. Meta tħattet din id-dar, il-gallerija tal-injam

li kellha, poġġewha mal-ħajt in-naħa l-oħra tat-triq. Tlett itfal li kienu Anton Xerri, ‘ta’ Kumajru’, Joe Borg ‘ta’ Gajta’, u Pawlu Xerri ‘ta’ Peppi’ marru jixxabbtu magħha, din inqalbet u qabdet lil Anton taħtha u kisritlu siequ. It-tnejn l-oħra telqu jiġru, u lil Anton ġiet l-ambulanza u ħaditu l-isptar. Inkompli fuq il-bennejja. Wara li Toni Portelli spiċċa l-bini tal-knisja, daħal mgħallem mal-Gvern, u mal-gaj tal-bennejja, l-imgħallem laħaq Anġelo, hu Toni. Ġeneralment l-imgħallem kien ikun dak li jqiegħed il-ġebel jew jibni.

Ma’ dan il-grupp niftakar li kien hemm Toni Falzon, ‘il-Fakof’, li kien il-manwal, dak li jerfa’ l-ġebel, għax f’dan iż-żmien ma kienx hawn inġenji biex itellgħu l-ġebel, imma kien jintrefa’ fuq l-ispalla. Il-ġebel il-kbir kien jintrefa’ menza, jiġifieri mdendel ma’ lasta ħoxna u jġorruh tnejn minn nies. Biex itellgħu l-ġebel bl-ispalla kienu jintużaw slielem apposta, jew inkella l-gobja. In-naġġara li niftakar jaħdmu ma’ ‘tal-Kirċ’ kienu: Pawlu Mizzi ta’ Rafel, Toni u Anġlu Borg ta’ Bertu, Ġużepp Grima ‘ta’ Baldini’ u Ġużepp Buttigieg ‘ta’ Ċikku’ li għadu ħaj mimli bil-għomor. Anġlu Borg u Ġużepp Grima kienu l-ħaddiema li jaħdmu l-lavur. F’dan iż-żmien dan ix-xogħol tal-bini kien ta’ tbatija kbira għax il-ġebel kien jintnaġar bil-mannarett, u minn ġebla bla sura kien irid joħroġ il-kantun. Tistgħu taħsbu kemm kien jirrikjiedi xogħol biex jinbena post, iktar u iktar meta nbniet il-knisja. La semmejt il-knisja, nixtieq insemmi persuni oħra li kellhom sehem importanti wkoll fil-bini (in-naħa li semmejna iktar ’il fuq). Dawn kienu Ġanni Mizzi ‘tad-Digu’, Mikiel Camilleri ‘tal-Bagħdan’, u Franġisk ‘il-Faxxina’, li ħadmu fil-ġebel tas-samm li jidher in-naħa t’isfel mill-pedament sal-qatran.

Bennejja oħrajn kien hawn ukoll Salvu Mizzi ‘ta’ Rafel’, u Frenċu Camilleri ‘tal-Bedeq’ jew ‘ta’ Kixxu’. Ma niftakarx jekk dawn kellhomx xi gaj ta’ ħaddiema magħhom.

Kaħħala u BajjadaHawn ser insemmi l-imgħallmin li niftakar l-iktar anzjani fi tfuliti. L-ewwel insemmi lil Salvu Buttigieg, li kienu jgħidulu ‘Salvu dejjem’. Miegħu kien jaħdem Ġużepp Vella ‘tal-Oħxon’. Kellu jaħdmu wkoll uliedu Frenċu, Anġlu, u Manweli. Dawn wara li ħadmu għal xi żmien ma’ missierhom, emigraw lejn Awstralja, u wara xi żmien Anġlu rega’ lura u kien jaħdem ta’ bajjad bin-nies miegħu.

Tnejn li niftakar li ħadmu miegħu kienu Karmnu Mizzi ‘tar-Re’, li llum jgħix l-Awstralja u Anġlu Mizzi, ‘iċ-Ċallu’, li ħalliena dan l-aħħar. Dan imbagħad kien beda jaħdem għal rasu bil-gaj tiegħu.

Is-Snajja’ fil-Qala madwar ħamsin/sittin sena ilu.minn: Karmnu Portelli

Page 78: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

76

Mgħallem ieħor ta’ dak iż-żmien kien Mikieli Mifsud ‘tal-Għażli’. Ħafna żgħażagħ ħadmu miegħu qabel ma emigraw lejn l-Awstralja jew lejn xi post ieħor, imma li niftakar li beda miegħu, imbaghad kompla għal rasu kien neputih, Toni Mifsud ‘taċ-Ċana’, li għadu ħaj mimli bil-għomor. Dan ukoll għamel xi żmien b’xi ħaddiema miegħu.

Mgħallem ieħor kien Wenzu Buttigieg, ‘tal-Kulan’, li kienu jgħidulu ‘iċ-Chief’. Dan għamel żmien twil jaħdem f’din is-sengħa ta’ bajjad u tqegħid ta’ madum, u tgħidx kemm żgħażagħ Qalin ħadmu miegħu qabel ma emigraw, għax hekk kienu jagħmlu minn meta joħorġu mill-iskola ta’ 14-il sena sakemm ikollhom 18 biex isiefru. Tnejn li niftakar kienu jaħdmu miegħu meta kont żgħir kienu Pawlu Vella, ‘tal-Oħxon’ u Ġużepp Abela ‘tal-Ħanina’ u l-istess Toni Mifsud. L-ewwel tnejn kienu ħallewh għax Pawlu daħal jaħdem mar-Rediffusion u l-ieħor daħal mal-gvern wara li kien ukoll għamel xi żmien jaħdem ta’ bajjad għal rasu u bin-nies tiegħu.

Wenzu kien mgħallem ukoll fis-sengħa tal-konkos fuq il-bjut tax-xorok. Fil-ħamsinijiet tas-seklu l-ieħor ma kienx hemm għodda biex jintgħaġen il-konkos, u meta kien irid jinkesa xi saqaf tax-xorok kien ilaqqa’ xi għaxar jew tnax-il ruħ biex jintgħaġen il-konkos fl-art bil-pali u l-imgħażaq, u mbagħad jittella’ fuq il-bejt bit-tarjola mwaħħla ma’ gobja, u tnejn jiġbdu l-ħabel minn isfel biex jitla’ l-barmil tqil mimli konkos. Wara li l-konkos jitferrex, numru ta’ ġuvnotti kienu jballtu l-konkos bil-marżebba biex l-ilma jitla’ fil-wiċċ u l-konkos jagħqad.

Ġużepp Vella ‘ta’ Ħażwejnu’, ukoll għamel xi żmien jaħdem ta’ bajjad u ukoll kien iħaddem xi lavranti.

Ġużepp Buttigieg li kienu jgħidulu ‘iż-Żibġa’, ukoll kien jaħdem ta’ bajjad u kellu n-nies miegħu, imma dan kien ħalla kollox u telaq lejn l-Awstralja bil-familja b’kollox.

Ġużepp kien imsemmi għad-disinni li kien jagħmel biex isebbaħ il-kmamar li jbajjad.

Bajjad ieħor li kien jaħdem għal rasu, b’Toni, li kienu jgħidulu ‘l-Mazzola’, bħala lavrant, kien Bernard Vella ‘ta’ Trejża’.

Hawn nixtieq insemmi tnejn minn nies li għalkemm ma kinux kaħħala u lanqas bajjada, kienu jsebbħu d-djar bis-sengħa tagħhom. Qed nirreferi għal Ġużepp Buttigieg ‘ta’ Jappa’, u Karmnu Camilleri ‘l-Gimes’. Dawn kienu jiżbgħu z-zukklaturi fid-djar biż-żebgħa taż-żejt u jagħmluha bid-disinni qisha rħam. Anke turġien tal-ġebel kienu jiżbgħu hekk. Fil-Knisja Parrokkjali kienu għamlu ukoll ħafna xogħol ta’ żebgħa.

Xogħol ieħor fil-kostruzzjoni li kien beda għal din il-ħabta kien ix-xogħol tar- reinforced concrete li kien jintuża fis-soqfa minflok ix-xorok. Dan il-kwalità ta’ xogħol kien bdieh Anġelo Cefai ‘tal-Kelba’ li kien sħab ma’ Carmelo Camilleri min-Nadur. Iktar tard Anġelo

kien issieħeb ma’ Salvu Camilleri tan-Najsi. Wara xi żmien kulħadd mar għal rasu.

