Kwalita’ ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji għall-familja – Futur fis-Sod

1

description

Suppliment it-Tnejn 28 ta' Jannar 2013

Transcript of Kwalita’ ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji għall-familja – Futur fis-Sod

Page 1: Kwalita’ ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji għall-familja – Futur fis-Sod

It-Tnejn, 28 ta’ Jannar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

Aktar minn 100 proġett ta’ tisbiħ u restawr

It-tfal u l-familji jgawdu minn sensiela ta’ proġetti ta’ rikreazzjoni

Muscat kien jgħajjar lil Eddie Fenech Adami dwar id-dħul ta’ Malta fl-UEii iii viFATTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScAT jAgħżEL ħAżIN

Matul dawn il-ħames snin li għaddew il-Gvern ħadem biex żied l-għadd ta’ postijiet rikreattivi fejn il-familja tista’ tmur tirrilassa u tiddeverti.

Dawn huma postijiet ta’ mistrieħ fejn il-familja tista’ tmur u tistrieħ. Fihom infushom dawn il-postijiet ta’ rikreazzjoni madwar Malta u Għawdex huma wkoll postijiet li sebbħu l-ambjent ta’ madwarna. Ambjent ferm aħjar u aktar b’saħħtu li jgħin

kwalità ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji ta’ rikreazzjoni għall-familja kollhaMatul din il-leġiżatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista imbarka fuq għadd ġmielu ta’ proġetti li kellhom l-iskop preċiż li joħolqu fl-ibliet u fl-irħula madwar Malta u Għawdex aktar spazji ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha

ukoll biex ikollna kwalità ta’ ħajja aħjar u aktar nadif li jgħin għal saħħa aħjar.

Il-lista ta’ dawn il-proġetti hi twila u xi drabi l-Gvern ħadem id f’id mal-Kunsilli Lokali biex setgħu saru dawn il-proġetti li ntlaqgħu tajjeb ħafna mill-familji Maltin u Għawdxin.

Fost il-proġetti li saru wieħed jista’ jsemmi l-Adventure Park f’Ta’ Qali, Pjazza Sant’Antnin f’Tas-

Sliema, Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk u Villa Rundle fir-Rabat f’Għawdex li ngħata d-dehra sabiħa li tixraqlu.

Naturalment dawn il-proġetti ma jsirux b’xejn. Anqas ma jsiru b’kumbinazzjoni. Dawn il-proġetti fl-ibliet u fl-irħula tagħna saru u jsiru grazzi għall-impenn tal-Gvern li jinvesti fi kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familja Maltija u Għawdxin. Il-familja Maltija u Għawdxija

hi verament fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern u għalhekk il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jaħdem u jistinka biex itejjeb il-kwalità ta’ ħajja ta’ kull familja.

L-inizjattivi għal aktar spazji miftuħa mxerrda mal-pajjiż huma fost il-ħidmiet varji li wettaq il-Gvern matul dawn il-ħames snin bl-iskop li bl-aktar mod tanġibbli jgħin fit-titjib tal-istil ta’ ħajja tal-Maltin. Lil hinn mill-impenn tal-Gvern li jkattar

l-opportunitajiet tax-xogħol biex iżid id-dħul tal-ħaddiema u l-familji; lil hinn mill-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fl-edukazzjoni u fit-taħriġ ta’ wliedna u lil hinn mill-investimenti kbar tal-Gvern fil-qasam tas-saħħa – ilkoll biex tkompli titjieb il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin – anki l-ħolqien ta’ spazji rikreattivi huma ħolqa oħra f’din il-katina ta’ investimenti li l-Gvern għamel b’risq il-familji.

Page 2: Kwalita’ ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji għall-familja – Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 28 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

100u aktar fi proġetti ta’ tisbiħ u restawr

20proġett ta’ restawr kbir fil-Belt Valletta

Fatti u Ċifri

12-ilzuntier ingħataw

id-dehra li tixirqilhom wara xogħlijiet li saru fihom

25funtana f’ġonna pubbliċi f’diversi

bliet u rħula

F’din il-leġiżatura sar volum kbir ta’ xogħlijiet

ta’ restawr u tisbiħ li komplew jagħtu lil pajjiżna d-dehra sabiħa li tixraqlu

125 proposta fil-Programm

Elettorali tal-PN għal qabża oħra ta’ kwalità

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalitàF’din l-elezzjoni, int se tkun qed tagħżel bejn politika b’direzzjoni ċara li ħolqot il-ġid u politika bla direzzjoni. Bejn politika ppruvata fil-maltemp li toħloq ix-xogħol u xogħol aħjar u politika li twiegħed kollox lil kulħadd, li toħnoq l-ekonomija u li ttellef l-impjiegi.

