KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji...

15
KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

Transcript of KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji...

Page 1: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

KULLEĠĠ SAN NIKOLA

SKOLA PRIMARJA DINGLI

Linji Gwida

Għall-Ġenituri/Kustodji

2017 – 2018

Page 2: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

1 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

Werrej Paġna

1. IL-Missjoni u l-Viżjoni Tagħna 3

2. Punti Ewlenin 3

3. Ħin tad-dħul u ħruġ mill-iskola 5

4. L-Uniformi 6

5. Policy għal Stil ta' Ħajja Sana 8

6. Niċċelebraw Għeluq is-Snin 10

7. Informazzjoni personali 10

8. Ċirkularijiet 10

9. Ħarġiet Edukattivi 11

10. Xiri bla bżonn 11

11. Il-Kotba 11

12. Informazzjoni Ġenerali 12

13. Policy dwar Assenteiżmu 13

14. Basktijiet 14

15. Konklużjoni 14

Page 3: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

2 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

Għeżież ġenituri/kustodji,

Nilqgħukom għas-sena skolastika 2017-2018!

Nixtiequ nibdew billi nirringrazzjawkom tas-sena skolastika li għaddiet għax

bil-kollaborazzjoni ta’ kulħadd ħdimna sew flimkien. Ċerti li f’din is-sena

skolastika li ġejja se nerġgħu naħdmu lkoll flimkien għall-ġid tat-tfal li għandna

fdati f’idejna.

Dan il-ktejjeb huwa mimli informazzjoni importanti li kulħadd għandu jkun jaf

biex l-iskola, il-ġenituri/kustodji u l-istudenti jiġbdu ħabel wieħed matul din

is-sena. Nissuġġerixxi li taqraw Sezzjoni 13: Policy dwar l-Assenteiżmu biex

tivverifikaw x’għandkom tagħmlu meta wliedkom ikunu ma jifilħux.

Ta’min wieħed jaqra Sezzjoni 5: Policy għal Stil ta Ħajja Sana fejn hemm

indikat x’ikel jistgħu jġibu l-iskola. Huwa importanti li kulħadd jimxi ma’ dawn

il-linji gwida.

Importanti li t-tfal kollha jaqraw u jagħmlu reviżjoni kuljum barra li jagħmlu

x-xogħol tad-dar mogħti mill-għalliema. Fil-ħajja teknoloġika tal-lum malajr

naqgħu fit-tentazzjoni li nħallu lit-tfal tagħna jqattgħu ħafna ħin fuq il-kompjuter

jew jaraw it-televiżjoni. Huwa tajjeb li jieħdu brejk speċjalment wara ġurnata

skola imma huwa importanti li dan il-ħin ma jkunx ħin twil iżżejjed u jkun

ddedikat lit-teknoloġija biss għax dan iwassal għal ħin twil bilqiegħda. Tajjeb li

barra li jirrevedu, uliedkom jipprattikaw xi sport jew iqattgħu ħin jagħmlu xi

passatemp li jħobbu. Dan jgħodd ukoll għal waqt il-vaganzi tas-sajf.

Bħal dejjem, f’każ ta’ xi problema, tistgħu ċċemplu u tagħmlu appuntament biex

nitkellmu flimkien. Tistgħu tikkuntattjawna fuq: 21454496 – 21456247 jew fuq

l-indirizz elettroniku: [email protected]

Jien, flimkien mal-assistenta kap tal-iskola u l-istaff kollu, lesti biex flimkien

magħkom nerġgħu naħdmu qatigħ ħalli nkomplu mmexxu l-iskola ‘l quddiem

minn kull aspett speċjalment biex immexxu t-tfal ‘il quddiem akkademikament,

kif ukoll ħolistikament.