Xogħol tal-Qfief u Ġummar

Fi tfuliti fir-raħal niftakar tnejn li kienu jaħdmu il-bxiekel, qfief u qratal. Dawn kienu Toni Thewma u Wenzu Cutajar. Toni, li kienu jgħidulu ‘tax-Xirmi’, u li kien miżżewweġ lil ziti Tona, kien joqgħod fl-inħawi tal-Kunċizzjoni. Kellu kamra f’kantuniera fi Triq is-Salib u fiha kien jaħdem bxiekel, qfief, kannestri u qratal. Dawn l-oġġetti, li kollha kellhom użu speċifiku, kienu jinħadmu mill-virgi u mill-qasab, bħalma għadhom jinħadmu sal-lum. Hekk per eżempju, bxiekel li kienu jkunu ta’ kull daqs, kienu jintużaw għax-xogħol tal-bizzilla, u biex jinġarr kull tip ta’ oġġett. Il-qfief kienu jintużaw mill-bdiewa u raħħala fost l-oħrajn, u l-qratal kienu jintużaw biex fihom jinġarr l-għeneb għal għand l-għassar.

Wenzu Cutajar ‘tal-Bett’, li jiġi missier Joe Cutajar li jikteb poeżiji regolari f’Leħen il-Qala, kien jaħdem l-istess xogħol fid-dar tiegħu fi Triq Ħondoq ir-Rummien, illum Triq Il-Belvedere.

Ix-xogħol tal-ġummar, niftakar li kienu jaħdmuh diversi nies fil-Qala. F’dan ix-xogħol kien jintuża weraq tal-palm niexef sew biex ikun jista’ jinħadem forma ta kurdiċella wiesgħa u twila, imbagħad tinħatt f’għamla tal-oġġett li jkun hemm bżonn. L-iktar li niftakar kienu ġwielaq u kpiepel kbar li kienu jintużaw mill-ħaddiema li jaħdmu barra għax-xemx speċjalment fis-sajf. Dawk li niftakar jaħdmu dan ix- xogħol huma: Ċisju, Saver u Bennarda Scicluna li kienu magħrufa bħala ‘tal-Bonn’; Marija Buttiġieġ ‘ta’ Kenuna’ li kienet tiġi n-neputija tal-aħwa Scicluna; l-aħwa kollha tal-familja ‘tas-Smid’ fosthom Ġanna Buttiġieġ ‘ta’ Ħanflippu’, u Kelina Mercieca ‘tax-Xaqq’ u Kristina Abela ‘tal-Hanina’.

MastrudaxxiF’dan iż-żmien fil–Qala kien hawn numru ta’ mastrudaxxi. Dawk li niftakar sewwa jien kienu l-aħwa Karmnu, Binu u Ġużepp Mercieca ‘ta’ Manweli’, li kienu armati fil-kantuniera ta’ Triq it-Telgħa ma’ Triq il-Wileġ. Dawn kienu jaħdmu kollox bl-idejn u ma

Page 79: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

77

kellhom l-ebda magna tal-isserrar. L-iktar li kienu jaħdmu kienu aperturi, i.e. bibien u twieqi. Ġużepp, barra li kien mastrudaxxa kien ukoll skultur prim. Hu ħadem l-iskultura kollha tal-knisja tal-Qala.

Kien hemm ukoll żewġt aħwa oħra li kienu mastrudaxxi, Ġużepp u Karmnu Mercieca ‘ta’ Pietru’. Dawn l-aħwa, li kellhom magna għall-injam u kienu armati fuq il-Wileġ, kienu ukoll l-iktar li jaħdmu aperturi. It-tifel ta’ Ġużepp, Karmnu, għadu jaħdem ta’ mastrudaxxa sal-lum.

Mastrudaxxa ieħor kien Toni Portelli ‘ta’ Pasku’, li għamel żmien jaħdem quddiem il-Kunvent tas-Sorijiet fi Triq il-Kunċizzjoni, imbagħad rama fi triq l-Imgarr. Toni, li kien armat sewwa bil-magni, kien jaħdem kemm aperturi kif ukoll għamara.

Kien hemm ukoll Mikieli Cauchi ‘tal-Koxx’ li wkoll kien jaħdem ta’ mastrudaxxa fid- dar tiegħu fi Triq il-Kunċizzjoni. Imma dan ftit niftakru għax kien għadni żgħir meta żarma u emigra lejn l-Amerika. Imma niftakar li kien jaħdem it-tabelli tal-ħwienet, u kien anke tajjeb biex ipitter.

Għall-ħabta ta’ nofs il-ħamsinijiet rama jaħdem ta’ mastrudaxxa Karmnu Portelli ‘tax-Xirmi’, li jiġi l-kuġin tiegħi. Għall-bidu Karmnu kien jaħdem f’maħżen ġo tas-Salib, imbagħad meta bena kien ġarr kollox għal fejn joqgħod illum, ħdejn il-Mużew tas-Subien. Karmnu l-iktar li kien jaħdem kienet għamara, u kien ukoll pijunier fil-lostru tat-tajjara. Għall-bidu tas-sittinijiet kien daħal bħala “instructor” fi Skola tas-Snajja’ fejn baqa’ sa kemm irtira biż-żmien.

Propjetarju ieħor li kien jaħdem fl-injam mill-Qala kien Loretu Xuereb ‘tal-Ħarti’. Dan kien armat jaħdem l-għamara r-Rabat, għall-bidu ħdejn il-knisja ta’ San Ġakbu, u mbagħad fit-Tiġrija quddiem l-HSBC. Loretu ma kienx jaħdem hu personali fl-injam, imma kellu numru ta’ mpjegati miegħu, kemm żgħażagħ mill-Qala kif ukoll mir-Rabat. Għal dak iż-żmien, fuq 60 sena ilu, wieħed jista’ jgħid li Loreto kellu fabbrika żgħira li tipproduċi l-għamara. Barra minnhekk Loreto kien ukoll jimporta siġġijiet minn barra speċjalment miċ-Ċekoslovakkja. Ħafna żgħażagħ mill-Qala ħadmu u

tgħallmu miegħu, fosthom Ġużepp Mifsud ‘tar-Raġel’, li mbagħad rama jaħdem ta’ mastrudaxxa għal rasu, fejn illum għandu l-ħanut tal-Ironmongery. Anke Fredu Mercieca, ‘ta’ Ċilla’, għamel żmien jaħdem ma’ Loreto, imbagħad rama għal rasu fejn għadu jaħdem sal-lum. Meta Loreto Xuereb miet fis-sittinijiet, ix-xogħol tiegħu komplieh neputih, Kelinu Spiteri, ‘il-Ħarti’, u meta Kelinu rtira, komplew uliedu, u llum hemm ibnu Lorry.

Ta’ min isemmi ukoll lil Ġużepp Buttiġieġ, ‘il-Bimbu’. Dan kien jirranga l-frejgatini fil-ħanut li kellu l-Imġarr, Għajnsielem. Ġużepp kien jinżel u jitla’ kuljum ix-xatt bil-mixi, u jġorr ġewlaq bl-għodda wara dahru. Id-dar li fiha kien joqgħod hu u martu qrib il-Mużew, illum tintuża bħala maħzen għall-armar tal-Festa.

Ħjata u Bizzilla.

Meta kont żgħir jien, kien hawn diversi ħajjata nisa fil-Qala. Ommi kienet waħda minnhom, u niftakarha tħit kemm ħwejjeġ għan-nisa kif ukoll qliezet u qomos tal-irġiel. Lilna, sakemm kellna ħmistax-il sena, dejjem hi ħititilna. Ħajjata oħra li kienu jħitu lin-nies kienu l-aħwa Portelli ‘tal-Kirċ’, Karmena Camilleri ‘tan-Najsi’, l-aħwa Mananni u Ċetta ‘taċ-Ċaqna’, u anke Ġulina bdiet f’dan iż-żmien. F’dan iż-żmien bdiet ukoll Ġużeppa Camilleri ‘tal-Makku’, li għadha tħit sal-lum. Ġużeppa kienet tat daqqa t’id sewwa ukoll meta kien jinħadem id-damask tal-knisja.

Xogħol tal-bizzilla kien komuni ħafna fost il-komunità femminili tal-Qala. Impossibbli li wieħed isemmi lil kulħadd. Jien l-iktar li niftakar huma erba’ nisa li meta kien ikun il-bnazzi kienu joħorġu wara nofsinhar jaħdmu l-bizzilla għad-dell tal-knisja in-naħa tagħna. Dawn kienu Ġużeppa ‘tal-Basli’, Marija ‘t-Tamla’, Karmni Mizzi, ‘Majna’, u Ġulina ‘tax-Xirmi’, omm Karmnu li kienet ukoll ziti.

Nixtieq insemmi ukoll żewġ nisa oħra, Reġina Mifsud ‘tal-Kalar’, u Melita Borg ‘ta’ Gajta’. Dawn ma niftakarhomx jaħdmu bizzilla imma rakkmu bil-ħajt tad-deheb fuq disinni li kien jagħmlilhom Dun Ġużepp Vella. Fil-knisja hemm ħafna xogħol minn tagħhom.