B’għażla tajba tgawdi int, igawdi kulħadd u pajjiżna jissaħħaħ. B’għażla ħażina tbati int, ibati kulħadd u pajjiżna jinkalja.

Hija għażla ċara.  Hija għażla kruċjali.  Hija l-għażla li trid tagħmel int.

Pajjiżna mexa ħafna ’l quddiem.Is-sena d-dieħla niċċelebraw il-ħamsin

anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta. Kemm imxejna ’l quddiem minn dakinhar! Minn kolonja sirna pajjiż indipendenti. Minn pajjiż b’demokrazija mhedda sirna pajjiż liberu u demokratiku. Minn pajjiż iżolat sirna sieħeb rispettat fl-Ewropa. Il-Partit Nazzjonalista huwa kburi li mexa mal-poplu Malti fuq quddiem f’din il-mixja.

Issa wasal iż-żmien li nagħtu l-pass għal qabża oħra ta’ kwalità.

Dan hu l-programm tagħna għal Malta aktar b’saħħitha, pajjiż ta’ aktar opportunitajiet għal kulħadd, nazzjon kburi bl-istorja tiegħu, li kapaċi jagħmel il-pass li jmiss biex flimkien insawru pajjiżna fis-sod għat-tfal tagħna u t-tfal tat-tfal tagħna.

Il-programm tagħna għal din il-qabża ta’ kwalità ’l quddiem huwa speċjali għaliex huwa ispirat mill-ideat, ix-xewqat u l-aspirazzjonijiet tiegħek. Ħejjejnieh wara konsultazzjoni wiesgħa miegħek.

Bgħattulna mijiet ta’ ideat u ta’ dan nirringrazzjawkom. Aħna studjajniehom. U għaqqadna numru minnhom mal-ideat tagħna biex ħriġna bi programm li bih pajjiżna jista’ jagħmel qabża oħra ta’ kwalità.

Hemm żewġ raġunijiet għaliex għażilna li nersqu għall-elezzjoni bi programm b’dan l-istil:nn L-ewwel, għaliex mal-Partit Nazzjonalista

int diġà taf fejn qiegħed u taf fejn sejjer. M’għandekx bżonn tistenna l-programm elettorali tagħna biex issir taf min aħna u

x’noffrulek. Magħna diġà taf li tista’ tistenna opportunitajiet ta’ xogħol u l-ogħla livelli fis-saħħa u fl-edukazzjoni. B’hekk, f’dan il-programm, stajna nimirħu fi proposti ġodda, innovattivi u eċċitanti u mhux fuq dak li diġà taf.

nn It-tieni għaliex ridna nirriflettu aħjar l-aspirazzjonijiet tiegħek. B’hekk tajna spazju sħiħ għall-ideat li INT tħoss li l-Gvern TIEGĦEK għandu jwettaq. Grazzi għall-kuntatt li kellna mal-għaqdiet tas-soċjetà ċivili u mal-imsieħba soċjali u grazzi għal inizjattivi oħra li laqqgħuna ma’ numru kbir ta’ persuni, irċevejna għadd kbir ta’ proposti u minnhom għażilna dawk li huma l-aktar sostenibbli u li fl-istess ħin jirriflettu l-prinċipji u l-politika tal-PN.

B’hekk, dan il-programm huwa tassew il-programm tiegħek għax inti stess tajt sehem fit-tfassil tiegħu. Tajniek iċ-ċavetta f’idejk u inti ftaħt il-bieb għal dawn il-proposti favur Futur fis-Sod. Il-Partit Nazzjonalista jagħraf li m’għandux il-monopolju tal-verità. Minkejja li smajna l-proposti tiegħek u minkejja li stinkajna biex nipproponulkom l-aħjar proposti, aħna ċerti li maż-żmien se jiżviluppaw proposti oħra li huma tajbin u li jistgħu jiġu minn individwi, mill-imsieħba soċjali, mis-soċjetà ċivili, minn partiti politiċi oħra. Dan huwa s-sabiħ ta’ pajjiż mibni fuq id-diversità. Il-Partit Nazzjonalista huwa kommess li jikkonsidra u jagħmel tiegħu wkoll dawn il-proposti sakemm ikunu proposti konformi mal-prinċipji tiegħu u proposti fl-interess veru ta’ pajjiżna.