Infakkarkom ukoll biex iżżuru l-websajt il-ġdida tal-iskola li se tkun mimlija

attivitajiet li jkunu qed isiru matul is-sena:

https://dingliprimaryschool.wordpress.com/

Tistgħu tidħlu wkoll fuq Dingli Pr Carers Room fl-ilearn tat-tfal tagħkom billi

tidħlu fuq l-ilearn account tat-tfal tagħkom. Hemmhekk ssibu informazzjoni

neċessarja oħra fosthom il-kalendarju tal-iskola(fis-sezzjoni School Calendar)

kif ukoll xi ċirkularijiet (fis-sezzjoni School Notices) li jintbagħtu minn żmien

Page 4: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

3 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

għal żmien u li qabel kienu jintbagħtu mat-tfal. Għalhekk nagħmel premura biex

tiċċekkjaw ta’ spiss l-ilearn ta’ uliedkom.

Nirringrazzjawkom bil-quddiem,

Tislijiet,

Is-Sa. E. Galea - Kap tal-Iskola

Is-Sa. Anne Marie Camilleri - Assistenta Kap tal-Iskola

1. IL-Missjoni u l-Viżjoni Tagħna

Il-Viżjoni tagħna.

Il-Missjoni tagħna.

2. Punti Ewlenin

L-ordni, id-dixxiplina u lingwaġġ adattat huma meħtieġa f’organizzazzjoni bħalma

hi l-iskola. Manjieri tajba huma mistennija minn kull min jagħmel parti

mill-komunita’ edukattiva. Il-bilanċ bejn id-drittijiet u d-dmirijiet ta’ kulħadd

għandu jwassal biex l-iskola timxi ‘l quddiem u bla skossi. Dan il-ktejjeb għandu

We are a school whose main priority is to strive at providing quality learning with care for every student in a stimulating environment.

The caring school community at St Nicholas College, Dingli Primary believes in the development of learners to their full potential through enjoyable learning, the acquistion of positive values and the promotion of holistic education.

Page 5: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

4 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

jgħin biex nifhmu x’inhu mistenni ħalli nkunu nistgħu ngawdu s-suċċess tal-iskola

flimkien.

Dawn huma xi regoli li għandhom jiġu mħarsa biex titmexxa l-iskola bl-inqas xkiel

possibbli u ħalli t-tfal jingħataw il-massimu possibbli:

Attendenza regolari, fil-ħin u b’entużjażmu għat-tagħlim.

Regoli maqbula f’kull klassi, spjegati ċari u f’każ ta’ ksur, il-konsegwenzi.

Regoli tal-iskola barra mill-klassi għaż-żamma tas-saħħa u s-sigurta’ speċjalment waqt il-logħob fil-bitħa, fit-tojlits u meta jkunu barra mill-iskola għal xi ħarġa edukattiva.

L-attendenza titniżżel l-ewwel ħaġa filgħodu u tintbagħat lid-direttorat b’sistema elettronika. Min jiġi tard jaf ikun diġaˋ tniżżel assenti.

Meta taraw sintomi ta’ influwenza jew mard ieħor żommu lit-tfal id-dar u avżaw lill-iskola b’nota meta jiġu lura u b’ċertifikat mediku jekk idumu iktar minn tlett ijiem. Jekk ikunu morda titolbux homework. L-għalliema jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex it-tfal jirkupraw ix-xogħol li jkunu tilfu wara li jkunu rritornaw.

Meta t-tfal jkollhom mard li jittieħed bħal ġidri, ħożba... l-ġenituri jridu jibagħtu ċertifikat mediku li jiddikjara li t-tfal jistgħu jerġgħu jmorru l-iskola. Jekk minħabba f’hekk, l-istudent jibqa’ marid għal aktar minn ħamest (5) ijiem konsekuttivi, iċ-ċertifikat mediku jrid jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard mill-5 ġurnata tal-assenza tiegħu.

F’każ li t-tfal ikunu l-iskola u ninnutaw xi ponot, l-iskola tinforma mill-ewwel lill-ġenituri li jridu jiġu u jieħdu lit-tfal. Imbagħad il-ġenituri huma mitluba jġibu ċertifikat mediku li jikkonferma li t-tfal m’għandhomx xi ħaġa li tittieħed. B’dan iċ-ċertifikat mediku biss it-tfal jitħallew jerġgħu jidħlu l-iskola. L-istess japplika f’każ li t-tfal jintbagħtu mill-iskola ma jifilħux.