Page 80: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

78

Kien hawn sengħa oħra li kienu jagħmlu n-nisa ta’ dak iż-żmien. Din kienet l-insiġ li kienu jagħmlu mis-suf tan-nagħaġ, u mbagħad jaħdmu l-flokkijiet bil-labar, u jilbsuhom l-irġiel fix-xitwa taħt xi qmis. Dawn kienu popolari ħafna mal-irġiel dak iż-żmien għax nagħaġ kien hawn ħafna u ħafna kien ikollhom is-suf x’jinsġu. Jien niftakar lil Frenċa Portelli ‘taż-Żabbar’, li kienet ukoll ziti, tinseġ bl-imgħażel u mbagħad hi u ż-żewġ uliedha bniet jaħdmu l-flokkijiet.

Barbiera.

Fi tfuliti kien hawn tlieta armati f’din is-sengħa: Ġanni Muscat,’ Ċepula’, li kien armat fi Triq in-Nadur quddiem il-forn tal-Mulejja, Karmnu Mercieca ‘ta’ Pietru’, li kien armat fil-Pjazza. Dan għamel ħabta kellu miegħu jgħinu n-neputi tieghu Pawlu Falzon li llum jgħix il-Kanada, u Ġużepp Vella ‘ta’Trejża’ li kien jgħinu ibnu Salvu.

Dawn kienu jiftħu l-Ġimgħa wara nofsinnar u s-Sibt il-ġurnata kollha. Dak iż-żmien barra xogħol tax-xagħar, kien ikollhom ukoll ħafna anzjani biex iqaxxru l-leħja, għax billi x-xafra tal-leħja ma tantx kienet komuni, ħafna ma kinux jafu, jew jibżgħu jqaxxru l-leħja bil-mus apposta tal-leħja.

Snajja’ oħraHawn nixtieq insemmi xi żewġ snajja’ li min kien jipprattikahom kien jipprattikahom qisu “part-time” jew kif ngħidu aħna ta’ dilettant. Għandi f’moħħi s-sengħa ta’ landier. Salvu Vella ‘ta’ Trejża’ kien jaħdem ħafna ta’ landier, u barra li kien isewwi xi affarijiet li jeħdulu n-nies, ħadem ħafna xogħol tal-landa għall-armar tal-Festa.

Persuna ohra li kien jaħdem ta’ landier kien Frenċu Buttigieg ‘tal-Fallakka’.

Ma rridx nagħlaq dan l-artiklu u ma nsemmix lil xi persuni li kienu jaħdmu ta’ “electrician part-time”. Dawn kienu Dun Ġużepp Vella, u neputih Salvu li llum jgħix fl-Awstralja; Pawlu Buttigieg ‘il-Basli’ u Pawlu Attard ‘ta’ Rnellu’.

Kien hemm ukoll Pawlu Vella tal-Oħxon, u Ġanni Cefai ‘tal-Kitarra’. Dawn għalkemm ma kinux jipprattikaw din is-sengħa bħala xogħol prinċipali, it-tnejn għandhom il-Liċenzja ta’ Electrician.

Għeluq. Nagħlaq din il-kitba tiegħi billi nerga’ ntenni li kulma ktibt, ktibtu mill-memorja, u għalhekk faċli li ħarbitli xi ħaġa. Jekk f’dak li semmejt ma kontx preċiż biżżejjed, niskuża ruħi, u nħeġġeġ lil kulħadd biex jikkuntattja lili, jew lill-editur, ħalli nirranġaw xi żball fil-ħarġa ta’ wara. Mill-ġdid niskuża ruħi ma’ xi familji li dehrilhom li kelli nsemmihom u ħallejthom barra.

Page 81: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

79

DaħlaDan huwa t-tielet ktieb fis-sensiela ta’ kotba b’rabta mal-festival ta’ folk li l-Kunsill Lokali tal-Qala organizza kull sena dawn l-aħħar sitt snin. Il-ktieb, ippubblikat mill-istess kunsill, kien stampat fl-Istamperija tal-Gvern. Fih inġabru d-diskorsi u t-taħditiet li saru fil-Konferenza Internazzjonali tal-Folklor, bit-tema ‘Gozo Heritage in Stone’ – il-Wirt Għawdxi fil-Ġebel.L-ewwel ktieb kien Folklore in the Maltese Islands (Malta, 2010) u t-tieni Trades and Crafts in the Maltese Islands (Malta, 2011). It-tliet kotba jittrattaw wirt importanti fil-gżejjer Maltin, imma b’enfasi fuq wirt storiku u kulturali, f’Għawdex. Il-ktieb ta’ din is-sena jiffoka biss fuq wirt storiku Għawdxi.

TaħditietBħal fil-każ taż-żewġ volumi ta’ qabel, din il-pubblikazzjoni setgħet tkun stampata bl-inizjattiva tal-Onorevoli Dr Chris Said, dakinhar Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali, u Konsultazzjoni Pubblika, u llum Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika, u l-Familja.Il-konferenza li magħha hu marbut dan il-ktieb kienet saret bħala parti mis-‘Sixth Qala International Folk Festival’, li fiha sar kollox bl-Ingliż biex kulma kien ippreżentat seta’ jinftiehem kemm mill-parteċipanti tat-tliet gruppi barranin mistednin jipparteċipaw fil-festival – wieħed mill-Irlanda, ieħor minn Belarus, u ieħor minn Agrigento fi Sqallija) – kif ukoll minn għadd ta’ individwi fosthom anki barranin residenti Għawdex, li attendew għall-konferenza.

Il-pubblikazzjonijietJien kelli sehem f’dawn it-tliet pubblikazzjonijiet. Fl-ewwel wieħed kelli studju; fit-tlieta li huma kont responsabbli għad-disinn u l-produzzjoni tagħhom.

Kontenut tal-ktiebBħal fil-kotba ta’ qabel, dan il-ktieb tqassam hekk:1 Daħla, id-Diskorsi li saru fil-ftuħ mis-Sindku tal-Qala, is-

Sur Pawlu Buttigieg u mill-Onor. Dr Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali, u Konsultazzjoni Pubblika, u (fl-għeluq tal-konferenza) mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex;

2 It-tliet studji fuq wirt fil-ġebel f’Għawdex u artikli qosra dwar wirt fil-ġebel fl-Irlanda u fil-Belarus, u tagħrif bijografiku dwar l-awturi rispettivi, u

3 Appendiċi b’ġabra ta’ ritratti tal-attivitajiet diversi li saru fit-tlitt ijiem tal-festival.

Id-daħla għall-ktiebFid-daħla, Euchar Mizzi – li hu l-editur – jagħti tagħrif dwar l-organizzazzjoni li jitlob festival b’bosta ħidma minn wara

l-kwinti, mill-Kunsill Lokali, minn voluntieri, minn barranin li ħadu sehem, u mill-kumitat li tiegħu kien president. Jagħti wkoll tagħrif dwar it-tliet gruppi barranin li kienu mistiedna u aċċettaw li jieħdu sehem fil-festival: l-Ignis Ealga School of Irish Dancing (mill-Irlanda), il-Folk Ensamble of Dance and Song Brestchanka (minn Belarus), u ċ-Città dei Templi Folk Band (minn Sqallija).Fost in-nies li Mizzi jiżżi ħajr hemm ukoll il-kantanti magħrufa David Azzopardi, Enzo Guzman, u l-grupp ‘Greenfields’ li saħħru l-mistednin bil-kant tagħhom fil-lejla tas-Sibt, fil-Pjazza tal-Qala, waqt il-jiem tal-festival.F’isem il-Kunsill Lokali tal-Qala, Mizzi jiżżi ħajr lil Dr Chris Said u lil Giovanna Debono għall-għajnuna li taw biex il-Festival seta’ jirnexxi.