Jekk tivvota għall-Partit Nazzjonalista, INT tkun qiegħed tiżgura li l-ideat TIEGĦEK jitwettqu.

Tkun INT li qed tiżgura qabża ta’ kwalità għal futur fis-sod.

Lawrence Gonzi Kap tal-Partit Nazzjonalista

Page 3: Kwalita’ ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji għall-familja – Futur fis-Sod

It-Tnejn, 28 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemF’din il-leġiżlatura l-Gvern imbarka fuq numru ta’ proġetti li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Fost l-oħrajn saru b’suċċess numru ta’ proġetti ta’ tisbiħ ta’ spazji ta’ rikreazzjoni fejn il-familja kollha tista’ tmur tistrieħ u tirrilassa

Diversi benefiċċjiKull investiment hu importanti għal Malta u kull investiment u proġett għandu diversi benefiċċji fuq aspetti soċjali fosthom is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent u t-turiżmu. Proġetti nazzjonali li nsibhom ta’ utilità kbira huma l-ispazji miftuħa bħal Pjazza San Ġorġ.

Postijiet hekk jgħinu biex il-lokalità tieħu imbuttatura ’l quddiem favur ir-residenti tagħha. Dan għaliex il-Kunsilli Lokali u għaqdiet oħra jużaw dan l-ispazju biex ixerrdu l-kultura u informazzjoni oħra.

B’hekk, dan iservi ta’ entertainment għar-residenti u għall-pubbliku u ġeneralment dawn ikunu qrib il-pjazza u b’hekk jagħtu ħajja lill-pjazza u l-ħwienet tal-madwar.

Postijiet hekk iservu ta’ vantaġġ ieħor għaliex flok jintużaw bħala parkeġġi jew jinħlew, dawn il-postijiet ikunu konvertiti fi spazji miftuħa tant li jservu ta’ pulmun ta’ arja friska għal-lokalità.

Sigurtà kbiraPersonalment, bil-ġonna pubbliċi sibt wens kbir matul il-ġurnata, speċjalment meta jien u sħabi niftiehmu li niltaqgħu kollha flimkien fil-ġnien li hawn il-Furjana, ġnien tassew mgħammar tajjeb u sigur għal kulħadd. Mill-banda l-oħra, hemm numru ta’ bankijiet fejn wieħed jista’ jieqaf jistrieħ u jgħid kelma ma’ xi ħadd jew jaqra ktieb fil-kwiet.

Tinduna li minn mindu dan il-ġnien ġie rranġat, aktar familji qegħdin jiġu jqattgħu ftit ħin għall-kwiet ma’ wliedhom u ma’ sħabhom filwaqt li t-tfal jilagħbu xi logħba flimkien, mingħajr ebda periklu mill-karozzi.

Naħseb li l-istess esperjenza jesperjenzawha numru kbir ta’ nies oħrajn madwar Malta u Għawdex, kull fejn dawn il-proġetti saru b’dedikazzjoni kbira.

Żgur li ntlaqgħu tajjeb għax tisma’ ta’ spiss li saru diversi ġonna f’lokalitajiet differenti u xebgħa għalihom ma tinstab imkien.

Uniku f’MaltaM’hemmx dubju li għalija l-isbaħ proġett hu dak tal-iskates park tal-Imsida, park modern għalina t-tfal fejn nistgħu nilagħbu ma’ sħabna mingħajr ebda periklu mill-karozzi għax fih hemm sigurtà kbira minn kull naħa. Dan il-post insibu ferm interessanti għaliex hu wieħed mill-ftit postijiet, jew l-uniku post f’Malta, fejn jien, li jien dilettant tal-iskates, nista’ mmur nipprattika b’faċilità kbira.