Ix-xagħar għandu jinħasel spiss biex jinżamm nadif u għandu jkun miġbur, speċjalment f’ każ ta’ xagħar twil.

Meta l-iskola tissuspetta li hemm xi studenti li jista’ jkun li għandhom il-qamel, l-iskola tavża mill-ewwel lill-Klinika ta’ TopBrands Medica Malta. Dawn imbagħad jiġu l-iskola u jiċċekkjaw. Jekk dan ikun minnu, jiġu infurmati l-ġenituri/kustodji u dawn iridu jiġu jiġbru lil uliedhom kemm jista’ jkun malajr. Il-ġenituri/kustodji għandhom jikkuntattjaw mill-ewwel lill-Klinika tat- TopBrands Medica. Imbagħad l-istudenti jirritornaw l-iskola biss meta TopBrands toħroġ iċ-ċertifikat li jindika li ras it-tfal nadifa. Imbagħad il-ġenituri/kustodji għandhom jippreżentaw dan iċ-ċertifikat lill-amministrazzjoni.

Page 6: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

5 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

It-tfal m’għandhomx għalfejn iġibu ġugarelli magħhom l-iskola. Ġugarelli bħal pupi, soft toys, fidget spinners, kupuni li jpartu jew xi ġugarelli oħra li jkunu moda minn żmien għal żmien għandhom jitħallew id-dar.

Huwa importanti li kull ħaġa li jġibu magħhom it-tfal l-iskola jkollha l-isem u l-kunjom fuqha. Dan għandu jsir speċjalment fuq l-uniformi, il-basktijiet, il-lunch boxes, u l-pokits. Nissuġerixxu li dan isir ukoll ma' kull ħaġa fil-pokits, bħal biros u lapsijiet eċċ, ħalli jkun aktar faċli għall-għalliema u studenti nnifishom li jsibu ta' min ikun l-oġġett f'każ li jintilef.

3. Ħin tad-dħul u ħruġ mill-iskola

It-tfal kollha minn Settembru sa Mejju għandhom jidħlu fit-8.30 am. F’Ġunju

jidħlu fit-8:15am.

Fil-ħinijiet tax-xitwa it-tfal tal-Kindergarten joħorġu minn Triq il-Buskett

fis-2.15pm u tal-Primarja minn Triq il-Buskett fis-2.30pm. Fil-ħinijiet tas-sajf

(mill-1 ta’ Ġunju) it-tfal tal-Kindergarten jibdew joħorġu minn Triq il-Buskett

f’11.55am u tal-Primarja minn Triq Buskett f’ 12.00pm. Serrħu raskom li

l-għalliema u/jew l-amministrazzjoni se jibqgħu mat-tfal sakemm

il-ġenituri/kustodji jiġu għalihom.

It-tfal kollha għandhom jidħlu u joħorġu minn Triq il-Buskett.

It-tfal li għandhom servizz ta’ LSA full time one-to-one, għandhom jgħaddu

MINN ID il-ġenituri/kuraturi GĦAL ID l-LSA filgħodu (8:30am) u x’ħin tispiċċa

l-iskola.

Għalhekk huwa importanti li kemm fid-dħul u kemm fil-ħruġ tat-tfal, il-ġenituri

jibqgħu jistennew lit-tfal tagħhom barra għax f’dawk il-ħinijiet mhux permess li

l-ġenituri jidħlu l-iskola.

Huwa importanti li t-tfal jitilfu mill-inqas mil-lezzjonijiet ħalli ma jitilfux

mit-tagħlim għalhekk tistgħu tiġbru t-tfal kmieni f’każ BISS ta’ emerġenza.

F' każ li jkun hemm bżonn tagħmlu dan, ibagħtu nota lill-għalliema u meta tiġu

għalihom għandkom tiffirmaw fl-uffiċċju tas-segretarja li ħriġtuhom kmieni.

Page 7: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

6 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

IMPORTANTI LI F’ KAŻ TA’ APPUNTAMENT L-ISPTAR JEW X’IMKIEN IEĦOR

TRIDU TURU L-KARTA TAL-APPUNTAMENT BIEX IT-TFAL JITĦALLEW JITILQU

QABEL.