Id-diskorsiFl-ewwel diskorsi, is-Sur Pawl Buttigieg jgħid li, wara s-suċċess tal-festivals li kienu organizzati qabel, il-Kunsill ħadem biex itejjeb u jissokta jżid fl-attivitajiet – din id-darba saħansitra bis-sehem ta’ tfal li pparteċipaw mal-grupp il-Menħir Qala Folk Group. Buttigieg juri r-rikonoxxenza għal kull għajnuna kemm mill-membri tal-Kunsill, kif ukoll minn ħafna voluntiera li għenu fl-attivitajiet tal-Festival u fil-konferenza. Buttigieg jisħaq li l-għan ewlieni tal-festival huwa li jagħti l-ħajja lill-folklor Malti, ikattar aktar għarfien dwar il-wirt tagħna l-Maltin fil-ġenerazzjoni żagħżugħa, u jissensibbilizza s-soċjetà tagħna l-Maltin, lir-residenti barranin li jgħixu magħna, u lit-turisti li jiġu jżuruna, dwar il-wirt storiku u kulturali tagħna. Itemm irodd ħajr lill-Dr Chris Said u lil Giovanna Debono għall-għajnuna finanzjarja li taw, u lill-istudjużi Godwin Vella, Daphne Marie Caruana, u Kennith Cassar li aċċettaw jippreżentaw studju akkademiku fil-konferenza.Fid-diskors li għamel, Said saħaq fuq l-importanza li għandha tingħata lill-attivitajiet bħal dawn. Jiddeskrivi l-festival organizzat mill-Kunsill tal-Qala, bħala wieħed ta’ livell għoli. Jistqarr li minn dejjem emmen li Għawdex huwa pjattaforma ideali għal attivitajiet bħal dawn, attivitajiet li jistgħu jkattru interess f’min ikun qed jaħseb jiġi jżurna. Għawdex joffri attrazzjonijiet storiċi, festi tradizzjonali u reliġjużi, esperjenzi għall-bugħaddasa, mixjiet fil-kampanja f’arja nadifa, l-ispa, ikel tradizzjonali mediterranju, u kultura eċċezzjonali – għall-għożża kemm tal-Maltin kif ukoll tal-barranin.B’refernza għall-organizzazzjoni u l-organizzaturi tal-festival,

Reċensjoni … tnedija tal-ktieb: Gozo Heritage in Stone, Malta, 2012; pp. 128; illustrat; ISBN: 978-99957-0-129-1; stampat fl-Istamperija tal-Gvern

Dr. Joe Zammit Ciantar

Page 82: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

80

Said juża tliet verbi sbieħ u li jagħmlu l-kuraġġ: ‘I am delighted’ (inħossni kuntent), ‘I’m proud’ (inħossni kburi), u ‘I commend you’ (nifirħilkom). U jżid: ‘Grazzi għall-Qala International Folk Festival, ir-raħal pittoresk tal-Qala qiegħed jinbidel f’post ta’ attivitajiet folkloristiċi organizzati bl-akbar reqqa!’Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono tifraħ għas-suċċess tal-Qala International Folk Festival, tant li dan kien is-sitt wieħed. Tifraħ ukoll għall-fatt li fis-sena 2011, waqt li l-Kummissjoni Ewropea kienet qed tfakkar is-Sena tax-Xogħol Volontarju, dan il-festival kien organizzat kollu b’ħidma volontarja ta’ numru kbir ta’ żgħażagħ u kbar u żgħar, mill-Qala.Debono tiddeskrivi l-wirt Għawdxi fil-ġebel – li jinkludi monumenti neolitiċi, katakombi, iċ-Ċittadella, torrijiet, kappelli saħansitra waħda Medjevali, kunventi u monasteri, knejjes Barokki impressjonanti, anki niċeċ, galleriji tal-ġebel uniċi, u djar antiki – bħala uniku. Minbarra li jarrikkixxi l-istess ħajja tagħna u jgħabbina bir-responsabbiltà li nieħdu ħsiebu u nikkonservawh, jgħinna niġbdu aktar barranin jiġu jżuruna u japprezzawh.

L-istudjiFit-tieni parti tal-ktieb għandna t-tliet studji ewlenin ippreżentati minn żewġ studjużi Għawdxin u Malti, u żewg artikli qosra li nqraw mir-rappreżentanti tal-Irlanda u Belarus; il-grupp ta’ Agrigento ma ppreżenta l-ebda taħdita organizzata.

Sigurtà, difiża, u fortifikazzjoni f’GħawdexGodwin Vella, iggradwa B.A. (Hons) fl-Arkeoloġija, u M.B.A. mill-Università ta’ Malta u llum huwa Kap tal-Unit Kuratorjali tal-Etnografija u l-Forti Sant’Anġlu ta’ Heritage Malta. Fl-istudju ‘Security, Defence, and Fortification in Gozo’, Vella jittratta kull tip ta’ bini – naturalment bil-ġebla Maltija – li b’xi mod serva lill-Għawdxin bħala difiża kontra l-invażuri – kienu dawn il-Mislem għadu maħluf kontra l-Insara, il-furbani, jew saħansitra t-Taljani u l-Ġermaniżi fl-aħħar Gwerra Dinjija.Vella jgħid li sa minn madwar l-1,500 Qabel Kristu, missirijietna ħallew il-pjanura u ssetiljaw fuq għoljiet u promontorji prominenti fejn setgħu jgawdu ċerta sigurtà; fost dawn l-għoljiet taċ-Ċittadella u n-Nuffara. Fi djar privati, l-Għawdxin kienu jibnu faċċati bi twieqi żgħar, jew saħansitra bi xquq għall-arja u minn fejn setgħu jittawlu ’l barra. Fit-tieni sular, imbagħad, kienu jibni l-muxrabija (li minnhom għad baqa’ xi wħud, fosthom fl-Għasri) minn fejn wieħed seta’ jara x’qed jiġri barra, fit-triq, mingħajr ma jidher. Il-Gran Castello sar il-fortizza ewlenija u b’saħħitha għal bosta snin. Fil-qosor, Vella jagħtina l-istorja ta’ matul dawn is-snin, sakemm, fis-seklu tmintax, sar l-aktar fortizza mgħammra għad-difiża tal-Għawdxin. Ma’ dan għenu wkoll erba’ torrijiet, fosthom wieħed ħdejn il-Kapuċċini u ieħor ftit ’il bogħod mill-Fontana. Inbnew ukoll, maqtugħin għalihom, kumplessi ta’ djar bl-irziezet magħhom bħal dawk ta’ Ta’ Santa Ċeċilja (limiti ta’ Għajsnielem), Ta’ Triq Santa Teodora (Xewkija), Tal-Ħofra (Ta’ Sannat), Ta’ Cardona (l-Għasri), u Ta’ Ġananton (Kerċem). Ma’ dawn insibu t-Torri ta’ Gourgion (fix-Xewkija), u l-pjattaforma għall-kanuni li tagħmel parti mill-kunvent tal-

Patrijiet Franġiskani, fir-Rabat. L-Ordni ta’ San Ġwann, bena wkoll sitt torrijiet, 10 batteriji, 4 redotti, u bini ieħor għad-difiża, madwar il-kosta ta’ Għawdex. Minn dawn tlifna ħafna ... baqgħu jisfidaw iż-żmien, in-natura, it-telqa, u l-vandaliżmu, it-torrijiet tax-Xlendi, tad-Dwejra, ta’ Mġarr ix-Xini, ta’ Daħlet Qorrot, u ta’ Marsalforn. Baqgħet ukoll il-belt fortizza ta’ Chambray.Fi żmien l-Ingliżi, imbagħad, tħaffru saħansitra x-xelters u tmien ‘imtieħen’ taħt l-art.Dan il-bini kollu, li serva l-għanijiet tiegħu fi żmien l-attakki fuq gżiritna u fuq missirijietna, illum, fi żmien il-paċi, sar wirt storiku kulturali għas-servizz għall-identità tagħna u għat-turiżmu tant meħtieġ għall-ekonomija tagħna u ta’ wliedna.

Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix ...Monumenti tal-bidu: Apprezzament tal-Arti u l-Arkitettura tal-Perjodu tat-Tempji Daphne Marie Caruana BA (Hons) fl-Istorja tal-Arti, u MA fl-Immaniġġjar tal-Wirt Kulturali mill-Università ta’ Malta, tagħmel parti mit-tim kuratorjali ta’ Heritage Malta u tokkupa post ta’ Kuratur, f’Għawdex. L-istudju li ppreżentat jittratta dwar l-arti u l-arkitettura tal-monumenti fil-ġebel ta’ żmien il-preistorja. Qabel tidħol fil-qalba tas-suġġett, Caruana tagħti tagħrif dwar il-ġeoloġija tal-gżejjer Maltin u tgħid li l-ġebla Globiġerina – l-aktar li tintuża llum fil-bini – kient il-materjal ewlieni fil-bini tat-tempji u fl-oġġetti maħdumu, imnaqqxa, jew skulturata ta’ żmien it-tempji. Miegħu nħadmet ukoll il-ġebla Corallina.Caruana tagħti idea ġenerali tal-arkitettura tat-tempji, bil-faċċati, bl-apsidi, bil-bibien magħmula minn ġebel rettangulari, u bl-artali tagħhom.Caruana ssostni li dawn it-tempji jidher li nbnew biex jibqgħu matul is-snin – kif fil-fatt baqgħu, uħud minnhom għal madwar 5,000 sena – biex ikunu wkoll siti li jħallu impatt fuq il-pajsaġġ u fuq is-soċjetà tal-lum u l-ġenerazzjonijiet li jiġu warajha.Fil-perspettiva ta’ Għawdex l-aktar prominenti huma t-tempji tal-Ġgantija u ċ-Ċirku tax-Xagħra; siti bi fdalijiet ta’ monumenti simili nsibuhom f’Santa Verna (fix-Xagħra), Ta’ Marziena (bejn Ta’ Sannat u Victoria), u L-Borġ tal-Imramma (f’Ta’ Ċenċ).L-istudju jinkorpora dettalji dwar il-Ġgantija u tagħrif dwar il-possibbiltà li t-tempji kienu wkoll imsaqqfin kif jixhed mudell żgħir ta’ tempju msaqqaf li nstab f’Ta’ Ħaġrat. Jekk il-materjal li kien jintuża fit-tisqif kien organiku, bħall-injam, allura dan għab matul il-medda tas-snin.Caruana tmiss ukoll id-dibattitu dwar l-użu tat-tempji – qabel xejn dawk tal-wiċċ żviluppaw minn fuq dawk ta’ taħt l-art (Ipoġej) – għad-dfin. Dan l-użu sirna nafu bih mal-iskoperta tal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u ssaħħaħ bis-sejbiet ta’ fdalijiet umani midfuna fiċ-Ċirku tax-Xagħra, fejn instabu wkoll statwetti uniċi tal-ġebel li jsaħħru lil kull min jarahom. Għalkemm huma ċkejknin, skolpiti fil-ġebla Maltija, u kienu miżbugħin bl-okra (żebgħa ħamra), bid-dettalji li fihom jikxfu ħila fl-arti li kellhom dawn in-nies ta’ madwar 3,000 sena Qabel Kristu. Imma juruna wkoll drawwiet li bħalhom kellna fostna l-Għawdxin sa madwar 50 sena ilu ... uħud mill-istatwetti għandhom rashom mgħottija b’qisu maktur, u xi nisa huma liebsa dbielet bil-piegi – bħalma hi liebsa l-parti t’isfel tal-istatwa kbira ta’ mara (li nstabet fit-

Page 83: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

81

tempji ta’ Ħal Tarxien) – li jaslu sa fuq l-għarqub ... deċenza li bl-influwenza ta’ drawwiet ‘moderni’ bidluha u kif (!) it-tfajliet u n-nisa tagħna tal-lum. Kurjuż ukoll il-fatt li statwetta b’żewġ figuri ta’ nisa jmissu ma’ xulxin, qegħdin fuq speċi ta’ kanapè jixbah ħafna lil dak li fuqu tidher fl-istatwetta famuża, il-‘mara rieqda’ li nstabet fl-Ipoġew ta’ Ħal Tarxien, Malta.

Building monuments of Faith: An outline of Churches in GozoKenneth Cassar – minn Ħal Kirkop – iggradwa fl-istudji tal-Istorja tal-Arti mill-Università ta’ Malta. Illum huwa kuratur tal-Ħwejjeġ u t-Tessili, fit-taqsima tal-Etnografija ta’ Heritage Malta u jgħallem l-arti fis-Soċjetà Maltija tal-Arti, Manifattura, u Kummerċ.L-istudju tiegħu – ‘Building monuments of Faith: An outline of Churches in Gozo’ – jista’ jitqies bħala żieda ma’ dak ta’ Daphne Marie Caruana. Għax filwaqt li fl-istudju tagħha Caruana ttrattat it-tempji ta’ żmien il-preistorja, f’dan l-istudju, Cassar jittratta tempji oħrajn … il-knejjes ewlenin li għadna niffrekwentaw fil-belt u fl-irħula tagħna f’Għawdex.Fid-daħla għal dan l-istudju, Cassar jgħid li l-bniedem minn dejjem sfrutta l-ambjent ta’ madwaru għall-materjal biex bih jibni l-‘bżonnijiet’ tiegħu soċjali, politiċi, ekonomiċi, u … spiritwali. U fil-millennji ta’ wara l-miġja ta’ Kristu … il-Knisja Kattolika bdiet u ssuktat tikkonferma r-rwol ewlieni tagħha bħala l-patruna tal-‘Arts’, u fl-istess ħin, bil-kummissjonijiet għall-bini ta’ ‘monumenti’ oħra – din id-darba knejjes – għenet issaħħaħ il-Fidi. Interessanti l-osservazzjoni ta’ Cassar li, għall-inqas f’Għawdex, il-biċċa l-kbira tal-knejjes inbnew darbtejn. Il-knejjes il-kbar bdew jinbnew skont l-iżvilupp storiku tal-parroċċi li, seta’ jsir wara li ssaħħet id-difiża tal-kosta. Dan seħħ speċjalment fis-sekli sbatax u tmintax, u mbagħad issokta wara, meta – f’ordni kronoloġika – saru l-parroċċi tax-Xewkija, tal-Għarb, Ta’ Sannat, tax-Xagħra, tan-Nadur, taż-Żebbuġ (qabel l-1700), u mbagħad ta’ Għajnsielem, tal-Qala, Ta’ Kerċem, ta’ San Lawrenz, tal-Fontana, tal-Għasri, u tal-Munxar.Cassar ikompli l-istudju b’tagħrif arkitettoniku, dwar il-knejjes ewlenin, mogħti skont is-setting artistiku u skont il-kuntest storiku. Jibda sewwa sew bil-knisja Medjevali ta’ Santa Ċeċilja – x’aktarx il-knisja l-aktar qadima f’Għawdex li ġiet irrestawrata minn Wirt Għawdex – b’dettalji dwar il-karatteristiċi partikulari tagħha. Il-knejjes l-oħra, li tagħhom Cassar jagħti l-partikularitajiet saljenti – faċċata, kampnari, koppla, artali, u l-bqija – dejjem f’ordni kronoloġika, huma dik ta’ San Ġużepp fil-Gran Castelo, dawk ta’ San Franġisk, ta’ Santu Wistin, il-Bażilika ta’ San Ġorġ, u l-Katidral (il-Matriċi), fir-Rabat.Il-knejjes parrokkjali – li nbnew fis-sekli sbatax u tmintax, fil-kampanja, madwar ir-Rabat – huma l-knisja l-qadima ta’ San Ġwann Battista (Xewkija), Tal-Viżitazzjoni (Għarb), Tal-Assunzjoni (Żebbuġ), Ta’ Santa Margerita (Ta’ Sannat), Tal-Madonna tal-Grazzja (Rabat), u l-knisja parrokkjali l-qadima Ta’ San Pietru u San Pawl (Nadur).Fis-seklu dsatax: il-knisja parrokkjali qadima ta’ Għajnsielem, Tas-Sokkors u San Girgor (Ta’ Kerċem), Ta’ San Lawrenz (San

Lawrenz), il-Bażilika Tan-Natività (Xagħra), Ta’ San Ġużepp (Qala), u Ta’ Lourdes (Mġarr).Fis-seklu għoxrin: Tal-Qalb ta’ Ġesù (Fontana), Ta’ San Pawl (Munxar), u Ta’ Sant’Antnin (Għajnsielem), Ta’ San Pietro u San Pawl (Nadur), il-Bażilika Ta’ Pinu (limiti tal-Għarb), Ta’ Loreto (Għajnsielem), ir-Rotunda ta’ San Ġwann Battista (Xewkija), u l-Kappella ta’ San Ġwann Bosco (Rabat). B’dawn it-tempji kollha, il-Knisja f’Għawdex – li sar Djoċesi għaliha fl-1864 – mhux biss issuktat issaħħaħ il-Fidi fost il-fidili, imma kattret ukoll il-wirt fil-ġebel li bosta Għawdxin għadhom iżuru ta’ spiss, jgħożżu, u saħansitra jsebbħu sal-lum.

L-Irlanda u BelarusWara dawn l-istudji nsibu żewġ artikli qosra.F’isem il-grupp mill-Irlanda, Harry Gillen jagħti ftit tagħrif dwar il-wirt fil-ġebel fl-Irlanda. Fost il-monumenti li jsemmi ... insibu lil Newgrange li jitqies bħala ‘Il-Monument Kbir Nazzjonali tal-Irlanda’ li nbena madwar 5,000 sena ilu. Dan seta’ kien post għall-qima lejn il-mejtin, jew għall-prattika ta’ twemmin ibbażat fuq il-kwiekeb. Interessanti l-fatt li, bħal fil-każ tat-tempji ta’ Mnajdra, dan il-monument inbena jħares lejn minn fejn titla’ x-xemx u allura d-dawl tagħha, darba fis-sena, nhar il-21 ta’ Diċembru, minn fetħa fuq il-bieb ewlieni, jidħol fit-tempju u jdum għal madwar 17-il minuta. Gallen jikteb ukoll dwar il-leġġenda tat-triq tal-Ġgant – ‘Giant’s Causeway’, dwar il-cliffs ta’ Moher, fuq in-naħa tal-punent tal-Irlanda, dwar il-Gleann Dá Loch fejn l-ewwel Insara ssetiljaw u San Kevin bena monasteru fis-seklu sitta (wara Kristu).F’isem il-grupp minn Belarus, Marina Burak tagħti tagħrif fil-qosor dwar erba’ kastelli – monumenti oħra fil-ġebel li jiġbdu ħafna turisti lejn Belarus.

Memorji Fl-aħħar taqsima tal-ktieb insibu għadd ta’ ritratti b’memorji tal-attivitajiet li saru matul il-festival. Huma rikordju sabiħ … l-istampi u r-ritratti huma dejjem sbieħ u jsebbħuh ktieb. Imma hawnhekk wieħed irid jistqarr li r-ritratti illustrattivi ta’ mat-testi tal-istudji kollha f’din il-pubblikazzjoni huma bil-wisq apprezzati … minnhom infushom huma minjiera ta’ informazzjoni miżjuda mal-istudji li fihom infushom jikkostitwixxu apprezzament liema bħalu tal-Wirt fil-Ġebel uniku tagħna l-Għawdxin.

GħeluqKemm huwa importanti li l-Kunsilli Lokali u l-Awtoritajiet ikkonċernati jinkoraġġixxu u jgħinu kif jistgħu attivitajiet bħal dawn, u fuq kollox, pubblikazzjonijiet bħal din: teżori għal dejjem li jippreservaw u jistgħu jgħinu f’apprezzament akbar tal-Wirt fil-Ġebel, tagħna l-Għawdxin.

Nota: Dan huwa apprezzament komprensiv li ġie ppreżentat fit-tnedija tal-ktieb, fis-sala tal-Kunsill Lokali tal-Qala, nhar il-Ħamis, 23 ta’ Frar 2012. Preżenti għall-okkażjoni kien hemm ukoll is-Sur Euchar Mizzi (editur), s-Sur Pawlu Buttigieg (Sindku tal-Qala), u l-Onor. Dr Chris Said, Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika, u l-Familja, u l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. li ġew ippreżentati b’kopja tal-ktieb.

Page 84: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

82

Peter’s Butcher Shop55, St. Joseph Square, Qala - Gozo

2785 5051 - 7905 5051For top quality fresh meat cuts, marinated pork,

beef & chicken for BBQs, a vast selection of superior meat products such as roast pork, beef,

or chicken, kebabs, meatballs, bragioli, burgers and lots more...

Page 85: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

83

Tel: 2155 4941Mob: 9946 0725 9988 5457

For all kind of Concrete Works Crane Hire

Mario Camilleri“Camilleri Family” 21,

Independence Street, Qala, Gozo.

in-najsi

Is-semInar ParrokkjalI Frar 2012 minn: Victor Grech

L-attenzjoni fis-Seminar Parrokkjali tal-Parroċċa tal-Qala li nżamm is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Frar 2012, kienet iffukata fuq kif għandu jsir il-qari tal-lezzjoni waqt il-quddiesa biex tabilħaqq il-letturi jaqdu r-rwol tagħhom ta’ strumenti li jwasslu l-kelma t’Alla b’mod ħaj u effettiv lill-kongregazzjoni. Kull min jipparteċipa fil-quddiesa u jiltaqa’ ma’ Alla, jeħtieġ jifhem kull kelma li tinqara mill-Iskrittura Mqaddsa għax dik hi l-kelma tal-veritá li għandha tkun il-pedament tal-ħajja nisranija. Il-fatt li l-bniedem faċilment jaljena ruħu jkabbar il-ħtieġa li l-letturi jwasslu l-messaġġ b’mod luċidu u mqanqal ħalli jiġbdu l-attenzjoni tal-kongregazzjoni u jqanqlu l-interess tagħha.L-ewwel ħtieġa tal-letturi hi li jaqraw is-silta bosta drabi qabel il-quddiesa fil-ġabra u b’sens ta’ talb waqt li jirriflettu fuqha. Il-letturi ma jistgħux iwasslu l-messaġġ t’Alla jekk ma jkunux daħlu fl-ispirtu tal-kelma.Waqt il-qari l-letturi jridu juru lill-miġemgħa li huma kkonċentrati fuq dak li qegħdin jaqraw u li dak li qegħdin jagħmlu qegħdin jagħmluh b’sens ta’ talb, ta’ ġabra, ta’ attenzjoni sħiħa biex jgħaddu dan l-ispirtu lill-miġemgħa. Fil-mumenti appropri jeħtieġ jagħmlu pawsa biex jagħtu sens lil dak li qegħdin jaqraw bħal meta jgħidu minn fejn hi meħuda s-silta, bejn is-sentenzi u qabel jgħidu ‘Il-Kelma tal-Mulej’.

Il-letturi għandhom jagħtu kulur bil-leħen. Il-leħen irid ikun imqanqal imma b’mod ikkontrollat u meqjus għax il-qari mhux reċtar ta’ dramm. Il-leħen jeħtieġ jibqa’ sod u jbiddel b’mod kontrollat it-ton fejn meħtieġ bħal meta se tinqara sentenza importanti ħafna. F’dan il-każ it-ton jinbidel u r-ritmu jonqos. It-ton ukoll għandu jinbidel x’ħin tinqara sentenza li se tintroduċi ħsieb jew episodju ġdid. Il-marki interrogattivi u esklamarorji għandhom rwol importanti u jiddependu fuq it-ton tal-leħen.Ir-ritmu la għandu jkun mgħaġġel iż-żejjed u lanqas bil-mod iż-żejjed. Irid ikun meqjus u jinbidel skont l-importanza tas-sentenzi u skont jekk hemmx taħdit dirett. Waqt il-qari ta’ salmi r-ritmu pjuttost mgħaġġel u leħen xi ftit għoli joħorġu l-ferħ tagħhom, waqt li ritmu iktar bil-mod u leħen iktar baxx joħorġu d-dwejjaq jew is-sens ta’ penitenza minn salmi oħrajn. Importanti li l-letturi jressqu mikrofonu qrib ħalqhom iżda mhux qrib ħafna ħalli ma jdamdamx.Biex it-tħejjija u t-twettiq tal-qari jkunu effettivi, il-letturi jiħtieġ ikunu jafu li se jaqraw minn tal-inqas ġurnata qabel. Il-letturi jeħtieġ li jkunu libsin ilbies adattat u jagħmlu nkin qabel ma jitilgħu fuq u wara li jinżlu minn fuq l-ambone.Is-seminar tmexxa mill-Arċipriet tal-Parroċċa il-Kan. Dr. Joseph Zammit.

Page 86: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

84

Lil ommiMill-bluha taż-żgħożija ngħaddi għall-għaqal tal-irġulija. Ma aħfirli ma; ngħidlek b’vuċi mbikkija.Ma l-ġenn tiegħi m’huwa xejn ħlief turija t’għaqal qawwija.Bin il-weġgħa l-pjaċir; jekk studjajt mhux biex nagħmel isem?X’ħin niftakar id-dmugħ jżennen u l-għaraq joħroġ minn dal-ġisem.Ara ma l-qamar ġa kiser in-nofs, ma jiddi għadu fuq art imħeddlaU int ukoll tiddi; kewkba oħra f’sema iżraq; kewkba kaħla; ċelesta.O kemm nixtieq nerġa’ nreġġa’ l-arloġġ lura.Kemm nixtieq inħaddnek bil-qawwa miegħi u allura, Int tirrepetili dak it-talb seren, u l-lingwa tal-Imħabba;U għadni nismagħha l-wegħda li f’din qalbi qatt ħażen ma jitrabba.Le ma; għażiża Ommi d-dinja xjaħet; kienet żagħżugħa darba,U d-dulur niżżiħajr ’l Alla żarni kemm-il darba.Jien ser nibqa’ bix-xewqa li narak taħt din l-art imġarrba.Biss xorta t-tbissima u xbihetek għadhom quddiemi u jkellmuni.Ma din l-għanja forsi ma tmut qatt għax frott ta’ qalb sewwa.Dawn ir-rikordji koroh jew sbieħ,Ma ser niddedikahom lil min ħabbni qatigħ!Ma itlob ’l Alla lili jfejjaq, U ser nieqaf hawn għax din qalbi ħabtet tiddejjaq.L-ortolan b’għanjietu m’għadux iżjed lili jhennen.U wied ta’ dmugħ minn għajnejja qiegħed iġelben.

Joe Cutajar27/04/2007.

Lil SamwelSabiħ u ħelu kien in-nagħas li kellekIl-vuċi tal-Mulej ma ġietx magħrufa,B’dubji kbar Samwel mar jiġri għand Għeli,It-tieni sejħa lanqas ġiet mifhuma.

Reġgħet instemgħet il-vuċi fir-raqdaU Samwel tħawwad u mar għand missieru,X’reġa’ inqala’ missier, kollu ħlewwa;Missier, jien naħseb li huwa misteru.

Erġa’ mur orqod biex tkun taf x’sa jiġri,Jekk terġa’ tisma’ wieġeb: “Jien MulejIl-qaddej tiegħek qiegħed hawn jisma’,Għidli xi trid minni, Mulej fli ġej.”

Samwel sema’ l-vuċi smewwija.Nagħmlu bħal Samwel flimkien għalenija.

Joseph Portelli29.01.2012.

Lil ommna MarijaJien nifraħ meta nara lilek hekk ċkejkna,Miżmuma minn ommok b’għożża hekk kbira.Kien għadha ma tafx x’kien sa jiġri minnek,Illi għemilek sa jibqa’ tifkira.

Ġwakkin kien bħal ommok bl-ikbar ħsieb fuqek,Lanqas qatt basar f’xi xena smewwija.Għex ukoll ħajtu fuq xogħolu ġo daruQatt ma kien jobsor fuq xena hekk qawwija.

Meta deher l-Anġlu b’tislima dawlija.Għalik il-grazzja Marija nisslilhaMarija tħawdet b’xena smewwijaTar u dieb l-Anġlu bl-aħbar li qalilha.

Dlonk baxxiet rasha, nisslet lill-Mulej.Ftakar Marija fina għal li ġej.

Joseph Portelli.30.01.2012.

Page 87: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

85

Bħal leħħa ta’ berqa li tfiġġ u tinħebafid-dalma tas-sħaba mifruxa qatigħġo sema mhux iktar sabiħ u kaħlanisakemm tmut minsija u s-swied jgħib mar-riħ.

Tfakkarni fil-ħidma għaqlija bla hedagħall-hena li l-paċi ġġib kullimkien,moħmija fis-sikta tal-lejla tal-midjamifruxa fid-dija tal-qlub ta’ kull żmien.

Hekk jiġri f’did-dinja li tgħolli r-rebħatal-ħażen li jsuqha mingħajr ma taf bih,minkejja li s-Sewwa hu wisq ikbar minnuu jżomm sħiħ lill-bniedem bit-tajjeb ’l hemm fih.

Xejn inqas ma ngħidu għall-ġid li jfawwarnabil-grazzja ta’ Alla li tinżel f’kull ħingħax aħna uliedu qatt minnu minsija,il-għaxqa ta’ mħabbtu bla waqfa fis-snin.

Kemm biss nagħmlu l-ħila u nżidu fit-talbau l-paċi dejjiema dlonk tinżel fil-qlub,għax l-għajn ewlenija li minnha ssawwarna,il-Paċi tissejjaħ, ’l bogħod minn kull dnub.

Can. Dr. Joseph Zammit – Arċipriet.

L-Għanja tal-paċi

Page 88: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

86

Kien mixħut hemm għal tulu fuq blata,Jitlob, jagħraq il-għaraq tad-demm.Tfaċċa Ġuda flimkien mas-suldati,B’bewsa falza ta tiegħu s-sehem.

Quddiem Anna, Qajfas u Pilatu,Tressaq bilġri mingħajr telf ta’ żmien,Hu ġie mixli bi ħwejjeġ qarrieqa,F’tentattiv jinstab ħati x’imkien.

Ma’ kolonna marbut ġie msawwat,Tliet darbiet għotor taħt is-Salib,Sa ma wasal fuq nett fil-quċċata,B’Ommu u Ġwanni jsegwuh hekk mill-qrib.

Kif il-libsa minn fuqu ġibdulu,Li mal-pjagi bid-demm kienet waħlet,O x’uġigħ, mort iġġarrab O Kristu,Kemm tbatija Marija hemm ġarrbet!

Dawk l-imsiemer li nifdu lil ġismek,Lanza nifdet fit-tnejn il-kustat,Xewk selvaġġ nifed ras l-Ecco Homo,Dil-ħruxija, qatt qabel ma ġrat.

Fuq Salib kien merfugħ Bin il-Bniedem,LejH iħarsu t-Twajba u l-oħrajn,Dawk tal-ewwel biex aktar jitqaddsu,Waqt telfien biss hemm lest għall-oħrajn.

U hemm rajna lil Ommna Marija,B’ binha mejjet u mpoġġi fi ħdanha,X’qalb maqsuma, x’uġigħ, x’imrar ġarrbet,Tara l-bidla minn waħda setgħana.

Wasal imma mbagħad Jum il-Glorja,Li Ġesù qam glorjuż mill-imwiet,Miegħu aħna għad nerġgħu nqumu,Fejn għal dejjem narawh fis-smewwiet.

Euchar Mizzi10/02/02.

Mill-‘Ġnien’ sal-Qawmien

Page 89: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

87

Kronaka tal-Parroċċa

miġbura minn

Josephine Xuereb

26 ta’ Novembru 2011Wara l-quddiesa bl-omelija mmexxija mill-Arċipriet Kan. Joe Zammit, inħarġet l-istatwa ta’ Marija Mmakulata min-niċċa.

28 ta’ Novembru – 6 ta’ Diċembru 2011Novena tal-Immakulata KunċizzjoniIl-motto magħżul għal din is-sena kien Marija u l-Ministeri fil-Knisja. Kull ġurnata kienet iddedikata għal settur partikulari. L-ewwel tlett ijiem tan-Novena kienu mmexxija minn Dun John Meilak filwaqt li t-tieni tlett ijiem kienu f’idejn Mons. Salv Grima. It-Tridu f’gieħ l-Immakulata Kunċizzjoni kien f’idejn l-Arċipriet Kan. Joe Zammit filwaqt li anima l-kant il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.

7 ta’ Diċembru 2011Lejlet il-FestaFilgħodu kmieni tmexxiet quddiesa b’suffraġju tar-Retturi u l-Benefatturi tas-Santwarju. Fl-aħħar tal-Quddiesa tkanta l-Innu ta’ Radd il-Ħajr, Te Deum f’għeluq in-Novena u t-Tridu. It-Translazzjoni u l-Konċelebrazzjoni Sollenni kienu mmexxija mill-W.R. Mons. Pawlu Vella, Uffiċjal Għoli fit-Tribunal tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, bis-sehem tal-kleru tal-parroċċa.

8 ta’ Diċembru 2011Jum is-Sollennità tal-Immakulata KunċizzjoniDin il-ġurnata ser tibqa’ mfakkra żgur għall-mijiet ta’ nies li ħonqu s-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni matul il-jum kollu, minn kmieni filgħodu sa tard filgħaxija. Il-Konċelebrazzjoni Pontifikali Sollenni tmexxiet mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex bis-sehem tal-Kleru tal-Parroċċa.

Aktar tard wara nofsinhar, sar is-57 Edizzjoni tal-Pellegrinaġġ Tradizzjonali tal-muturi, roti u karozzi

mill-pjazza tas-Santwarju Ta’ Pinu għas-Santwarju tal-Kunċizzjoni. Wara sar it-tberik tal-vetturi mill-W.R. Arċipriet Kan. Dr Joe Zammit filwaqt li tqassmu rikordji lis-sewwieqa.

Filgħaxija nġbarna lkoll flimkien biex nassistu għall-ħruġ tal-Purċissjoni Aux Flambeaux bl-Istatwa devota tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-Banda Ite ad Joseph daqqet l-Innu ‘Lill-Verġni bla Tebgħa tal-Qala’, mużika

Page 90: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

88

tas-Surmast Vincenzo Ciappara u versi tal-Poeta Għawdxi Ġorġ Pisani, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’ u wara akkompanjat b’marċi reliġjużi. Din is-sena l-purċissjoni tmexxiet minn Dun Krystof Buttigieg, flimkien mal-Kleru, l-Abbatini u l-Fratellanzi tal-Parroċċa tal-Qala u tal-Madonna tar-Rużarju tal-parroċċa taż-Żejtun. Mad-dħul tal-Istatwa tkantat l-‘Ave Maria’.

15 – 23 ta’ Diċembru 2011Novena Milied 2011It-tema għal din is-sena kienet ‘Il-Ġrajja u l-Persunaġġi ta’ Betlehem’. Kull filgħaxija qabel il-Barka Sagramentali tkanta l-innu sabiħ lill-Madonna ‘Alma Redemptoris Mater’. Id-disat ijiem tan-Novena kienu f’idejn predikaturi differenti.

18 ta’ Diċembru 2011Filgħaxija, fil-Knisja Arċipretali ttellgħet it-Tmintax-il Edizzjoni tal-Avveniment Ekumeniku ‘Gozo International Celebration’, edizzjoni tal-Milied bit-tema ‘Glory be to God’.

24 ta’ Diċembru 2011Lejlet il-MiliedFilgħaxija nġbarna lkoll flimkien għall-Purċissjoni tradizzjonali tal-Bambin organizzata mis-Soċjetà tal-Mużew tal-Qala bis-sehem tal-Banda ‘Ite ad Joseph’. Wara ttella’ programm fil-knisja bil-prietka tat-tifel.

Il-qofol intlaħaq bil-Quddiesa Sollenni tal-Lejl tal-Milied bil-kant tal-Glorja bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Il-komunità ppreżentat lil Ġesù Bambin lejn l-artal maġġur fejn tpoġġa fil-maxtura mhejjija.

Page 91: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

89

25 ta’ Diċembru 2011Sollennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesu’ KristuFilgħodu tmexxiet Konċelebrazzjoni Sollenni tal-Milied bis-sehem tal-grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Wara, tqassmu rigali lit-tfal fil-pjazza u lill-morda fid-djar tagħhom.

30 ta’ Diċembru 2011Festa tal-Familja MqaddsaFil-quddiesa ta’ filgħaxija, il-koppji preżenti kienu mistiedna jġeddu l-wegħdiet taż-żwieġ tagħhom. Aktar tard, fil-Knisja Arċipretali ttella’ Kunċert tal-Milied minn ’The Choral and Orchestral Society Maria Bambina’ tal-Mellieħa.

31 ta’ Diċembru 2011L-Aħħar tas-SenaFilgħaxija nġbarna bħala komunità għall-Konċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr lil Alla bil-kant tat-Te Deum. Anima l-kant il-Kor Parrokkjali San Ġużepp.

Aktar tard, saret ikla tal-Familja tal-aħħar tas-sena organizzata mill-‘Fund Raising Group’ fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali.

Fl-okkażjoni tal-festa sollenni tal-Milied Imqaddes, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, għoġbu jaħtar lil Dun Anton Sultana bħala Monsinjur onorarju tal-Katidral ta’ Għawdex, ’b’sens ta’ apprezzament u gratitudni għall-kontribut tiegħu fil-ministeru saċerdotali’ u fis-servizz fejjiedi li ta u għadu jagħti lid-Djoċesi ta’ Għawdex. Minn qalbna nifirħu lil Mons. Anton Sultana.

8 ta’ Jannar 2012L-Epifanija tal-Mulej, festa tat-tfal għall-MissjoniFilgħodu tmexxiet quddiesa bis-sehem tat-tfal u tal-familja fejn sar ukoll il-bews tal-Bambin. It-tfal kellhom l-opportunità li jinkitbu fl-Opra tat-Tfal għall-Missjoni. Animaw il-Liturġija l-adolexxenti.

21 – 29 ta’ Jannar 2012Missjoni tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’AllaIl-motto maħsub mix-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla għal din il-ġimgħa kien ‘Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara’. Matul din il-ġimgħa ħadna sehem b’mod attiv fl-adorazzjoni matul in-nofsinhar ta’ filgħodu. Saru wkoll bosta żjarat lill-morda u lill-familji tal-parroċċa mill-Patrijiet ta’ Ordnijiet Reliġjużi diversi. Bħala għeluq tal-Missjoni, il-W.R. Arċipriet Dun Joe Zammit mexxa l-Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara, huwa mexxa Purċissjoni bl-Ewkaristija, b’riparazzjoni għad-dagħa, b’radd il-ħajr ’l Alla għall-grazzji kbar li tana.

2 ta’ Frar 2012Il-Preżentazzjoni tal-Mulej Ġesù fit-TempjuFil-quddiesa ta’ filgħaxija tbierket ix-xemgħa li tfakkarna fil-Magħmudija tagħna. Ix-xemgħa ħamra hija sinjal ċkejken tal-imħabba kbira tagħna għal Alla.

18 – 19 ta’ Frar 2012Għal sena oħra konsekuttiva, ġie organizzat Seminar

Page 92: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

90

Parrokkjali għand il-Patrijiet Franġiskani tax-Xatt bit-tema tkun Il-Ministeri tal-Lettur u tal-Karità. Tlabna flimkien bit-talb tas-Salmi filwaqt li saru diversi taħditiet dwar it-tema. Dan is-seminar intemm b’quddiesa bis-sehem tal-koppji għarajjes.

22 ta’ Frar 2012Ras ir-RandanFilgħaxija, l-Arċipriet il-W.R. Kan. Dr Joe Zammit mexxa Konċelebrazzjoni bir-rit tat-tqegħid tal-irmied, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.

11 ta’ Marzu 2012Il-konċelebrazzjoni tmexxiet minn Patri Joe Xerri OFM Conv. Il-mixja penitenzjali bix-xbieha tal-Ecce Homo ma saritx minħabba li t-temp ma ppermettiex.

12 ta’ Marzu 2012Saret iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Qrara għat-tfal li din is-sena ser jirċievu l-Ewkaristija għall-ewwel darba.

18 ta’ Marzu 2012Lejlet is-Sollennità ta’ San ĠużeppIt-Translazzjoni Sollenni tar-Relikwija ta’ San Ġużepp tmexxiet mill-Arċipriet Kan. Dr Joe Zammit li fiha ħadet sehem il-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-parroċċa tagħna. Eżatt wara, il-W.R. Mons. Anton Sultana, Arċipriet Emeritu mexxa l-Konċelebrazzjoni Sollenni ta’ lejlet is-Sollennità ta’ San Ġużepp bl-investitura tiegħu ta’ Monsinjur. Saret ukoll il-vestizzjoni ta’ tmien abbatini ġodda mill-W.R. Dun Charles Buttigieg. Anima l-kant il-Kor Parrokkjali ’San Ġużepp’.

19 ta’ Marzu 2012Sollennità ta’ San Ġużepp, Patrun tal-Knisja UniversaliMatul il-ġurnata kien hemm servizz ta’ qrar filwaqt li waslu diversi pellegrinaġġi minn Parroċċi Għawdxin u Maltin. Filgħaxija, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex mexxa Konċelebrazzjoni Pontifikali. L-orkestra kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Frankie Debono.

Page 93: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

91

Ir-Ritratt ta’ din il-Ħarġa: (Nru. 4)

Fl-Iskola tal-Bniet 60 Sena Ilu

Ritratt meħud fil-bitħa tal-iskola primarja tal-bniet fil-Qala fl-1952 (60 sena ilu), meta dak iż-żmien din l-iskola kienet għadha mmexxija mis-Sorijiet Franġiskani fil-kunvent tagħhom fi Triq il-Kunċizzjoni, fi żmien Suor Yolanda u Suor Clelia.

Ir-ritratt juri l-grupp ta’ tfal “atturi” li kienu ħadu sehem fi “play” bl-Ingliż, li kienet ġiet ippreżentata fis-sala tal-istess skola u anke f’dik tal-“British Institute” li kien hemm fit-Tokk, ir-Rabat, fejn illum hemm il-Każin tal-Partit Laburista. Hemmhekk il-“play” saret fil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet tal-edukazzjoni f’Malta li ġew apposta u għadd kbir ta’ mistednin Għawdxin.

Jidhru fir-ritratt, mix-xellug għal-lemin: Bil-wieqfa: Ursola Portelli (Ta’ Ċula, toqgħod Malta, miżżewġa), Gerita Bartolo (Ta’ Ġunta, toqgħod Malta, armla ta’ Ġorġ Zammit), Ġanna Borg (toqgħod il-Qala, armla ta’ Pawlu Attard), Loreta Bartolo (toqgħod il-Qala, mart Pawlu Vella), Melita Borg (xebba, toqgħod il-Qala), Ġuża Thewma (toqgħod il-Qala, mart Koronatu Said).

Fuq l-irkoppa: Ġuża Spiteri (Ta’ Kunsill, armla u toqgħod New York) u Toni Sultana (illum Mons. Anton Sultana, Arċipriet Emeritus).

Nirringrazzjaw lil Loreta Vella li silfitna dan ir-ritratt u nistiednu lil min għandu ritratti antiki jislifhomlna biex inġibuhom fir-rivista tagħna.

L-Editur.

Page 94: Leħen il-Qala Għid 2012

Leħen il-Qala - Għid 2012

92

Page 95: Leħen il-Qala Għid 2012
Page 96: Leħen il-Qala Għid 2012