Fih ukoll, filwaqt li nitħarreġ, inkun qiegħed nistrieħ ftit minn ġurnata skola u bi ftit movimenti, u minn mindu sirt niġi hawn, wara nsibha ferm faċli li nkompli nistudja jew nagħmel ix-xogħol mogħti mill-għalliema.

Permezz tal-iskates park għamilt ħbieb ġodda li għandhom il-passatemp tiegħi u filwaqt li qabel kien ferm rari biex tiltaqa’ magħhom għax ma kienx hawn post adattat, issa kulħadd qiegħed jiġi hawn u ngħinu lil xulxin fit-tricks li nagħmlu u fil-ħiliet tagħna.

Kwalità ta’ ħajja aħjarL-investiment li sar mill-Gvern fl-infrastruttura fih diversità kbira, tant li wieħed jista’ jara li l-proġetti jvarjaw minn tisbiħ ta’ zoni żgħar sa bini ta’ ġonna, iżda fuq kollox, u din saret l-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta, hemm il-bini tal-miżbla artifiċjali u li l-miżbla l-antika qiegħda tkun mibdula f’park nazzjonali li se jingħata lill-familji Maltin.

Għall-Gvern kienet tkun faċli li flok jirriabilita l-miżbla, iħalliha kif inhi, tinten u taqbad filwaqt li tkun ta’ ħsara u kruha għat-turisti li jiġu f’pajjiżna.

Diġà hemm progress kbir hekk kif l-intejjen u d-dħaħen m’għadhomx problema għar-residenti. Issa wieħed irid biss jimmaġina li din il-miżbla se tinbidel f’muntanja, mhux ta’ żibel, iżda ta’ fjuri u siġar, u min jaf kemm turisti se jżuru dan il-park u x’attivitajiet se jkun hemm għat-tfal u l-ġenituri.

ALFRED SPITERISAN PAwL IL-BAĦAR

CARMENA ZARB IL-FURJANA

EICO GAUCIL-IMġARR

JANE BALZANTAL-PIETà

TERRy ZAMMITIL-FURJANA

Ambjent għal kullħaddL-ambjent hu wieħed mill-oqsma l-aktar importanti tagħna l-Maltin, mhux biss għax hu limitat u allura rridu nibżgħu għalih ferm iktar minn ħaddieħor, iżda għax jekk nittraskurawh, jeffettwana direttament speċjalment meta niġu għall-ibħra tagħna.

Il-Gvern investa bil-kbir fl-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ u l-fatt li l-ilma baħar ma jkunx imniġġes hu ta’ vantaġġ kbir għalina, speċjalment minħabba li aħna nużaw dan is-sors kemm biex ngħumu, biex nieħdu l-ikel minnu bħall-ħut u l-qarnit, iżda fuq kollox, għaliex neħduh biex insaffuh għall-ilma tax-xorb.

L-ilma tat-tisfija jista’ jintrema fil-baħar iżda jista’ wkoll jintuża għax-xorb. Dan iwassal biex il-pressjoni fuq l-użu tal-ilma tal-pjan għall-agrikultura tonqos bil-kbir.

Is-suċċes f’dan il-qasam diġà qiegħed joffri l-vantaġġi tiegħu, speċjalment mit-testijiet li qegħdin isiru fuq l-ilma baħar, u dan irriżulta f’ilma baħar tal-ogħla kwalità.

Page 4: Kwalita’ ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji għall-familja – Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 28 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

ħames snin ta’ proġetti biex aktar spazji pubbliċi jitgawdew mit-tfal u l-familji

F’din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem biex il-pajsaġġ Malti jkun imħares biex jitgawda mill-familji u mit-tfal. Il-kampanja f’pajjiżna hi limitata u għalhekk il-Gvern ħares il-pajsaġġ

Malti biex ikollna kwalità ta’ ħajja aħjar

Proġetti ta’ tisbiħ u ta’ żvilupp ta’ postijiet ta’ rikreazzjoni għat-tfal u l-familji saru b’investiment għaqli mill-Gvern. Bosta

minn dawn l-ispazji ta’ rikreazzjoni u ġonna, qabel, jew kienu siti abbandunati jew

inkella kienu jservu għal skop ta’ parkeġġ

Page 5: Kwalita’ ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji għall-familja – Futur fis-Sod