Min ikun jixtieq ikellem lill-għalliema fit-tul għandu jċempel għal appuntament.

It-tfal li jiġu l-iskola u jmorru lura d-dar bil-vann joħorġu mill-grada ta’ maġenb

il-bieb li jidħlu t-tfal minnu, jiġifieri l-grada li tinsab fi Triq il-Buskett.

Huwa importanti li kemm fid-dħul u kemm fil-ħruġ tat-tfal il-ġenituri jibqgħu

jistennew lit-tfal tagħhom barra għax f’dawk il-ħinijiet mhux permess li

l-ġenituri jidħlu l-iskola.

4. L-Uniformi

L-uniformi tal-Kindergarten kif ukoll tal-Primarja tista’ tinxtara mingħand il-Yorkie, Qasam Industrijali, San Ġwann. Telefown: 2144 2460. L-uniformi tista' wkoll tinxtara mingħand ħwienet oħra li jbiegħu l-istess uniformi.

It-tfal għandhom jilbsu l-uniformi tas-sajf f’Settembru, Ottubru, Mejju u Ġunju. Min-Novembru sa April jilbsu l-uniformi tax-xitwa (jew meta mitluba mill-amministrazzjoni).

It-tfal kollha: f’xagħarhom hairbands, scrunchies, ċfuf jew molol għandhom ikunu blu skur/oranġjo jew suwed.

Affarijiet li mhumiex parti mill-uniformi u li m’għandhomx jiġu l-iskola bihom:

Kull forma ta’ aċċessorji, ġawhar jew deheb, eż: ċpiepet, ġiżirajjen u ċrieket;

Imsielet fil-wiċċ u ebda tip ta’ body piercing; Make-up u nail polish; Stil u kulur tax-xagħar li mhumiex adattati; ix-xagħar għandu jkun dejjem

nadif u pulit. Brieret fil-kurituri jew klassijiet tal-iskola

Jekk jintlibsu l-imsielet għandhom ikunu buttun. L-ebda tip ta’ misluta oħra mhi aċċettata bħal ħolqa jew xi ħaġa mdendla li tista’ tinġibed max-xagħar f’xi inċident. L-iskola mhix responsabbli f’każ ta’ inċident

Page 8: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

7 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

b’imsielet ta’ dawn it-tip. Barra minn hekk l-iskola ma tiħux responsabbilta’ għall-ġojjellerija li tintilef l-iskola.

Il-beritta li tista’ tintlibes hija dik tal-uniformi jew beritta ta’ kulur abjad biss.

F’każ li jkun il-bard u/jew ix-xita tista’ tintlibes il- ġakketta tal-uniformi bl-ilqugħ mix-xita għal rashom u boots iswed jew navy blu. Jekk il-ġakketta ma tkunx tal-uniformi jiġu aċċettati biss dawk ta’ kulur blu skur jew iswed.

Rigward xalel u brieret jiġu aċċettati dawk ta’ kulur blu skur jew iswed biss.

L-umbrelel huma perikolużi f’idejn it-tfal u mhumiex permessi ġo l-iskola. Punti importanti dwar l-uniformi

Kindergarten: L-uniformi tat-tfal tal-Kindergarten hi magħmula minn tracksuit

ta' kulur oranġjo u navy blue għal matul ix-xitwa u top oranġjo bl-għonq blu u

xorts navy blue bil-piping oranġjo għal matul is-sajf. Kemm fis-sajf kif ukoll fix-

xitwa l-isports shoes irid ikun abjad, jinqafel bil-velcro u jintlibes ma’ kalzetti

bojod. It-tfal tal-Kindergarten għandhom dejjem jilbsu sports shoes abjad bil-

kalzetti bojod. Ma jiġux aċċettati kuluri oħra. Importanti li l-isports shoes ikun

bil-velcro u mhux bil-lazz.

IMPORTANTI: Kull biċċa mill-uniformi jkollha l-isem jew marka ta' min hi.

Primarja: L-Uniformi tax-Xitwa tikkonsisti fi:

Qmis bajda, imdaħħla fil-qalziet / dublett; Ingravata (fil-każ tas-subien); Collar (cross-tie) (fil-każ tal-bniet); Qalziet blu biċ-ċinturin iswed (għas-subien); Dublett jew qalziet blu (għall-bniet); Pullover v-neck oranġjo bl-isem u l-logo tal-Kulleġġ San Nikola; Anorak navy blue bl-isem u l-logo tal-Kulleġġ San Nikola; Kalzetti suwed; Tights iswed (għall-bniet); Żarbun iswed ċatt (mhux ballerina shoes fil-każ tal-bniet).

Page 9: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

8 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

Primarja: L-Uniformi tas-Sajf tikkonsisti fi:

Poloshirt oranġjo, bl-għonq blu u bl-isem u l-logo tal-Kulleġġ. Dan irid ikun imdaħħal fil-bermuda (fil-każ tas-subien) jew fid-dublett (fil-każ tal-bniet);

Bermuda blu, biċ-ċintorin iswed (għas-subien); Dublett blu (għall-bniet); Kalzetti suwed twal; Żarbun iswed ċatt (mhux ballerina shoes fil-każ tal-bniet).

Primarja: Il-P.E. Kit tas-sajf tikkonsisti fi:

T-Shirt oranġjo bl-isem tal-Kulleġġ San Nikola; xorts blu bil-piping oranġjo fil-ġnub; Beritta bajda, bil-piping oranġjo u bil-logo tal-Kulleġġ; Kalzetti bojod twal; Gym shoes bojod.

Primarja: Il-P.E. Kit tax-xitwa tikkonsisti fi:

Tracksuit bl-isem u l-logo tal-Kulleġġ San Nikola; T-Shirt oranġjo (round neck) bil-kmiem twal u bla reklami li jintlibes taħt

it-tracksuit; Kalzetti bojod twal; Gym shoes bojod.

5. Policy għal Stil ta' Ħajja Sana

Qed nagħmlu ħilitna biex l-iskola tagħna tagħmel differenza fl-istil ta’ ħajja

personali u fil-komunita’. Għaldaqstant din il-policy timmira lejn:

li nifhmu li biex niċċelebraw okkażjoni m’hemmx għalfejn nieħdu ħafna zokkor żejjed;

tfal konxji mill-importanza tas-saħħa u li jidraw jagħżlu ikel varjat u sustanzjuż;

tfal li jagħmlu eżerċizzju regolari fl-iskola, barra u fid-dar;

ġenituri u kuraturi li jagħrfu li dieta bilanċjata tikkonsisti f’karboidrati u fibra (frott u ħaxix), karboidrati kumplessi (ħobż, għaġin, ross…), proteini (laħam, ħut, ħalib, bajd…) u xaħmijiet tajbin (lewż, żejt taż-żebbuġa…)

Page 10: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

9 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

tinkoraġġixxi d-drawwa li t-tfal jieklu biċċa ħobż, jixorbu l-ilma u jieklu frott frisk għall-kolazzjon u għal-lunch mhux ikel jew xorb mimli zokkor u li jħassar is-snien.

ġenituri li kapaċi jipprovdu ikel biex jittiekel l-iskola u li jimxu ma’ din il-policy li ssibu f’din is-sit:

https://education.gov.mt/en/resources/News/Documents/Healthy%20Eating%20and%20Physical%20Activity%20Policy.pdf

L-iskola tagħmel ħilitha biex kemm jista’ jkun iżżomm ma’ din il-policy.

Il-ġenituri għandhom jaraw li l-istudenti jġibu magħhom ikel nutrittiv, ilma u frott frisk u jiġbdu l-attenzjoni ta’ min ma jkunx qed jinkoraġġixxi drawwiet sani.

Meta l-iskola jew il-klassijiet f’year groups differenti jorganizzaw attivitajiet u ħarġiet li jinvolvu l-eżerċizzji fiżiku (bħal fun day, fun walk, eċċ) mistennija koperazzjoni sħiħa mill-ġenituri u kuraturi biex it-tfal kollha jingħataw l-opportunitajiet li toffri l-iskola; ħalli jieħdu gost waqt li jitgħallmu.

Il-ġenituri għandhom jieħdu ħsieb jinfurmaw lill-għalliema, kindergarten assistant u/jew LSA meta wliedhom isegwu xi dieta speċjali jew jekk xi ikel ma jkunx tajjeb għalihom. Jekk għandkom xi karti mingħand xi tabib/professur huwa importanti li tingħata kopja lill-iskola.

Jekk għal xi raġuni jkollkom bżonn tixtru l-ikel tat-tfal tagħkom minn barra, araw li xorta dan ikun jimxi ma’ din il-policy.

Il-ġenituri u kuraturi m’għandhomx jibagħtu t-tfal bil-ħelu, pakketti u ikel li mhux naturali għaliex ikunu qed itellfu l-iskop kollu ta’ din il-policy tant bżonnjuża biex fi gżiritna jkollna tfal b’inqas piż żejjed u iktar b’saħħithom.

Il-lunch għandu jinġieb f’kontenitur nadif tal-plastik. It-tfal li jixtiequ l-ħalib għandhom iġibu tazza nadifa u sarvetta tad-drapp li jużaw biex jixxuttaw it-tazza wara li jaħsluha. Tajjeb li t-tfal ikollhom xi wipes/tissues magħhom u xi face cloth għal wara xi ġirja. It-tazza u s-sarvetta għandhom jkunu mmarkati wkoll b’isem it-tfal.

Page 11: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

10 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

6. Niċċelebraw Għeluq is-Snin

Bosta ġenituri jkunu jixtiequ jibagħtu kejk biex uliedhom jiċċelebraw għeluq sninhom ma’ ħbiebhom tal-klassi. Tistgħu tibagħtu plain cupcakes jew kejk plain imqatta’ (mingħajr ċikkulata, icing sugar, ġamm, cocoa powder, smarties, krema, vermiċelli). Jekk il-kejkijiet ma jkunux kif qed jiġi spjegat hawn fuq, ikollna nċemplulkom biex tiġu u tbiddluh jew jekk ma tkunux tistgħu tiġu l-kejk ma jinqasamx. Ftakru li din tkun ġurnata speċjali għat-tfal allura nappellaw biex tikkoperaw magħna biex it-tfal ma jħossuhomx diżappuntati.

7. Informazzjoni Personali

Jekk hemm xi problema personali dwar il-ħruġ tat-tfal mill-iskola avżaw lill-iskola bl-ismijiet ta’ min jista’ jiġbor lit-tfal flimkien man-numru tal-karta tal-identita’ tal-persuna li qed tħallu tiġbor lit-tfal tagħkom. Tajjeb ukoll li tavżaw lill-iskola jekk għaddejjin b’xi proċeduri fis-CDAU jew jekk

it-tfal ibatu b’xi kundizzjoni jew allerġija u li importanti li nkunu nafu.

Il-mediċina ma tistax tintbagħat mat-tfal jew tittieħed minnhom mingħajr superviżjoni. Min għandu bżonn is-servizz regolari tan-ners biex tingħata xi mediċina lit-tfal regolarment għandu jimla applikazzjoni fl-uffiċċju amministrattiv. Ladarba dan is-servizz jibda jingħata, il-ġenitur irid javża lill-iskola qabel id-9.00am kull meta s-servizz mhux se jużah minħabba assenza.

8. Ċirkularijiet

Żommu ċ-ċirkularijiet fejn issibuhom u għallmu lil uliedkom biex ituhomlkom fil-pront.

Fejn ikun hemm bżonn li tagħmlu xi booking għal xi ħarġa jew biex tordnaw xi ħaġa, dejjem imxu mad-data tal-għeluq imniżżla fuq iċ-ċirkulari.

Jekk it-tifel/tifla jkunu ma jifilħux, ċemplu biex tibbukkjaw.

Minn din is-sena l-ammont ta’ ċirkularijiet li se jinbagħtu d-dar se jonqos. Infakkarkom tużaw l-ilearn room: Dingli Pr Carers Room. (ara paġna 2)

Page 12: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

11 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

Min isib xi diffikulta’ biex jaċċessa l-ilearn ikellem l-amministrazzjoni malajr kemm jista’ jkun.

9. Ħarġiet Edukattivi

Il-ħruġ edukattiv huwa parti mill-ġurnata tal-iskola u nħeġġiġkom biex taraw li uliedkom ma jitilfux ħarġa għalxejn. Għal kull ħarġa tingħataw karta biex tiffirmaw il-kunsens tagħkom. Ibagħtu din mal-ħlas mill-aktar fis u mhux aktar tard mid-data tal-għeluq ħalli jkun jista’ jiġi ordnat it-trasport u jsir il-booking fil-post li jkunu sejrin. L-aħjar li l-ammont eżatt tal-flus u l-formola bil-kunsens jintbagħtu f’envelop jew borża magħluqa u jkun hemm imniżżla dawn id-dettalji: Isem u Kunjom it-tfal, il-flus li hemm u għal-liema ħarġa qed jintbagħtu.

Jekk ikunu qed jintalbu flus ta’ aktar minn ħarġa waħda fl-istess żmien, importanti li dawn ma jkunux fl-istess envelop imma jkunu f’envelops separati.

Importanti li t-tfal iġibu ruħhom sew ħafna waqt il-ħruġ.

Agħtu kas x’suppost ikunu lebsin għall-ħarġa. Tfal li mhux ser ikunu lebsin kif kien miktub fiċ-ċirkulari, ma joħorġux.

L-ikel irid ikun san ukoll waqt ħarġiet edukattivi allura ħelu mhux permess.

10. Xiri bla bżonn

L-iskola ma tistenniex li t-tfal ikollhom basket jew pencil case ġdid kull sena.

11. Il-Kotba

It-tfal jiġu mislufa l-kotba u dawn għandhom jiġu miksija mingħajr ma tintmess

kolla/tape mal-ktieb innifsu. Waħħlu ‘label’ b’isem it-tifel/tifla u l-klassi

mal-pastik li tkunu ksejtu bih il-ktieb. Jekk il-ktieb jitqatta’ jew jintilef

il-ġenituri għandhom jixtru ktieb bħalu u jirritornawh l-iskola biex jużah

ħaddieħor fis-sena skolastika li jmiss.

Biex inrawmnu l-imħabba lejn il-qari nissuġerixxu li wliedkom jinkitbu fil-

librerija pubblika li hemm fl-iskola stess.

Page 13: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

12 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

12. Informazzjoni Ġenerali

Korrispondenza fuq livell ta’ klassi għandha tintbagħat lill-għalliem/a,

kindergarten assistant jew LSA permezz ta’ nota li tinkiteb fuq il-homework

diary jew fuq karta separata u li jġibu t-tfal magħhom l-iskola.

Korrispondenza fuq livell ta’ skola għandha tintbagħat:

- permezz ta’ nota mat-tfal - b’imejl: [email protected] - bil-posta lill-Kap tal-Iskola fuq dan l-indirizz:

Kulleġġ San Nikola Skola Primarja Dingli

Triq il-Kbira, Dingli, DGL 1837

F’każ ta’ diffikulta’ ċemplu fuq dawn in-numri: 21454496 – 21456247

Korrispondenza fuq livell ta’ Kulleġġ għandha tintbagħat:

Lill-Prinċipal,

Is-Sa. Josephine Mifsud,

Kulleġġ San Nikola,

Uffiċċju tal-Prinċipal,

Triq Fisher,

Imġarr, MGR 9054

Tel: 2598 8000 jew b’imejl fuq: [email protected].

Importanti ħafna li meta tidħlu l-iskola, l-ewwel tmorru tkellmu lis-segretarja jew lill-Kap tal-iskola u/jew lill-Assistenta Kap ta’ skola fl- uffiċċji biex huma jagħtukom il-permess tkellmu lill-għalliema. Dan isir għas-sigurtaˋ tat-tfal tagħkom stess. Nitolbukom tiftakru li l-iskola hi post pubbliku mela importanti li tiġu l-iskola b’ilbies xieraq u deċenti.

Page 14: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

13 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

13. Policy dwar Assenteiżmu

Id-Direttorati tal-Edukazzjoni nedew dokument dwar l-attendenza bi proċeduri ġodda li jridu jiġu mħarsa minn kulħadd għall-benefiċċju tal-istudenti. Intom mitluba li timxu ma’ dawn il-proċeduri:

1. Meta t-tfal jfallu l-iskola għandkom iċċemplu u wara tippreżentaw il-formola tal-assenteiżmu, li pprovdit l-iskola, lill-Kap tal-Iskola fejn tagħtu raġuni għaliex it-tifel/tifla ma setax jattendi skola. Għal kull ġurnata li fiha t-tifel/tifla i/tfalli l-iskola trid tingħata ġustifikazzjoni. Jekk il-ġustifikazzjoni ma tiġix aċċettata, t-tfal jitniżżlu bħala assenti.

2. Jekk matul is-sena skolastika t-tfal jfallu aktar minn disat (9) ijiem mingħajr ma tingħata raġuni valida tal-assenza tat-tfal, jittieħdu aktar miżuri.

3. Jekk it-tfal tagħkom mhumiex jattendu skola għax jinsabu ma jifilħux, ċertifikat mediku għandu jiġi ppreżentat jekk it-tfal ikunu morda għal aktar minn tlett ijiem. Jekk ikunu ma jifilħux għal inqas minn tlett ijiem, nota bil-miktub għandha tkun biżżejjed. Il-Kap tal-Iskola xorta tista’ titlob ċertifikat mediku.

4. Ċertifikat mediku għandu jiġi ppreżentat fi żmien tlett ijiem minn meta t-tfal jirritornaw l-iskola. Jekk l-istudent jibqa’ marid għal ħamest (5) ijiem konsekuttivi, iċ-ċertifikat mediku jrid jiġi ppreżentat eżatt wara li jgħaddu dawk il-ħamest ijiem. Huwa importanti ukoll li maċ-ċertifikat tiġi ppreżentata l-Medical Certificate Record Card mimlija mit-tabib li għamel iċ-ċertifikat mediku.

5. Permessi għal btajjel waqt il-jiem ta’ l-iskola, mhux permessi u b’hekk l-istudenti jitniżżlu bħala assenti. Huwa biss f’każijiet ta’ żjara b’għan edukattiv, raġuni familjari bħal imwiet ta’ familjari, żwieġ tal-ġenituri jew aħwa jew interventi mediċi barra minn Malta jista’ jingħata permess wara li d-dokumenti meħtieġa jiġu ppreżentati lill-iskola.

6. Kif stipulat fl-Att dwar l-Edukazzjoni Kapitlu 357 Artiklu 2, l-eta’ obbligatorja ta’ kull student li jibda jattendi l-iskola hi minn 5 snin.

Għalhekk jekk it-tfal għalqu 5 snin u qed jattendu l-Kinder 2 iridu jsegwu l-proċeduri msemmija hawn fuq.

Page 15: KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI · KULLEĠĠ SAN NIKOLA SKOLA PRIMARJA DINGLI Linji Gwida Għall-Ġenituri/Kustodji 2017 – 2018

14 | Linji Gwida għall-Ġenituri/Kustodji 2017 - 2018

14. Basktijiet

Hija responsabbilta' ta' min jieħu ħsieb it-tfal li jara li t-tfal ma jġorrux affarijiet

żejda fil-basket tal-iskola bħal pokits żejda jew kotba li mhumiex tal-iskola.

Il-kotba l-oħra jistgħu jħalluhom taħt il-mejda fil-klassi. Dan kollu biex it-tfal ma

jġorrux piż żejjed fuq daharhom.

15. Konklużjoni

Dan il-fuljett għandu jinżamm u jintuża bħala punt ta' referenza matul is-sena skolastika kollha, ħalli b'hekk ikun aktar faċli biex niġbdu ħabel wieħed, kemm mill-iskola u kemm mid-dar, dejjem għall-ġid tal-istudenti tagħna. Napprezzaw il-koperazzjoni tagħkom.