It-Tnejn, 28 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Proġetti ta’ tisbiħ u ta’ żvilupp ta’ postijiet ta’ rikreazzjoni għat-tfal u l-familji saru b’investiment għaqli mill-Gvern. Bosta

minn dawn l-ispazji ta’ rikreazzjoni u ġonna, qabel, jew kienu siti abbandunati jew

inkella kienu jservu għal skop ta’ parkeġġ

Il-Gvern Nazzjonalista ħa ħsieb ukoll il-benesseri tal-annimali li jgħixu magħna

f’din id-dinja b’diversi proġetti fosthom santwarju tal-annimali u servizz ta’ ambulanza f’emerġenzi li jkunu rappurtati dwar annimali

Page 6: Kwalita’ ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji għall-familja – Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 28 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“What do I think about the European Union? In all honesty I must say that I firmly believe membership would be disastrous” - The Malta Independent, 11 ta’ Novembru 1997

Issa, Muscat qed ifaħħar lil Eddie Fenech Adami u jgħid li fis-sħubija fl-Unjoni Ewropea Eddie Fenech Adami laħaq il-milja tiegħu

“L-akbar salib, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami jrid jagħtih lilna lkoll bħala poplu... jekk jibqa’ għaddej bil-fissazzjoni tiegħu li jdaħħal lil pajjiżna fl-UE... se jkun qed jgħabbi lill-poplu tagħna bis-Salib tal-Millennju” - KullĦadd, 19 ta’ Settembru 1999

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

L-IXKUBETTA FIHA L-GRILLU U MUSCAT JAGĦMEL LI JAQBILLU (dehret għall-ewwel darba: il-mument 25.09.11.)

Fid-19 ta’ Settembru 1999, Muscat qal li l-Prim Ministru Eddie Fenech

ried jitfa’ “l-akbar salib” fuq il-poplu bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea

Page 7: Kwalita’ ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji għall-familja – Futur fis-Sod

It-Tnejn, 28 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

Il-ġimgħa l-oħra ħareġ rapport tal-ILO, l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, dwar dawn l-aħħar ħames snin ta’ kriżi dinjija u kif din naqqset l-impjiegi u żiedet il-qgħad fid-dinja.

Kriżi dinjija li tellfet ix-xogħol lil għexieren ta’ miljuni L-ILO fir-rapport tagħha tgħid li l-impjiegi madwar id-dinja f’dawn l-aħħar ħames snin naqsu u dan wassal biex dawk li spiċċaw qiegħda jew qatgħu qalbhom ifittxu xogħol huma 70 miljun ruħ madwar id-dinja. L-ILO tgħid li l-aktar li kiddet il-kriżi dinjija fix-xogħol hu lin-nisa u liż-żgħażagħ.

Ir-rapport jgħid li l-qgħad żdied fid-dinja anke fl-2012 u mistenni jkompli jiżdied dis-sena. U hemm problema dinjija li, fejn qed jinħoloq xi xogħol, dan jeħtieġ ħiliet speċjalizzati li l-ħaddiema madwar id-dinja m’għandhomx.

Livell aħjar tal-għajxien u aktar flus fil-but b’impjiegi iżjed, pagi aqwa u taxxi anqas

Kuntrast qawwi ma’ dak li ġara f’MaltaDan li l-ILO tiddeskrivi li kien qed jiġri fid-dinja hu f’kuntrast qawwi ma’ dak li ġara f’Malta fl-aħħar ħames snin.

F’Malta nħolqu 20,000 impjieg ġdid. Illum f’Malta għandna ferm aktar nisa jaħdmu milli kellna ħames snin ilu. Il-qgħad hu baxx. Ħafna aktar żgħażagħ qed jaħdmu, jistudjaw u jitħarrġu għall-impjiegi speċjalizzati li l-Gvern qed jiġbed f’investiment ta’ industriji ġodda lejn Malta.

Il-valur soċjali u ekonomiku tax-xogħolIx-xogħol hu valur fih innifsu. Bix-xogħol bniedem jagħti kontribut lis-soċjetà u jieħu sehmu mill-ġid li toħloq. Bix-xogħol, bniedem jevita ħafna problemi personali għalih u soċjali għall-bqija. Ix-xogħol hu element importanti soċjali, apparti element naturalment ekonomiku.

Fl-ekonomija, ix-xogħol hu l-kejl prinċipali ta’ kif ikun sejjer il-pajjiż. U l-fatt li f’Malta f’dawn l-aħħar ħames snin kien qed jinħoloq ix-xogħol, meta madwar id-dinja x-xogħol kien qed jintilef bil-miljuni, hu fatt importanti u kisba kbira tal-Gvern Nazzjonalista.

Ir-rabta bejn ix-xogħol u l-pagiGħax hawn ix-xogħol, il-pagi qed jiżdiedu wkoll. Meta jkun hawn ix-xogħol, il-ħaddiem ikun jista’ javvanza fil-post fejn jaħdem, jinnegozja kundizzjonijiet u pagi aħjar u, jekk ikun irid jibdel ix-xogħol għal wieħed aħjar, ikun jista’ wkoll javvanza xi mkien ieħor.

Żieda ta’ 2,600 ewro fil-paga medja fuq ħames sninFil-fatt, ċifri uffiċjali tal-Labour Force Survey juru li l-paga medja fis-sena f’Malta tul dawn l-aħħar ħames snin żdiedet b’2,600 ewro. U dan

hu grazzi wkoll għall-fatt li l-Gvern Nazzjonalista ġibed lejn Malta industriji speċjalizzati li jħallsu pagi tajbin waqt li investa dejjem aktar fl-edukazzjoni u t-taħriġ ħalli ż-żgħażagħ u l-ħaddiema Maltin ikunu jistgħu jaħdmu f’dawn il-postijiet tax-xogħol speċjalizzati.

Tnaqqis fit-taxxa biex il-ħaddiem Malti hu l-anqas intaxxat fl-EwropaMinn din iż-żieda fil-pagi, il-ħaddiem qed jibqagħlu aktar għax il-Gvern naqqas l-income tax għal kulħadd u sostanzjalment għall-ġenituri. U dan wassal biex il-ħaddiem Malti hu l-aktar ħaddiem fl-Ewropa li jibqagħlu flus fil-but wara t-taxxa. Dan għaliex ir-rati tal-income tax u tal-bolla f’Malta huma l-anqas fl-Ewropa.

Ir-rapport tal-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-

Unjoni Ewropea, ‘Taxation Trends in the European Union 2012’ jgħid hekk: “tax on labour in Malta is, at 21.7%, 11.7 percentage points below the EU average (33.4%), the lowest in the EU by a wide margin”.

F’Malta taxxi baxxi anke fuq elementi oħrajnApparti li l-ħaddiem Malti hu l-anqas intaxxat fl-UE fuq il-paga li jaqla’, f’Malta m’hawn l-ebda taxxa ta’ kull sena fuq il-propjetà; Malta ma tintaxxax id-dividends tal-kumpaniji darbtejn; ir-rata tal-VAT f’Malta hi t-tielet l-anqas fl-Ewropa; u m’hawn l-ebda VAT fuq prodotti essenzjali bħall-ikel.

Hu dan kollu li qed itejjeb il-livell tal-għajxien u jħalli aktar flus fi bwiet in-nies: impjiegi aktar, pagi aqwa u taxxi anqas – kollha frott is-suċċess tal-Gvern Nazzjonalista fl-aqwa ħaġa: ix-xogħol.

LENTI FUQ...

Waqt li l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol turi kif f’dawn l-aħħar ħames snin madwar id-dinja l-qgħad żdied b’miljuni kbar, f’Malta l-impjiegi żdiedu bil-qawwi, qed jaħdmu ħafna aktar nisa,

ħafna aktar żgħażagħ u ħaddiema qed jieħdu taħriġ, il-paga medja fis-sena żdiedet b’2,600 ewro u l-Gvern neħħa jew naqqas

25 taxxa biex il-ħaddiem jibqagħlu aktar flus fil-but

Page 8: Kwalita’ ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji għall-familja – Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 28 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu kburi b’pajjiżna u bis-sbuħija tiegħu u hu għalhekk li jagħmel ħiltu kollha biex isiru aktar proġetti ta’ tisbiħ u ta’ ħolqien ta’ spazji rikreattivi biex jitgawdew mill-Maltin u l-Għawdxin kollha. B’hekk inkunu qed intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi