Ktieb Festa Sagra Familja 2012

156

description

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

Transcript of Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Page 1: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 2: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 3: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Werrej

1

25

81

34

118

Lulju 2012

f’dinil-ħarġa

Editorjal

Messaġġi tal-FestaPresident, Segretarju, Kaxxier,Kappillan, Sindku, Surmast Direttur,Assistent Surmast, Għaqda Każini tal-Banda, Għaqda Nazzjonali Armar

Programm tal-Festa

Storja u ArtiIl-Ħuġġieġa ta’ San Ġwann Charles FloresĦajjet Mons. Mikiel Gonzi Wayne BonelloTifkiriet ta’ Tfuliti Ġużi GauciIs-Santwarju ġewwa Enna Etienne CamilleriPatri Ugo De Maria OFM Cap. Maria PersicoSanti Antiki Mario FenechKwadru tas-Sagra Familja Hosè Borg70 Sena mit-Tiġrif tal-Knisja Parrokkjali

Proża u PoeżijaRiħa ta’ Ġilju Andrew CiliaSan Ġużepp Patrun tal-Kalkariżi Godwin Cini

Mużika u BandaĦarsa lejn ir-Recordings tal-Banda Sagra Familja Daniel VellaAkkademja Mużikali u Servizzi mill-BandaMan-Noti Mużikali Paul Bongailas

SoċjetàKummissjoni Żgħażagħ, Kummissjoni Nisa, Kum-missjoni Banda, Għaqda tal-Armar, Għaqda tan-Nar, Djarju tas-Soċjetà, Il-Proġett tal-Każin, Leħen l-Emigrant Kalkariż.

JosefoloġijaL-Istellarju ta’ San Ġużepp Andrew BorgL-Għola Dinjità ta’ San Ġużepp Joe ChetcutiId-Dehra f ’Itapiranga, Brażil Duncan BrincatIs-Silenzju Ppersonifikat Fr. Martin MamoFundatur u Missier tal-Karmelu Tereżjan Melanie DarmaninSan Ġużepp u l-Ħajja fil-Ġuf Melvin Calleja

SpiritwalitàKull ma jagħmilni Kalkariż... Jagħmilni Ġużeppin Patri Deo DebonoObitwarju

57

2534

62

69

81

118

147

Page 4: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 5: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 6: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 7: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Editorjal

5

festa2012

Pubblikazzjoni annwali uffiċċjali ta’ Circolo San Giuseppe Filar-monika Sagra Familja tal-Ka-lkara, fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ San Ġużepp 2012. Distribuzzjoni hija b’xejn mad-war ir-residenzi Kalkariżi u par-titarji tas-Soċjetà Ġużeppina.

Circolo San GiuseppeFilarmonika Sagra Familja

Kalkara A.D. 189780/82, Triq ir-Rnella,

Kalkara (Malta) KKR 1233VO/0228

Tel: +356 27352789Email: [email protected]

Bord EditorjaliDuncan Brincat

Etienne Camilleri

Ġbir ta’ ReklamiDuncan Brincat

Etienne CamilleriPaul Persico

Gerald Spiteri

RitrattiWayne Bonello

Jonathan CallejaEtienne Camilleri

Paul EllulDavid Grech

Kathleen GrimaJosette Xuereb

Design & SettingIMI Publications, Kalkara

StampatBest Print Co. Ltd.

Żurrieq Road,Qrendi QRD 1814

Tel: 21680789

Il-kontenut f ’din il-pubblikazzjoni mhux bilfors jirrifletti l-fehma tal-Bord Editorjali u wisq anqas dik tal-Kumi-tat Ċentrali ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara. L-ebda parti minn din il-pubblikazzjo-ni ma tista’ tiġi riprodotta mingħajr il-permess bil-miktub tal-pubblikaturi.

© Circolo San Giuseppe Filar-monika Sagra Familja, Kalkara flim-kien ma’ IMI Publications, 2012.

www.sagrafamilja.org

Għeżież qarrejja,

Għal sena oħra nerġa’ nilqagħkom għal edizzjoni oħra ta’ din il-pubblika-zzjoni annwali li tinħareġ fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ Missierna San Ġużepp. Pubblikazzjoni li issa hija rinomata f ’dawn il-gżejjer, mhux biss għall-kwalità u l-kontenut tagħha, iżda anki għal xi innovitajiet li jkollha minn sena għall-oħra, li xi drabi tant jintgħoġbu li jsibu ruħhom f ’kotba oħra tal-festa madwar Malta!

Għal darb’oħra din il-pubblikazzjoni qed tinħareġ kollha bil-kulur, u fiha qegħdin nerġgħu nagħtu tiżwieqa sabiħa ta’ artikli, li jvarjaw bejn dawk storiċi, għal dawk ta’ natura reliġjuża, u anki għal dawk li jagħtu aħbarijiet dwar is-Soċjetà tagħna.

Fl-ewwel parti ta’ din il-pubblika-zzjoni nsibu l-messaġġi min-naħa tad-diriġenti tas-Soċjetà, kif ukoll dak min-naħa tal-Kappillan tal-Parroċċa u s-Sindku tar-raħal. Din is-sena qed jiżdied ukoll għall-ewwel darba l-messaġġ mill-Assistent Sur-mast, Mro. Twanny Borg, li nagħtuh merħba fostna.

Fis-sezzjoni Storja u Arti, din is-sena ser nagħtu ħarsa lejn il-famuża Ħuġġieġa ta’ San Ġwann li kienet is-sir fl-imgħoddi f ’raħalna, liema ħarsa jerġa’ jagħtiha l-korrispondent tagħna fl-Awstralja, bl-aktar mod nostalġiku. Dan minbarra li nkomplu nagħtu ħarsa lejn il-ħajja ta’ Mons. Mikiel Gonzi, tifkiriet tal-Kalkara fl-imgħoddi, u aktar persunaġġi Kalkariżi, fejn din is-sena nagħtu ħarsa lejn il-ħajja ta’ Patri Ugo De Maria OFM Cap. Inter-essanti huma żewġ artikli, wieħed li jagħti ħarsa lejn santi antiki bis-Sagra Familja, u l-ieħor lejn pittura tas-Sagra Familja li tinsab f ’Tas-Sliema. Jagħlaq din it-taqsima huwa artiklu li jagħti ħarsa lejn is-70 sena anniversarju mit-tiġrif tal-Knisja l-antika, liema avveni-ment ġie mfakkar permezz ta’ lapida u Serata Mużiko-Letterarja min-naħa tas-Soċjetà.

Fit-taqsima Proża u Poeżija, insibu proża ħelwa dwar il-mewt ta’ San Ġużepp, filwaqt li qed nippubblikaw

poeżija dwar il-Patrun tal-Kalkara. Din is-sena inkompli bl-aħħar parti tal-artikli dwar ir-recordings mill-Ban-da Sagra Familja, u nagħtu ħarsa wkoll lejn il-Programm Mużikali tal-festa u l-Akkademja Mużikali li ser issir fil-Knisja Parrokkjali fl-okkażjoni tal-125 sena mit-twelid ta’ Mro. Lorenzo Gonzi.

Minbarra l-messaġġi annwali mill-Kummissjonijiet taż-Żgħażagħ, Nisa, Banda u l-Għaqdiet tal-Armar u tan-Nar, ser nagħtu ħarsa lejn id-djarju tal-attivitajiet tas-Soċjetà, kif ukoll lejn il-fażi finali tal-proġett tal-bar area, li bi pjaċir din is-sena qed naraw il-final tiegħu.

Bħala artikli ta’ Josefoloġija, żgur li din is-sena nsibu xalata ta’ informazzjoni. Nibdew b’artiklu dwar l-Istellarju ta’ San Ġużepp, u nkomplu permezz ta’ ħsibijiet interessanti dwar l-għola din-jità tal-Patrun tagħna. F’din il-ħarġa nkomplu t-tieni parti tal-artiklu dwar id-dehriet f ’Itapiranga l-Brażil, u San Ġużepp bħala Missier u Fundatur tal-Karmelu Tereżjan. Żgur li ser is-sibu interessanti żewġ artikli oħra, wieħed fejn San Ġużepp jitqies bħala s-silenzju ppersonifkat, u l-ieħor fejn naraw il-Patrun tagħna bħala protet-tur tal-ħajja fil-ġuf u għalhekk ħarries kontra l-abort. Fil-parti ta’ Spiritwalità nagħtu ħarsa ta’ kemm huwa impor-tanti li kull Kalkariż iħossu Ġużeppin ta’ veru, filwaqt li bħal kull sena nagħtu tislima xierqa lil dawk kollha li ħallew din id-dinja qabilna.

Ma nistax ma nagħlaqx dan l-editor-jal billi nawgura lis-Soċjetà f ’għeluq il-115-il sena mit-twaqqif tagħha. Inkomplu nħarsu ’l quddiem sabiex naraw din is-Soċjetà tkompli tistgħana u tkun ta’ eżempju għal kull Soċjetà oħra f ’raħalna.

Il-festa t-tajba lil kulħadd!

Page 8: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Kumitat Ċentrali 2011/12Presidenti Onorarji

Dr. Paul Lia LL.D.

Onor. Dr. Marlene Farrugia B.Ch.D., M.P.

Onor. Dr. Carmelo Mifsud Bonnici LL.D., M.P.

Onor. Dr. Stephen Spiteri M.D., M.P.

Kav. Anthony Ventura OBSS

6

PresidentNoel Mallan

Viċi PresidentJoseph Camenzuli

Delegat tal-BandaMario Attard

Surmast DiretturMro. Ugo Buhagiar

Dip. Mus., B.Mus. T. (UK) F.Mus., EIHE, Dip. Child Psych.

Assistent SurmastMro. Twanny Borg

A.L.C.M., A. (Mus.) V.C.M.

SegretarjuKav. Duncan Brincat

B.Com. (Hons.), OBSS

Assitent SegretarjuMelvin Calleja

Delegat tal-ArmarJoseph Camenzuli

MembriTracy Farrugia

Ryan StivalaMaria Xuereb

Konsulenti LegaliDr. John Bonello LL.D.

Dr. Cedric Mifsud LL.D.

KaxxierRaymond Cilia

Assistent KaxxierAlbert Borg

Delegat tan-NarShawn Cauchi

Direttur SpiritwaliRev. Kan. Onor.

Anton Galea-Scannura

AwdituriRobert Grech

Kav. Anthony Ventura OBSS

Page 9: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Messaġġi

7

Noel MallanPresident

Inħatar fil-kariga ta’ President tas-Soċjetà f ’Ottubru tas-sena 2009.

Fis-snin 80 huwa serva wkoll bħala Segretarju tal-Kumitat Ċentrali,

fejn kien il-promotur wara diversi bidliet li seħħew fi ħdan is-Soċjetà

matul dak iż-żmien, fosthom fl-isem tas-Soċjetà u fl-armar.

Reġa’ wasal ix-xahar ta’ Lulju u miegħu tasal il-festa tagħna li fiha nagħtu ġieh lill-Patrun tagħna San Ġużepp. Din is-sena s-Soċjetà tagħna qegħda tiċċelebra tliet anniversarji importan-ti, li huma: il-115-il sena mit-twaqqif tas-Soċjetà, il-125 sena mit-twelid tas-Sumast Mro. Lorenzo Gonzi li kien ukoll it-tieni President tas-Soċjetà u fundatur tal-Orchestra San Giuseppe fl-1914 u fl-aħħar nett il-25 sena mir-rifondazzjoni tal-Banda Sagra Familja fl-1987.

Ma jistax jonqos li f ’din is-sena sar fiha ħafna xogħol, kemm f ’dak li għandu x’jaqsam mall-proġett tal-każin, li bi pjaċir issa wasal sabiex ikun fi-nalizzat, u anki fl-organizzazzjoni ta’ ċelebrazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-anniversarji li qegħdin niċċelebraw din is-sena.

Wara li tlesta s-suffett, bdejna billi komplejna x-xogħol taż-żebgħa tas-suffett, u t-twaħħil tad-dawl tiegħu. Ġbarna stimi għax-xogħol tal-bar counter u l-vetrina ta’ wara, bibien u skirting mad-dawra kollha tal-bar area, u għażilna l-istima tal-mas-trudaxxa Eric Vella, illi nistgħu ngħidu li għamel biċċa xogħol eċċellenti.

Għall-ħabta ta’ Ottubru konna qed naħdmu fuq skambju li kellu jsir bejn il-banda tagħna u dik ta’ Valguarnera fi Sqallija, fejn applikajna għal xi fondi tal-Unjoni Ewropea, iżda sfortunata-ment it-talba tagħna ma kkwalifikatx.

Madanakollu, b’riżultat ta’ proġett imnhiedi mill-Aġenzija Żgħażagħ bil-ħidma tas-Segretarjat Parlam-entari għaż-Żgħażagħ u Sport, u l-Għaqda Każini tal-Banda, ġie deċiż li jiġi maħtur Assistent Surmast ħalli jissaħħaħ it-tagħlim tal-mużika fis-Soċjetà tagħna. Għal din il-kariga għażilna lis-Surmast Twanny Borg li jispeċjalizza fuq l-istrumenti tar-ramm.

Ħadna sehem ukoll fil-Ġimgħa tal-Banda, organizzata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, fl-Iskola Primarja

tal-Kalkara, fejn l-istudenti ġew fil-każin jaraw x’qed noffru fir-rigward ta’ tagħlim tal-mużika. Il-Kummissjoni Banda ħadmet ukoll fuq recording ta’ cd ta’ marċi brijużi, b’uħud minnhom ġodda u li ser jiġu mżanżna għal din is-sena.

Dan minbarra li f ’April saret Serata Mużiko-Letterarja li kienet tfakkar it-tiġrif tal-Knisja Parrokkjali l-antika mill-għadu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Saret lapida kommemmorattiva fi Triq San Mikiel, fuq inizjattiva u ġbir mill-istess Soċjetà tagħna.

Fl-ewwel ta’ Ġunju iċċelebrajna l-anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà permezz ta’ Quddiesa fil-Knisja Par-rokkjali, u wara sar Get Together fil-każin fejn ġew mistiedna l-membri sabiex jaraw ix-xogħol li sar fil-bar area tal-każin.

Dan minbarra li ħadna sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet u kkontribwixxejna fejn stajna fl-inawgurazzjoni tal-ma-fkar tal-vittmi tal-gwerra li ħa ħsieb ix-xogħol tiegħu l-Kunsill Lokali taħt it-tmexxija tas-Sindku Michael Co-hen.

Nhar is-27 ta’ Ġunju ser issir l-Akkademja Mużikali f ’ġieh is-Surmast Lorenzo Gonzi li fost l-oħrajn tana xogħlijiet kbar ta’ mużika, fosthom l-Innu Marċ Sagra Familja, l-Antifona Iosef Filii David, l-Innu l-Kbir, u bosta u bosta xogħlijiet oħra ta’ mużika illi tagħhom is-Soċjetà għandna patri-monju assolut. Nistgħu ngħidu li bħal dejjem il-banda tinsab imħejjija sabiex tagħti wirja eċċellenti tal-wirja fdatha lilha. Minn qalbi nirringrazzja lil kull min qed jaħdem b’dan il-għan u anki lil dawk kollha li jagħtu sehmhom fil-Kummissjonijiet tas-Soċjetà.

Saru bota attivitajiet oħra bħal fost l-oħrajn barbeques, ħarġiet, get to-gethers, laqgħat tal-Kumitat illi din is-sena kienu numerużi wkoll, kif ukoll laqgħat mall-Awditur u President Onorarju l-Kavallier Anthony Ventu-ra dwar il-finanzi tas-Soċjetà, u ħafna

xogħol ieħor li jekk inkompli nsem-mieh nieħu ħafna iżjed ħin.

Dawn kienu uħud mix-xogħlijiet u avvenimenti prinċipali li din is-sena wettaqna b’għaqal u b’ħidma kbira, u żgur li kieku ma kienx għall-koperazzjoni ta’ kull min ta sehmu, ma kienx ikun possibbli dan kollu. Ringrazzjament għal kull min ikkop-era matul din is-sena u ikkontribwixxa fiżikament u finanzjarjament sabiex dan kollu isir possibbli. Ringrazzja-ment speċjali għall-Kavallier Anthony Ventura, Dr. Stephen Spiteri, Dr. Mar-lene Farrugia u s-Sur Charles Cassar li dejjem kienu ta’ għajnuna fil-mumenti ta’ bżonn. Ringrazzjamenti oħrajn lill-Kappillan Kan. Onor. Anton Galea-Scannura u lis-Sindku Michael Cohen tal-koperazzjoni li juru magħna.

Nagħlaq billi nappella lil kulħadd sabiex jattendi għall-attivitajiet tal-ġimgħa tal-festa, fosthom il-funz-jonijiet fil-Knisja illi huma l-qofol tal-festa, u għad-dimostrazzjonijiet tal-Erbgħa b’San Ġużepp u l-Ġimgħa bis-Sagra Familja. Nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nawgura l-festa t-tajba lill-Kalkariżi kollha, speċjalment lil dawk li ma jistgħux ikunu fostna minħabba diversi raġunijiet.

Viva San Ġużepp il-Kap tas-Sagra Familja.

Sena ta’ ħidma ma taqta’ xejn

Page 10: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 11: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Messaġġi

9

Kav. Duncan BrincatB.Com. (Hons.), OBSS

Segretarju

Gradwat fl-Ekonomija mill-Uni-versità ta’ Malta, ilu jokkupa l-

kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat sa mis-sena 2001. Għamel żmien Ret-tur tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp u

anki Segretarju tal-Grupp Fratel-lanzi Maltin. Kavallier tal-Ordni

Biżantin tas-Santu Sepulkru.

Tonfoħ iż-żiffa melliesa minn fuq il-baħar lubien, u ż-żrar għatxan għall-ilma jitgerbeb ħiemed lejn imkien imwarrab. Qisu midbaħ għeri li fuqu jitqiegħed il-kus tal-ħajja. Ifakkarni fi żmien meta tfal ħafjin kienu jiġġerrew ferħana fit-toroq u l-isqaqien, iħabbru li ż-żmien tant mistenni wasal...

Bi ħsibijieti mort lura għas-sena 1897, is-sena li fiha ġiet imwaqqfa s-Soċjetà ġo raħal kwiet mimli barklori u ħaddiema tal-id. Ma nistax hawnhekk ma nitfax ħarsti lejn dawk il-qalbiena li kellhom ħolma u wettquha. Ħolma li 115-il sena wara għadha ħajja u mimlija enerġija. Grazzi lilhom u mhux biss. Grazzi lil dawk kollha li matul iż-żmien kellhom xi kariga ta’ tmexxija jew ħadmu qatigħ b’riżq din is-Soċjetà, li bi ftaħir insejħulha “omm tal-Kalkara”, għaliex b’mod dokumen-tat u storiku, twaqqfet mhux biss qa-bel kull għaqda oħra fil-Kalkara, iżda anki qabel il-Parroċċa stess.

Is-sena amministrattiva li għaddiet kienet waħda impenjattiva ferm u b’bosta sfidi. Eżattament wara l-festa tas-sena l-oħra fassalna pjan ta’ ħidma fuq żewġ binarji: il-final-izzament tal-proġett tal-bar area u ċ-ċelebrazzjonijiet li konna sejrin nagħmlu din is-sena mifruxa fuq di-versi anniversarji importanti.

Il-proġett tal-każin ħadilna ħafna ħin ta’ ħidma, mhux biss għall-ammont kbir ta’ ġranet li diversi volunti-era ħadmu fuqu, iżda wkoll għall-preparazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li ttieħdu. Għalkemm f ’din l-mixja sibna anke bsaten fir-roti, biss ma qtajniex qalbna, u llum ir-riżultat jitkellem waħdu. M’għandiex biż-żejjed kliem biex f ’isem il-Kumitat nirringrazzja lil kull min ta sehmu biex jitlestew l-aħħar partijiet ta’ dan il-proġett, fosthom is-suffett, it-tibjid u x-xogħol ta’ karpenterija. L-appell tiegħu huwa sabiex nibżgħu għalih, għaliex għandna bar area mill-aktar moderna, frott is-sagrifiċċju ta’ diversi membri, u xieraq li ngawduha matul is-sena kollha.

Konna nafu li s-sena 2012 kienet se tkun sena ta’ sfida fejn jidħlu ċ-ċelebrazzjonijiet, u għalkemm qatt ma qagħdna lura milli niċċelebraw festa kbira, din is-sena xtaqna li tibqa’ wkoll ittimbrata bħala sena speċjali. Kienet ilha tberren f ’moħħna li nikx-fu irħama kommemmorattiva fi Triq San Mikiel biex tfakkar li f ’dan il-post xi darba kellna l-ewwel Knisja Par-rokkjali, u x’hemm aħjar milli dan niċċelebrawh propju 70 sena wara t-tiġrif tal-istess Knisja? Kburin li konna aħna bħala Soċjetà li ħadna din l-inizjattiva, u anki organizzajna Ser-ata Mużiko-Letterarja f ’dan l-avveni-ment.

Min-naħa l-oħra, ma stajniex nonqsu milli nfakkru persunaġġ kbir li għamel ġieħ kbir lis-Soċjetà tagħna u lill-Ka-lkara. Qed nirreferi għal Mro. Lorenzo Gonzi li din is-sena qed niċċelebraw 125 sena minn twelidu. Ġie deċiż li dan niċċelebrawh b’Akkademja Mużikali ġewwa l-Knisja Parrokkjali, u dan ser isir propju fl-aħħar Erbgħa ta’ San Ġużepp. Anki f ’dan ir-rigward sibna l-bsaten fir-roti, iżda bqajna għaddejjin xorta waħda. Ser indoqqu mużika oriġinali u kollha propjetà tas-Soċjetà, li żgur tagħmel ġieh lill-banda tagħna. Altru milli nħallu sfreġju kul-turali jsir mingħajr rispett.

Min-naħa l-oħra ridna niċċelebraw ukoll il-115-il sena mit-twaqqif tas-Soċjetà u l-25 sena mir-rifondazzjoni tal-Banda Sagra Familja. Dan ser nagħmluh permezz tal-programm mużikali annwali li din is-sena se jsir nhar it-Tlieta 3 ta’ Lulju, filwaqt li bil-ħidma tal-Kummissjoni Banda ser tiġi inawgurata double cd ta’ marċi brijużi li nħeġġeġ lil kulħadd sabiex jakkwista kopja.

Il-ħidma b’riżq il-banda tagħna din is-sena ma qatgħet xejn, tant li permezz ta’ programm mal-Aġenzija Żgħażagħ ser inkunu qed nixtru ammont sabiħ ta’ strumenti, minbarra li tajna bidu għal struttura ġdida ta’ tagħlim tal-mużika, fosthom billi daħħalna lil Mro. Twan-ny Borg bħala Assistent Surmast. Ma

nistax ma nsemmiex ukoll il-ħidma kbira li saret b’riżq il-festa 2012, festa li bħal kull sena ssawwret permezz ta’ ħidma kbira fl-armar u fin-nar. Nir-ringrazzja hawnhekk b’mod speċjali lill-Kummissjoni Żgħażagħ u lill-Kummissjoni Nisa tal-ħidma kbira tagħhom, kemm fejn jidħlu proġetti relatati mall-festa, u anki ġbir ta’ fondi li huma tant meħtieġa. Minn hawn inkompli nagħmel l-appell tiegħi lill-partitarji kollha sabiex ikomplu jagħtu l-għajnuna finanzjarja tagħhom għaliex biex insostnu festa ta’ dan il-livell ifissru spejjeż kbar.

Nagħlaq billi, filwaqt li nirringrazzja lill-membri tal-Kumitat Ċentrali, tal-fergħat, lis-Surmast Direttur u lill-Assistent Surmast, inwassal l-ap-pell tiegħi lil kull partitarju tal-festa tagħna, li l-festa hija tiegħek ukoll. L-imħabba lejn il-festa tissarraf biss f ’ħidma intensiva lejha, u fl-ebda for-ma oħra. Għaliex mhux x’jingħad bil-fomm, jew x’wieħed jaħseb li jħoss, iżda x’wieħed jagħmel bil-fatti jgħodd. Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd.

Il-fewġa friska tmelles xagħrek ilellex fix-xemx ta’ Lulju, tfakkarni kif, Mis-sier ħanin, intlaqt għal dak li sejjaħlek. Kemm hi sabiħa l-qabda ħelwa ta’ jdejk mimlija imħabba u t-taħbita ta’ qalbek tidwi f ’widnejja. Grazzi ta’ mħabbtek San Ġużepp.

Soċjetà Omm iżda bi spirtu żgħażugħ

Page 12: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 13: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Messaġġi

11

Raymond CiliaKaxxier

Inħatar fil-kariga ta’ Kaxxier fi Frar tas-sena 2012. Miżżewweġ u

għandu żewġ itfal. Attenda l-Iskola Primarja St. Francis ta’ Bormla u

wara fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl ir-Rabat. Jaħdem fis-

Servizz Pubbliku bħala Assistent Prinċipal.

Kien għall-ħabta tal-bidu ta’ Frar ta’ din is-sena meta ġejt avviċinat mis-Sur Joseph Camenzuli u mis-Sur Duncan Brincat biex iħajruni nokkupa l-kariga ta’ Kaxxier ta’ din is-Soċjetà peress li s-Sur Paul Per-sico, minħabba raġunijiet personali, ma setgħax ikompli f ’din il-kariga u li minn hawnhekk nieħu wkoll l-oppor-tunità biex nirringrazzjah tax-xogħol siewi li għamel. Ma kienetx deċiżjoni faċli għalija, però fl-aħħar mill-aħħar ipperswadewni biex naċċetta biex nib-da’ namministra.

Nista’ ngħid ukoll li qatt ma kont nokkupa kariga la bħal din u l-an-qas xi kariga oħra f ’xi qasam ieħor. Għaldaqstant nitlobkom tikkumpatu-ni u tiskużawni jekk niżbalja però ser nipprova nagħmel ħilti biex nagħmel dan ix-xogħol skond l-aħjar abbiltà tiegħi.

Nista’ ngħid ukoll li din il-ħidma bdiet immedjatament permezz ta’ laqgħat tal-Kumitat Ċentrali fejn ftit ftit bde-jt nifhem x’jinvolvi dan ix-xogħol u anke x’tirrikjedi din il-ħidma ġo Soċjetà bħal din. Stajt ninnota wkoll il-ħidmiet diversi ta’ kull persuna nvoluta f ’dan il-qasam fejn b’mod volontarju jsir dan ix-xogħol b’tant dedikazzjoni, ibda mill-ogħla kariga sa lanqas persuna, kemm fil-Kumi-tat Ċentrali kif ukoll fis-sezzjonijiet/kummissjonijiet fi ħdan is-Soċjetà.

Bħal kull organizazzjoni oħra l-ispejjeż kemm biex tagħmel il-festa u kif ukoll biex iżomm il-każin m’humiex ftit u żgur li l-finanzi huma l-akbar uġiegħ ta’ ras mhux biss għall-Kaxxier imma wkoll għas-Soċjetà kollha. Huwa im-portanti li dan jinftiehem sew għax mingħajr is-sostenn tal-membri u speċjalment tan-nies, kemm il-festa kif ukoll il-każin jibdew imutu mewta naturali.

Ħidma li l-Kumitat Ċentrali embarka fuqha f ’dawn l-aħħar tliet snin hija de-hra ġdida lill-parti t’isfel tal-każin, fejn din is-sena ġie nstallat dawl ġdid u li jiffranka l-enerġija, sar tibjid tal-ħitan

kollha u tlestew diversi affarijiet oħra importanti. Imma l-akbar proġett żgur li kien dak konness mal-għamara tal-bar, jiġifieri bar counter ġdid għall-każin fejn ġew installati wkoll bibien ġodda, skirting mal-madwar, il-kolon-na tan-nofs ġiet mlibbsa bl-injam u kif ukoll inħadmet kaxxa bl-istess mater-jal għall-meters u konnessjonijiet oħra tad-dawl biex tingħata dehra aktar xi-erqa lil dik il-parti.

Dan il-proġett kollu swiena kemxa flus mhux ħażin imma bl-għajnuna t’Alla wasalna grazzi wkoll għall-donazzjonijiet minn xi individwi u ħidma li saret mill-Għaqda tal-Armar permezz ta’ ħjata għal barra mir-raħal li ħalliet qliegħ meħtieġ. Dan minbarra l-għajnuna li dejjem tawni l-Presidenti Onorarji tas-Soċjetà, fos-thom il-Kavallier Anthony Ventura, Dr. Stephen Spiteri u Dr. Marlene Far-rugia.

Sadanittant, ħassejt ukoll il-bżonn, li biex nkunu nistgħu namministraw il-kotba aħjar, nintroduċu sistema elettronika li tinkludi wkoll inter-net banking fejn issa b’aktar faċilità jista’ jkollna statements tal-bank ak-tar malajr, direct transfers, kif ukoll inkunu nafu l-pożizzjoni finanzjarja tas-Soċjetà mal-ewwel fejn jidħol dħul u ħruġ.

Għaldaqstant ma nistax ma ntenniex l-appell tiegħi lill-membri u lill-parti-tarji għal aktar għajnuna finanzjarja, anki permezz tal-preżenza tagħkom fl-attivitajiet. Soċjetà bħal tagħna li mhux biss trid issostni l-banda u t-tagħlim tal-mużika, iżda wkoll każin attrezzat u komdu, u anki festa sħiħa permezz tal-armar u n-nar, tirrikjeda ammont sostanzjali ta’ flus. Għalihom issir ħidma sħiħa tul is-sena kollha, u aktar għajnuna f ’dan ir-rigward tkom-pli sssaħħaħ il-pożizzjoni finanzjarja tas-Soċjetà.

Ma nistax hawnhekk ma nfaħħarx is-sehem li jagħtu l-fergħat fi ħdan is-Soċjetà. Il-Kummissjoni Banda din is-sena ħadmet fuq recording ta’

cd ta’ marċi brijużi, fejn ħadu ħsieb li jinġabru l-ispejjeż permezz ta’ donaz-zjonijiet. Il-Kummissjoni Żgħażagħ minbarra l-proġetti li ta’ kull sena tidħol għalihom, tagħti l-għajnuna billi tiffinanzja l-marċ tal-Erbgħa, filwaqt li l-Kummissjoni Nisa sena sħiħa tiġbor biex tiffinanzja l-marċ ta’ filgħodu u impenji oħra li jkollha s-Soċjetà. Dan minbarra l-Għaqda tan-Nar li tieħu ħsieb li jinġabru l-ispejjeż kollha assoċjati man-nar. Grazzi għal din il-ħidma kollettiva nkunu nistgħu ta’ kull sena nagħmlu festa ta’ sodisfazzjon.

Wieħed għandu jifhem ukoll li l-ħidma tal-Kaxxier fejn tidħol l-amministrazzjoni tal-finanzi u tal-kotba żgur li ma tieqafx hawnhekk u l-ħidma hija kontinwa.

Għaldaqstant minn hawnhekk nixtieq ukoll nieħu l-opportunità biex nir-ringrazzja lill-membri l-oħra tal-Ku-mitat Ċentrali li jagħtuni l-għajnuna meħtieġa f ’dan il-qasam. Nirrin-grazzja wkoll lil dawk kollha li jaħdmu għall-ġid tas-Soċjetà u li jgħinuha fid-diversi forom eżistenti. Nagħlaq billi nirringrazzja b’mod speċjali lill-mem-bri tal-familja tiegħi li jtuni s-sapport meħtieġ f ’din il-ħidma ġdida tiegħi.

Grazzi u l-festa t-tajba lil kulħadd!

Kariga Ġdida: Sfidi Ġodda

Page 14: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 15: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Messaġġi

13

Rev.du Kan. Onor. Anton Galea-Scannura

Kappillan

Dun Anton Galea-Scannura, ilu Kappillan tal-Kalkara mid-19 ta’ Marzu 2007. Hu sar saċerdot fl-

1998 u għandu għal qalbu l-għaqda tal-Parroċċa u l-ħidma tax-Xandir

tal-Kelma fil-Kalkara.

Meta f ’dal-ġranet ngħaddu mill-inħawi ta’ fuq fejn Triq ir-Rnella tagħti għal Triq is-Salvatur, fil-jiem tal-festa nilmħu x-xbieha għażiża tas-Sagra Familja, u b’xi mod kollox idur magħha. Wieħed jista’ jilmaħ ix-xbieha u daqshekk. Però naħseb li llum tfisser iżjed minn hekk. B’xi mod tfisser ir-rabta li hemm bejn il-Knisja u d-dinja, u fir-raħal tagħna bejn il-Parroċċa u l-ħajja soċjali.

Żgur tfakkarna fl-importanza tal-familja għall-Parroċċa u r-raħal. Il-familja ta’ Ġesù, Ġużeppi u Marija nsejħulha s-Sagra Familja, il-familja qaddisa, u hekk hi. Però fl-istess ħin madwar din il-familja ma kien hemm xejn mill-ħwejjeġ li s-soltu norbtu ma’ ambjenti qaddisa. Ngħidu aħna, ma kienx hemm xemgħa – forsi xi musbieħ! Jew xbiehat qaddisa.

Ix-xbiehat qaddisa, ix-xebħ ma’ Alla li kien hemm f ’din il-familja kienu l-persuni ħajjin li kienu jiffurmawha. Ix-xebħ ma’ Alla kien ikompli jikber bl-għażliet li kienet tagħmel din il-familja li twettaq kull waqt u akkost ta’ prezz ir-rieda ta’ Alla.

Din il-familja tidher f ’nofsna qisha għalliema, bħal xi ħadd li f ’nofs ta’ triq jurik minn fejn għandek tgħaddi. U naħseb li d-direzzjoni li toffri din il-familja għandna bżonnha iżjed minn qatt qabel issa li neħtieġu gwidi tajbin għall-edukazzjoni sew tal-kbar u anki taż-żgħar kemm f ’dak li huwa uman u kif ukoll f ’dak li huwa divin. Il-familja qaddisa kienet il-post fejn l-uman u d-divin iltaqgħu mingħajr ma’ wieħed kasbar jew faqqar lill-ieħor. Anzi, meta Alla jidħol fil-ħajja tal-familja mhux talli ma jisirqilha xejn imma talli, kif

tixhed il-Familja Mqaddsa, jagħmilha iżjed għanja, sinjura, u tassew umana.

F’dinja fejn il-bnedmin jaħsbu xi drabi li se jkunu aħjar meta lil Alla jagħtuh il-ġenb jew jistennew minnu li joqgħod għax-xewqat tagħhom, il-familja ta’ San Ġużepp turina li huwa meta nħallu lil Alla jkun Alla fil-familji tagħna li aħna nikbru bħala bnedmin.

Ix-xbieha tas-Sagra Familja hija sejħa, stedina għall-għajnuna. Hija sejħa tal-familja li qiegħdha titħabat tgħix biex ikun hemm min isostnieha, min iħobbha u jinkuraġġieha fil-missjo-ni kbira tagħha li tifforma bnedmin sħaħ. Bnedmin sħaħ ma jiġux meta int tkeċċi ’l Alla mix xefaq tal-ħajja tiegħek – individwali jew soċjali – u lanqas meta lil Alla tiddomestikah – tiddeċiedi int fejn għandu joqgħod.

X’tistenna minna s-Sagra Familja f ’din is-sena? Nissuġġerixxi riflessjoni fuq l-imwejjed tagħna! Żgur li post li kien hemm fid-dar ta’ din il familja kienet il-mejda tal-ikel. Kemm hu importanti li nsibu ħin nieklu flimk-ien! Mhux min fuq il-komputer, min mat-televixin, min f ’kamartu... Ħin għall-ikel flimkien! Imbagħad hemm mejda oħra prezzjuża – il-mejda tal-Ewkaristija.

L-Ewkaristija hija l-ikla ta’ kulħadd, għax Kristu miet għal kulħadd. Fil-Quddiesa tal-Ħadd b’mod speċjali, Kristu jqanqal fina l-entużjażmu tal-fidi. Il-mejda tal-Ewkaristija tiftħilna qalbna għall-proxxmu, kull proxxmu. Il-Knisja tirriskja tiftaħ il-bibien għal kull bniedem. U anki aħna, is-Sagra Familja bil-ġiri tagħha li jirrakuntalna l-Evanġelju, tistedinna niftħu qalbna

għal kull bniedem, mingħajr distinz-joni.

It-teżor tad-dar tas-Sagra Familja kien Kristu. Però ma żammitux għaliha. Għaddietu lill-oħrajn. Ġieli tara xi xeni li juru ’l Marija ssellem lil Ġesù tielaq mid-dar biex jibda’ l-missjoni tiegħu. Ma nsibuhiex fl-Evanġelju imma naħseb li ġrat. Fuq is-salib kien Ġesù li ta lill-aħħar membru tal-famil-ja tiegħu lill-oħrajn – lil Marija bħala ommna – u hi tagħtu lid-dinja. Is-Sa-gra Familja tistedinna nkunu missju-narji, nagħtu lil Kristu lill-oħrajn biex hekk aħna nirċevuh għal wisq drabi iżjed.

Nawgura u nirringrazzja lill-Presi-dent, diriġenti, soċji u ħbieb tal-każin f ’din is sena ta’ anniversarji u għall-festa li ġejja.

Is-Sagra Familja fin-nofs bejn il-Knisja u d-dinja

Page 16: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 17: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Messaġġi

15

Michael CohenSindku

Imwieled il-Kalkara, huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle u fl-Università ta’ Malta.

Okkupa diversi karigi fosthom fil-klabb tal-futbol Kalkariż u fil-Partit Laburista. Ġie elett Sindku l-ewwel

darba fis-sena 2000, u jokkupa wkoll il-kariga ta’ President tal-

Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali.

Nixtieq nifraħ lill-Banda Sagra Familja f ’għeluq il-25 sena mir-ri-fondazzjoni u t-twaqqif tal-Banda u l-115-il sena mill-ftuħ taċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja. Dawn huma anniversarji importanti għalina l-Kalkariżi l-għaliex li jkollok għaqda li tibqa’ għaddejja bil-ħidma tagħha għal ħafna snin huwa ċertifikat tal-impenn ta’ ħafna nies. Waqt li kont qiegħed naħseb x’se nik-teb fil-messaġġ ta’ din is-sena, kont qiegħed naħseb ukoll fuq il-pro-gramm tal-inawgurazzoni tal-Mafkar tal-Gwerra. Nistħajjilkom tgħiduli, x’relazzjoni hemm bejn il-festa u dan il-Mafkar? Sa ċertu punt ma hemm xejn.

Imma ma jistax ikun li f ’għeluq is-70 sena minn meta saret it-traġedja fi Triq Patist Borda u meta għadna kemm in-awgurajna Mafkar tal-Gwerra li jagħti ġieħ id-49 persuna mill-Kalkara li mi-etu kaġun tat-Tieni Gwerra Dinjija, ma nagħmlux ftit tar-riflessjoni u nif-takru f ’dawn l-għeżież tagħna.

Il-festa ta’ San Ġużepp ma tiġix biss biex niċċelebraw, imma tiġi wkoll biex niftakru f ’ħafna nies u f ’ħafna okkażjonijiet.

Nemmen li kien pass għaqli li propju l-inawgurazzjoni ta’ dan il-mafkar saret f ’waħda mill-Erbgħat ta’ San Ġuzepp, li bil-qdusija tiegħu, iġib l-għaqda, l-imħabba u l-ferħ.

Forsi ftit nagħtu każ, li bis-saħħa tal-festa ta’ San Ġużepp ħafna familji jingħaqdu, forsi anke jkun hemm min jagħmel paċi wara li jkun ilu għal xi żmien miġġieled.

Aħna xxurtjati li għandna lil San Ġużepp bħala Missier il-Parroċċa tal-Kalkara. Il-Missier li jieħu ħsieb il-familja tiegħu, il-Missier li dejjem lest biex jgħin. F’dawn il-ġranet sbieħ tal-Festa għandna nżommu dan kollu quddiem għajnejna u nippruvaw nim-itaw ftit mill-ħajja eżemplari ta’ dan il-Qaddis. Kemm hi ħaġa sabiħa li sa minn kmieni l-familji kollha jibdew jirranġaw id-djar tagħhom sabiex jip-preparaw għal din il-festa.

Anke aħna l-Kunsill Lokali tal-Kalka-ra ukoll inħejju għal din il-festa u nip-pruvaw kemm jista’ jkun li nsebbħu t-toroq kollha tal-Kalkara. Dan huwa mument sabiħ għalina wkoll fejn ma-tul il-ġimgħa tal-Festa jżuruna ħafna nies mill-Kottonera u mill-madwar.

Kien propju għalhekk li wettaqna xogħol ta’ tisbiħ kemm fil-Pjazza tas-Sagra Familja kif ukoll fil-Ġnien il-Pa-pa Benedittu XVI. Iva sewwa qiegħed ngħid għax ftit tal-ġimgħat ilu l-Kun-sill Lokali tal-Kalkara iddeċieda li jsemmi l-Playing Field li għandna fix-Xatt, għall-Papa li żar il-Kalkara fit-18 t’April tas-sena 2010.

Din hija okkażjoni li għandna nibqgħu niftakruha u aktar il-quddiem se

nkunu qegħdin nagħmlu tifkira ta’ din l-okkażjoni. Dan il-ġnien jirrikje-di ħafna xogħol u manutenzjoni kon-tinwa, għax fejn hemm it-tfal irridu nkunu ċerti li ma nħallux il-periklu. Kien għalhekk li permezz tax-xogħol li wettaqna ħloqna aktar sigurtà. Nap-pella sabiex inkunu ftit iddixxiplinati u ma nħallux lil min ikisser dak li nkunu għamilna matul is-sena bil-flus tat-taxxi tagħkom.

Nieħu din l-okkażjoni sabiex f ’ismi u f ’isem il-mara tiegħi, f ’isem sħabi l-Kunsilliera u l-iStaff tal-Kunsill Lokali nawgura l-festa t-tajba lill-Kalkariżi kollha u lil dawk kollha li jħobbu lil San Ġużepp.

Viva San Ġużepp!

Il-Qdusija ta’ San Ġużepp iġġib l-Għaqda, l-Imħabba u l-Ferħ

Il-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà jixtieq jieħu din l-okkażjoni sabiex jirringrazzja lill-Kunsill Lokali

tal-Mafkar tal-Gwerra li sar fi Pjazza SagraFamilja ad unur dawk il-Kalkariżi li traġikament

tilfu ħajjithom matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Dan il-mafkar ilu bil-bosta mixtieq mill-Kalkariżi kollha.

Nieħdu din l-okkażjoni wkoll sabiex niftakru f ’dawn ħutna li tilfu ħajjithom matul dawk iż-żminijiet.

Page 18: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 19: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Messaġġi

17

Mro. Ugo BuhagiarDip.Mus., F. Mus, E.I.H.E., B.Mus.T.

(UK), Dip. Child Psych.Surmast Direttur

Beda l-istudji mużikali tiegħu taħt is-Surmast Carmelo Ciantar u ħareġ idoqq l-ewwel darba mal-banda San Ġorġ ta’ Bormla. Huwa jservi bħala Surmast Direttur ma’ diversi baned fosthom Sagra Familja tal-Kalkara,

San Leonardu ta’ Ħal Kirkop u Lourdes tal-Qrendi.

Iż-żmien jgħaddi malajr u erġajna ninsabu ftit tal-jiem bogħod mill-festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp. Din hija il-ħamsa u għoxrin sena li jiena qieghed nifforma parti mis-Soċjetà Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja bħala s-Surmast Diret-tur tal-Banda Sagra Familja. Nem-men u nħoss li f ’dawn il-ħamsa u għoxrin sena għamilna ħafna progress fil-qasam mużikali. Nistgħu ngħidu li l-banda tagħna qed tagħmel erba’ programmi kbar fis-sena apparti l-programmi mużikali li nagħmlu fil- festi ta’ bliet u rħula Maltin li nkunu mistiedna għalihom matul x-xhur tas-sajf.

Din is-sena hija impenjattiva ħafna għax f ’Marzu kellna recording ta’ cd b’marċi brijużi, waqt li f ’April il-Banda Sagra Familja ħadet sehem f ’Serata Mużiko-Letterarja li tellgħet is-Soċjetà f ’għeluq is-sebgħin sena mit-tiġrif tal-Knisja Parrokkjali l-antika matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Issa jmiss li f ’Ġunju ntellgħu akkademja mużikali ġewwa l-Knisja Parrokjali f ’ġieh is-Surmast Lorenzo Gonzi, u f ’ Lulju il-programm annwali tal-fes-ta. Dan minbarra li fadal programm ieħor f ’Diċembru fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara.

Ix-xogħol involut kien kbir iżda nista’ ngħid li kulħadd midd għonqu għax-xogħol sabiex din l-isfida tintrebaħ

ukoll. Ovvjament jien kelli f ’idejja l-arranġamenti orkestrali illi kienu jieħdu ħafna xogħol u tul konsidere-voli ta’ żmien, filwaqt li l-Kummisjoni Banda maċ-Chariperson Mario Attard ħadet ħsieb l-arranġament u setting tal-palk u anke inxtrat ukoll xi mużika. Però minkejja dan ix-xogħol kollu, nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li s’issa dawn il-kunċerti dejjem kienu ta’ suċċess kbir u ntlaqgħu tajjeb mill-udjenza numeruża li dejjem tattendi.

Nieħu din l-opportunità sabiex nir-ringrazzjakom tas-sapport li dejjem ittuna kull meta ntellgħu l-kunċerti permezz tal-attendenza tagħkom. Dan is-sapport jimliena b’aktar kuraġġ sabiex inkomplu ntellgħu kunċerti ta’ livell għoli li jixraq lis-Soċjetà u lill-Banda Sagra Familja. U dan mhux biss f ’dawn il-kunċerti iżda ninkludi wkoll marċijiet li jibdew minn ħruġ tal-vara min-niċċa u jkomplu matul il-ġimgħa tal-festa. Bħal ma qegħdin tinnutaw, il-Banda Sagra Familja hija attiva ma-tul is-sena kollha.

Minkejja dawn il-kunċerti kollha ma rridux ninsew nsemmu l-impenn kemm tiegħi kif ukoll tas-Soċjetà fit-tagħlim tal-mużika li jingħata b’xejn ġewwa l-każin tagħna. Minn dan il-ktieb nixtieq inħeġġiġkom sabiex tinkoraġixxu lit-tfal tagħkom biex jiġu jitgħallmu l-mużika hawn ġewwa l-każin tagħna biex b’hekk kemm in-

tom u kif ukoll huma jkunu parti mill-banda tagħna u nibnu pedament sod għall-futur.

Filwaqt li nirringrazzja lill-Kumitat Ċentrali għall-koperazzjoni li dejjem sibt u li dejjem wera fiduċja sħiħa fija, irrid nirringrazzja b’mod speċjali lill-Kummissjoni Banda ferm ħabrieka għall-ħidma u l-impenn tagħha, lill-Assistent Surmast Twanny Borg għall-ħidma tiegħu fil-każin tagħna u lill-kumitati l-oħra kollha fi ħdan is-Soċjetà tagħna fejn b’koperazzjoni sħiħa naslu biex intellgħu festa oħra kbira u denja lill-Patrun tal-Kalkariżi San Ġużepp.

Sena impenjattiva għall-Banda Sagra Familja

Il-Bord Editorjali flimkien mal-Kumitat Ċentrali u l-fergħat kollha ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara jixtiequ jifirħu u jawguraw lil Mro. Ugo Buhagiar fl-okkażjoni tal-25 Sena Anniversarju mill-ħatra tiegħu bħala Surmast Direttur tal-Banda Sagra Familja. Ċertament li b’dan l-unur waħdien fil-Kalkara, Mro. Buhagiar ressaq diversi żgħażagħ lejn l-arti tal-mużika, u għolla l-livell tal-banda sena wara l-oħra, mir-rifondazzjoni tagħha għal-lum il-ġurnata. Grazzi ta’ kollox!

Mro. Ugo Buhagiar flimkien mal-allievi tal-Banda Sagra Familja fis-sena 1988.

Page 20: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 21: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Messaġġi

19

Mro. Twanny BorgA.L.C.M., A. (Mus.) V.C.M.

Assistent Surmast Direttur

Beda l-istudji mużikali tiegħu mal-Banda Nicolò Isouard tal-Mosta,

u studja taħt diversi surmastrijiet. Idoqq il-baxx mal-Banda tal-Forzi

Armati ta’ Malta, u nħatarAssistent Surmast mal-Banda

Sagra Familja matul is-sena 2012.

Bħalma tafu, ftit tax-xhur ilu jiena ġejt maħtur biex inkun l-Assistent Surmast ta’ din il-banda u għalhekk nixtieq nibda dawn il-kelmtejn tiegħi billi nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat Ċentrali ta’ din is-Soċjetà li għoġbu jemmen fija għall-ħatra ta’ din il-ka-riga. Nista’ ngħid li jien aċċettajt din il-kariga b’fiduċja f ’din il-banda li għalkemm żagħżugħa nemmen li ma tibżax tħares ’il quddiem u ma taqtax qalbha mill-isfidi u mill-opportunita-jiet li tista’ tħabbat wiċċha magħhom.

B’serjetà, b’kuraġġ u b’impenn din il-banda tista’ tibqa’ miexja ’l quddiem u tilħaq dejjem livell aktar għoli qalb is-Soċjetajiet tal-Baned Maltin.

Il-qalba ta’ kull Soċjeta mużikali hija l-banda u għalhekk biex wieħed ite-jjeb il-livell mużikali tiegħu żgur li jrid jinvesti fil-bandisti tas-Soċjetà tiegħu stess. Dawn huma dawk li jżommu lis-Soċjetà ħajja biex dak li ħallewlna missirijietna jibqa’ għaddej minn ġenerazzjoni għal oħra. Jekk inħarsu ħarsa lejn il-mużiċisti li għandna f ’pajjiżna naraw li ħafna minnhom bdew l-istudju mużikali tagħhom mill-każini tal-baned. Dan kollu hu xhieda tal-importanza li għandhom il-każini tal-baned Maltin fit-tagħlim mużikali.

L-edukazzjoni mużikali hija għodda importanti fl-iżvilupp ta’ kull wieħed u waħda minna, aktar u aktar meta din tkun meħuda b’serjetà. Din l-edu-

kazzjoni tgħin lill-bniedem jiżviluppa l-kapaċitajiet tiegħu; tagħtih skop fil-ħajja tiegħu; tgħinu jaħdem fi grupp u f ’kelma waħda tgħinu jikber mental-ment u soċjalment.

F’dan id-dawl jien inħoss li nies bħalna għandhom jieħdu r-responsabbiltà fuqhom u flimkien jingħaqdu sabiex din l-edukazzjoni tissaħħah kemm f ’din is-Soċjetà kif ukoll f ’pajjiżna. Jekk ma nkunux aħna li naħdmu biex iktar nies jitħeġġu jidħlu fix-xena mużikali, il-kwalità dejjem ser ton-qos. Għalhekk, aħna għandna d-dmir li naraw li nwasslu dan it-tagħlim bl-aħjar mod possibbli, b’serjetà kbira sabiex id f ’id nagħmlu iktar kuraġġ lin-nies ta’ din il-lokalità biex jagħtu s-sehem tagħhom mużikalment u biex fuq kollox jieħdu l-istudju b’serjetà.

Madankollu, il-ġenituri għandhom dejjem isegwu l-progress ta’ wlied-hom mużikalment billi jaħdmu id f ’id mal-għalliema wkoll. B’hekk, fil-waqt li s-Soċjetà tkun qed tilħaq kull ġenerazzjoni, qiegħda tibqa’ ħajja u tkattar il-livell tagħha.

L-għan prinċipali tiegħi hu li din is-Soċjetà tħares ’il quddiem, tinvolvi ruħha f ’attivitajiet ġodda u qatt ma tibża’ ttejjeb il-livell tagħha. F’dawn l-aħħar xhur, din il-banda għamlet recording ta’ marċi brijużi li żgur kien xhieda ta’ kemm din il-banda tista’ tilħaq il-livell mużikali mixtieq. Dan minbarra Serata Mużiko-Letterarja

fil-kxif tal-irħama tal-Knisja l-An-tika, u ż-żewġ programmi li jmiss: l-Akkademja Mużikali fil-Knisja u l-Programm Annwali fuq il-Planċier.

Għalhekk ejja ningħaqdu lkoll biex id f ’id naħdmu sabiex intejbu l-livell ta’ din il-banda. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat Ċentrali u lill-Kummissjoni Banda għall-fiduċja li qed juru fija u għall-koperazzjoni li nsib mingħandhom. Nirringrazzja wkoll lis-Surmast Direttur Ugo Bu-hagiar tal-impenn tiegħu. B’serjetà u b’impenn jien ser nibqa’ naħdem għall-ġid ta’ din is-Soċjetà biex nara li f ’kull ħaġa toħroġ bl-unuri u biex flimkien magħkom insaħħaħ dak li ħallewlna missirijietna. Il-festa t-tajba lill-Kalkariżi kollha.

Flimkien inkomplu nsaħħu l-Banda tagħna

Profil: Mro. Twanny BorgTwanny Borg twieled fl-20 ta’ Ot-tubru 1980. Huwa kien iħobb il-mużika minn ċkunitu u dan wasslu biex fl-1994 joħroġ idoqq il-baxx mal-banda Nicolò Isouard tal-Mos-ta, raħal twelidu. Studja l-istess stru-ment taħt idejn Mro. Mario Testa u Mro. Paul Borg. L-istudju mużikali tiegħu wasslu wkoll biex jibda jis-tudja t-teorija taħt Mro. Joseph Vella fejn taħtu kiseb id-diploma A.(Mus.)V.C.M. fit-teorija mill-Victoria Col-lege of Music. Fl-istess waqt beda jistudja l-kompożizzjoni għand

Mro. Raymond Zammit u aktar ‘il quddiem kompla bl-istudji tiegħu għand Mro. Ronnie Debattista fejn fl-2011 huwa kiseb l-A.L.C.M. Di-ploma fil-kompożizzjoni mil-London College of Music. Fost ir-repertorju ta’ kompożizzjonijiet tiegħu nsibu xogħlijiet miktubin għal orkestra, brass quintet u concert band, għadd ta’ marċi brijużi u marċi funebri, flim-kien m’arranġamenti oħra fosthom għall-banda. Qalb dawn ix-xogħlijiet insibu l-‘Ave Maria’ li ndaqqet mill-AFM Euphonium Quartet ġewwa l-Knisja tal-Karmelitani tal-Imdina

u mill-banda Vittorja tan-Naxxar, ‘Fanfare for an Occasion’ li ndaqqet mill-banda Nicolò Isouard tal-Mos-ta fl-Istitut Kattoliku u ‘Fantasy for Band’ li ndaqqet mill-banda Duke of Connaught’s Own ta’ B’Kara fl-Universita ta’ Malta. Twanny Borg jifforma parti mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta li fiha jdoqq il-baxx u ilu jokkupa dan il-post għal dawn l-aħħar għaxar snin. Filwaqt li huwa rinomat mal-baned Maltin bħala bandist, Twanny qed ikompli bl-istudji tiegħu taħt Mro.Ronnie De-battista.

Page 22: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 23: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Messaġġi

21

Mill-Għaqda Każinital-Banda

Imwaqqfa fl-1947 fuq ħsieb tal-Kav. M. A. Delia, dak iż-żmien membru tal-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun.

L-Għaqda Każini tal-Banda kel-lha bħala għan ewlieni li tkun vuċi

waħda f ’isem il-baned Maltin mal-Gvern. Mill-1982, bdiet tiġi

ċċelebrata l-festa liturġika ta’ Santa Ċeċilja, Patruna tal-mużiċisti.

Il-festi huma okkażjoni li permezz tagħhom naħsbu u nimitaw fuq il-ħajja tal-qaddisin li l-festa għalihom tkun waslet biex tiġi ċċelebrata.

Hija okkażjoni fejn wieħed jammira l-qlubija, jew id-dedikazzjoni tal-per-suna mqaddsa lejn Alla. Ħafna mill-qaddisin ma beżgħux mis-sagrifiċċju, jew li jeħduha kontra l-kurrenti ta’ żmienhom.

Min spiċċa martri, min intefa’ f ’ħabs, oħrajn waqqfu istituzzjonijiet li per-mezz tagħhom it-tixrid tal-kelma t’Alla nżammet ħajja sa żminijietna b’diversi modi u bl-eżempji li huma taw.

Mill-Madonna u San Ġużepp, sa kull persuna li l-Knisja elevat għad-dinjità tal-Artal, ilkoll iddedikaw ħinhom biex il-verità tkun magħrufa, speċjalment fis-snin bikrija tal-Kristjaneżmu.

Il-partitarji tal-baned fid-diversi bliet u rħula Maltin u Għawdxin għandhom, waqt li jkunu qed jiċċelebraw fil-festa tagħhom, ma jonqsux mir-rispett lejn dawk li jkunu jappartienu – jekk ikun il-każ – lil xi każin tal-banda ieħor, jew partitarji ta’ festa oħra, għaliex b’mod fratern, kulħadd għandu dritt jiċċelebra l-festa tal-qaddis/a tiegħu, bil-baned, bin-nar u l-briju, imma kollox għandu jsir b’moderazzjoni, b’rispett lejn ħaddieħor, b’dinjità u de-kor.

Hu xieraq għalhekk li bħala nsara u segwaċi tal-festa f ’ġieh San Ġużepp fil-Kalkara aħna nagħmlu festa li per-mezz tagħha nisimgħu l-kelma t’Alla, niċċelebrawha mal-ħbieb u l-familjari tagħna fit-toroq fil-preżenza wkoll tal-barranin li jiġu jaqsmu magħna l-kultura li tkattret f ’dan is-settur matul il-milja tas-snin, kif ukoll ma’ bosta Maltin u Għawdxin oħra li huma dil-ettanti tal-festa Maltija.

L-Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda jawguralkom il-Festa t-Tajba.

J.C. Azzopardi, Segretarju

Fl-Okkażjoni tal-Festa...

Ħajjar lill-uliedek jitgħallmul-arti tal-mużika u jingħaqdu

mal-Banda Sagra Familja!

Applikazzjonijiet jinkisbu mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Kummissjoni Banda Sagra Familja.It-tagħlim tal-mużika huwa provdut mingħajr ħlas.

[email protected]

Skema Finanzjarja għat-taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda

Għall-ewwel darba matul din is-se-na, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport nieda l-iskema “Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda”. Din l-iskema hija

parti mill-Empowerment Programme li tħaddem l-Aġenzija Żgħażagħ biex tgħin liż-żgħażagħ jilħqu l-milja tagħhom. Is-Soċjetà tagħna applikat permezz ta’ programm ta’ taħriġ flimkien ma’ diversi każini tal-banda oħra, u kienet fost 28 banda oħra li l-applikazzjoni tagħhom intgħażlet. Il-programm ta’ taħriġ tas-Soċjetà

kien iġib l-isem “Inħeġġu aktar tagħlim mużikali fl-istrumenti tar-ramm”, inizjattiva immirata sabiex issaħħaħ tagħlim aktar professjonali fl-istrumenti tar-ramm. Permezz ta’ din l-iskema, is-Soċjetà ser tkun qed tinvesti fix-xiri ta’ diversi strumenti mużikali, kif ukoll f ’apparat relatat mat-taħriġ mużikali.

Page 24: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 25: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Messaġġi

23

Mill-Għaqda NazzjonaliArmar tal-Festi fit-Toroq

Imwaqqfa fis-sena 2009, l-Għaqda Nazzjonali Armar tal-Festi fir-Toroq għandha l-għan prinċipali li tħares u

tkattar il-kultura tal-festi fil-qasam tal-armar, filwaqt li tniehdi inizjat-

tivi ta’ ġid għal dan il-qasam. Il-promotur u President attwali ta’ din

l-għaqda huwa Dr. Godfrey Farrugia.

Sa mit-twaqqif tagħha l-Għaqda Naz-zjonali Armar tal-Festi fit-Toroq minn dejjem emmnet li b’rieda tajba u bil-persważjoni tasal sabiex r-raġuni tkun il-pern ta’ kull deċiżjoni li tittieħed fir-rigward tal-festi tagħna l-Maltin u l-Għawdxin.

Ngħid tagħna l-Maltin u l-Għawdxin għaliex ħadd ma għandu xi prerogatti-va partikolari biex isejjaħ il-festi bħala “tiegħu”. Il-festi huma tagħna lkoll. Dan għaliex fihom l-ingredjenti koll-ha meħtieġa li jsawwru u jiffurmaw l-identità nazzjonali tagħna l-Maltin u l-Għawdxin.

Ibda mill-bażi ta’ dawn il-festi li hija l-fidi Kattolika li nħaddnu, u kompli bl-espressjoni tal-ferħ f ’manifestazzjoni esterna kif isir bil-mużika u l-marċi ferrieħa kif ukoll l-atmosfera unika tat-toroq u l-imsieraħ imżejna u s-sema mdawlla bl-arti piroteknika. Huma trepied ta’ ċelebrazzjoni reliġjuża, okkażjoni soċjali u attività kulturali. Dak kollu li jidentifikana bħala Mediterranji Ewropej, u fuq kollox dak kollu li fl-aħħar mill-aħħar jiddistingwina bħala Maltin, issibu fil-festi tradizzjonali li niċċelebraw għall-glorja ta’ Alla u f ’ġieħ il-Madonna u l-Qaddisin protetturi tal-irħula u l-ibliet tagħna.

Għalhekk il-festi tagħna huma vet-rina ta’ dak li jagħmilna Maltin. Dan il-ħsieb fil-fatt mhux biss intuża għas-symposium nazzjonali dwar il-festi li kien sar mill-GħaNAFT f ’Ottubru

2010, iżda wkoll intuża bħala tema ewlenija f ’attività konġunta dwar il-festi fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat is-sena l-oħra. Din l-attività, mifruxa fuq l-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Novembru 2011, saret bi sħab bejn l-Għaqda Każini tal-Ban-da, l-Għaqda Piroteknika Maltija u l-GħaNAFT fil-kumpless Montekristo f ’Ħal Farruġ. Kien ta’ sodisdfazzjon kbir għall-GħaNAFT kif ukoll l-enti-tajiet nazzjonali l-oħrajn is-sehem tal-għaqdiet imsieħba u bl-interess tal-pubbliku Malti kif ukoll tursiti.

Matul din l-attività dewwaqna lil kull min ġie jżurha ftit minn dak li toffri l-festa Maltija, taħt saqaf wieħed. Tajna spazju lill-ingredjenti ewlenin tal-festi tagħna biex nesponuhom kif hu xi-eraq bħala ċelebrazzjonijiet reliġjużi, okkażjonijiet soċjali u attivitajiet kul-turali.

Elementi oħrajn li jmorru lill’hinn minn dan kollu, jew saħansitra kontra tagħhom, ma għandhomx jingħataw spazju fil-festi tagħna. Dan għidnieh sa mill-bidu nett u nibqgħu nsostnuh, iżda nemmnu li mhux il-każ li jinqa-bad kollox f ’keffa waħda.

Kienu dawn il-ħsibijiet li li saw-wru l-bażi tad-diskussjonijiet tal-GħaNAFT dwar il-festi tagħna, kemm mal-awtorità Ekkleżjastika kif ukoll mal-awtoritajiet Ċivili, fit-taħdidiet tagħna mal-Kurja, mal-Korp tal-Pulizija u anke mal-President ta’ Mal-ta. Fil-mument tal-kitba ta’ dan il-

messaġġ f ’April b’sodisfazzjon ngħid li f ’dan l-aħħar xahar rajna sens kbir ta’ rieda tajba mill-partijiet kollha konċernati biex tinstab l-aħjar triq ’il quddiem li tkun ta’ ġid għall-festi tagħna.

Nawgura li din ir-rieda tajba tkompli tkun il-bażi ta’ dak kollu li nagħmlu ħalli tkun hi li tagħti nifs lir-raġuni ta’ kull deċiżjoni li nieħdu fir-rigward tal-festi tagħna l-Maltin u l-Għawdxin.

J’Alla din ir-rieda tajba toktor u titnis-sel minn festa għall-oħra u għalhekk nawgura lill-poplu kollu tal-Kalkara l-isbaħ xewqat għall-Festa f ’ġieħ San Ġużepp.

Cleavon Vella, Segretarju

Rieda Tajba

Page 26: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 27: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Programm tal-Festa

25

Page 28: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

26

Programm Tal-Festi Interni Solenni Ad Unur

San ĠużeppPatrun tal-Knisja Universali fil-Parroċċa tal-Kalkara 2012

“Mhux biss fiżikament imma f ’qalbu ukoll, Ġużeppi jurina is-sigriet ta’ umanità li dejjem tgħammar fil-preżenza tal-misteru u hija miftuħa għall-misteru f ’kull waqt tal-ħajja ta’ kujum.” (Benedettu XVI )

Page 29: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Programm tal-Festa

27

Il-Ħamis 28 ta’ ĠunjuFis-7.00pm Ġesù Ewkaristija jkun espost fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali fejn jibqa’ espost sal-10.00pm u jsir talb fis-skiet għas-suċċess spiritwali tal-festa.

Il-Ħadd 1 ta’ LuljuFil-Quddies kollhu jingħata tagħrif dwar il-festa. Issir il-ġabra speċjali li tmur għall-ispejjeż tal-festa. It-Tnejn 2 ta’ LuljuĦruġ min-NiċċaNibdew il-ġimgħa tal-festa magħqudin fit-talb u t-tifħir lil Alla madwar San Ġużepp.Fil-5.30pm jiġi espost Ġesù Ewka-ristija biex inħejju spiritwalment għall-festa. Issir siegħa adorazzjoni u jkun hemm saċerdoti għall-Qrar. Fis-6.30pm Quddiesa kantata mmexxija minn Mons. Pawl Rag-gio. L-għaqdiet kollha mużikali u soċjali tal-Parroċċa flimkien mal-Kalkariżi li m’għadhomx joqgħodu fil-parroċċa. Fl-aħħar taċ-ċelebrazzjoni wara introduz-zjoni mill-Kappillan isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġużepp min-niċċa li tiġi milqugħa fuq iz-zuntier mill-komunità bis-sehem tal-Kor Parrokkjali, li jkun akkumpanjat minn Banda magħquda miż-żewġ soċjetaijiet Mużikali San Ġużepp u Sagra Familja. Fl-aħħar tingħata il-Barka b’Ġesù Ewkaristija.

It-Tlieta 3 ta’ LuljuJum it-Tfal u l-Familji tagħhomFis-6.00pm It-tfal jitilgħu ħdejn il-MUSEUM minn fejn tibda’ ċelebrazzjoni ta’ ferħ u fidi. It-tfal kollha mistennija jieħdu sehem.Fis-6.30pm Quddiesa għat-tfal immexxija mir-Revdu. Dun Rene Cilia. Janima l-Kor tat-Tfal An-gels’ Voices. It-tfal li jattendu tingħatalhom tifkira. Il-Kor An-gels’ Voices huwa l-Kor tat-Tfal tal-Parroċċa tagħna. Tmexxih is-Sinjura Marisa Abela u l-organista Ms Diane Pace B.Ed.

L-Erbgħa 4 ta’ LuljuL-Ewwel Jum tat-TriduJum id-DjakonijaFis-6.00pm Rużarju u Kurunella

Fis-6.30pm Quddiesa li għaliha mistiedna l-anzjani u l-morda. Imexxi P. Deo Debono OSA. Wara l-quddiesa tingħata il-Barka Sagra-mentali. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor Parrokkjali. Mistiedna ukoll ir-residenti ta’ Dar il-Wens.

Il-Ħamis 5 ta’ LuljuIt-Tieni Jum tat-TriduJum il-FamiljaFis-6.30pm Quddiesa li għaliha mistiedna il-koppji li din is-sena jagħlqu 10, 25, 40 jew 50 sena miżżewġa. Imexxi il-Quddesa P. Martin Mamo OFM Cap. Wara l-quddiesa tingħata il-Barka Sagra-mentali. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor Adonai. Wara l-quddiesa, il-koppji mistiedna għal bibita fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Il-Ġimgħa 6 ta’ LuljuIt-Tielet Jum tat-TriduJum il-VokazzjonijietFis-6.00pm Rużarju u KurunellaFis-6.30pm Quddiesa immexxija minn P. Ivan Scicluna OFM Cap. Għal din il-Quddiesa mistiedna il-familjari ta’ saċerdoti u reliġjużi li joqgħodu il-Kalkara. Fil-Quddiesa ssir il-Vestizzjoni tal-abbatini. Wara t-Tqarbin jitkanta l-innu ta’ ringrazzjament Te Deum.

Is-Sibt 7 ta’ LuljuLejlet il-FestaFis-6.00pm Rużarju u KurunellaFis-6.30pm Translazzjoni Solenni bir-Relikwa ta’ San Ġużepp. Im-exxi il-Kan Ġorġ Spiteri li qed jiċċelebra il-25 sena anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali u li kien Viċi fil-Parroċċa tagħna. Wara Quddiesa Solenni bis-sehem ta’ l-Orkestra u l-Kor Parrokkjali San Ġużepp.

Il-Ħadd 8 ta’ LuljuJum l-Għid tal-Parroċċa7.00am Quddiesa Letta8.30am Quddiesa kkonċelebrata. Imexxi Dun Roderick Camill-eri Saċerdot novell. Jinseġ il-paniġierku fuq il-virtuwijiet sin-gulari ta’ Missierna San Ġużepp, Patrun tal-Knisja Mqaddsa u Mis-sier l-Insara kollha, Dun Karm

Mercieca, Viċi Direttur tal-Movi-ment ta’ Kana.10.30am Quddiesa Letta6.30pm Quddiesa animata mill-Kor Shalom immexxi mis-Sinjura Agatha Zahra.7.30pm Tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa devota tas-Sultan tal-Qaddisin u Patrun tal-Knisja Universali San Ġużepp, kapola-vur fl-injam solidu ta’ Ferdinando Stuflesser, b’tislima fuq iz-zuntier mill-Banda San Girgor ta’ tas-Slie-ma u l-Banda Beland taż-Żejtun. Il-purċissjoni solenni tkun imexx-ija minn Fr. Raymond Cassar, bis-sehem tal-fratellanza Ġużeppina, u tkun akkumpanjata mill-Banda Sliema u tgħaddi minn Misraħ Arċisqof Gonzi, Triq il-Kapuċċini, Triq San Lawrenz, Triq Giovanni Ricasoli, Triq is-Sienja, Triq Pa-tist Borda, Triq is-Salvatur, Triq ir-Rnella, ix-Xatt, u titla’ mit-taraġ ta’ quddiem iċ-Ċentru Laburista għall-Knisja Parrokkjali. Fuq iz-zuntier l-istess baned jerġgħu isell-mu lill-vara wisq għażiża ta’ San Ġużepp fid-dħul trijonfali tagħha fil-Knisja. Kif tidħol il-purċissjoni fil-Knisja titkanta l-Antifona ta’ San Ġużepp Iosef Filii David, ka-polavur ta’ Mro. Lorenzo Gonzi, u tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis 12 ta’ LuljuĦarġa għal Għawdex2.00pm Ħarġa speċjali ta’ wara l-festa għal Għawdex sa nofsillejl, biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Knisja tan-Nazzarenu, Xagħra u wara nkomplu bil-mistrieħ u l-ikel.

Is-Sibt 14 ta’ Lulju6.30pm Quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li ħadmu fit-tħejjija u fiċ-ċelebrazzjoni tal-Festa fejn nirringrazzjaw lil Alla u lil San Ġużepp li ngħaqadna bħala komunità nisranija biex niċċelebraw il-fidi tagħna. Wara l-Quddiesa l-istatwa ta’ San Ġużepp terġa’ titqiegħed lura fin-niċċa.

Nota: Il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Josianne Zammit ALCM (TD), ATCL. Organista: Di-ane Mizzi FLSM, B.MusLSM(Hons), B.Ed(Hons), ALSM, Dip.Rec.LSM.

Page 30: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju6:15pm Kurunella, Antifona u Barka Ewkaristika. Wara quddiesa solenni tal-aħħar Erbgħa bi tħejjija għall-festa titulari ta’ San Ġużepp fil-Knis-ja Parrokkjali.

8:00pm Akkademja Mużikali mill-Banda Sagra Familja, taħt id-direz-zjoni tas-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiar, fl-okkażjoni tal-125 Sena mit-twelid ta’ Mro. Lorenzo Gonzi. Jieħu sehem il-Kor San Ġużepp.

Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju8:00pm Mixgħela Ġenerali tat-toroq tal-Kalkara mill-Għaqda ta’ l-Armar.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju8:30pm Jingħata bidu għal Eleanor Cassar in Concert fi Triq ir-Rnella bis-sehem ta’ Eleanor Cassar u kan-tanti lokali oħra. L-ispettaklu jit-tella’ mill-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja. Ma jonqosx spettaklu multi-viżiv ta’ dawl u sound kon-tinwu, ikel, xorb kif ukoll lotterija kbira. Il-Kalkariżi huma mħeġġa jat-tendu għall-din l-attività annwali.

Is-Sibt 30 ta’ Ġunju7:30pm Festa tat-tfal organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ Sa-gra Familja fl-inħawi tas-sede tas-Soċjetà.

8:30pm Barbeque għall-partitarji kollha fi Pjazza Sagra Familja or-ganizzat mill-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà. Ikun hemm varjetà ta’ ikel, mużika u tombla. Biljetti mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Kumitat Ċentrali.

Il-Ħadd 1 ta’ Lulju10:00am L-aħħar ġabra mat-toroq tal-Kalkara b’riżq il-festa u t-tqassim tal-publikazzjoni annwali tal-festa minn IMI Publications. Nitolbukom sabiex tkunu ġenerużi bħal kull sena sabiex intaffu l-ispejjeż relatati mal-festa li dejjem qegħdin jiżdiedu.

8:30pm Get Together kbir fi Pjaz-za Sagra Familja organizzat mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja. Ikun hemm varjetà ta ikel u mużika mill-

aqwa. Tintwera fuq big screen il-fi-nali tal-Euro 2012. Biljetti mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Għaqda tan-Nar.

It-Tnejn 2 ta’ Lulju 6.30pm Quddiesa konċelebrata fil-Knisja Parrokkjali, li warajha jsir il-ħruġ tal-istatwa titulari ta’ Missierna San Ġużepp min-niċċa. Il-membri kollha huma mħeġġa sabiex jatten-du. Elementi bandistiċi mill-Banda Sagra Familja u l-Banda San Ġużepp flimkien mal-Kor Parrokkjali jieħdu sehem fi programm mużikali ta’ inn-ijiet minn fuq iz-zuntier sabiex isell-mu lill-vara titulari fil-ħruġ u d-dħul tagħha mit-tempju Ġużeppin.

8.30pm L-aħħar kunċert ġenerali mill-Banda Sagra Familja fejn jiġu kkunċertati s-siltiet li ser jingħaddu fil-programm mużikali annwali li se jsir nhar it-Tlieta 3 ta’ Lulju.

It-Tlieta 3 ta’ Lulju8:00pm Il-Banda Sagra Familja tagħmel marċ qasir li jibda minn quddiem is-sede tas-Soċjetà fi Triq ir-Rnella u jgħaddi minn Pjazza Sa-gra Familja, Triq Patist Borda, Triq is-Salvatur, Triq ir-Rnella u jin-temm quddiem il-planċier “Ġawhra Ġużeppina’’.

9:00pm Il-Banda Sagra Familja taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiar tagħti bidu għall-programm mużikali fuq il-planċier “Ġawhra Ġużeppina” fi Pjazza Sagra Familja. Matul dan il-programm im-tella’ mill-Kummissjoni Banda ser jindaqqu siltiet ta’ mużika varjata u jsiru bosta preżentazzjonijiet ta’ tifkiriet u donazzjonijiet lis-Soċjetà. Kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi.

10:30pm Riċeviment annwali ġewwa “Sala San Ġużepp” fis-sede tas-Soċjetà hekk kif jintemm il-programm mużikali, li għalih huma mistiedna l-membri kollha u l-familjari tagħhom kif ukoll mist-ednin oħra distinti.

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

28

Page 31: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Programm tal-Festa

29

12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

8:30pm Il-Banda Lourdes tal-Qrendi, takkumpanja l-vara ta’ San Ġużepp, xogħol tal-istatwarju Michael Camilleri Cauchi u rep-lika tal-istatwa titulari preċedenti li kienet donazzjoni tas-Soċjetà lill-Parroċċa, permezz ta’ marċ li jgħaddi minn Triq ir-Rnella, Triq Patist Borda, Triq is-Salvatur, Triq Luigi Pisani, Triq is-Salvatur, Triq ir-Rnella, Triq is-Sienja, Triq Patri Mat-tew Sultana, Triq Giovanni Ricasoli, Triq Ġanni Raimondo, Triq Santa Filumena, Triq ir-Rnella u Pjazza Sa-gra Familja fejn isir it-tlugħ tal-vara fuq il-kolonna tagħha. Matul il-marċ jinħarqu settijiet ta’ murtaletti u fl-aħħar kaxxa nfernali. Wara li tin-temm id-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp, ser isir feature fuq il-ħidma tas-Soċjetà imtellgħa mill-fergħat kollha u se jinkixfu xi opri tal-armar mill-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju.

Il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

12:30pm Ikla annwali tal-festa fis-sede tas-Soċjetà għall-partitarji koll-ha. Kitba mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Kumitat Ċentrali.

8:30pm Il-Banda Sagra Familja tak-kumpanja il-vara tas-Sagra Famil-ja, ġawhra tal-Ġużeppini Maltin u kapolavur ta’ Wistin Camilleri, permezz ta’ marċ li jgħaddi minn Triq ir-Rnella, Triq is-Sienja, Triq Giovanni Ricasoli, Triq Ġanni Rai-mondo, Triq San Lawrenz, Triq il-Kapuċċini, Misraħ Arċisqof Gonzi u Triq ir-Rnella. Fil-bidu tal-marċ jinħaraq salut u kaxxa nfernali.

F’Misraħ Arċisqof Gonzi l-Banda Sagra Familja ssellem lill-Knisja Par-rokkjali permezz tal-innijiet filwaqt li wara, fi Triq ir-Rnella jsir it-tlugħ tal-istatwa tas-Sagra Familja fuq il-kolonna ġojjel tagħha.

10:00pm Jingħata bidu għall-ispettaklu pirotekniku annwali li jin-kludi murtali tal-beraq pront, mur-tali bil-logħob, murtali tal-kulur, sfejjer, u blalen fost l-oħrajn. Hekk kif il-vara tas-Sagra Familja tasal quddiem is-sede tas-Soċjetà tinħaraq kaxxa nfernali kkumnikata bi blalen u murtaletti, filwaqt li kif tittella’ fuq il-kolonna tagħha, tinħaraq kaxxa oħra tal-kulur. Wara dan, l-Għaqda tan-Nar Sagra Familja tippreżenta l-ispettaklu multi-viżiv waħdien fil-madwar, b’ħarqa grandjuża ta’ logħob tan-nar tal-art mekkanizzat fi Triq Marina b’akkumpanjament uniku ta’ dawl u mużika, kollu frott id-dilettanti tan-nar tas-Soċjetà.

Il-Ħadd 8 ta’ Lulju11.00am Il-Banda Sagra Familja tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu madwar Triq ir-Rnella, Triq is-Salvatur, Triq Patist Borda, Triq ir-Rnella, Triq is-Sibi, Triq Mel-chiorre De Robles, Triq is-Sienja u jintemm fi Triq ir-Rnella fost il-briju u l-entużjażmu tal-partitarji.

7:00pm Il-Banda San Girgor ta’ Tas-Sliema tibda marċ minn Triq ir-Rnella għal Misraħ Arċisqof Gonzi, fejn tilqa’ l-ħruġ tal-vara titulari ta’ Missierna San Ġużepp minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali. Wara tagħmel marċ fi Triq ir-Rnella u te-segwixxi programm mużikali fuq il- planċier “Ġawhra Ġużeppina” fi Pjazza Sagra Familja.

Matul il-programm, hekk kif l-istat-wa titulari tasal quddiem is-sede tas-Soċjetà Ġużeppina, issir tislima xierqa lil Missierna San Ġużepp fejn jindaqqu l-Innu Popolari “Lil

San Ġużepp” kompożizzjoni ta’ Mro. Lorenzo Galea, l-Innu Marċ “Lill-Patrijarka San Ġużepp”, kompożizzjoni ta’ Mro. Archibald Mizzi, u l-Innu Marċ “La Sacra Famiglia” ta’ Mro. Lorenzo Gonzi, kif ukoll tinħaraq kaxxa nfernali mill-Għaqda tan-Nar. Wara li jin-temm il-programm mużikali, il-ban-da tagħmel marċ fi Triq ir-Rnella u Misraħ Arċisqof Gonzi u ssellem lill-vara titulari fid-dħul lura fil-Knisja bl-innijiet minn fuq iz-Zuntier.

11:00pm Il-Banda Sagra Familja tagħmel il-marċ ta’ l-aħħar fi Triq ir-Rnella fejn isir l-inżul tal-vara tas-Sagra Familja minn fuq il-kolonna u lura lejn is-Sede tas-Soċjetà, fost il-briju spontanju tad-dilettanti tan-nar u tal-armar.

It-Tnejn 9 ta’ Lulju12:00 pm Tluq għax-xalata tradiz-zjonali tal-għada tal-festa, fejn nerħulha lejn l-Għadira għall-ġurnata divertiment flimkien. Naslu lura b’mod trijonfali r-raħal għal xis-7.30pm fost il-briju tal-partitarji. Fi Pjazza Sagra Familja jsir barbeque għall-partitarji kollha. Biljetti jink-isbu matul il-ġimgħa tal-festa mill-membri tal-Kumitat Ċentrali.

Għal aktar informazzjoni nitolbu-kom iżżuru s-sit elettroniku tas-Soċjetà www.sagrafamilja.org

VIVA SAN ĠUŻEPPKAP TAS-SAGRA FAMILJA!

Programm Tal-Festi Esterni Ad Unur

San Ġużeppsehem iċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja A.D. 1897

Page 32: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

30

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 20128:00am Ħruq ta’ murtali u mur-taletti.

12:00pm Ħruq ta’ murtali u mur-taletti.

9:30pm Tibda wirja piroteknika b’murtali tal-bomba, murtaletti, sliżijiet u blalen fost l-oħrajn, ma-tul il-marċ tradizzjonali bl-istatwa maestuża u artistika tal-Padrun tagħna Missierna San Ġużepp. Fi tmiem din il-wirja tinħaraq kaxxa infernali kkumnikata.

Wara li l-istatwa ta’ San Ġużepp tiġi mtella’ fuq il-kolonna tagħha fi Pjazza Sagra Familja, tinħaraq kaxxa tal-kulur minn fuq il-bejt tal-każin.

Il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju 2012JUM IS-SAGRA FAMILJA8:00am Ħruq ta’ murtali u mur-taletti.

12:00pm Ħruq ta’ murtali u mur-taletti.

9:30pm Jingħata bidu għal spet-taklu pirotekniku Thunders of Fire li jinkludi murtali tal-beraq, mur-tali bil-logħob, murtali tal-kulur, sfejjer, murtali tal-bomba, sliżijiet u blalen, fost l-oħrajn.

Hekk kif il-vara tas-Sagra Familja tasal quddiem il-każin tinħaraq kaxxa infernali grandjuża ikkum-nikata b’tempijiet bil-murtali bil-logħob, blalen u baraxxijiet.

Wara li l-istatwa tas-Sagra Familja titla’ fuq il-kolonna tagħha fi Triq ir-Rnella tinħaraq kaxxa oħra tal-kulur.

Eżattament wara jingħata bidu għal spettaklu pirotekniku ta’ logħob tan-nar tal-art fi Triq Ma-rina, wara l-kolonna tas-Sagra

Familja. Dan in-nar tal-art ikun akkumpanjat b’sinkronizzazzjoni bil-mużika u huwa kollu mekkan-izzat u maħdum mid-dilettanti tan-nar fi ħdan l-Għaqda tan-Nar Sagra Familja tas-Soċjetà.

Il-Ħadd 8 ta’ Lulju 2012JUM IL-FESTA TA’MISSIERNA SAN ĠUŻEPP7:30pm Salut, kaxxa infernali spanjola grandjuża u murtaletti hekk kif il-vara titulari ta’ Mis-sierna San Ġużepp toħroġ b’mod trijunfali mill-Knisja Parrokkjali. Wara akkumpanjament matul il-purċissjoni. (Dan in-nar ġie kkum-missjonat mill-Kummissjoni Festa.)

Hekk kif il-vara titulari tal-Patrun tagħna u tas-Soċjetà, Missierna San Ġużepp, tasal quddiem is-sede tas-Soċjetà tinħaraq kaxxa infer-nali bħala tislima lill-Patrun tas-Soċjetà Ġużeppina.

10:30pm Kaxxa infernali tal-kulur hekk kif il-vara titulari tidħol lura fil-Knisja Parrokkjali. (Dan in-nar ġie kkummissjonat mill-Kummiss-joni Festa.)

11:00pm Inħeġġu lid-dilettanti tan-nar kollha sabiex ningħaqdu flimkien fil-marċ tal-aħħar li jsir b’mod speċjali mis-Soċjetà tagħna b’tislima għal dawk kollha li ħadmu għall-festa.

SAGRA FAMILJA ĦARISNAU ŻOMM IDEJK FUQNA!

In-Nar kollu msemmi hawn fuq (ħlief fejn indikat mod ieħor) ġie ikkummissjonat mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja. In-nar tal-art mekkaniżżat inħadem kollu mid-dilettanti tan-nar Sagra Familja fi ħdan l-istess għaqda.

PROGRAMM PIROTEKNIKUmill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja fi ħdan Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja

Page 33: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Programm tal-Festa

31

Programm Mużikalimill-Banda Sagra Familja

taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiarfuq il-Planċier Ġawhra Ġużeppina fi Pjazza Sagra Familja

nhar it-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012 fid-9.00pm

Innu Marċ

Selezzjoni Operistika

Sinfonija

Selezzjoni

Tema tal-Film

Selezzjoni

Mużika Tradizzjonali

Tema tal-Film

Mużika Tradizzjonali

Marċ Militari

Selezzjoni Spanjola

Innu

La Sacra Famiglia

Norma

Liliana

Memories from Cats

Band of Brothers

Intervall

Memories of Cole Porter

Lochlea

My Heart will go On

Highland Cathedral

Colonel Bogey

Echoes of Seville

Lill-Banda Sagra Familja

Lorenzo Gonzi

Vincenzo Bellini

Salvino Fabri

Andrew Lloyd Webber

Michael Kamen

Cole Porter

Ian Macpherson

James Horner

Ulrich Roever u Michael Korb

Frederick J. Ricketts

Charles N. Daniels

Ugo Buhagiar

Jippreżentaw il-programm is-Sur Lawrence Farrugia u s-Sinjura Josette Deguara.

Kulħadd huwa mitlub sabiex ikun f ’postu sad-8.45pm.

Il-programm mużikali għandu preżentazzjoni tal-Kummissjoni Banda Sagra Familja.

Din is-silta se tkun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Mro. Twanny Borg. Jieħu sehem il-Bag Pipes mal-Banda Sagra Familja.

Jieħu sehem il-Bag Pipes mal-Banda Sagra Familja.

Jieħu sehem il-Bag Pipes mal-Banda Sagra Familja.

Page 34: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

32

Il-Baned Mistiedna fil-Festaminn Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja

MarċĊensinas

Ontario Nadur il-koppi

Al Pacino Golden Jubilee

Il-Biżen Coronation

Manjus/DorianneBonpacello

KompożiturDavid Agius

Ray SciberrasJ. Zammit

David AgiusMro. E. Bugeja

Mro. Ant. Aquilina Jos. Azzopardi

Andrew ColeiroVin. Ciappara

Soċjetà Mużikali LourdesIl-Qrendi

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju

Surmast Direttur: Mro. Ugo Buhagiar

Innu lill-Għaqda MużikaliSan Girgor

Mexican TrumpetsGiuseppe Verdi 1813-1901

Che Sera SeraWar Rocky 4

Zorba the GreekApacheBatman

We are the WorldAntonin Dvorak New World

Saviour Portelli

Harm EverestGiuseppe VerdiArr. Paul Borg

Arr. Peter KingJidderieġi Mro. Darren Dimech

Arr. Steven VerhaertThe Shadows

Danny ElfmanArr. Daniele Carnevali

Arr. D. Stratford

Soċjetà Mużikali San GirgorTas-Sliema

Programm Mużikali: Il-Ħadd 8 ta’ Lulju

Surmast Direttur: Mro. Anthony Carbonaro

Page 35: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 36: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

34

Page 37: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Storja u Arti

35

Charles FloresImwieled il-Kalkara, huwa attenda korsijiet ta’ diploma fix-xandir tal-aħbarijiet u fil-ġurnaliżmu miktub barra minn xtutna. Okkupa diversi karigi fix-xandir tal-istat, fosthom

ta’ Kap tat-taqsima tal-aħbarijiet. Ip-pubblika diversi antoloġiji ta’ poeżiji,

fosthom il-ktieb “A Voice from Kalkara” (1974) u l-aħħar

pubblikazzjoni “Arloġġ ta’ Darba”.

Waħda mill-isbaħ tifkiriet ta’ tfuliti żgur hija l-ħuġġieġa ta’ San Ġwann li aħna t-tfal li konna ngħixu fix-xaqliba “Ta’ Fuq” konna ngħinu biex issir fl-Għalqa tal-Fondoq nhar il-festa tal-qaddis f ’Ġunju ta’ kull sena.

L-Għalqa tal-Fondoq kienet biċċa art imdaqqsa u żdingata li għat-tfal tal-inħawi kienet isservi ta’ post ideali għall-avventuri immaġinarji tagħna. Hemmhekk kont issib gangijiet ta’ tfal joħduha wieħed mal-ieħor bit-tfiegħ tal-ġebel u l-bottijiet, battalji mhux wisq innoċenti li iżda fortunatament qatt ma wasslu għal affarijiet serji, u timijiet tal-futbol ippikati bi tħejjija għal xi logħba “kbira” fl-Għalqa tal-Futbol (u l-Cricket) tefgħa ta’ ġebla bogħod minn hemm.

Il-ħuġġieġa ta’ San Ġwann kienet tgħaqqad lit-tfal kollha ma’ ħafna rġiel li kienu jieħdu r-responsabbilta’ jor-ganizzaw kollox. Il-ġbir tal-materjal – kaxxi tal-injam, supraporti u bċejjeċ ta’ għamara mormijin, siġġijiet imk-issrin, zkuk tas-siġar, gazzetti qodma u ħafna oġġetti oħra – mid-djar tan-nies. Ħafna familji kienu jiġu huma stess bl-imbarazz, kulħadd ħerqan jaħdem biex il-ħuġġieġa tagħna tkun, għal darb’oħra, l-akbar waħda mhux biss fil-Kalkara iżda anki fil-Kotton-era.

Mill-ftuħ tal-Għalqa tal-Fondoq (il-lum dik l-art tinsab mibnija u ma tintgħarafx) kont tista’ tara l-inħawi ta’ Bormla, l-Birgu u l-Isla fejn ħafna mill-ħġejjeġ kienu jittellgħu fuq is-swar biex jidhru aktar u jħallu l-effett mixtieq.

Ma jistax jonqos li fil-Kalkara kienu jsiru żewġ ħġejjeġ kbar: tagħna fl-Għalqa tal-Fondoq u oħra fix-Xatt, u l-pika tradizzjonali ma kinitx ton-qos. Iż-żewġ naħat kienu jibagħtu “l-ispiji” tagħhom biex jaraw fiex kienu jkunu waslu l-ħġejjeġ ta’ xulxin. Nif-takar lil dawn il-“jamesbondijiet” żagħżagħ jiġu lura, daqqiet bit-tbis-sima jħabbru li “tagħna diġa’ ħafna ikbar”, daqqiet b’wiċċ serju jgħajtu li “tax-Xatt qegħdin fuq quddiem”. Din id-dikjarazzjoni “nkwetanti” tal-aħħar kienet tagħti lok għal mewġa ġdida

ta’ attivita’ fostna biex jinġieb iżjed materjal, imqar li xi ħadd kien imur jisraq xi biċċa għamara ħażina mid-dar t’ommu jew tan-nanna!

Kienet kompetizzjoni sempliċi li qatt ma ħolqot tensjoni, u l-akbar sodis-fazzjon ta’ kulħadd kien il-waqt meta kienet tinxtegħel il-ħuġġieġa. Ġieli damet biex tieħu u tgħidx kemm pitrolju kien jintefa’, iżda billi xi njam kien ikun misbugħ, in-nar ma kienx jieħu mill-ewwel. Mal-ewwel ġamra, iżda, kont tisma’ ċ-ċapċip tan-nies hekk kif il-ħuġġieġa qajl qajl bdiet tis-men u tinfirex sakemm saret muntan-ja kbira tan-nar.....u għajn ta’ kbur-ija għal dawk kollha li kienu jkunu ħadmu fuqha – tfal, żgħażagħ, irġiel u nisa.

Fl-eqqel tal-ħuġġieġa kienu mbagħad jibdew il-paraguni mal-fjammiet li konna naraw fuq is-swar tal-Kottonera mad-warna. Dejjem tagħna konna naraw l-akbar. Mhux bilfors? Minn dak il-bogħod, il-ħġejjeġ ta’ Bormla, l-Birgu u l-Isla kienu jidhru ferm żgħar! Is-sabiħa hi li l-ħuġġieġa li l-aktar dejjem ridna nkunu aqwa u akbar min-nha – dik tax-Xatt – ma stajniex narawha għax kienet ħafna iktar ’l isfel minna. Għalhekk kienu jerġgħu jidħlu għax-xogħol “l-ispiji” li fi ftit minuti kienu jmorru “jistħarrġu” u jiġu lura jirrappurtaw. Ma nif-takarx li xi darba ġew jgħidulna li tax-Xatt kienet ikbar. L-għada fil-klassi tal-iskola, madankollu, fejn it-tfal tal-Kalkara kienu jkunu mħalltin, ġejjin minn liema naħa ġejjin, kont issib lil min iwassal l-informazzjoni skandaluża li “din is-sena tax-Xatt kienet ikbar”.

Żminijiet sempliċi, tfulija innoċenti. Il-ħuġġieġa ta’ San Ġwann kienet tradizzjoni attraenti għat-tfal għax kien ikun fiha minn kollox: sens ta’ għaqda, sens ta’ avventura, xi ftit tal-pika, u, fi żmien meta l-ambjent

kien għadu suġġett misterjuż li ma jissemma mkien, opportunita’ biex ħafna familji jeħilsu mill-imbarazz billi jarawh jinħaraq minflok li jar-muh xi mkien “għall-kenn”, kif sfortu-natament kienet id-drawwa ta’ ħafna.Għad li t-tradizzjoni nistgħu ngħidu li mietet, hekk kif il-wesgħat ħielsa fl-ibliet u l-irħula tagħna bdew jispiċċaw għal kollox, ma tkunx idea ħażina li kieku xi ħadd kellu talanqas jieħu l-inizjattiva li fil-Kalkara terġa’ tinda tinxtegħel il-Ħuġġieġa ta’ San Ġwann – waħda biss li tkun tirrappreżenta l-inħawi kollha!

Il-Ħuġġieġa tax-Xatt qabel inxtegħlet, x’aktarx kmieni fis-Snin Ħamsin. Fir-ritratt jidhru grupp ta’

tfal kburin bil-ħidma tagħhom u bla dubju ħerqanin jistennew il-waqt li jarawha tieħu n-nar.

Page 38: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

36

Page 39: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

37

Page 40: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

38

Page 41: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Storja u Arti

39

Ħamsa u Għoxrin Sena SaċerdotEcce Sacerdos magnus,qui in diebus suis suffulsit templum,et in ascensu altaris corroboravit pi-etatem.

Mons. Gonzi ried jiċċelebra l-okkażjoni tal-Ġublew Saċerdotali tal-Fidda, f ’Diċembru tal-1933, privatament fil-ġabra tat-talb u b’quddiesa letta fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. Iżda l-Kapitlu tal-Kattidral ħa l-inizzjattiva biex jiċċelebra l-25 sena Saċerdozju b’funzjonijiet solenni, li kellhom jixgħelu ‘l Għawdex b’entużjajżmu bħal fl-akbar okkażjonijiet u għalhekk intgħażlet Deputazzjoni Kapitulari biex tieħu ħsieb torganizza l-festi tal-ġublew.

Il-festi bdew b’Akkademja Letterarja fil-Konservatorju tal-Isqof. Fil-31 ta’ Diċembru, Mons. Gonzi kkonċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Kattidral t’Għawdex biex jiġi mmarkat dan l-anniversarju. Fost id-dinjitarji reliġjużi li ħadu sehem, kien hemm l-Isqof ta’ Malta, Mons. Caruana u attendew Sir Arturo Mercieca, Presi-dent tal-Qrati u l-Komm. Alfonso

Hajjet Mons. Mikiel GonziArcisqof Metropolita ta’ Malta

It-Tielet Parti

-

Wayne Bonello

Żgħażugħ ta’ 18-il sena minn San Ġiljan, li qed ikompli l-istudji

tiegħu ġewwa l-Junior College fl-Imsida. Dilettant tal-festi, membru

tas-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 ta’ San Ġiljan u l-Għaqda

Dilettanti Knisja ta’ Lapsi ta’ San Ġiljan ukoll.

.

Maria Galea. Wara l-Pontifikal, il-folla wasslet lill-Isqof sal-Palazz Veskovili fost iċ-ċapċip u l-għajjat ta’ ferħ u d-daqq tal-banda fejn sar pranzu ad unur tiegħu. Dakinhar filgħaxija, kien hemm mixgħela ġenerali fil-knejjes u fid-djar tar-Rabat u fl-irħula. Iċ-ċiklu ta’ dawn il-festi ġubilari ntemm fl-14 ta’ Jannar 1934 b’Akkademja Mużiko-Letterarja li nżammet fis-Seminarju Djoċesan t’Għawdex.

Fl-1926, kienet ġiet konferita lill-Mons. Gonzi l-Gran Croce tal-Ordni Sovran Militari ta’ Malta. Għalhekk, fl-okkażjoni tal-festi ġubilari saċerdotali, il-Prinċep Ludovico Chigi Albani, Granmastru tal-Ordni, ried jieħu sehem fl-onoranzi mogħtija lil Gonzi u kien inkariga lill-Kav. Dr. Enrico Mizzi li mar Għawdex biex iwas-salhomlu personalment.

Is-Santwarju tal-Ma-donna ta’ PinuMeta Mons. Gonzi kien mar Għawdex bħala Isqof tad-Djoċesi, is-Santwarju ta’ Marija Assunta, magħrufa bħala Ta’ Pinu, fl-Għarb, kien diġà beda jinbena flok kappella ċkejkna antika u malajr ħa f ’idejh il-bini tas-Santwarju. Sa minn lejlet Jum il-Konsagrazzjoni tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, folla kbira ta’ nies ma taqta’ xejn marret iżżur u titlob quddiem il-Madonna. Sa dakinhar, is-Santwarju kien għadu mhux lest fejn kien għadu bla kamp-nar. Das-Santwarju jiddistingwi ruħu għaliex, għall-kuntrarju ta’ santwarji oħra fl-ibliet u fl-irħula, huwa mibni bi stil romanesk-lombardo.

Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 1931, il-jum li fih kellu jiġi kkonsagrat it-tempju, sa minn kmieni, ħafna nies marru jżuru s-Santwarju. Fid-9.30 ta’ filgħodu, wara li l-Isqof Gonzi kkonsagra l-Knisja, tkantat it-Terza fis-Santwarju l-Qadim, u bdiet il-Quddiesa Pontif-

ikali. Wara nofsinhar, il-Knisja kienet maħnuqa bin-nies għall-Għasar Pon-tifikali bil-mużika u Dun Ġużepp Portelli, Rettur tas-Santwarju, għamel il-priedka. Imbagħad saret ir-reċta tal-Kurunella tal-Madonna ta’ Pinu u ndaqqet l-antifona Hodie Maria Virgo Coelos Ascendit bil-vuċijiet. Fl-aħħar, l-Isqof Mons. Gonzi ntona t-Te Deum.

Bit-tħabrik u l-ħidma devota ta’ Mons. Gonzi, fl-1932 il-Papa Piju XI għolla s-Santwarju Djoċesan tal-Madonna ta’ Pinu għat-titlu u l-unur ta’ Bażilika Minuri. Nhar l-Għid il-Kbir, fil-21 t’ April 1935, l-Isqof ta’ Malta, Dom. Maurus Caruana, u l-Isqof t’ Għawdex, Mons. Mikiel Gonzi, ħabbru li, bil-kunsens tal-Papa Piju XI, kellu jsir f ’ Malta l-Ewwel Konċilju Reġjonali. Il-Kardinal Alessio Enrico Lepicier, bħala Legat tal-Papa, kellu jippresjedi l-Konċilju. Fid-29 t’ April 1935, Mons.

1933: Ritratt ta’ Mons. Isqof Gonzi fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-fidda Saċerdotali. 1935: Mons. Isqof Gonzi jagħti merħba lill-

Kardinal Legat Lepicier fil-Port tal-Imġarr.

Page 42: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

40

Mikiel Gonzi ġie milqugħ f ’udjenza mill-Papa fejn fiha, il-Papa laqa’ t-talba ta’ Mons. Gonzi biex il-Kardinal Lep-icier, bħala l-Legat tal-Papa, jinkuruna solennement il-Kwadru Mirakoluż ta’ Marija Assunta, meqjum f ’ Ta’ Pinu.

Il-Kardinal Legat Lepicier wasal Malta għall-Konċilju Reġjonali nhar it-8 ta’ Ġunju 1935 fejn ġie milqugħ b’mod grandjuż bin-nies minn fuq is-swar miż-żewġ naħat tal-Port il-Kbir ix-ejru l-bnadar u jgħajjtu bil-ferħ u l-entużjażmu, baned idoqqu, laneċ u vapuri jsaffru, u l-qniepen tal-knejjes kollha jdoqqu. Bil-qiegħda fuq landau miġbud minn erba’ żwiemel u ak-kumpanjat miż-żewġ Isqfijiet, Carua-na u Gonzi, il-Kardinal Legat mexxa l-Korteo lejn il-Belt fejn f ’ Misraħ San Ġwann, bierek il-folla immensa. Imbagħad, huwa daħal fil-Kon-Katti-dral ta’ San Ġwann fejn l-Isqof Gonzi qara l-Ittra Appostolika u l-Isqof Caru-ana flimkien mal-Kardinal għamlu d-diskorsi tagħhom. L-għada l-Ħadd 9 ta’ Ġunju, sar il-ftuħ uffiċjali u so-lenni tal-Konċilju b’ Quddiesa Pontif-ikali fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann li għaliha l-Kardinali assista mit-Tron. Matul iż-żjara tiegħu f ’Malta, il-Kardinal kellu festi u laqgħat kbar. Il-Konċilju għalaq il-Ħadd ta’ wara b’ Quddiesa Solenni mill-Isqof Caruana fejn il-Kardinal Legat assista mit-Tron u l-Isqof Gonzi mill-kor.

Isem il-Kard. Lepicier huwa marbut mal-Inkurunazzjoni tal-Madonna ta’ Pinu mal-Għawdxin. Fl-20 ta’ Ġunju 1935 filgħodu, il-Kardinal Lepicier telaq proċessjonalment mill-Palazz Veskovili t’Għawdex lejn il-Katti-

dral t’Għawdex fejn l-Isqof Gonzi kkonċelebra l-Pontifikal. Wara nofsin-har saret l-Inkurunazzjoni, b’kuruna tad-deheb mimlija ħaġar prezzjuż, tal-Kwadru Devot tal-Madonna ta’ Pinu fil-Pjazza ta’ quddiem is-Santwarju Ta’

Pinu fl-Għarb mill-Kar-dinal Lepicier. Meta fil-21 ta’ Ġunju wasal fi tmiem iż-żjara tiegħu f ’ dawn il-gżejjer, il-Kardinal kien akkumpanjat sad-Dwana mill-Isqfijiet u person-alitajiet ekkleżjastiċi u ċivili. Bla dubju, isem l-Isqof Gonzi jibqa’ marbut mas-Santwarju ewlieni t’ Għawdex u s-Santwarju jibqa’ marbut ma’ Mikiel

Gonzi.

L-Isqof t’Għawdex, Mons. Mikiel Gonzi kien assista lill-Isqof Caruana fl-Inkurunazzjoni tal-Kwadru tal-Madonna Dammaxxena meqjum fil-Knisja tal-Griegi l-Belt f ’Ottubru 1931. Ħabrek ukoll biex ġew inkuru-nati l-Kwadri tal-Madonna tal-Grazzja f ’Jannar 1952, meqjuma fil-Knisja tal-Kappuċċini r-Rabat Għawdex, u tal-Immakulata Kunċizzjoni f ’Awwissu 1954, meqjuma fil-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Qala, fiż-żmien li kien Arċisqof Metro-polita ta’ Malta. Kemm dam Isqof t’Għawdex, Mons. Gonzi kkonsagra l-Knejjes ta’ San Pawl f ’Marsalforn (13 t’Ottubru 1925), ta’ San Pawl fil-Munxar (18 t’Ottubru 1925), tal-Ma-donna ta’ Manresa magħrufa bħala San Kalċidonju (18 t’ Ottubru 1931), tas-Sorrijiet Franġiskani magħrufa bħala tan-Nażżarenu fix-Xagħra (15 ta’ Novembru 1931) u ta’ San Ġakbu fir-Rabat (18 ta’ Jannar 1942). Fl-14 ta’ Settembru 1924, l-Isqof Gonzi qiegħed l-ewwel ġebla tas-Santwarju Parrokkjali l-ġdid tal-Madonna ta’ Lo-retu f ’Għajnsielem.

Kungress Ewkaristiku f ’MaltaF’Settembru 1937 tħabbar li l-Isqof ta’ Malta, Mons. Dom. Maurus Caruana kien beħsiebu jżomm l-Ewwel Kun-gress Ewkaristiku Djoċesan f ’Malta fis-sena ta’ wara bħala tifkira solen-ni tal-25 anniversarju tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien

sar f ’Malta fl-1913. Kien twaqqaf Kumitat Organizzattiv ġenerali għal dan il-għan. L-Isqof Caruana ttratta l-Kungress fl-Ittra Pastorali tar-Randan tal-1938. L-Isqof Gonzi ħabbar uffiċjalment iċ-ċelebrazzjoni li kellhom isiru fid-Djoċesi t’Għawdex bħala tifkira tal-Kungress Internazzjonali tal-1913 f ’ Ittra Pastorali tar-Randan 1938. Is-Sibt, 30 t’ April 1938, f ’Pjazza Santu Wistin fir-Rabat Għawdex, ‘il fuq minn 2000 tifel u tifla tqarbnu minn idejn Mons. Isqof Gonzi waqt qud-diesa li qaddes. L-għada il-Ħadd, sar Pontifikal fil-Kattidral t’Għawdex u waqt l-omelija, Mons. Gonzi tkellem fuq l-Ewkaristija. Wara nofsinhar, l-Isqof mexxa Purċissjoni Solenni li fiha ħadu sehem il-Kapitlu tal-Kattidral, il-Kapitli tal-Kolleġġjati, il-Kulleġġ tal-Kappillani u l-Kleru kollu djoċesan.

Minħabba l-kriżi gravi u l-inċertezza tas-sitwazzjoni internazzjonali f ’Settembru tal-1933, il-Kungress kellu jiġi pospost għal April ta’wara. Meta l-festi uffiċjali kienu waslu biex jibdew, l-Isqof Caruana kellu jaħtar lill-Isqof Gonzi bħala delegat tiegħu għall-Kungress peress li ma kienx jiflaħ.

Fis-26 t’ April 1939, fost l-entużjażmu tal-poplu, ġie inawgurat il-Kungress minn Mons. Gonzi, bħala delegat tal-Isqof Caruana, fejn ġie akkumpan-jat mill-Palazz tal-Isqof għall-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann fil-Belt minn dinjitarji reliġjużi u l-Kapitlu Kat-tidrali ta’ Malta. Il-Kon-Kattidral

1935: Il-Kardinal Lepicier jidher mgħejun mill-Isqof Gonzi waqt l-inkurunazzjoni tal-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu.

Mons. Isqof Gonzi flimkien mad-dinjitarji fit-triq lejn il-Kattidral t’Għawdex jagħti l-aħħar

tislima lill-poplu kollu.

Page 43: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

41

Storja u Arti

kien imżejjen bl-arazzi. Bħala bidu għall-funzjoni liturġika, il-Kanċillier Mons. E. Bonnici qara d-Digriet tal-Kungress u Mons. Gonzi għamel dis-kors. Imbagħad, inqara t-telegramm li ntbagħat lill-Q.T. l-Papa u Mons. Gonzi fetaħ il-Kungress. Wara li ġie espost Ġesù Sagramentat, l-ewwel att solenni tal-Kungress kien il-kant tal-Veni Creator. Meta Mons. Gonzi ħareġ mill-Kon-Kattidral wara l-funzjoni

sagra, ġie milqugħ mill-applawsi tal-folla.

Wieħed mill-isbaħ mumenti tal-Kun-gress Ewkaristiku kien meta 26,000 tifel u tifla minn Malta kollha nġabru fuq il-Fosos tal-Furjana fejn Mons. Gon-zi qaddes quddies f ’altar imqiegħed taħt tribuna majestuża mwaqqfa għall-okkażjoni tal-Kungress. Fil-ħin tal-konsagrazzjoni, Ġesù niżel qalb

it-tfal fejn mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju, ħarġet purċissjoni b’urna kbira b’150 pissidi ġo fiha bl-ostji ġa kkonsagrati merfugħa minn tnax-il saċerdot u akkumpanjati minn 150 qassis u s-seminaristi. Mons. Gonzi qarben lit-tfal minn pissidi tal-fidda u tad-deheb fejn f ’20 minuta, it-tfal kollha tqarbnu. Iċ-ċelebrazzjoni kom-pliet bi sfilata tat-tfal fi Strada Rjali li damet għaddejja sagħtejn u nofs. It-tfal kellhom il-bnadar ta’ Malta u tal-Papa fejn ħadu sehem xi baned fost il-kant ewkaristiku, applawsi u tfigħ ta’ fjuri mill-gallariji. Mons. Gonzi assista mill-gallarija tal-Każin Malti.

Il-festi tal-Kungress għalqu b’Purċissjoni Ewkaristika Solenni fit-toroq tal-Belt Valletta, li kienu miksijin bil-fjuri, u tmexxiet minn Mons. Isqof Gonzi. Fi tmiem il-manifestazzjoni, il-poplu ried jagħti xhieda tas-sens kbir ta’ ħajr lil Alla fil-persuna tar-rappreżentanti tiegħu b’dimostrazzjoni lill-Isqof Gonzi mill-Furjana sa Misraħ San Ġorġ, il-Belt, fuq karrozza miġbuda min-nies fost l-entużjażmu tal-Poplu Malti!

Ikompli fil-ħarġa li jmiss.

1913: Il-Kardinal Ferrata jbierek il-Port il-Kbir waqt il-Kungress Ewkaristiku tal-1913. Il-Kun-gress Ewkaristiku Djoċesan tal-1939 sar sabiex ifakkar il-25 sena minn meta sar dan il-kungress internazzjonali f ’Malta.

Il-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà qiegħed iġib din l-istqarrija min-naħa tal-Kummissjoni Festa tal-Parroċċa għall-attenzjoni tal-parti-tarji u l-membri kollha tas-Soċjetà:

Bil-għan li l-ambjent tal-festa ikun dejjem isbaħ u aħjar, iċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja u l-Għaqda Mużikali San Ġużepp fil-21 ta’ Diċembru 2011 waslu għal dan il-ftehim:

1. Li jitnaqqas il-ħin tal-marċi fil-viċinanza tal-każin oppost, minn bejn wieħed u ieħor 45 minuta għal 15 il-minuta. Dan japplika għall-marċ tal-Ġimgħa f ’Misraħ Arċisqof Gonzi, u għall-marċ tas-Sibt fi Triq ir-Rnella.

2. Il-Kumitati jħeġġu u javżaw lill-partitarji tagħhom sabiex matul il-marċ tas-Soċjetà l-oħra ma jsir l-ebda forma ta’ bbuwjar, kliem offensiv jew li jista’ joħloq provokazzjoni jew ten-sjoni. Dan japplika wkoll għall-kliem bħal “viva” lil xi statwa li ma jkunx il-marċ tagħha. Iħeġġu ukoll sabiex kull min jixtieq jallegra ruħu mal-marċ m’għandux jipprovoka bl-azzjonijiet tiegħu, kemm fil-viċinanzi tal-banda, u anki f ’żoni oħra.

3. Iż-żewġ Kumitati qed jintrabtu wkoll li jekk dawn il-proposti jiġu aċċettati mill-Kurja issir laqgħa mal-Pulizija dwar dan, sabiex dawn jagħtu l-għajnuna tagħhom fil-jiem tal-festa.

4. Matul dawk il-15-il minuta l-Ġimgħa u s-Sibt, iż-żewġ baned ma

jdoqqux iżjed minn tliet innijiet jew marċi li ma jitkantawx bi kliem mhux xieraq u li jistgħu jkunu ta’ provokazzjoni u jinħoloq tensjoni, u li għandu jkun hemm qbil fuqhom minn xahrejn qabel. Ikun f ’idejn il-baned li jdoqqu marċi jew innijiet jew mit-tnejn.

Nirringrazzjaw liż-żewġ għaqdiet tal-impenn tagħhom matul is-sena flimkien mar-rappreżentanti tal-Parroċċa fi ħdan il-Kummissjoni Festa li din is-sena waslet għal 50 laqgħa tagħha. Nifirħulhom mhux biss għas-sehem tagħhom biex il-festa timxi ‘l-quddiem imma ukoll għall-anniversarji speċjali li qiegħdin jiċċelebraw u nawgurawl-hom ħafna iżjed snin ta’ ħidma b’riżq il-komunità.

Lejn Festa aħjar bl-impenn ta’ kulħadd

Page 44: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

42

Page 45: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

43

Page 46: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

44

Page 47: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Storja u Arti

45

Niftakar meta fl-eqqel tal-Gwerra fl-1942, jiena u ћija Leli gћamilna il-Preċett. Konna gћamilnieh l-Birgu flok fejn illum hemm il-Kunsill tal-Birgu gћax anki l-Knisja ta’ San Law-renz kienet milquta bil-bombi. Kemm konna ferћanin sejrin lura ma’ mis-sieri. Min kellu jobsor li ћija t-tewmi fi ftit ġranet oħra kellu jmut mirdum flimkien ma’ żewġ ħuti oħra? X’niket waqa’ fil-familja tagħna.

Niftakar fi żmien id-Domus mall-Kappilan Lazzru Balzan, x’ma kienx jagħmel biex iferraħna ftit? Kien jagħtina speċi ta’ punti skont l-at-tendenza u fi żmien il-Milied kien jagħtina rigali skont min ikollu l-iżjed punti. Niftakar li ħija Leli kien ġie l-ewwel u rebaħ il-Bambin sabiħ. Dan kien rieqed fuq salib u qatt ma rajt iżjed bħalu. Niftakar fix-xelter ta’ taħt il-Knisja kienet saret daħla fil-ħajt. Kienu għamlu artal u l-Kappilan Bal-zan kien iqaddes. Meta kienu jibdew l-attakki mill-ajru kulħadd jibda’ jit-lob li l-bombi jintefgħu fil-baħar flok fuq l-art u niftakar lin-nanna Man-anni qalet li dan mhux sewwa għax fil-baħar hemm il-frejgati u fuqhom ikun hemm in-nies ukoll bħal ma kien Wenzu tagħha, kien Chief fin-Navy u darba fil-Gwerra bejn l-1914 u l-1918 kienet għerqet il-frejgata li kien fuqha u hu kien wieħed minn dawk li sal-vaw. Meta ġie lura peress li kienu tilfu kollox ġie liebes ta’ suldat. Skont ma kienet tgħidli n-nanna, meta fil-Gw-erra qabdet il-Fortizza tas-Salvatur u damet taqbad jumejn kienet tal-biża’ għax min dak il-blackout kollu kienu ġew mixgħula bil-lejl u bin-nhar! Nif-takar fiż-żewġ traġedji l-kbar, waħda fl-24 ta’ Marzu 1942 meta hawn fuq mietu mat-tletin ruħ, u dik tal-10 ta’ April meta waqgħet il-knisja, però dwar dawn ma jien se ngħid xejn għax ktibt kemm-il darba dwarhom.

Niftakar f ’ċertu wieħed Ġanni tal-irkotta mil-Gudja li kien jaqta’ l-irkotta bi speċi ta’ arka bix-xlief flok sikkina. Naf li dan kien weġġa’ bil-

Ġużi Gauci

Imwieled u mrobbi l-Kalkara, ġej minn familja li dejjem ħadmet

għall-festa b’mod speċjali għas-Soċjetà tagħna. Serva għal diversi

snin fil-Kumitat Ċentrali, fejn għal darbtejn kif President tas-Soċjetà.

Ħadem ħafna b’riżq l-armar tal-festa, l-iżjed fid-drapp u l-bnadar.

Ħajjat professjonali.

ġebel li waqa’ mill-Knisja. Kien hemm ukoll landier li kien jarma’ ħdejna, però ma nafx x’jismu, ġeneralment kienu jagħtuh xi bott biex jissaldjal-hom widna biex ikunu jistgħu jixtru l-ħalib fih u ommi kienet tagħtih it-te. Bil-ħaqq, la semmejt il-ħalib, ħalli nsemmi lil Franġisku Mizzi li aħna konna ngħidulu Frenċ tal-ħalib, dan kien jiġi wara biebna u jagħtina b’żewġ soldi ħalib mill-aktar bnin li wara li kien żarma Frenċ żgur li qatt ma do-qna ħalib bħal dak, wara kollox Frenċ barra li kien raġel ta’ statura sabiħa kien raġel twajjeb u missier ta’ familja kbira li jien kont ħabib ta’ ħafna minn uliedu speċjalment ta’ Karmenu li hu tal-età tiegħi u llum joqgħod Bormla, u meta niltaqgħu dejjem nitkellmu fuq żmien tfulitna. Lil Ġużeppi Hili ma nistax ninsieh għax fit-traġedja l-kbira tilef lil martu Grezz u tilef ukoll lil uliedu. B’xorti tajba ma tilifx lir-raba’ tifel għax dan ibnu Victor kien l-uniku wieħed li salva, u nirringrazzja lil Alla għax dan kien l-akbar ħabib ta’ tfuliti. U la semmejt lil Ġużeppi Hili min jista’ jinsa’ s-serati ta’ għana spir-tu pront bejn Ġużeppi Hili u Ġużeppi Cauchi l-baħri, aħna ta’ tfal li konna min kien iżomm ma’ Hili u min kien iżomm mal-baħri u wara kull botta min iċċapċap u min jibbuwja. U xi ngħidu għal ħanut ta’ Loretu Mint-off, kull filgħaxija dak id-daqq ħelu li kienu jdoqqu. Dawn in-nies li kienu tant jagħtuna gost kienu Loretu bil-mandolin, Lorry Brincat bil-vjolin u Ġorġ Buckwell bl-accordian. De-jjem kienu jibdew is-serati u jalqghu bl-innu marċ tant għażiż ‘La Sacra Famiglia’ ta’ Lorenzo Gonzi.

Tfal ċkejknin ta’ xi ħames snin konna mmoru l-iskola ta’ Żeża n-Nuna, speċi ta’ kindergarten tal-lum. Naturalment il-miżata kienet xi sold kuljum. Żeża kienet tbiegħ il-ħelu, niftakar li kellha gradenza kollha statwi u santi, ovja-ment li l-istatwa ta’ San Ġużepp kienet tispikka fuq l-oħrajn kollha, din l-ewwel klassi ta’ tfuliti kienet fejn illum togħqod il-familja ta’ Jeffrey Galea,

l-ewwel bieb ta’ Triq is-Sienja. Kont se ninsa li Żeża kienet tbiegħ ukoll il-pasturi. B’sold kull pastur ma sta-jtx tistenna xi kapulavur, imma kienu pasturi ħelwin.

Fuq kollox niftakar il-Knisja ħelwa li kellna, li meta kont nidħol fiha kont dritt immur quddiem il-vara ħelwa ta’ San Ġużepp. Niftakar meta darba rajt lil ommi tiela’ mill-Knisja tibki għax kien miet iz-ziju Salv. Dan iz-ziju Sal-vu Baldacchino li kien magħruf bħala Salvu s-Siku fettilu jitla’ jfarfar iċ-ċinta u aċċidentalment waqa’ għal isfel u ġie bejn is-siġġijiet. Ħabb il-Knisja u miet fil-Knisja. Niftakar lil Salvu Attard tiela’ bit-trieħi tal-artali biex jaħsluhomlu uliedu Dajdu u Ġovanna. Din Ġovanna Attard kienet l-aqwa or-ganista li qatt kellna. Niftakar ukoll fil-każin b’mod speċjali f ’Karmenu Fava, lil Loretu Mintoff u Ġużi Mintoff li dejjem kienu juru interess. Niftakar meta mietu dawk it-tletin ruħ mis-sieri ġab karozza u tlaqna noqgħodu il-Għargħur għand iz-ziju Salv li kien Kappilan ta’ dan ir-raħal ħelu u bqa-jna hemm sakemm spiċċat il-Gwerra. Dan iz-ziju Salv kien l-istess Dun Salv li min jaf kemm xtaq li l-vara ħelwa ta’ San Ġużepp tiġi mtellgħa l-Għargħur flok baqgħet fejn kienet biex inqerdet.

Nispera li dawn it-tifkiriet iġibu nostalġija, u jibqgħu għal dejjem im-fakkra!

Tifkiriet taTfuliti

,

Page 48: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

46

Page 49: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

47

Page 50: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

48

L-Istatwa tas-Sagra Familja ġewwa Enna.

Page 51: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

49

Storja u Arti

Etienne Camilleri

Żgħażugħ Mosti ta’ 25 sena li jaħdem bħala System Administrator f ’kumpanija internazzjonali. Bħala

passatemp iħobb ħafna r-riċerka fuq affarijiet storiċi, speċjalment

fejn jirrigwardja r-raħal tal-Mosta u t-tradizzjonijiet tiegħu. Huwa

qed jistudja s-sassofonu bħala al-liev mal-Banda Sagra Familja.

F’Marzu tas-sena li għaddiet, jien kont wieħed minn dawk li żorna l-belt ta’ Enna ġewwa Sqallija, sabiex nagħmlu diskusjonijiet dwar il-ġemellaġġ tagħna mall-banda “Amici Della Mu-sica” ta’ Valguarnera. Fl-erbat ijiem li għamilna hemmhekk dorna mat-toroq antiki sabiex naraw is-sbuħija li din il-belt toffri. Wieħed mill-ħafna monumenti artistiċi li verament laqgħatni kien partikolarment is-Santwarju ta’ San Ġużepp, jew aħjar kif isejħulu huma “Il Santuario di San Giuseppe”.

Aħna u mexjin minn Via Roma, ngħaddu minn quddiem Knisja, u kien dak il-ħin li mal-ġenb tagħha in-nutajt niċċa żgħira bi statwa tas-Sagra Familja mqegħda ġo fiha. Dak il-ħin intbaħna li konna propju quddiem dan is-santwarju. Ma stajniex ma nidħlux ġo dal-maqdes iddedikat lill-Familja Mqaddsa. Il-festa tiġi ċċelebrata fid-19 ta’ Marzu. Din il-knisja hija mdaqqsa u tawwalija, bi statwa titulari tas-Sa-gra Familja fuq l-artal. Tajjeb li tkunu tafu li f ’diversi knejjes ta’ Sqallija ma ssibx pitturi titulari wara l-artal, min-flok insibu l-vari titulari mqegħda fuq l-artli, li l-istess vari jintużaw għall-purċisjonijiet fi żmien il-festi.

Din il-vara tas-Sagra Familja, li għandha iżjed minn 400 sena, hija statwa meravilja magħmula minn injam u enamel. Kien mastrudaxxa Grieg li kien jgħix ġewwa Enna fl-1600 li naqqax lil dawn it-tliet personaġġi fl-injam. Insibu l-istatwa tal-patrijarka San Ġużepp bir-raġġiera tiegħu magħmula mill-fidda imraqqa bid-deheb filwaqt li nsibu f ’idu bas-tun bil-ġilji li dan ukoll hu magħmul mill-fidda u mżejjen bid-deheb. Mad-war għonqu għandu mqegħda bħal terħa wiegħsa speċjali li tibqa’ nieżla sa fuq sidru f ’għamla ta’ kukkarda. Din it-terħa hija rrakmata u għandha mwaħħal magħha biċċiet tad-deheb u ħafna lavur ieħor mogħtija minn nies li qalgħu xi grazzji u wegħdi bl-interċessjoni tas-Sagra Familja. Oriġinarjament fl-antik, l-istatwa ta’ San Ġużepp kienet tintuża għall-festa tal-patruna Marija Santissima tal-Viżitazzjoni minfok dik li qegħdha tintuża illum.

L-istatwa tal-Verġni Marija, li ukoll hi magħmula mill-injam, għandha ku-runa verament mill-isbaħ mqegħda fuq rasha magħmula mill-fidda u biċċiet tad-deheb. Fuq rasha iżda taħt il-kuruna għandha mantel twil sal-art, dan ukoll irakmat bid-deheb u għandu mwaħħal miegħu biċċiet tad-deheb u lavuri oħra li din l-istat-wa qalgħet mingħand nies li xi darba jew oħra qalgħu grazzji mingħandha. Din l-istatwa qegħdha toħroġ proċessjonalment ukoll fil-festa tal-Għid il-Kbir, dik tal-Paċi, u ġo festa oħra magħrufa bħala Spartenza.

Fl-istatwa tal-injam, Ġesù Bambin, li bħat-tnejn l-oħra għandu raġġiera magħmula minn fidda u deheb, qiegħed iħares lejn in-nies filwaqt li jidher ibierek b’idu l-leminija u qed iżomm id-dinja f ’idu ix-xellugija. Dan ma għandu xejn imqiegħed fuqu bħaż-żewg statwi l-oħra. Din il-festa tibda’ bin-novena fl-10 ta’ Marzu fejn il-quddiesa tiġi ċċelebrata minn qassis mistieden. Il-Knisja min ġewwa tiġi mżejna bil-bellus mal-ħitan kif ukoll jintrama’ xi dawl mal-faċċata u anke fit-toroq. Kull lejl tan-novena jkun id-dedikat partikularment għal xi familja li jkunu tilfu xi għeżież tagħhom iżda l-ewwel jum tan-novena jiġi ddedikat lill-fratelli kollha ta’ San Ġużepp. Wara t-tberik bis-Sagrament jiġu milqgħuha fratelli ġodda filwaqt li dawk li jkunu għalqu sentejn novizzjat tagħhom jiġu mbierka u jsiru fratelli propja. Fid-19 ta’ Marzu eżattament

fis-sebgħa ta’ filgħodu jindaqqu il-qniepen filwaqt li tibda’ il-quddies, il-liturġija tibqa’ għaddejja san-nofs siegħa ta’ wara nofsinahr. Il-qniepen jibqgħu jindaqqu sas-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar filwaqt li jitqassam il-famuż “ħobż ta’ San Ġużepp”. Fis-sitta ta’ filgħaxija, tnejn u sebgħin fratell jibdew jippreparaw sabiex l-istatwa tas-Sagra Familja tinħareġ taħt kan-nizzata mill-isbaħ mixgħula bid-dwal. L-istatwa toħroġ iddur mat-toroq ta’ Enna merfugħha fuq l-ispallejn mill-fratelli kollha f ’salt. L-istatwa tgħaddi minn ħafna toroq imma l-iktar mu-ment sabiħ meta din tgħaddi minn quddiem l-entratura tal-isptar l-antik fejn hemm tingħata il-barka lill-mor-da ta’ dan l-isptar. Numru kbir ta’ nies jimxu u jitolbu wara din l-istatwa fejn wara terġa’ tidħol lura fil-Knisja għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija. Dak-inhar filgħaxija tingħalaq il-mejda li tissejjah Tavola di San Giuseppe li tkun ilha miftuħa għal tliet ijiem sħaħ. Din tiġi mtella’ fil-Gallerija Ċivika ta’ Enna fejn tattira eluf ta’ nies minn madwar id-dinja.

Il-Fratellanza ta’ San Ġużepp ġiet im-waqqfa għall-ewwel darba fl-1539 fil-Knisja ż-żgħira ta’ San Ġużepp li tinsab fiċ-ċentru ta’ Enna, illum il-ġurnata kull ma fadal minn din il-Knisja huma biss il-faċċata u l-kampnar.

Il-faċċata tas-Santwarju Ġużeppin ta’ Enna.

Page 52: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

50

Page 53: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

51

Page 54: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 55: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Storja u Arti

53

Fil-festa liturġika ta’ San Ġużepp, ir-raġel ġust ta’ Maria, Patri Ugo De Mar-ia OFM Cap instab mejjet bla ħsieb meta kien rieqed, fl-età ta’ 87 sena. Huwa kien jgħix fid-Dar tal-Madon-na tal-Konsolazzjoni ġewwa Rooty f ’New South Wales fl-Awstralja.

Patri Ugolin, kif kien magħruf, kien mar jorqod b’riħ ħafif iżda meta l-għada filgħodu n-nerses bdew iduru lill-pazjenti huma sabuh mejjet. Il-ġurnata kienet id-19 ta’ Marzu 2010.

Patri Ugo twieled il-Kalkara fit-2 ta’ April 1912. Huwa kien imrobbi ġo familja dedikata għall-Knisja, tant li kienu taw għajnuna kbira matul il-bini tal-Knisja l-antika fi Triq ir-Rnella. Huwa ingħaqad mall-Patrijiet Kapuċċini meta kien għadu żgħir fl-età, u iktar tard huwa kien ta’ ispirazzjoni lil żewg ħutu subien li ingħaqdu mal-istess ordni bħala patri-jiet. Patri Ugo kellu l-ewwel professjo-ni solenni f ’Settembru 1938 imbagħad sar Saċerdot fit-22 ta’ Marzu 1947.

Ġewwa Malta, Patri Ugo ħadem bħala għalliem ġewwa s-Seminarju tal-Kapuċċini fejn hemmhekk għallem kemm studenti Kapuċċini kif ukoll seminaristi tad-djoċesi. Bħalha qassis żagħżugħ huwa kien mibgħut fl-Afri-ka bħalha Kappillan tal-militar ġewwa Asmara fl-Eritrea u iktar tard sar Kap-pillan ġewwa Addis Ababa fl-Etjopja. Huwa għamel xi żmien ġewwa l-Indja

Maria Persico

Ilha tokkupa diversi karigi fil-Kummissjoni Nisa għal dawn

l-aħħar snin. Attendiet l-Iskola Primarja tal-Kalkara, il-Junior Lyc-eum Marija Reġina l-Blata l-Bajda,

u wara l-Higher Secondary tan-Naxxar. Taħdem bħala Segretarja

ġewwa l-Isptar Mater Dei.

bħala missjunarju. Fl-1969 huwa emi-gra lejn l-Awstralja fejn offra assisten-za lill-Kapuċċini hemmhekk.

Fl-Awstralja Patri Ugo ħadem bħala Kappillan, Direttur Spiritwali u Kon-fessur. Ħadem ukoll bħala Konsulent u Kappillan fid-djar tal-anzjani. Huwa kien residenti mal-Patrijiet Kapuċċini ġewwa Sydney, Melbourne u Adelaide, u f ’ kull post huwa kien irrispettat mill-patrijiet, mill-kleru u mil-lajċi.

Patri Ugo qagħad l-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu fil-Kunvent ta’ Sant’Antnin f ’Hawthorn u wara ġewwa Dar tal-Madonna tal-Konsolazzjoni f ’Jannar 2010 fejn hemm irtira. Meta kien Mel-bourne Patri Ugo serva bħala Direttur Spiritwali u konsultent għall-Ingliżi u t- Taljani tal-SFO u għall-grupp ta’ Padre Pio. Huwa kien ukoll katekist għaż-żgħażagħ fil-grupp Faith with Friars.

Fost in-nies Patri Ugo kien magħruf bħal konfessur kbir u direttur spirit-wali tajjeb ħafna. Fost l-patrijiet huwa kien magħruf għal bniedem ortodoss u bħala qassis prudenti u intelliġenti. Huwa kien jitlob talb umli u kien kreattiv. Kien bniedem dejjem lest li jitgħallem anke meta kiber. Qatt ma waqaf jitgħallem fuq il-kompjuters u fuq l-internet. Kellu l-kompjuter

tiegħu b’żewg monitors biex b’hekk seta’ jagħmel traduzzjoni. Huwa kien fluwenti fil-Malti, fl-Ingliż, fit-Taljan, fil-Franciż, fl-Ispanjol u fil-Latin. Il-passatempi tiegħu kien li jagħmel il-mudelli l-gadgets u jagħmel l-kartolini għal pro-neputijiet u għan-neputijiet. Xi uħud mill-affarijiet ta’ min isemmi huma mudell żgħir ta’ fann kif ukoll mudell ta’ madwar metru tar-raħal ta’ Betlehem fil-Milied. Huwa kellu sens qawwi ta’ umoriżmu. Kien patri li kien jitlob u kellu devozzjoni kbira lejn San Ġużepp. Il-funeral ta’ Patri Ugo sar ġewwa l-kappella tal-Madonna tal-Konsolazzjoni fl-24 ta’ Marzu u jinsab midfun fiċ-ċimiterju ta’ Rookwood.

Patri Ugo fil-Missjoni.

Patri Ugo ma’ Mons. Franġisk Saverju Fenech OFM. Cap. (1892 - 1969), l-ewwel Isqof tal-

Djoċesi ta’ Jhansi fl-Indja.

Patri Ugo De Maria OFM Cap.

Personalitajiet Kalkariżi

Patri Ugo fl-aħħar snin ta’ ħajtu.

Page 56: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

54

Page 57: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Storja u Arti

55

Iltqajt ma’ żewġ santi antiki li juru lis-Sagra Familja li minn barra li huma xi ftit rari, fuq in-naħa ta’ wara tagħhom hemm talb interessanti ħafna: talba lil Ġesù Bambin u talba lil San Alfonzu.

Is-santa li fiha hemm ix-xbiehat tal-Madonna u San Ġużepp bilqegħda jżommu idejn il-bambin Ġesù bilw-ieqfa fuq il-banketta, għandha talba qasira, “O Sacra ed Augusta Famiglia Gesù Maria Giuseppe illuminateci, soc-correteci, salvateci.”

Fuq in-naħa ta’ wara tas-santa kit-ba bit-Taljan li hija talba lil Ġesù Bambin, “Lilek unur u adorazzjoni oh ħelu Ġesù Bambin. Tifħir lilek salvatur tad-dinja li waqt il-mumenti tad-dlam, id-dawl tiegħek ineħħielna l-mant tat-tort tagħna.

Libbisna l-ilbies tal-innoċenza li kon-tinwament toffrilna bil-melħ ikħal tal-għerf li int spiss tagħtina bħala ikel għal ħajja ta’ dejjem. Adorazzjoni lilek oh ħelu Ġesù Bambin. Tifħir lilek oh

Mario FenechImwieled f ’Tas-Sliema, attenda

l-iskola statali u l-Istitut Tekniku. Għamel żmien fil-Kumitat tal-Ban-

da Sliema, tal-Festi Esterni Sacro Cuor u fil-Filarmonica Nazionale

La Valette. Huwa ppreżenta diversi programmi relatati mal-festi fuq

stazzjonijiet tar-radju kif ukoll tat-televiżjoni, u jikteb regolarment fuq il-gazzetti dwar l-istess suġġett.

Salvatur tad-dinja li tiżra’ fl-għalqa tar-ruħ tagħna ż-żerriegħa tal-ħajja ta’ dejjem li ħafna drabi tispiċċa fis-siġra tal-ħażen, tant li jkun jixraqilna l-kundanna tiegħek. Eħlisna mil-ħażen

u agħtina l-grazzja meraviljuża tiegħek, hekk ikun.”

It-tieni santa turina l-ħarba tal-familja imqaddsa lejn l-Eġittu. Il-Madonna bil-Bambin fuq il-ħmara filwaqt li San Ġużepp bil-bastun f ’idu miexi mal-ġenb. Fuq in-naħa ta’ wara tas-santa hemm silta mill-Evanġelju skont San Mattew fejn l-Evanġelista jirrakonta dan il-fatt tal-ħarba tal-familja mqaddsa mill-qilla ta’ Erodi. Ma’ din il-kitba hemm ukoll it-talba ta’ San Alfonso.

Din bil-Malti tinqara hekk, “Oh Marija wara li Ibnek ġie maqtul minn idejn dawk li baqgħu jippersegwitawh sal-mewt, dawn l-istess in-grati għadhom jipperseg-witawh bid-dnubiet tagħhom u joffendu lilek

Omm addolorata, wieħed min dawn oh Alla huwa jien għal darb’oħra.

Oh Omm tiegħi ta’ qalb ħelwa agħtini biżżejjed dmugħ biex nibki dnubieti flimkien mal-ingratitudni tiegħi.

U wara t-taqtieh il-qalb li sofrejt waqt il-ħarba lejn l-Eġittu assistini bl-għajnuna tiegħek waqt il-vjaġġ tiegħi lejn l-eternità.

Għinni biex inkun nista’ niġi miegħek biex inħobb lil dak li jien qiegħed nip-persegwita, is-Salvatur fis-saltna tal-Beati, hekk ikun.”

Din is-santa ħarġet bil-permess tal-Can. Ġwann Rossi mil-Kurja

Arċiveskovili ta’ Mediol nhar is-26 ta’ Lulju 1909.

Żewġ santi li minbarra l-importanza tax-xbiehat li fihom huma wkoll mezz ta’ talb għall-fejqan tar-ruħ.

Il-festa t-tajba lil kulħadd.

Santi Antiki

Page 58: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

56

Page 59: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Storja u Arti

57

Dan il-kwadru tas-Sagra Familja jinsab fil-Knisja tas-Sorijiet tal-Ur-solini f ’Tas-Sliema u l-Knisja tinsab fil-limiti tal-Parroċċa ta’ San Girgor il-Kbir.

Il-kwadru huwa xoghol imprezzabli tal-pittur magħruf Ġużeppi Calì li pitter bosta opri sbieħ tal-arti sagra fil-knejjes tagħna, fosthom it-titular ta’ San Ġużepp ġewwa l-Knisja Par-rokkjali tal-Kalkara.

Fih naraw lis-Sagra Familja ak-kumpanjata mid-dehra tal-anglu Gabriel warajhom, bil-ġilju f ’idejh x-xellugija, simbolu tas-safà mid-dnub, filwaqt li f ’idu l-leminija naraw lampa mixgħula bix-xemgħa, bid-dawl li jfisser simbolu ta’ ferħ. Quddiem l-anġlu mbagħad naraw lis-Sagra Familja, bil-Madonna, Omm Ġesù, narawha b’idha x-xel-lugija fuq qalbha, simbolu li hija l-Immakulata Kunċizzjoni, filwaqt li fl-id l-oħra qed iżżomm id il-Bambin. Il-Madonna narawha liebsa bħalma aħna mdorrijin narawha fl-istatwi tal-purċissjonijiet tad-Duluri, jiġifieri bil-libsa vjola u bil-mant blu.

Il-Bambin, filwaqt li qiegħed iżomm id il-Madonna, bl-id l-oħra fuq qalbu qiegħed iħares lejn s-sema u fl-istess ħin nistħajluh iħares lejn Missieru,

mid-dnub. Ta’ min jinnota wkoll illi San Ġużepp l-ilbies tiegħu f ’dan l-kwadru jixbah ħafna l-istess ilbies li jinsab liebes fil-kwadru tal-Parroċċa tal-Kalkara, bil-libsa vjola u bil-mant kannella.

Ta’ min isemmi wkoll l-ambjent trankwill li qegħdin fih il-Famil-ja Mqaddsa fejn qegħdin fuq il-ħamrija. Ninnutaw ukoll s-sbuħija tal-gwarniċun tal-kwadru, flimkien mal-kolonni bil-kapitelli u bil-bala-vostri n-naħa t’isfel, kif ukoll l-iskul-tura bil-fjuri u ċ-ċfuf biż-żigarelli

taħt il-kwadru, kollha ndurati bid-deheb, li għalkemm sempliċi jolqtu l-għajn fl-istess ħin.

Huwa kwadru sabiħ immens li għalkemm sempliċi u mhux b’ħafna elaborazzjoni, ikompli jsebbaħ lil din il-knisja ħelwa u ta’ preġju, iżda fuq kollox kwadru mill-iprem, minn art-ist magħruf fost bosta artisti oħra magħrufin, kemm Maltin u barranin.

Hosè Borg

Dilettant tal-festi Maltin u Għawdxin u ilu għal din l-aħħar

sena membru fis-Soċjetà Mużikali San Girgor f ’Tas-Sliema. Kollettur

tal-kotba tal-festi. Bħalissa jinsab qed isegwi kors ta’ studju ġewwa

l-Higher Secondary, bl-għan li jkompli bħala għalliem tal-Malti

jew tal-Istorja.

Il-Kwadru tas-fil-Knisja tas-Sorijiet tal-Ursolini f ’Tas-Sliema

Sagra Familja

Il-Pittura

il-Missier Etern. Dwar il-libsa tal-Bambin ta’ min isemmi li l-istil ta’ Calì ħafna drabi kien dejjem jġib lill-Bambin impitter bil-libsa ħamra li huwa stil interessanti għax f ’kwadri ta’ bosta artisti oħra magħrufin ma jpinġuhx bil-libsa ħamra. Ħdejn il-Bambin naraw lill-missier putattiv ta’ Ġesù, lil San Ġużepp, iżomm lill-Bambin, u bil-ġilju f ’idejh, li bħalma ġà għidt qabel jissimbolizza s-safà

Page 60: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

58

Page 61: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Storja u Arti

59

Żgur li ilu jinħass il-bżonn li ġewwa r-raħal tagħna, eżattament fi Triq San Mikiel, issir irħama kommemmorat-tiva li tfakkar il-post li qabel kien is-ervi bħala l-ewwel Knisja Parrokkjali tal-Kalkara. Għalkemm din it-tifkira hija ġerħa għall-poplu tal-Kalkara, is-Soċjetà dejjem emmnet il-bżonn li mhux biss il-ġenerazzjonijiet futuri, iżda anki dawk li jiġu jżuruna matul is-sena, ikollhom aktar għarfien ta’ dak li sawwar u għadu jsawwar ir-raħal tagħna.

Il-bini tal-Knisja Parrokkjali beda fl-1887, wara li kien sar rikors il-Kurja fl-1884 min-neguzjant Fortunato Gulia li xtaq jirregala art fil-Kalkara biex fuqha tinbena Knisja. L-Isqof iddelega lil Primiċerju Dun Ġużepp Azzopardi, li ħatar kumitat biex jieħu ħsieb il-bini. L-ewwel ġebla tqiegħdet fit-22 ta’ Ġunju 1890, filwaqt li l-pjan-ta saret mill-perit Guglielmo Attard.

Ix-xogħol u l-bini mexa tant li fl-1895 beda x-xogħol ta’ skul-tura f ’din il-Knisja u bdew isiru bosta opri fosthom artali u pit-turi. Il-Kalkara saret Parroċċa fl-10 ta’ Diċembru 1897, u din il-Knisja rat fiha l-ewwel żewġ Kappillani tal-Kalkara: Dun Ġużepp Ciangura u Dun Elea-zzaro Balzan. Il-kampnar ġie mibni fis-sena 1923, filwaqt li matul is-snin saru bosta opri importanti.

Sfortunatament din il-Knisja ġiet imġarrfa totalment nhar l-10 t’April 1942 matul bum-bardament fit-Tieni Gwerra Dinjija. Intilfu bosta opri, fos-thom il-vara titulari xogħol Wistin Camilleri u donazzjoni tas-Soċjetà lill-Parroċċa, iżda fortunatament ġew salvati l-pit-turi, fosthom dik titulari xogħol

Ġużeppi Calì.

Sabiex titfakkar din il-ġrajja, is-Soċjetà organizzat Serata Mużiko-Letterarja fi Triq San Mikiel nhar l-10 t’April 2012, fejn fih ħadet sehem ukoll il-Banda Sa-gra Familja taħt id-direz-zjoni ta’ Mro. Ugo Buhagiar li daqqet siltiet bħal In t e r m e z z o l’Arlessienne, Romanze, El Condor Pasa, C a v a l l e r i a Rusticana u Conquest of Paradise, min-barra l-Innu tal-Kalkara u l-innijiet tas-Soċjetà. Matul is-serata, min-barra d-diskors tal-okkażjoni tal-President Noel Mallan, il-

bandist Andrew Cilia qara poeżija miktuba minnu stess, Tony Terribile ta deskrizzjoni tal-opri artistiċi li kienu jinstabu f ’din il-Knisja u Ġużi

Gauci rrakonta xi tifkiriet tiegħu minn dak iż-żmien ta’ 70 sena ilu. Intwera fea-ture bl-istorja ta’ din il-Knisja, fuq kitba ta’ Duncan Brincat u produzzjoni ta’ Etienne Camilleri.

Il-mument tant mis-tenni tal-kxif tal-irħama kommemo-rattiva sar minn Patri Martin Mamo OFM Cap. u Patri Deo Debono OSA, żewġ reliġjużi Kalkariżi, filwaqt li sar it-tberik mill-Kappillan, il-

Kan. Onor. Dun Anton Galea-Scan-nura. Il-lapida saret b’tant ħila mill-marmista Rabti Joe Debono.

70 Sena Anniversarju mit-Tiġriftal-Knisja Parrokkjali l-Antika

Impressjoni artistika ta’ kif kienet tidher l-ewwel Knisja Parrokkjali, grafika ta’ 0pChristian Mizzi.

Dehra ġenerali tas-Serata Mużiko-Letterarja li saret fi Triq San Mikiel nhar l-10 t’April 2012.

Il-Banda Sagra Familja matul is-serata taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiar.

Patri Martin Mamo OFM Cap. flimkien ma’ Patri Deo Debono OSA, żewġ reliġjużi

Kalkariżi, jidhru qed jikxfu l-irħama.

Page 62: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

60

Page 63: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 64: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

62

Page 65: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

63

Proża u Poeżija

Andrew Cilia

Żgħażugħ ta’ 21 sena li jaħdem mas-Servizz Pubbliku. Bandist

mal-Banda Sagra Familja bl-istrument tal-klarinett, u

jokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Bħala

passatemp prinċipali għandu l-kitba ta’ proża u poeżija, li bosta minnhom dehru f ’dawn il-kotba.

Qam maħsud b’weġgħa li ħass f ’sidru. Xaqq l-għaraq għalieh, qabditu r-rogħda u l-uġiegħ f ’sidru beda jżid. Beda anki jħoss tnemnim f ’idejh ix-xellugija. Ippanikja għax dak li kien jibża’ minnu kien f ’daqqa waħda qed iħossu fuqu. ‘Dor.....Doriiiiiis’ għajjat bla nifs. Doris li kienet għadha kemm niżlet tagħmel tazza kafe għaliha u għall-żewġha inħasdet mill-għajta fgata ta’ żewġha. Qalbha għamlet tikk, kemm-il darba Leli kien għajjtilha imma din id-darba l-ħoss instema’ aktar ta’ karba milli ta’ għajta. Tfiet bil-ħeffa l-kittla bl-ilma u telgħet tiġri t-taraġ li jagħti għall-kamra tas-sodda tagħha. ‘Lel!!’ werżqet mistgħaġba Doris! Żewġha Leli kien mitluq għall-mejjet fl-art wiċċu ’l isfel. Ġriet fuqu dawwritu wiċċu ’l fuq u kif ratu is-far mewt, iħarħar, bir-ragħwa ħiereġ minn ħalqu u b’daqqa fuq rasu nfexxet twerżaq u tibki, u ġriet lejn it-telefon iċċempel għall-ambulanza.

Ftit minuti biss wara instemgħet twerżaq fil-ħemda ta’ dik l-għodwa ta’ Marzu s-sirena tal-ambulanza. Il-paramediċi daħlu fil-kamra tas-sodda u qandlu lil Leli fuq l-istretcher u ħarġu bih fl-ambulanza u lebbtu jiġru lejn l-isptar. Doris ma tilfitx żmien u ċemplet lil Johan it-tifel tagħha li dan kif sema’ li missieru ittieħed l-isptar tar mis-sodda u flimkien ma’ martu mar għand ommu u baqgħu sejrin dritt l-isptar. Kif waslu staqsew mal-ewwel għal Leli u qalulhom is-sala li kien fiha u bħal tliet irjus maqtugħa ġrew lejn is-sala li fiha kien Leli. Kif daħlu sabuh b’ħafna pajpijiet ma’ mnieħru u ma’ ħalqu, rasu nfaxxata u mitluf minn sensieh.

Ħdejh kien hemm it-tabib qed jeżaminah. Kif rawh hekk Doris in-fexxet tibki u Romina resqet issab-bar lill-kunjata tagħha. It-tabib ħares lejhom ilkoll u Johan mal-ewwel staqsieh, “X’ġara dott?” “Il-pazjent jidher li ħakmu attakk tal-qalb li ma kienx ħafif u sfortunatament waqt dan l-attakk waqa’ u ħabat rasu u bħalissa qiegħed f ’koma.” “Koma?!!” werżqet Doris! “Madonna tal-ħniena x’biċċa ġratilna….x’biċċa ġratilna!” karbet Doris u kompliet tokrob hekk fuq spallejn Romina. Johan reġa’ dar lejn

it-tabib u qallu, “Imma Dott hemm tama?” It-tabib kemmex xufftejh u ġibed lil Johan fil-ġenb. “Ma nafx, it-tamiet huma ftit bejn bl-attakk u bejn bid-daqqa li ħa ser tkun diffiċli għalih biex jiġi lura u anki jekk jiġi lura jaf jibqa’ bl-effetti.” Kif qallhom hekk it-tabib skuża ruħu u ħareġ lejn sala oħra. Johan ma kellux għalfejn jir-repeti dak li kien qallu t-tabib għax Doris minkejja li kienet qed tolfoq u tibki kellha widnejha attenti għal kull ma kien qiegħed jintqal. “Madonna tal-ħniena, x’biċċa ġratilna, Leli tiegħi f ’koma!” u kompliet tixgħer u tibki...

...Kif refa’ ħarstu lejh rah għajjien aktar mis-soltu. Kien qiegħed jinċana biċċa injama u kellu l-fardal ta’ fuqu miksi bil-għabra tal-injam u żewġ qatriet għaraq iżżerżqu minn ma’ moħħu għal ma’ ħaddejh u waqgħu fuq idejh. Kif ħass l-għaraq fuq idu waqaf jistrieħ u mesah moħħu bil-warrani tal-pala ta’ idejh. “Ma għadniex li konna”, tbis-simlu lura Ġużeppi kif lemah lil ibnu jħares lejh. “Missier, kieku minnek immur nistrieħ illum għax xejn ma tidher fiha.” Ġużeppi ħareġ minn wara l-bank tax-xogħol u resaq lejn ibnu. “Ix-xogħol ma tistax taħarbu ibni. Kun bieżel kif dejjem għallimtek.” “Missier, imbilli tmur tistrieħ ma jfissirx li qed taħrab mix-xogħol. Isma’ minni, il-ħanut ħallieh f ’idejja.” Ġużeppi ħares ħarsa lejn dak il-ġuvni ta’ quddiemu u qallu, “Ħa mmur mela, inħalli f ’idejk. Ħsiebek hemm!”, neża l-fardal, farfar tnejn idejh mill-għabra tal-injam u te-

laq b’ pass kajman lura lejn id-dar.

Kif wasal baqa’ sejjer dritt lejn martu li kienet qiegħda tgħalli xi ħxejjex. Kif ratu baqgħet tħares lejh. “X’ġara?” qallha Ġużeppi, “X’qed tiċċassa lej-ja?” “Int kollox sew? Ma nafx kif qed narak!”, qaltlu Marija inkwetata. “Int ukoll? Ġesù hekk qalli ukoll ftit ilu u b’hekk ġejt kmieni mill-ħanut tax-xogħol. Imma togħqodux tinkwetaw m’għandi xejn. Ftit għajjien dak kol-lox.” Marija xejn ma deheret sodisfatta b’dak li kien qallha Ġużeppi u qaltlu, “Mur strieħ, issa nnewwillek xi ħaġa jien biex titrejjaq.”

Ġużeppi dar u telaq fil-kamra l-oħra. Marija malajr ħawwret ftit ħxejjex mgħollija u bidet tippreparahom għal żewġha. Sadanittant leħaq wasal lura Ġesù mill-ħanut tax-xogħol. “Ja Omm”, sejjħilha Ġesù. “Hawn jien ibni!”, weġbitu Marija, “Qed nagħmel daqsxejn ta’ taħlita għall-missierek għax għajjien.” “Ngħidlek il-veru ma nafx kif bdejt narah waqt il-jum tal-ħidma, għajjien aktar mis-soltu, beda jbati biex jieħu n-nifs u l-lewn ta’ wiċċu ma għoġobni xejn.”, qallha Ġesù minn taħt l-ilsien. “Mela sewwa rajt jien ukoll.”, tbikkmet Marija. “Issa qiegħed jistrieħ. Mur ftit sa ħdejħ ibni!”

Ġesù mar lejn il-kamra tal-mistrieħ

Il-mewt ta’ San ĠużeppFrancisco de Goya y Lucientes, ċa. 1787

Page 66: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

ta’ Marija u Ġużeppi u hemm jilmaħ lill-missieru mitluq, wiċċu mingħajr lewn, in-nifs tiegħu iħarħar, għajnejh imxarrbin bid-dmugħ u jgedwed kliem li ma jinfthiemx. Ġesù re-saq lejh u qallu, “Missier, xi ġralek?” “Ibni...aħfirli ibni.”, tnhied Ġużeppi. “Naħfirlek ta’ xiex Missier?”, qallu Ġesù hekk kif niżel fuq irkopptejh u qabad id Ġużeppi f ’idu. “Ta’ kemm forsi ... ta’ kemm forsi ma fhimtx dak li ġejt magħżul biex nagħmel...ta’ kemm forsi ma kontx ta’ gwida tajba biżżejjed għalik!” beda jolfoq Ġużeppi. “Iskot Missier, dan xejn ma hu minnu, għadek qas taf kemm kel-lek missjoni diffiċli f ’idejk, għadek qas taf xi privileġġ kellek li ħadt ħsieb lil Alla nnifsu u lil dik il-mara li ġiet magħżulha b’ommu!” F’dak il-ħin daħlet Marija b’bieqja misħun bil-ħwawar u kif rat lil żewġha f ’dik il-qagħda telqet tiġri lejh. “Ġużepp! Xi ġralek għid?” “Marija…aħfirli jekk inqastek xi darba.” Qabdilha idejha f ’idejh kesħin silġ Ġużeppi. “Xi trid-ni naħfirlek? Għadek qas taf kemm inħossni xxurtjata li kelli lilek b’żewġi għażiż tiegħi. Int għad tkun ix-xempju tal-irġiel kollha.”, bdiet tolfoq Marija. “Iskot Marija…iskot…kull ma għamilt kien bi dmir lejn dak li għażilna għal din il-missjoni.” “Tħallinix Ġużeppi…tħallinix jaħasra.”, bkiet Marija. “Inħoss li wasalli ż-żmien Marija, mugħġugħ ħafna, imma l-uġiegħ li għandi f ’qalbi hu bil-wisq akbar.” “X’uġiegħ hu Mis-sier? Għalfejn għandu jkollok l-uġiegħ f ’qalbek?”, staqsieh Ġesù. “Għax ħa nħalli lilkom warajja! Kien wisq ta’ privileġġ għalija li nilqagħkom fil-

familja tiegħi…inħobbkom ħafna…inħossni magħqud magħkom bħall-…” Iżda ma felaħx ikompli għax inqatagħlu n-nifs u qabditu xerqa li ma ħallitux ikompli jitkel-lem. “Titħabatx għażiż tiegħi.”, bisitlu idu Marija. “Missier, tinkwetax, Mis-sieri tas-sema żgur refagħlek post fis-Saltna tiegħu, u għadek qas taf kemm int ixxurtjat li tinsab mdawwar b’Alla nnifsu u ommu f ’dan il-mument tal-mewt tiegħek.”, qal Ġesù hekk kif refa’ ħarstu lejn Missieru tas-Sema. Waqa’ bħal skiet f ’dik id-daqsxejn ta’ kamra. Kull ma kien jinstema’ kienu biss it-tħarħira tan-nifs batut ta’ Ġużeppi, il-biki u l-ilfieq ta’ Marija u t-tgedwid tat-talb ta’ Ġesù. Fid-daqqa u l-ħin wiċċ Ġużeppi qisu reġa’ mtela bil-kulur, għolla kemm kemm rasu u għajjat, “Marija!…Ibni!…Xi ġmiel! X’dawl leqqien qed nilmaħ!…x’ riħa ta’ ġilju qed inxomm! X’hena!…inħobbkom għal dejjem…Marija…Ġesù…”, u bl-aħħar nifs, Ġużeppi nte-laq lura u mejjel rasu f ’raqda eterna ta’ sliem…

…“Jo….Jo missierek gedwed xi ħaġa”, qamet eċitata Doris. “Johan tar minn fuq il-pultruna li fuqha kien qiegħed jgħonos u resaq aktar viċin lejn mis-sieru. “Xi ġmiel!…X’dawl leqqien!…X’riħa ta’ ġilju!…X’hena!...”, gedwed

Leli minn taħt l-ilsien. “Ma, ħa nsej-jah għat-tabib għax dan qed jhewden!’ Fil-pront Johan ħareġ mill-kamra u mar isejjah għat-tabib. It-tabib daħal ma’ Johan ftit wara u mar dritt jeżamina lill-pazjent. “Dott…Dott…illum x’data hi?”, staqsa Leli bi tbatija lit-tabib fost l-għaġeb ta’ kulħadd.

“Illum id-dsatax ta’ Marzu Lel”, qallu t-tabib. Leli tbissem tbissima, xeraq tnejn sew u ntelaq lura għall-mejjet fuq is-sodda. Kif raw din ix-xena qud-diemhom kulħadd baqa’ miblugħ. Doris infexxet tibki u twerżaq u Jo-han mesaħ id-dmugħ li beda jgelgel minn ma’ għajnejh. Romina ħaddnet lil Johan magħha u qaltlu, “Tinkwi-etax, missierek jinsab f ’idejn tajba.” “Għaliex?”, staqsiha b’leħen fgat Jo-han. “Missierek ilu fuq siegħa jhewd-en u li kieku taf x’rakkont beda jir-rakkonta, il-ġmiel tiegħu. Irrakkonta l-mewt ta’ San Ġużepp u llum huwa l-jum li hu ddedikat lil dan il-qaddis. Missierek kien ikkonfortat minn dan il-qaddis kbir fil-mument tal-mewt tiegħu u ninsab ċerta li fil-jum tal-festa ta’ San Ġużepp ruħ missierek tinsab fi ħdanu.”, stqarritlu Romina waqt li għannqitu magħha. Dak il-ħin par idejn felħana kienu miftuħa qed jistennew ruħ devota bi tbissima riħa ta’ ġilju fis-smewwiet!

64

Il-mewt ta’ San ĠużeppBernardo Cavallino, Napli ċa. 1650

Il-mewt ta’ San ĠużeppFrancesco Polazzo

Il-mewt ta’ San ĠużeppFrancesco Magiotto

Page 67: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

65

Page 68: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

66

Page 69: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Proża u Poeżija

67

Godwin CiniImwieled Raħal Ġdid, sa minn meta

kien żgħir kien iħobb il-festa u l-kant fil-Knisja. Wara li żżewweġ mar jgħix l-Imsida u kien membru tal-Kumitat

tal-Banda San Ġużepp tal-lokal.Aktar tard kien ukoll Assistent Seg-

retarju mal-Banda Sant’Anna ta’Wied il-Għajn. Membru f ’diversi

għaqdiet fosthom fil-Kor Sant’Anna u Poeti Maltin.

Bl-abjad u bl-aħmar tal-bandiera Maltija,Bl-ikħal u bl-aħmar tal-patrun tagħna,

Bl-isfar u bl-abjad tat-twemmin Kattoliku,Ningħaqdu f ’qalb waħda ngħannulek ħerqana.

Il-Mulej tak b’Martek l-isbejħa Marija,L-iprem warda li tgħaxxaq il-ħolqien,

Safja u qaddisa u tfewwaħ il-ġonna,Isimha mbierek fuq l-għoljiet u il-widien,

Inti missier putattiv ta’ Ġesù ċkejken,Fis-skiet u l-faqar lil Ibnek rabbejt,

Xempu tal-umiltà, l-għaqal u l-qdusija,Il-Familja Mqaddsa int fi ħdanek għożżejt.

Għażiż San Ġużepp tagħna twajjeb Qaddis,Miġburin quddiemek hawn nitolbuk,

Żomm idejk fuqna, ħarisna minn kull saram,Int taf li f ’dar-raħal b’missierna nqiesuk.

Page 70: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 71: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Mużika u Banda

69

Daniel Vella

Magħruf l-aktar għall-imħabba kbira li għandu lejn il-baned u

l-marċi Maltin, huwa preżentament jipproduċi u jippreżenta diversi

programmi ta’ marċi fuq stazzjoni-jiet radjufoniċi, fosthom dak naz-

zjonali u dawk f ’irħula Maltin.

Kienet il-festa tas-sena 2009 meta fuq stedina tal-Bord Editorjali tal-Banda Sagra Familja bdejt nikteb fuq dan il- ktieb li toħroġ din is-Soċjetà għaż-żmien sabiħ tal-festa ad unur il-kbir Padrun Universali tal-Knisja San Ġużepp. Il-kitbiet tiegħi fis-snin 2009, 2010 u 2011 kienu jikkonċernaw ir-record-ings li ħarġet is-Soċjetà Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja u li bla dubju huma parti ukoll mill-istorja tal-banda li propju din is-sena jaħbat il-25 sena mit-twaqqif tagħha. Kif semmejt f ’artikli oħrajn, il-Banda Sagra Familja f ’dak li huwa qasam ta’ marċi brijużi, b’mod partikulari recordings sa issa ħarġet 7 settijiet ta’ marċi brijużi u dawn saru bejn l-1988 u s-sena 1997.

F’dawn is-settijiet insibu ġabra ta’ marċi melodjużi mill-pinna ta’ Surmastrijiet li ħafna minnhom huma popolari fil-qasam tal-kit-ba tal-marċi festivi Maltin.

L-aħħar taqsima ta’ dan l-artik-lu f ’dan il-ktieb ta’ din is-sena huwa sett ta’ marċi brijużi tal-1994. Dan huwa l-aktar sett marċi brijużi twil bħala ħin għaliex huwa maqsum fuq tape ta’ 90 minuta.

L-ewwel parti ta’ dan is-sett marċi jiftaħ bl-Innu Marċ Sagra Familja tas-Surmast Lorenzo Gonzi, imbagħad għal dawk li huma marċi brijużi nsibu il-marċi: Christina ta’ R. Pisani, Ta’ Goma ta’ A. Mizzi, Ramzy ta’ A. Co-leiro, Kim ta’ U. Buhagiar, Kristus ta’ J. Boffa (Jnr.), u Rowena ta’ J. Sammut.

Fit-tieni taqsima nsibu: Innu Marċ San Ġużepp ta’ A. Mizzi, Nikita ta’ A. Coleiro, Ta’ Nona ta’ H. Dalli, Calypso ta’ E. Bugeja, Tango Tatoo ta’ P. Schem-bri, Ċelebrità ta’ E. Bugeja, Exelcior ta’ A. Aquilina u l-Innu tal-Banda Sagra Familja. Dan is-sett marċi brijużi tal-Banda Sa-gra Familja sar ġewwa Boffa Studios ta’ Raħal Ġdid bid-direzzjoni tal-Banda kienet f ’idejn is-Surmast attwali Mro Ugo Buhagiar, filwaqt li fis-sena 2006, Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja ħareġ reproduzzjoni ta’ dan ir-recording fuq cd.

Permezz ta’ dan is-sett marċi brijużi tal-1996 mhux biss ġejt fit-tmiem ta’ dan l-artiklu għal din is-sena iżda ukoll ġejt fit-tmiem ta’ din is-sensiela li issa hija lesta u kompluta, u li kienet maqsuma f ’erba’ partijiet.

Huwa ta’ sodisfazzjoni kbir u ta’ ferħ meta tħares lejn din il-banda għażiża għall-membri u l-partitarji numerużi

kollha ta’ din is-Soċjetà ġol-Kalkara li sa mill-1988 ħarġet b’suċċess dawn ir-recordings.

Dawn is-settijiet tal-marċi bla dubju huma xhieda ta’ banda at-tiva li sa mit-twaqqif tagħha fl-1987 baqgħet miexja fit-triq ta’ suċċessi fl-arti mużikali, soċjali, u fuq kollox kulturali.

Il-ħoss sabiħ melodjuż ta’ dawn il-marċi brijużi u li jinsabu b’għożża kbira fl-arkivji tal-ban-da huma ukoll memorji ta’ ferħ u allegrija li tant iġibu magħhom kull fejn iddoqq il-Banda Sa-gra Familja fit-toroq u l-pjazzez madwar pajjiżna, b’mod speċjali fiż-żmien tal-festa fir-raħal tal-Kalkara, il-festa ddedikata lill-kbir Padrun San Ġużepp!

Minn qalbi nixtieq nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd!

Ħarsa lejn ir-recordings tal-Banda Sagra Familja(ir-raba’ u l-aħħar parti)

Page 72: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 73: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Mużika u Banda

71

DataIt-Tlieta 10 ta’ April 2012

It-Tnejn 25 ta’ Ġunju 2012

L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju 2012

It-Tnejn 2 ta’ Lulju 2012

It-Tnejn 2 ta’ Lulju 2012

It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012

Il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju 2012

Il-Ħadd 8 ta’ Lulju 2012

Il-Ħadd 8 ta’ Lulju 2012

L-Erbgħa 15 ta’ Awwissu 2012

Is-Sibt 18 ta’ Awwissu 2012

Avveniment u PostSerata Mużiko-Letterarja, Kalkara

Festa Madonna ta’ Lourdes, Qrendi

125 Sena Mro. Gonzi, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa Santa Marija, Ħal Għaxaq

Festa Madonna ta’ Lourdes, Paola

ServizzProgramm Mużikali

Marċ Brijuż

Akkademja Mużikali

Marċ Ħruġ min-Niċċa

L-aħħar Kunċert Ġenerali

Programm Mużikali fuq il-Planċier

Marċ tas-Sagra Familja

Marċ ta’ filgħodu

Marċ tal-aħħar

Marċ t’akkumpanjament

Marċ brijuż ta’ lejlet il-festaNappellaw lill-bandisti tal-post sabiex jieħdu nota ta’ dawn is-servizzi.Appell ukoll lill-partitarji biex jattendu numerużi kull fejn tieħu sehem il-banda tagħna.

Servizzi mill-Banda Sagra Familja

Fl-okkażjoni tal-125 sena mit-twelid ta’ Mro. Lorenzo Gonzi, is-Soċjetà ser torganizza Akkademja Mużikali mill-Banda Sagra Familja ġewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nhar l-Erbgħa 27 ta’ Ġunju 2012 fit-8pm, nhar l-Aħħar Erbgħa ta’ San Ġużepp.

Lorenzo Gonzi twieled il-Birgu nhar it-13 ta’ Awwissu 1887, u ftit tas-snin wara, minħabba saħħet missieru Giuseppe u l-bżonn ta’ aktar arja friska, il-familja ġiet toqgħod ġewwa l-Kalkara. Huwa studja taħt diversi surmastrijiet u kompożituri, fosthom Dun Pietru Pawl Galea mill-Isla, li minn taħtu beda l-istudji tiegħu. Bar-ra minn hekk Mro. Gonzi studja wkoll fil-Konservatorju Mużikali mwaqqaf minn Paolino Vassallo. Hawnhekk huwa pperfezzjona fl-armonija u l-kontrapunt. Ta’ għaxar snin beda jdoqq l-ottavin mal-banda “Duke of York” tal-Birgu. Fl-1908 ikkompona l-Innu l-Kbir A San Giuseppe filwaqt li fl-1914 huwa waqqaf l-Orchestra San Giuseppe, fi ħdan Circolo San

Giuseppe fejn fl-1919 ġie elett bħala President tal-istess Soċjetà. Aktar tard sar Sur-mast Direttur tal-Baned Maria Annunziata ta’ Ħal-Tarxien u Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar. Fl-1921 kkompona l-antifona Josef Filii David tal-Kalkara u f ’Lulju 1922 kkom-pona l-Innu Marċ La Sacra Famiglia.

Matul din l-Akkademja Mużikali, il-Banda Sagra Familja, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Ugo Bu-hagiar, ser tkun qed teżegwixxi l-programm segwenti: Innu Popolari lil San Ġużepp ta’ Lorenzo Galea, Arioso (mill-Cantata Nru. 156) ta’ Johann Sebastian Bach (arr. Alfred Reed), Chorus Angelorum ta’ Samuel R. Hazo, Panis Angelicus ta’ Cesar Franck (arr. Alfred Reed), Contrapunctus IX ta’ Johann Sebastian Bach (arr. Andy Clark), Innu l-Kbir A San Giuseppe ta’ Lorenzo Gonzi,

Akkademja Mużikali

Concert Rondo ta’ Wolfgang Amadeus Mozart (arr. Andy Clark), Antifona Iosef Filii David ta’ Lorenzo Gonzi, Ecco Che Viene arranġament ta’ Ugo Buhagiar, Inno Marcia alla Sacra Famiglia ta’ Lorenzo Gonzi u Innu lill-Banda Sagra Familja ta’ Ugo Buhagiar.

Page 74: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

72

4A, Misraħ Arċisqof Gonzi, Kalkara

Page 75: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

73

Page 76: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 77: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Mużika u Banda

75

Paul Bongailas

Iservi bħala membru fil-Kummiss-joni Banda Sagra Familja. Matul is-snin serva f ’diversi karigi fis-

Soċjetà, fosthom f ’dik ta’ Kaxxier tal-Kumitat Ċentrali, kif ukoll bħala Delegat tal-Banda. Kien

wieħed minn grupp li fl-1996 iffur-maw il-Kummissjoni Żgħażagħ.

F’dan l-artiklu ser nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi informazzjoni dwar il-mużika li ser tindaqq matul il-programm mużikali annwali tal-Banda Sagra Familja fuq il-Planċier Ġawhra Ġużeppina nhar it-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012.

Matul dan il-programm il-banda se ddoqq mużika varjata, fejn nagħtu bidu per-mezz ta’ mużika klassika fl-ewwel parti u nkomplu b’dik moderna fit-tieni. Nat-uralment dan il-programm jiftaħ bl-Innu Marċ Sagra Familja kompożizzjoni tal-ewwel Surmast Direttur Mro. Lorenzo Gonzi, innu marċ li tant aħna kburin bih minħabba l-istil tiegħu. Il-programm jagħlaq bl-Innu lill-Banda Sagra Familja kompożizzjoni tas-surmast attwali Mro. Ugo Buhagiar.

NormaVincenzo Bellini

Vincenzo Bellini kien kompożitur tal-opra Taljana. Imwieled fi Sqallija, Bel-lini kien tifel ta’ familja li minn dejjem ħabbet il-mużika, tant li beda jistudja t-teorija mużikali fl-età ta’ sentejn u l-pjanu ta’ tliet snin, u mill-età ta’ ħames snin tista’ tgħid li kien idoqq ukoll. Bellini telaq minn Sqallija f ’Ġunju 1819 biex jistudja fil-Konservatorju ta’ Napli. Fl-1822 kien fil-klassi tad-direttur Nicolò Zingarelli, fejn Bellini kiteb l-ewwel opra tiegħu Adelson e Salvini. L-akbar xogħlijiet tiegħu huma I Capuleti ed i Montecchi (1830), La sonnambula (1831), Norma (1831), Beatrice di Tenda (1833), u I puritani (1835). Huwa miet fi Franza fl-età ta’ 33 sena.

L-opra Norma hija tragedia lirica jew opra f ’żewġ atti, b’librett ta’ Felice Rom-ani, fuq ideja ta’ Norma, ossia L’infanticidio miktub minn Alexandre Soumet. L-ewwel dehra ta’ din l-opra kien fit-teatru La Scala f ’Milan fis-26 ta’ Diċembru 1831, u hija magħrufa bħala eżempju mill-aqwa tat-tradizzjoni tal-bel canto, tant li “casta diva” hija waħda mill-aktar arji magħrufa tas-seklu dsatax.

Vincenzo Bellini.

Memories from CatsAndrew Lloyd Webber

Andrew Lloyd Webber twieled fit-22 ta’ Marzu 1948 u huwa kompożitur Ingliżta’ mużikali teatrali. Huwa beda jikkomponi fl-età ta’ sitt snin, filwaqt li ppubb-lika l-ewwel biċċa xogħol tiegħu fl-età ta’ disa’ snin. Huwa kiseb bosta popolaritàmadwar id-dinja permezz ta’ diversi musicals u matul is-snin rebaħ bosta unuri f ’dan ir-rigward. Wieħed mill-musicals l-aktar famużi tiegħu huwa ċertament Cats u huwa bbażat fuq Old Possum’s Book of Practical Cats minn T. S. Eliot. L-ewwel dehra ta’ dan il-musical kienet fis-sena 1981 ġewwa l-West End, u wara ġewwa Broadway fl-1982, dejjem taħt id-direzzjoni ta’ Trevor Nunn u koreografija ta’ Gillian Lynne. Rebaħ bosta awards, filwaqt li din il-produzzjoni baqgħet għaddejja għal wieħed u għoxrin sena sħaħ ġewwa Londra u tmintax-il sena fi Broadway. il-musical jagħti l-istorja ta’ tribu ta’ qtates imsejħa Jellicles u l-lejl li għaddew sabiex jagħżlu liema qattus se jgħaddi għal ħajja oħra. Bħala musical huwa wieħed mill-aktar popolari u anki saret verżjoni għat-televiżjoni fl-1998.

Il-kopertina tal-musical Cats.

Page 78: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

76

Il-kopertina tal-film Band of Brothers.

Band of BrothersMichael Kamen

Michael Arnold Kamen twieled fil-15 t’April 15 1948 u miet fit-18 ta’ Novem-bru 2003. Huwa kien kompożitur Amerikan speċjalment ta’ mużika għall-films, arranġatur orkestrali, kittieb ta’ diski u mużiċist. L-ewwel xogħlijiet tiegħu kienu ballets, filwaqt li aktar tard daħal fix-xena ta’ Hollywood bil-mużika għall-film The Next Man fl-1976, u anki fix-xena pop u rock, anki billi kkollabora mal-Pink Floyd fl-album tagħhom The Wall. Rebaħ bosta premjijiet internazzjonali għall-mużika tiegħu.

Band of Brothers huwa mini-serje f ’għaxar partijiet dwar it-Tieni Gwerra Din-jija, prodotta u mxandra fis-sena 2001, u bbażata fuq ktieb li jġib l-istess isem miktub mill-istoriku Stephen E. Ambrose. Il-produtturi ta’ din is-sensiela kienu Steven Spielberg u Tom Hanks, magħruf ukoll għall-films oħra dwar il-gwerra. Il-mużika għal din is-sensiela ġiet miktuba minn Michael Kamen.

Memories of Cole PorterCole Porter

Cole Albert Porter twieled fid-9 ta’ Ġunju 1891 u miet fil-15 t’Ottubru 1964. Huwa kien kompożitur Amerikan u anki kittieb tal-kanzunetti. Twieled f ’familja sinjura, u ma obdiex ix-xewqa ta’ nannuh, tant li kompla l-professjoni tiegħu fil-mużika. Minħabba t-taħriġ klassiku li ħa, huwa kien jitpaxxa bil-mużika tejat-rali. Wara bidu kemmxejn iebes, beda jikseb suċċess fis-snin 20, tant li fis-snin 30 kien meqjus bħala wieħed mill-aktar kompożituri magħrufa f ’Broadway. B’differenza ta’ bosta oħrajn, Porter mhux biss kien jikteb il-mużika iżda anki l-kliem. Għalkemm spiċċa b’diżabiltà fiżika wara aċċident li kellu fl-1937, Porter kompla fil-karriera tiegħu. Fl-1948 kiseb l-akbar suċċess permezz tal-musical li kiteb Kiss Me, Kate. Fost l-aktar musicals famużi nistgħu nsemmgħu, Fifty Million Frenchmen, DuBarry Was a Lady, Anything Goes and Can-Can, filwaqt li bħala kanzunetti nistgħu nsemmgħu Night and Day, I Get a Kick out of You, Well, Did You Evah! u I’ve Got You Under My Skin. Jibqa’ magħruf għall-mod sofistikat u suġġestiv li bih kien jikteb il-mużika u l-lirika.

LilianaSalvino Fabri

Is-Surmast Salvino Fabri kien isem sinonimu mal-baned u l-marċijiet Maltin, tant li minn età żgħira kien beda jistudja l-mużika. Maż-żmien sar Surmast Direttur ta’ diversi baned, fosthom Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq u Marija An-nunzjata ta’ Ħal Tarxien. Huwa kkompona diversi marċi brijużi, funebri u sin-foniji, li rregala diversi minnhom lis-Soċjetà tagħna matul l-aħħar snin ta’ ħajtu. Fost ir-repertorju tiegħu nsibu l-marċ sinfoniku Liliana, kompożizzjoni bikrija tiegħu. Huwa miet fis-sena 2010.

LochleaIan Macpherson

Lochlea, kompożizzjoni u arranġament ta’ Ian Macpherson, ġiet ispirata mill-poeta Skoċċiż Robert Burns u r-razzett li kien jgħix fih sa mill-1777. Din il-kompożizzjoni tpoġġi l-pipes f ’arena aktar tradizzjonali u kontemporanja, b’arranġament modern iżda b’melodija familjari fl-istess ħin. B’mod dramma-tiku, Macpherson jesplora palat sinjur ta’ ħsejjes li huma aċċessibbli f ’banda moderna, u b’hekk mingħajr ħsieb żejjed iwaħħdu l-ħoss tal-pipes mal-banda bl-aktar mod sabiħ.

Cole Porter.

Ir-razzett ta’ Lochlea.

Page 79: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Il-faċċata tas-cd mużikali ‘My Heart will go on’, għall-film ‘Titanic’.

My Heart will go onJames Horner

My Heart Will Go On hija t-tema prinċipali tal-film Titanic maħruġ fl-1997 u li għamel suċċess dinji. Il-mużika ġiet miktubi minn James Horner, il-lirika minn Will Jennings, filwaqt li l-produzzjoni ħadu ħsiebha Simon Franglen, James Horner u Walter Afanasieff. Ġiet irrekordjata minn Céline Dion. Din id-diska, maħruġa oriġinarjament fl-1997, sabet postha fil-quċċata tal-klassifika f ’bosta pajjiżi madwar id-dinja, fosthom l-Amerka, l-Ingilterra, l-Irlanda u l-Awstralja. Tibqa’ ittibrata bħala suċċess kbir ta’ Céline Dion.

James Roy Horner imwieled fl-14 ta’ Awwissu 1953, huwa kompożitur Ameri-kan, orkestratur, kunduttur orkestrali u kittieb tal-mużika tal-films.

Highland CathedralUlrich Roever u Michael Korb

Highland Cathedral hija melodija popolari għall-great highland bagpipe. Hija kompożizzjoni tal-mużiċisti Ġermaniżi Ulrich Roever u Michael Korb fl-1982, propju għall-Highland Games li saru fil-Ġermanja. Kienet ġiet proposta bħala l-innu nazzjonali tal-Iskozja, u sussegwement sarulha diversi modifiċi fl-orkestrazzjoni u anki lirika bl-Ingliż u l-Iskoċċiż. Bħala tonalità kienet l-innu tal-Pulizija ta’ Ħong Kong, sa tmiem ir-renju Brittanniku hemmhekk fl-1997. Tintuża ħafna bħala mużika għat-tiġijiet.

77

Mużika u Banda

Colonel BogeyFrederick Joseph Ricketts

Il-marċ famuż Colonel Bogey ġie miktub fl-1914 mil-Logutenent Frederick J. Ricketts, li twieled fl-1881 u miet fl-1945. Huwa kien Surmast tal-armata Ingliża u aktar tard sar id-Direttur tar-Royal Marines ta’ Plymouth. Huwa kitibha taħt il-psewdonimu Kenneth Alford, peress li s-suldati dak iż-żmien ma kienux jitħallew ikollhom ħajja privata. Ġie spirat minn tisfira ta’ bniedem ieħor fil-militar. Bħala skor mużikali qabeż il-miljun bħala bejgħ, filwaqt li ġie rrekordjat diversi drabi. Intuża wkoll bosta drabi fuq it-televiżjoni.

Echoes of SevilleCharles N. Daniels

Charles N. Daniels twieled ġewwa Kansas fl-Istati Uniti nhar it-23 t’April 1878. Ta’ 18-il sena kien diġà rebaħ premju bil-kompożizzjoni Margery li kienet daqqitha l-banda ta’ John Philip Sousa. Fl-1910 huwa beda jokkupa kariga eżekuttiva ma’ Remick Music Company. Huwa kiteb bosta kompożizzjonijiet magħrufa, fosthom You Tell Me Your Dreams, I’ll Tell You Mine, Moonlight and Roses, Chloe, u She’s Funny That Way. Huwa miet fil-21 ta’ Jannar 1943 ġewwa Kalifornja.

Echoes of Seville inkitbet minn Charles N. Daniels taħt il-psewdonimu ta’ Neil Moret u ppubblikata fl-1913 minn Jerome H. Remick. Hija magħrufa bħala marċ Spanjol, u kif wieħed jista’ jimmaġina, il-mużika hija mimlija ritmi Span-joli, b’melodiji mill-isbaħ u armoniji kkuluriti. Meta kiteb din il-biċċa ta’ 35 sena, Daniels kien diġà mużiċist matur u kompożitur ta’ kalibru.

Xena tipika Skoċċiża.

Frederick Joseph Ricketts.

Żfin b’ritmu Spanjol.

Page 80: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

78

Page 81: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

79

Page 82: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 83: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

81

Andrew CiliaSegretarju, Kummissjoni Żgħażagħ

Żgħażugħ ta’ 21 sena li jaħdem mas-Servizz Pubbliku. Bandist

mal-Banda Sagra Familja bl-istrument tal-klarinett, u

jokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Bħala

passatemp prinċipali għandu l-kitba ta’ proża u poeżija, li bosta minnhom dehru f ’dawn il-kotba.

Dan il-messaġġ bdejtu bi tliet kelmiet. Dan għamiltu għax nemmen fihom u nemmen li huma għandhom ikunu l-ideal li fuqu timxi din il-Kummissjoni.

EsperjenzaIva, il-Kummissjoni Żgħażagħ fiha esperjenza ta’ sittax-il sena sħaħ ta’ ħidma kontinwa ma taqta’ xejn, fiha l-esperjenza u it-talenti ta’ għexieren ta’ żgħażagħ li tul dawn is-snin id-dedikaw ħinhom u l-esperjenza tagħhom għal din il-Kummissjoni b’ideal waħdieni, dak li narrikkixxu din l-ikbar festa Ġużeppina titulari fil-gżejjer Maltin. Apparti minn hekk Kummissjoni ħajja bħal din tagħti liż-żgħażagħ esperjenzi ġodda, fejn anki meta adoloxxenti għadhom qed jisko-pru x’toffri l-ħajja, minflok ma toffril-hom esperjenza ta’ serq, droga u dak kollu li ġġib magħha l-ħajja tal-llum, toffrilhom esperjenza fejn flimkien ma oħrajn jaħdmu għal ideal komuni u jkomplu jżidu jew jagħmlu aktar aħjar it-talenti siewja tagħhom.

SerjetàBla dubju ta’ xejn ma jistax ikollok Kummissjoni li tagħmel dan kollu, imbagħad tkun Kummissjoni li tkun nieqsa mis-serjetà. Kemm serjetà fejn tidħol il-parti amministrattiva, kemm

serjetà fil-formazzjoni taż-żgħażagħ, kif ukoll serjetà f ’dak kollu li tagħmel u torganizza. Rigward is-serjetà am-ministrattiva insemmi li bħala Kum-missjoni nagħmlu laqgħa darba fix-xahar biex b’hekk xahar b’xahar kollox ikun mitkellem u diskuss qud-diem kulħadd u l-Kummissjoni tkun tista tkompli titmexxa b’aktar sejretà. Rigward serjetà fil-formazzjoni taż-żgħażagħ tidher fil-fatt fejn bħala Kummissjoni ngħatu importanza ħafna lill-attendenza tal-quddies al-menu dawk fejn inkunu mistednin għalihom u kien hemm anki każi li ġieli organizzajna aħna ukoll qud-dies kif ukoll vann għas-seba’ visti għall-żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Fejn tidħol sejretà f ’dak kollu li tor-ganizza biżżejjed insemmi l-kolonna ta’ San Ġużepp għalissa. Opra li titkel-lem waħedha fejn tinsab is-serjetà fir-raħal tagħna.

DeterminazzjoniMingħajr determinazzjoni ma jsir xejn speċjalment fil-qasam li fih top-era din il-Kummissjoni. Saru bosta proġetti tul is-snin u jekk wieħed jagħti titwila lejhom jinduna li bħala Kummissjoni qatt ma ħarisna lura u kull ma għamilna dejjem kien jinvolvi aktar ħidma, flus u determinazzjoni. Kienet din l-istess determinazzjoni li wasslitna biex naraw l-imrewħa tinfetaħ f ’xatt miżgħud bin-nies waqt

Esperjenza, Serjetà, Determinaz-zjoni: dawn huma l-kelmiet li ntużaw ħafna is-sena li għaddiet, sena li tibqa mniżżla fl-istorja tas-Soċjetà, fejn fiha fakkarna il-ħmistax-il sena anniversa-rju mit-twaqqif ta’ din l-ewwel Kum-missjoni Żgħażagħ ġewwa l-Kalka-ra. Dawn il-kelmiet ma intgħażlux għalxejn, iżda għax huma kelmiet li fil-qosor u fis-sempliċità tagħhom jid-deskrivu tant tajjeb lil din il-Kummiss-joni li personalment inħossni kburi li nifforma parti mill-amministrazzjoni tagħha.

Din is-sena hija l-ewwel waħda għalija li qed nokkupa il-kariga tant impen-jattiva ta’ Segretarju tal-Kummissjo-ni Żgħażagħ. Qabel inkompli xtaqt nagħmel parentesi żgħira. Permezz ta’ dawn il-kelmiet nixtieq minn qalbi nirringrazzja lis-Segretarju ta’ qabli, is-Sur Melvin Calleja, l-ewwel nett għall-ħidma tiegħu tul iż-żmien li għamel fil-Kummissjoni Żgħażagħ, imma l-aktar li nixtieq nirringrazzja lis-Sur Calleja huwa tal-ħeġġa, u d-determinazzjoni li nissel fija u fil-membri sħabi. Grazzi Melvin, u nawguralek kemm għall-ħajja tiegħek personali kif ukoll għall-aktar ħidma fi ħdan din is-Soċjetà, issa speċjalment mill-Kumitat Ċentrali.

Esperjenza, Serjetà, Determinazzjoni

Kumitat tal-Kummissjoni Żgħażagħ 2011/12Quddiem: Andrew Cilia (Segretarju), Etienne Camilleri (Chairperson),

Gerald Spiteri (Kaxxier)Wara: Christianne Attard (Asst. Segretarja), Maria Xuereb (Asst. Chairperson),

Stefan Farrugia (Asst. Kaxxier).

Page 84: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

82

naraw Pjazza Sagra Familja komplu-ta bl-aqwa armar kemm f ’raħalna kif ukoll fil-gżejjer Maltin.

Issa li kellna l-proġett iffissat rid-na nibdew bil-ħidma tal-ġbir tal-fondi. Sar bosta ġbir bieb bieb u minn hawn nirringrazzja lil dawk li fetħulna l-bibien tagħhom u of-frewlna d-donazzjoni tagħhom hi kemm hi. Apparti minn hekk ma naqsux l-attivitajiet fejn ħejjejna

programm varjat ta’ attivitajiet u lot-teriji kollox b’riżq il-proġett tat-trufej. F’Novembru saret l-ewwel attività fejn kienet ikla bejn il-ħbieb ġewwa s-sede tas-Soċjetà. Komplejna imbagħad biex f ’Diċembru saret quddiesa biex tagħlaq is-sena kommemorattiva tal-anniversarju tal-Kummissjoni u saret ukoll il-wijra ‘Christus Natus Est’, fejn bosta nies esebew presepji jew bam-bini għaż-żmien tal-Milied.

F’dan ix-xahar ħadna ħsieb ukoll li ntellgħu il-Party tal-Milied li jsir għat-tfal tal-membri u l-ħbieb tagħhom, fejn anki xi allievi tal-Banda Sagra Familja daqqew carols tal-Milied waqt dan il-party. Saru bosta Pasta Nights tul Jannar u Frar u fi żmien il-Ġimgħa

il-marċ tal-Ġimgħa, kienet l-istess determinazzjoni li b’ħafna taqtiegħ ta’ qalb wasslitna biex nhar l-ewwel jum tat-tridu tal-2006 rajna tinfetaħ l-umbrella massiċċa ġewwa Pjazza Sagra Familja u kienet ukoll l-istess determinazzjoni li wasslitna biex sena ilu naraw waħda mill-isbaħ kolonni ġewwa l-gżejjer Maltin tink-ixef ġewwa l-istess pjazza. B’hekk intenni li nħossni kburi li ngħin fl-amministrazzjoni ta’ Kummissjoni mimlija esperjenza, Kummissjoni ser-ja u kummissjoni determinata.

Sena ta’ ĦidmaFit-tieni parti ta’ dan il-messaġġ tiegħi, wara li esprimejt xi tfisser għalija din il-Kummissjoni, ser nagħti titwila lejn sena oħra ta’ ħidma ma taqta’ xejn fi ħdan il-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja. F’Ottubru illi għadda erġajna kellna l-ħatra tal-membri tal-kumitat ta’ din il-Kummissjoni. Kien hemm xi tibdil u rajna fosthom il-ħatra ta’ Chairperson ġdid, is-Sur Etienne Camilleri, il-ħatra tiegħi bħala Seg-retarju kif ukoll kompla fuq il-passi ta’ qabel is-Sur Gerald Spiteri li b’tant dedikazzjoni reġa’ nħatar Kaxxier ta’ din il-Kummissjoni. Rajna ukoll xi membri ġodda fosthom is-Sinjorina Beatrice Zahra u s-Sinjura Nathalie Camilleri. Uċuħ ġodda lilna qatt ma beżżgħuna anzi dejjem tawna kuraġġ biex dak li għandna ngħadduh anki lil ħaddieħor. Sa mill-ewwel laqgħa, qabel tajna ħarsa lejn dak li kien beħsiebna norganizzaw mal-ewwel dorna dawra mal-mod li bih kienet titmexxa l-Kummissjoni u analizza-jna kollox u adattajna sistema għall-membri preżenti. Dan sabiex kulħadd ikun komdu jaħdem fl-ambjent adat-tat għalih u fl-istess ħin ambjent sejru kif dejjem kien.

Għamilna riforma fis-sistema ammin-istrattiva tal-finanzi tal-Kummissjoni b’hekk issa niftaħru li għandna siste-ma affidabli kif ukoll li tkun qed tik-kontrolla b’mod tajjeb ħafna is-siste-ma ta’ infieq, kif ukoll dħul finanzjarju tal-Kummissjoni. Dan sar wara pariri li ttieħdu mingħand nies li jaħdmu fil-kamp finanzjarju kif ukoll li jmexxu huma stess kumpaniji. B’hekk kom-plejna żidna s-serjetà f ’dak illi jżomm

il-Kummissjoni ħajja: il-flus.

Wara li rajna li kollox kien adattat għalina mal-ewwel ħarisna ’l-qud-diem. Ħdima bla heda biex l-aħħar irtokki li kien fadlilha l-kolonna kienu lesti, iżda ma waqafniex hemm anzi bħala Kummissjoni mal-ewwel neh-dejna proġett ieħor ambizzjuż: it-trufej tal-Pjazza Sagra Famil-ja!

Hu proġett iebes, li jirrikjedi ħafna flus u ħafna xogħol. Ma qtajniex qalbna, mal-ewwel bde-jna nduru għall-istimi u ħriġna stima ta’ kemm jiswew dawn it-trufej. Nistqarr magħkom li mhix spiża ċkejkna u li malli taraha taħsel ser taqta’ qal-bek, imma le mhux il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Bdejna naħdmu fuq dan il-proġett u morna kellimna lil Renzo Gauci u onorana b’disinn li jikkumplimenta mal-ar-ma li diġà kien hemm lesta, u li kien ħa ħsieb ftit tas-snin ilu l-Kumitat Ċentrali flimkien mal-Għaqda tal-Ar-mar. Apparti minn hekk l-istess Renzo Gauci lestielna l-grandimenti tal-istess trufej. B’hekk sal-festa ta’ din is-sena ser ikollna idea ċara ta’ kif ser ikunu dawn it-trufej. B’wiċċi minn quddiem ngħid li sa issa ix-xogħol illi sar fuq dawn it-trufej huwa kollu mħallas u b’hekk dan il-proġett qabad ir-ritmu ukoll. Komple-jna ukoll b’ħidma fuq il-kruċetti tal-antarjoli tal-istess Pjazza Sagra Familja, bit-tama li s-sett ikun lest kollu sal-festa tas-sena d-dieħla. Inħarsu ’l-quddiem sabiex

Delegazzjoni mill-Kummissjoni Żgħażagħ wara quddiesa li saret biex tagħlaq is-sena an-niversarja ta’ 15-il sena mit-twaqqif tal-ewwel

Kummissjoni Żgħażagħ Kalkariża.

Xena mill-wirja li saret fi żmien il-Milied ġewwa ‘Sala San Ġużepp’ fis-sede tas-Soċjetà.

Mument waqt il-party tal-Milied għat-tfal organizzat mill-Kummissjoni Żgħażagħ.

Page 85: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Mqaddsa ħadna sehem fil-purċissjoni tad-Duluri kif ukoll organizzajna trasport għas-seba’ visti. Għal dawn iż-żminijiet ħadna l-inizjattiva li nagħmlu aħna stess u nbiegħu bosta figolli u kwareżimal kif ukoll qagħaq tal-appostli. Attività li kienet suċċess u li żgur ser naraw bħalha fis-snin li ġejjin kif ukoll fi żminijiet differenti.

Lejn tmiem April sar il-famuż Fire-works Festival Get Together ġewwa Bighi fejn in-numru sabiħ ta’ nies li attendew gawdew minn ikel apetituż waqt li segwew ix-xow tan-nar tal-ajru ġewwa l-Port il-Kbir. Din l-attività saret b’mod konġunt mal-Għaqda tan-Nar Sagra Familja u kienet suċċess fl-attendenza u anki fil-qliegħ. F’Mejju, nhar l-ewwel Erbgħa ta’ San Ġużepp, apparti li attendejna bi ħġarna għall-quddies, f ’atmosfera festiva ġewwa l-każin organizzajna Get Together kbir fejn fih intwera feature dwar il-ħidma tagħna. Saru wkoll diversi Car Wash-es qrib il-maħżen tal-armar, dejjem b’riżq il-proġett tat-trufej.

Apparti minn hekk il-Kummissjoni tieħu ħsieb li tiffinanzja il-marċ tal-Erbgħa filgħaxija, tgħin ukoll fl-armar tat-toroq kif ukoll f ’dak kollu li jkollha bżonn is-Soċjetà. Bħala Kummissjoni nieħdu ħsieb ukoll il-membri tagħna fejn għall-prezz ta’ €2.50 fis-sena tkun intitolat għall-membership card, xi kartolini matul is-sena speċjalment fil-jum tal-birthday, kif ukoll għall-fuljett Leħen iż-Żgħażagħ li jinħareġ bejn Novembru u Diċembru, Marzu u April u Ġunju u Lulju, b’dan tal-aħħar ikun f ’format aktar speċjali fl-okkażjoni tal-festa titulari.

Fi ftit kliem dik kienet sena oħra ta’ ħidma sa Lulju 2012, f ’Kummissjoni attiva l-ħin kollu minn xahar għall-ieħor sabiex inkomplu ngħinu fl-organiz-zazzjoni tal-festa tant għażiża għalina. Nasal biex nagħlaq dan l-artiklu billi nirringrazzja lill-membri l-oħra li jiffurmaw parti mill-Kumitat ta’ din il-Kummissjoni

speċjalment lis-Sinjorina Maria Xuer-eb u lis-Sinjorina Christianne Attard illi għażlu li f ’nofs is-sena jissieħbu f ’dan il-Kumitat minflok xi membri li minħabba raġunijiet personali ma setgħux ikomplu bil-ħidma tagħhom fi ħdan din il-Kummissjoni. Minn hawn nirringrazzjahom tas-servizzi tagħhom u nawguralhom.

Bejnietna l-membri tal-Kummiss-joni ma jeżistux karigi, il-karigi inħalluhom biss għal tip ta’ xogħol partikulari kif ukoll għal mar-ritratt ta’ fuq il-ktieb tal-festa. Bejnietna ma hemmx Chairperson, ma hemmx Seg-retarju u ma hemmx Kaxxier, kulħadd jagħti sehemhu l-istess u indaqs u naħseb li dak hu is-sigriet tas-suċċess ta’ din il-Kummissjoni.

Ma nistax ma nagħlaqx dan il-messaġġ mingħajr ma nixħet ħarsti ’l fuq lejn sema kaħlan fost daqq ta’ qniepen, ħsejjes ta’ strumenti, riħa ta’ musketterija u mdawwar b’ambjent festiv. Hemm quddiem għajnejja tfeġġ ix-xbieha tiegħek, għażiż Missier. Ma tfeġġx quddiemi nklinat biż-żmien u xwejjaħ, iżda tfeġġ quddiemi mbissem żgħażugħ bi lħitek baxxa, idejk felħana bi tbissima mill-isbaħ fuq xofftejk. Iva hekk nilmħek żgħażugħ mimli espe-rjenza, serjetà u determinazzjoni. Kif nilmħek daqstant sabiħ igglorifikat b’dik il-mara omm qaddisa mħaddna miegħek u bi tfajjel ċkejken imbissem quddiemkom tħarsuh, tindukrawh, il-sieni jinħall u minn qiegħ qalbi toħroġ minn bejn xufftejja l-għajta li tisboq kull daqq sabiħ tal-qniepen, tal-istru-menti u tal-isparar: Viva San Ġużepp u Viva s-Sagra Familja!

Soċjetà

83

Bejgħ ta’ qagħaq tal-Appostli, kwareżimal u figolli matul il-Ġimgħa Mqaddsa.

Il-ġojjell ta’ kolonna ta’ San Ġużepp fi Pjazza Sagra Familja, imżanżna mill-Kummissjoni

Żgħażagħ fil-festa tas-sena l-oħra.

Page 86: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

84

Page 87: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

85

Maria XuerebSegretarja, Kummissjoni Nisa

Ħadet l-edukazzjoni tagħha fi skola sekondarja privata, filwaqt li kom-

pliet l-istudji ġewwa l-iskola se-kondarja ogħla tan-Naxxar. Serviet

għal diversi snin fil-Kummissjoni Żgħażagħ u anki fil-Kummissjoni Nisa, fejn ilha għal dawn l-aħħar

snin fil-kariga ta’ Segretarja.

wara l-festa, jiġifieri dik ta’ ġurnata Għawdex għall-membri u l-familjari tagħhom.

Għalina l-membri sservi bħala ġurnata oħra ta’ xalata u mistrieħ. Minn hawn nixtieq nieħu l-opportunità biex nir-ringrazzja lil dawk kollha li taw sehe-mhom.

Bħala attività oħra li nagħmlu hija dik tat-tombla. Ħafna mill-membri tagħna ikunu qed jistennewha bil-ħerqa. Din issir ġewwa l-każin jew barra fi Pjazza Sagra Familja. Din is-sir kull nhar ta’ Erbgħa u min wara l-festa ser tibda ssir il-Ġimgħa wkoll. Inħeġġeġ lill-membri sabiex jattendu.

Għall-ħabta ta’ Novembru għamilna l-attività ta’ San Martin. Din l-attività ssir ġewwa l-Baħrija fejn ikun hemm bosta logħob, premjijiet u diverti-ment. Hawn ma tonqosx żjara ġewwa l-Knisja ħelwa ta’ dan l-istess raħal.

Ma nistax ninsa’ x-xogħol kbir li jsir ta’ kull ġimgħa permezz ta’ lotteriji u prumistrati. Dawn ifissru għalina dħul finanzjarju kbir, u permezz tagħhom inkunu nistgħu nagħtu don-azzjoni lill-Kumitat Ċentrali biex tkun

tista’ ssir il-festa ta’ kull sena. Nixtieq nirringrazzja hawnhekk mhux biss lil dawk li jieħdu ħsieb li jsir dan il-ġbir, imma wkoll lil dawk kollha li jieħdu sehem f ’dawn il-prumistrati. Permezz tagħkom inkunu nistgħu nkomplu nsaħħu l-festa tagħna.

Il-Kummissjoni Nisa tagħti sehmha wkoll waqt l-attivitajiet tal-fergħat l-oħra tas-Soċjetà, fosthom il-Kum-missjoni Żgħażagħ. Dan minbarra t-tindif tal-każin tagħna li nagħmluh minn żmien għal żmien, speċjalment issa li kien qed isir il-proġett ferm sabiħ tal-bar area. Minn hawn nagħti prosit lill-Kumitat Ċentrali ta’ dan il-proġett li se jkun xi ħaġa oħra unika fil-każini tal-banda tal-Kalkara.

Min hawn nixtieq nirringrazzja lil sħabi tal-Kummissjoni Nisa tal-paċenzja u s-sapport li nsib fihom. Mingħajr l-għajnuna ta’ dawn in-nies, il-festa ma tistax tkun kompluta. Grazzi kbira lil kull dilettant tal-festa.

Għażiża Sagra Familja żomm idejk de-jjem fuqna biex nibqgħu nagħmlulek festa mimlija, festa kif tixraqlek!

Ejjew għal festa tagħna ħalli flimkien nieħdu pjaċir u ngawdu l-frott tal-ħidma ta’ sena xogħol flimkien.

Viva dejjem is-Sagra Familja!

Għeżież membri u partitarji,

Bħal kull sena l-Kummissjoni Nisa ħadmet sabiex bl-għajnuna ta’ kull membru tgħin fil-finanzi li permezz tagħhom inwettqu suċċessi kbar fil-festa tagħna u fil-każin. Dan qatt ma jkun faċli għaliex trid ħafna ħin u dedikazzjoni iżda jekk f ’qalbek ikol-lok l-imħabba għall-festa u tkun tix-tieq li tara dan ir-raħal jikber, timtela’ b’kuraġġ kbir. Matul is-sena tiltaqa’ ma’ bosta diffikultajiet, ġieli taqta’ qalbek għall-aħħar iżda meta tkun imdawra b’persuni bl-istess interess li jkollok inti, tagħmel il-qalb u tistinka. Il-kummissjonijiet kollha jagħmlu l-proġetti differenti ġewwa l-każin iżda kollha jagħmluhom għal għan wieħed, il-festa ta’ San Ġużepp Kap tas-Sagra Familja.

Ovvjament il-Kummissjoni Nisa torganizza bosta attivitajiet għall-membri kollha tagħna ġewwa l-każin. Bis-saħħa ta’ dawn il-membri nkunu nistgħu ntellgħu attivitajiet oħra u ngħinu finanzjarjament lis-Soċjetà. L-attivitajiet ma jsirux biss għal qabel il-festa iżda jibqgħu għaddejjin matul is-sena kollha. Bħala Kummissjoni Nisa nibdew b’attività li qed issir kull sena

Nagħmlulek Festa kif tixraqlek!

Kumitat tal-Kummissjoni Nisa 2011/12Quddiem: Maria Xuereb (Segretarja), Jane Camenzuli (Chairperson),

Tracy Farrugia (Kaxxiera)Wara: Maria Persico (Asst. Segretarja), Josette Xuereb (Asst. Kaxxiera).

Page 88: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

86

Page 89: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

87

li ħalla bosta opri mużikali anki fil-Kalkara bħala r-raħal li fih kien jgħix.

Għal dan il-għan bosta attivitajiet ġew imfassla sabiex matul din il-fes-ta nkunu nistgħu nikkommemoraw dawn l-anniversarji.

Minħabba dawn l-inpenji, u anki t-tagħlim tal-allievi, il-Kumitat Ċentrali ħass li l-Banda Sagra Familja għandu jkollha Assistent Surmast. Wara li quddiem il-Kumitat tressqu diversi ismijiet li setgħu jkunu validi għal din il-kariga, il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-Kummissjoni Banda iddeċieda li jaħtar lil Mro. Twanny Borg f ’din il-kariga. Ta’ min isemmi li Mro. Borg daħal għal dan l-inkarigu b’enerġija liema bħalha, u ta’ dan nix-tieq li nirringrazzjah għaliex mill-ew-wel beda jgħati sehmu fil-Kummissjo-ni Banda.

Il-ħsibijiet li kienu nibtu mill-Ku-mitat Ċentrali sa minn qabel il-fes-ta li għaddiet, bdew jiġu diskussi u żvilupati aktar sabiex ikunu jistgħu jsiru realtà.

Bdejna l-attivitajiet b’Serata Mużiko-Letterarja fejn fiha fakkarna is-70 sena

mit-tiġrif tal-Knisja Parrokkjali. Din is-serata saret nhar l-10 t’April fi Triq San Mikiel, il-post fejn eżatt 70 sena ilu kienet iġġarfet bil-bombi tal-għadu il-Knisja tagħna.

Waqt din is-serata il-Banda Sagra Familja esegwiet programm mużikali, li kien imżewwaq b’diversi poeżiji, ħsibijiet u kitbiet li lkoll kemm huma fakkru din il-ġrajja kerha li kellu jgħaddi minnha il-poplu Kalkariż. Bi kburija wkoll ma nistgħax ma nsem-mix il-pass għaqli li ħa l-Kumitat Ċentrali, li nagħmlu din l-attività fil-post eżatt fejn seħħet din il-ġrajja, kif ukoll li titwaħħal irħama kommemo-rattiva fuq il-faċċata ta’ dar fl-istess triq, sabiex b’hekk jibqa’ għal dejjem imfakkar il-post li kien Knisja Par-rokkjali fl-antik. Grazzi għall-Kumitat Ċentrali u għas-sidien ta’ din id-dar, kull min jiġi f ’raħalna illum jista’ jkun jaf li f ’dan il-lok xi darba kienet teżisti l-ewwel Knisja Parrokkjali. Inizzjativi bħal dawn fejn ikabbru l-għarfien tal-patri-monju tar-raħal tagħna ta’ min ikom-pli jaħdem sabiex flimkien inkabbru dan l-għarfien.

Għal din is-sena speċjali, il-Kummis-joni ħadet ħsieb li jsir recording ta’ marċi brijużi. Din l-aħbar intlaqgħet b’entużjażmu kbir mill-partitarji

Ħbieb u partitarji, erġajt ġejt mist-ieden sabiex bħala Segretarju tal-Kummissjoni Banda Sagra Familja inwassal lilkom il-ħidma li flimkien wettaqna permezz ta’ din il-publika-zzjoni annwali li tieħu ħsieb toħroġ is-Soċjetà tagħna għal kull festa f ’ġieh Missierna San Ġużepp, Kap tas-Sagra Familja.

Kif wieħed jistenna din il-Kummissjo-ni taħdem dejjem id f ’id mal-Kumitat Ċentrali, sabiex hekk il-Banda tagħna dejjem tkun aktar organizzata u r-riżultat tal-ħidma tagħha jkun dak li l-membri u l-partitarji jkunu jixtiequ.

Hekk kif għaddiet il-festa tas-sena 2011, ix-xogħol tal-Kummissjoni Ban-da żdied mhux ħażin, għaliex din is-sena ser inkunu qegħdin niċċelebraw il-115-il sena mit-twaqqif tas-Soċjetà fl-1 ta’ Ġunju 1897 u l-25 sena mir-ri-fondazzjoni tal-banda rispettivament.

Barra minn hekk is-Soċjetà ħasset il-bżonn ukoll li din is-sena tfakkar anniversarju ieħor importanti, il-125 sena mit-twelid ta’ Mro. Lorenzo Gonzi, persuna li ħalliet impatt qawwi fis-Soċjetà tagħna, kemm bħala Presi-dent u anki bħala Surmast Direttur, u

Sena impenjattiva għall-Banda tagħna

Kumitat tal-Kummissjoni Banda 2011/12Quddiem: Mro. Ugo Buhagiar (Surmast Direttur), Mario Attard (Chairperson u

Delegat tal-Banda), Mro. Twanny Borg (Assistent Surmast)Wara: Mario Vassallo (Segretarju), Paul Bongailas (Ass. Segretarju), Jonathan

Calleja (Kaxxier), Joseph Camenzuli (Viċi Chairperson).

Mario VassalloSegretarju, Kummissjoni Banda

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kalka-ra, fil-Junior Lyceum ta’ Verdala u

fl-Istitut Tekniku Mikelanġ Sapiano fejn kiseb eżamijiet tas-City & Guilds. Wara kors tal-MCAST, illum għandu l-professjoni ta’ draughtsman ma’ perit privat.

Iservi bħala Segretarju fil-Kummissjoni Banda Sagra Familja.

Page 90: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

88

għall-programm mużikali li ser isir f ’Diċembru fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara. Dan il-programm ikun im-tella’ mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara, li minn hawn nirringrazzjawh għal din l-inizjattiva annwali.

Kif wieħed jista’ jara il-prepara-menti għal dawn l-attivitajiet huma kbar, u jinvolvu ammont ta’ flus ukoll. Għalhekk minn hawn nixtieq inħeġġeġ lill-partitarji kollha tagħna sabiex ikomplu jikkontribwixxu kif ukoll jattendu għall-attivitajiet li jsiru matul is-sena sabiex hekk fiż-żmien il-festa li hija tant għal qalbna nkunu nistgħu naħsdu l-frott kollu li nkunu żrajna. Ejjew sabiex flimkien inkom-plu noħolmu u inwettqu proġetti b’riżq il-Banda Sagra Familja u b’riżq is-Soċjetà li hija tant għal qalbna.

Sabiex nagħlaq dan l-artiklu ma ni-stax ma nirringrazzjax lill-membri kollha tal-Kummissjoni Banda, lill-Kumitat Ċentrali u lill-kummissjoni-jiet kollha fi ħdan is-Soċjetà li jieħdu tant paċenzja jaħdmu għal dan l-għan waħdieni. Grazzi kbira tmur lill-par-titarji tagħna li mingħajrhom żgur li ma jsir xejn. San Ġużepp Kap tas-Sagra Familja iżomm idu fuqna lkoll u jbierek lilna uliedu Kalkariżi.

tagħna. Għalhekk il-Kummissjoni ħadet ħsieb li tixtri bosta marċijiet ġodda sabiex jistgħu jiġu rrekordjati. F’dan is-sett ta’ marċi brijużi hemm inklużi fih marċijiet li nkitbu apposta għas-Soċjetà tagħna, u ser ikunu qed jiżżanżnu għall-ewwel darba f ’Malta. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Kumitat Ċentrali, lis-Surmast Diret-tur u l-Assistent Surmast, kif ukoll lil kull min tana l-għajnuna kemm finanzjajra kif ukoll b’mezzi oħra, sa-biex dan ir-recording seta’ jsir. Grazzi tmur b’mod speċjali lil min għoġbu jisponsorja marċi ġodda għall-banda tagħna.

Kif diġà semmejt aktar qabel sa minn qabel il-festa li għaddiet, il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-Kummissjoni Banda kellna diġà f ’moħħna attivi-tajiet marbutin mal-banda; fosthom Akkademja Mużikali fil-Knisja Par-rokkjali. Ta’ min ifakkar ftit li din hija t-tieni darba li l-Banda Sagra Familja ser tkun qed tagħmel Akkademja Mużikali fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara, bl-ewwel waħda tkun bħala parti mill-attivitajiet ċentinarji tas-Soċjetà.

Dan minbarra meta l-banda daqqet fil-kripta tal-Kattidral tas-Sagra Familja ġewwa Barċellona fi Spanja

fis-sena 1999. Filwaqt li l-preparamen-ti għall-akkademja bdew għaddejin ġmielhom, saru wkoll laqgħat mas-Surmast tal-Kor Parrokkjali, sabiex flimkien stajna naħdmu fuq dan l-avveniment. Waqt din l-akkademja hadna hsieb ukoll li jsir ftit diskors ta’ introduzzjoni fuq ħajjet Mro. Lorenzo Gonzi, u ser jindaqqu xi xogħlijiet miktubin minnu, kollha propjetà tas-Soċjetà li hu tant ħabb u ħadem għaliha.

Din is-sena ħadna ħsieb ukoll li fil-programm mużikali annwali tal-festa nittroduċu xi elementi oħra li jistgħu issebbħu ftit dan il-programm. Matul din is-sena ħadna ħsieb ukoll li jinx-traw sett leġiji ġodda sabiex jiżanżnu fuq il-planċier.

Grazzi kbira tmur lil min ta sehmu fil-ġbir ta’ donazzjonijiet kif ukoll lil dawk kollha li tawna xi donazzjoni sabiex dawn il-leġiji setgħu jinxtraw. Kif wieħed jista’ jinduna, l-ispejjeż assoċjati mal-banda huma kbar, iżda bil-għajnuna ta’ diversi membri, u bil-ġbir u prumistrati li jsiru nkunu nistgħu nwettqu l-ħsibijiet tagħna. Hekk kif tgħaddi l-festa l-Kummissjo-ni ser tkun qed tikkonkludi flimkien mal-Kumitat Ċentrali l-preparamenti

CD Ġdida ta’ Marċi Brijużimill-Banda Sagra Familja

Innu Marċ Sagra Familja Lorenzo Gonzi25 Sena Surmast Ugo Buhagiar

Exercitus Twanny BorgKieran David Agius

Dilettanti tan-Nar David CaruanaTal-Ġedi Dennis Camilleri

Larson Neville PaceFesta Kbira Adeodato GattIl-Buvetta Andrew Coleiro Jeancarl Joseph Peter Cini

Juventus 30 Marco BaldacchinoBompacello Vincenzo CiapparaViva x-Xemx Anthony Aquilina

Innu Banda Sagra Familja Ugo Buhagiar

Akkwista l-kopja tiegħek mis-sede tas-Soċjetà,mingħand il-Kummissjoni Banda Sagra Famil-ja, jew ibgħat email fuq [email protected].

Page 91: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 92: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 93: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

91

saru ġewwa l-każin waqt attività tal-għaqda tagħna. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil kull min ta sehmu biex dan il-proġett jirnexxi, u anki lil dawk li kkontribwew b’donazzjonijiet għal dan il-għan.

Barra minn hekk, għall-ewwel dar-ba nħadmet liedna blu ġdida għal Triq l-Għassieli bil-ħidma ta’ Mario Pellicano, Joseph Grech u Vincent Pace. Minn hawn nappella biex iżjed żgħażagħ jagħtu l-għajnuna tagħhom fil-ħidma tal-liedna, li tinvolvi ħafna ħin, imma timla’ t-toroq tagħna bil-kulur.

Triq is-SienjaLa qegħdin insemmgħu Triq is-Sienja, ma nistax ma nsemmiex li din is-sena tkompla l-isfumar fuq żewġ pavaljuni oħra minn Mario Baldacchino minn Ħal Qormi. Dan is-sett pavaljuni, li għandu disinn ta’ Silvio Pace, huwa sett mill-isbaħ, u jekk Alla jrid daqt narawh lest kollu kemm hu mill-isfumar. Is-sena d-dieħla nkomplu b’dan ir-rit-mu, ħalli sa sentejn oħra naraw din it-triq lesta minn kollox, bl-isfumar tas-supraporti wkoll.

Triq ir-RnellaTkompla wkoll ix-xogħol fuq id-drapp tat-triq ewlenija tal-każin, fejn din is-sena David Borg se jkun lesta l-pavaljuni kollha mill-isfumar,

filwaqt li l-pittur żgħażugħ Għawdxi Manuel Farrugia qed nistennew li jagħtina żewġ pitturi oħra għal dan il-proġett. Ix-xogħol min-naħa tagħna miexi b’ritmu tajjeb, iżda rridu nifhmu li dawn l-artisti jkollhom bosta xogħol ieħor għaddej u għalhekk ma jkunux jistgħu jaqduna f ’dak kollu li nkunu nixtiequ. Nittamaw li anki fiż-żmien li ġej naraw dan il-proġett lest, filwaqt li minn qalbna nirringrazzjaw lill-bene-fattur ta’ dan il-proġett.

Il-Proġett tat-TrufejWara l-ħidma ma taqta’ xejn tal-Kum-missjoni Żgħażagħ fis-snin li għaddew, is-sena l-oħra rajna l-kolonna ta’ San Ġużepp kompluta minn kollox, anki bl-irħamar u l-induratura. Din is-sena l-istess Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Ċentrali u mal-Għaqda

Għeżież membri u partitarji, nixtieq insellmilkom f ’din il-paġna ddedikata lill-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju, u x-xogħol li aħna bħala delettanti tal-armar nagħmlu biex ta’ kull sena nsebbħu t-toroq tagħna bl-isbaħ ar-mar.

Ċert li ħafna huma tal-opinjoni li n-naħa ta’ fuq tal-Kalkara hija mim-lija armar mill-isbaħ, bosta minnu maħdum mid-dilettanti tagħna stess, kemm fejn jidħol drapp u anki affari-jiet oħra.

Liedna ĠdidaKien ilu jinħass il-bżonn li din is-sena tinħadem xi liedna ġdida kkulurita għal Triq is-Sienja u Triq l-Għassieli. Il-liedna li kienet tinsab fi Triq is-Sien-ja kienet spiċċat, u għalhekk, bil-fondi miġbura mill-Kummissjoni Żgħażagħ u minn Michael Spiteri, inxtara l-materjal meħtieġ biex tinħadem il-liedna blu għall-fustuni ta’ din it-triq.

Mhux biss sar dan, imma ħsibna wkoll sabiex isiru sett kuruni ta’ liedna ku-lur isfar biex jikkumplimentaw l-istess fustuni. Dawn il-kuruni sarulhom żigarelli ta’ kulur blu biex ikunu jaq-blu mal-kulur tal-liedna li tinsab mal-istess fustuni.

Il-maġġoranza ta’ din il-liedna nħadmet minn Joe Stivala, filwaqt li tkompliet minn diversi żgħażagħ matul żewġ maratoni tal-liedna li

Inkomplu nsebbħu t-toroq tagħna

Joseph CamenzuliDelegat tal-Armar

Daħal l-ewwel darba fil-Kumitat fis-sena 1976 fejn ngħata l-ka-

riga ta’ Assistent Kaxxier. Matul iż-żmien okkupa diversi karigi

fil-Kumitat Ċentrali, fosthom dik ta’ Delegat tal-Banda, u dik attwali

ta’ Viċi President. Huwa membru wkoll fil-Kummissjoni Banda.

Mumenti waqt l-armar tal-istatwi u l-kolonni propjetà tas-Soċjetà.

Is-sehem tal-Għaqda tal-Armar waqt il-wirja ‘Il-Festa’ li saret fil-Kumpless Montekristo f ’Ħal Farruġ fl-aħħar

ġimgħa ta’ Novembru. 2011.

Page 94: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

92

lil dawk li jaħdmu matul is-sena koll-ha, b’mod speċjali fil-ħjata lill-irħula oħra u b’hekk ħallew ħafna qliegħ għall-proġett tal-każin, u lil dawk li jiġu jagħtu daqqa t’id waqt l-armar tat-toroq tagħna.

tal-Armar, nhediet il-proġett li jmiss biex inkomplu nsebbħu Pjazza Sagra Familja: il-proġett tat-trufej.

Xi ftit tas-snin ilu, l-Għaqda tal-Ar-mar kienet żanżnet l-ewwel skudett, xogħol u disinn ta’ Renzo Gauci. Dan l-iskudett nistgħu ngħidu li huwa mill-isbaħ, kollu maħdum bi skultu-ra fl-injam u kulħadd kellu kliem ta’ tifħir għalih.

Għalhekk kien imiss li nieħdu ħsieb li jsiru t-trombi u l-vażi għal dawn l-istess trufej. Kien hemm bżonn li jsir disinn ġdid, għax b’deċiżjoni li ħadna flimkien, ġie deċiż li t-trombi li hemm

bħalissa jkun aħjar jekk jinbid-lu u b’hekk jagħtu spazju għal skultura isbaħ. Sintendi l-għażla tad-disinn waqgħet fuq Renzo Gauci, li matul din is-sena stess leħaq lesta l-grandiment ukoll.

B’hekk issa beda l-ġbir ta’ fon-di għal dan il-proġett u minn hawn nappella lil kulħadd biex ikun ġeneruż, ħalli flimkien mal-kolonna ta’ San Ġużepp, noħolqu Pjazza Sagra Familja bħala waħda mill-isbaħ pjazez ta’ Malta fejn jidħol armar.

Sadanittant, biex jitkompla l-istess proġett, ġie deċiż li jsiru sett kruċetti pariġġ dik li ġiet imżanżna ftit tas-snin ilu, jiġifieri b’forma ta’ kuruna rjali bil-ġilju ħiereġ minn ġewwa fiha. Ġie deċiż li dawn jinħadmu tal-istainless steel, u jekk Alla jrid is-sena d-dieħla narawhom lesti kollha. Nistgħu ngħidu li s’issa diġà ġew miġbura nofs il-fondi meħtieġa, permezz ta’ xi attivi-tajiet li wettqet l-Għaqda tal-Armar, u għalhekk inkompli nappella biex tkomplu tagħtu sehmkom anki billi tattendu l-attivitajiet li jsiru.

KonklużjoniDan ix-xogħol kollu sar bil-ħidma ta’ bosta li minn hawnhekk nirrin-grazzjahom. Ma nixtieqx ma nsemmiex ukoll is-sehem tal-għaqda tagħna fl-aħħar ta’ Novembru ġewwa wirja kbira tal-ar-mar li saret ġewwa Mon-tekristo f ’Ħal Farruġ, fejn nistgħu ngħidu li ħriġna bl-unuri tant li spiċċajna fuq il-gazzetti!

Nappella għall-għajnuna mingħand kulħadd, speċjalment dik man-wali u finanzjarja, għaliex f ’moħħna għandna di-versi proġetti li rridu nkomplu fosthom dawk importanti fir-restawr.

Nagħlaq billi nirringrazzja

Id-disinn tal-vaża, tromba u pjediċina tat-trufej minn Renzo Gauci. Dan id-disinn jik-kumplimenta l-iskudett lest maħdum fl-injam mill-istess artist.

Mumenti waqt il-maratona tal-liedna li saret fis-sede tas-Soċjetà matul Diċembru 2011.

Il-pittura li turi s-sejba ta’ Ġesù fit-tempju mill-Madonna u San Ġużepp, xogħol Manuel Farrugia, u mżanżna matul il-festa tas-

sena l-oħra.

Page 95: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 96: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

94

Page 97: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

95

Page 98: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 99: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

97

qsim tal-kaxxa. Barra minn hekk, nixtieq nirringrazzja lil dawk li ħadu ħsieb il-ġbir għan-nar tal-ajru, b’mod speċjali lil Mickey Spiteri għall-ġbir u l-prumistrati b’riżq il-kaxxa, lil Joseph Grech tad-diċina b’riżq nar tal-ajru ieħor, u lil Duncan Brincat u Etienne Camilleri għan-nar ta’ filgħodu u dak ta’ akkumpanjament. Barra minn hekk nixtieq nirringrazzja lil kull min ta l-għajnuna f ’xi attivitajiet li għamilna u lil kull min ġie għalihom, għaliex ħallew qliegħ tajjeb ukoll.

Bħala nar tal-art din is-sena għal darb’oħra kienet sena bla waqfien. Wara s-suċċess kbir li kellna s-sena l-oħra, u minn hawn nixtieq nirrin-grazzja dawk il-mijiet ta’ nies li ġew jaraw il-ħarqa stupenda li kellna għax kien hemm folla mill-isbaħ issegwieh, din is-sena kienet mimlija ħidma u sagrifiċċji kbar. Bħala Għaqda tan-Nar ħadna d-deċiżjoni li għat-tielet darba nerġgħu nieħdu sehem fil-Festival Naz-zjonali tan-Nar tal-Art Me-kkanizzat li sar fuq il-Fosos tal-Furjana. Kif żgur tafu jew smajtu, erġajna kellna suċċess kbir, speċjalment għax għall-ewwel darba kellna sfida ġdida, dik li nixgħelu r-raddiena biċċa biċċa permezz tax-xokkijiet. Kienet wirja stupenda, u erġajna urejna li għalkemm raħal żgħir inħabbtuha ma’ ħaddieħor. Bħas-soltu konna l-uniċi ambaxxaturi tal-Kalkara, u minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk li ħadmu u taw l-għajnuna tagħhom, fosthom lil Alan Grech, Joseph Schem-bri, Joseph Grech u Joseph Debono li għadda l-wires kollha. Nista’ ngħid li għall-festa ser jerġa’ jkollna show mill-isbaħ tal-irdieden. Għal sena oħra ser jerġa’ jkollna xi irdieden ġodda għax ma nafux noqgħodu kwieti, u moħħna kif ser nimlew Triq Marina bl-isbaħ irdieden. Ħa jkollna żewġ irdieden ġodda, u bdilna xi ftit l-istil, għaliex s’issa dejjem ħdimna b’ingranaġġi u universals, imma dis-sena se nkunu qed inżanżnu l-imqassijiet li għalina huwa pass ieħor ’il quddiem. Dawn iż-

żewġ irdieden jissejħu murtal u ballun minħabba l-moviment li jagħmlu, u żgur li jekk għall-grazzja t’Alla kol-lox imur sew, nerġgħu nuru minhu tassew l-aqwa u oriġinali fil-madwar. Għal dan nixtieq nirringrazzja b’mod speċjali lil sħabi Alan Grech u Joseph Schembri għax kieku mingħajrhom żgur ma jsir xejn. Sena sħiħa naħdmu l-maħżen b’sagrifiċċju għal din il-ġimgħa tant għal qalbna. Nixtieq hawn nirringrazzja lil Carmen Grech għall-prumistrati li tagħmel kull ġimgħa għan-nar tal-art u lil dawk l-individwi kollha li jagħtuna diversi donazzjoni-jiet għall-ispejjeż li jkollna.

Ma nistax nagħlaq mingħajr ma ngħidilkom biex fis-6 ta’ Lulju tiġu bi ħġarkom biex taraw ix-show il-kbir tan-nar tal-art u tal-ajru li nafu noffru aħna tas-Sagra!

Għeżież partitarji. Lulju reġa’ magħna u dan ix-xahar iġib miegħu l-iktar avveniment li nkunu qed nistennew u naħdmu għalih tul sena sħiħa: il-festa ta’ Missierna San Ġużepp.

Nibda dan il-messaġġ tiegħi fuq nota personali. Din hija l-ewwel sena tiegħi li qiegħed nikteb bħala Delegat tan-Nar. Din kienet sfida ġdida għalija u għalhekk nixtieq nirringrazzja lil kulħadd u lil dawk li urew il-fiduċja tagħhom fija biex inkun f ’din il-kari-ga.

Wara s-suċċess kbir ieħor li kellna s-sena li għaddiet, kemm fin-nar tal-ajru u anki fin-nar tal-art, dan għamlilna ħafna kuraġġ lili u lil sħabi biex għal din is-sena inkomplu naħdmu bla waqfien biex nerġgħu ntellgħu ħarqa kbira kemm tal-ajru u anki tal-art. Nixtieq infakkarkom li l-isfida tagħna dejjem kienet li kull sena jkollna ħarqa aħjar minn dik tas-sena ta’ qa-bel, u dan nagħmluh mingħajr ma noqgħodu nistennew xi anniversarju partikolari, u mingħajr ma niddeċiedu li ma naħarqux f ’ġranet partikolari.

Kienet sena oħra ta’ ħidma bla waqf-ien, speċjalment bħala ġbir ta’ fondi u kif ukoll bħala ħidma, speċjalment ġewwa l-maħżen fejn jirrigwardja l-mekkaniżmu tan-nar tal-art, biex jitranġaw xi affarijiet li forsi tkun saret xi ħsara fuqhom, iżda b’mod speċjali fuq irdieden ġodda li għal sena oħra ser inkunu qed inżanżnu.

Bħala nar tal-ajru din is-sena żgur ħa terġa’ tkun sena spettakolari, fejn ser jerġa’ jkollna kaxxa mill-isbaħ il-Ġimgħa filgħaxija fil-jum tas-Sagra Familja. Ħdimna bil-bosta għal din il-kaxxa, tant li ser ikollha għeluq mill-isbaħ, u nieħu din l-okkażjoni biex nistieden lil kulħadd sabiex ma jitlifiex. Dan minbarra n-nar l-ieħor ta’ fost il-ġimgħa, fosthom dak ta’ filgħodu, u tal-Erbgħa filgħaxija. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Joseph Debono għall-ħidma li jagħmel fl-ikkumnikar, speċjalment fis-sistema bil-wires, u kif ukoll fis-sistema tal-

Spettaklu uniku fil-Kalkara u l-madwar

Shawn CauchiDelegat tan-Nar

Twieled fl-1987 ġewwa l-Kanada u ġej minn familja li dejjem ħadmet

b’riżq il-festa. Ħa l-edukazzjoni tiegħu ġewwa l-Iskola Primarja tal-

Kalkara u wara fl-Iskola Sekond-arja Lorenzo Gafà u fl-MCAST.

Il-ħidma prinċipali tiegħu fil-festa hija dik fin-nar tal-art.

Ir-raddiena tal-Għaqda tan-Nar fuq il-Fosot tal-Furjana matul il-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art.

Page 100: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 101: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 102: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 103: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

101

matul il-ġurnata, delegazzjoni mis-Soċjetà ġiet intervistata fuq One Radio għal programm dwar il-festi.

Lulju 2011Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju ġie organizzat The Invincible Street Concert mill-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja fi Pjazza Sagra Familja, eżattament quddiem is-sede tas-Soċjetà. Matul din il-lejla ta’ divertiment, ħadu sehem bosta kantanti u żeffiena lokali li allegraw lill-miġgħema preżenti. Ma setgħux jonqsu stands b’ikel, xorb u anki bejgħ ta’ affarijiet relatati mas-Soċjetà fosthom il-flokkijiet tal-festa. L-għada s-Sibt 2 ta’ Lulju ġie organizzat Get Together ġewwa s-sede tas-Soċjetà.

Il-Ħadd 3 ta’ Lulju saret l-aħħar ġabra annwali ta’ qabel il-festa, fejn ġie mqassam il-ktieb tal-fes-ta, għal sena oħra maħruġ kollu bil-kulur u b’152-il paġna, b’qies A4. Ktieb ta’ kwalità meqjus wieħed mill-aħjar li joħroġ f ’dawn il-gżejjer. Filgħaxija mbagħad sar Cold Buffet mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja quddiem is-sede tas-Soċjetà fejn at-tendew numru sabiħ ta’ partitarji. Din l-attività saret b’riżq il-ħarqa tan-nar.

It-Tnejn 4 ta’ Lulju, filgħodu, kemm fit-8 u anki f ’nofsinhar, l-Għaqda tan-Nar ħadet ħsieb sabiex jinħarqu xi murtali u b’hekk waħdiena ssemma’ leħenha għal dan il-jum impor-tanti. Filgħaxija, delegazzjoni mill-Kumitat u l-fergħat tas-Soċjetà attendew għall-quddiesa li permezz tagħha tiftaħ il-festa liturġika. Wara din il-quddiesa sar il-ħruġ tal-vara titulari ta’ Missierna San Ġużepp min-niċċa, fejn hekk kif din l-istatwa tfaċċat fil-portiku tal-Knisja Par-rokkjali, elementi bandistiċi miż-żewġ baned Kalkariżi daqqew flimkien l-innijiet. Wara sar xi talb fuq iz-zuntier, u l-vara ta’

San Ġużepp daħlet lura l-Knisja u tqiegħdet taħt il-mant sabiħ tagħha, għall-kenn u l-qima tal-Ġużeppini Kalkariżi kollha u dawk kollha li jħobbuh. Eżattament wara, sar l-aħħar kunċert ġenerali tal-banda ġewwa l-każin stess, fejn indaqqu għall-aħħar darba l-biċċiet tal-mużika li kienu ser jindaqqu l-għada t-Tlieta waqt il-Pro-gramm Mużikali ta’ fuq il-planċier.

It-Tlieta 5 ta’ Lulju, il-Banda Sagra Familja bdiet permezz ta’ marċ qasir fl-akwata ta’ ħdejn il-każin, filwaqt li ftit wara sabet postha fuq il-planċier sabiex tagħti bidu għall-programm mużikali varjat, uniku f ’raħalna. Ma-tul dan il-programm, taħt id-direz-zjoni tas-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiar, il-banda daqqet diversi siltiet, fosthom ta’ min isemmi Morn-ing Noon and Night ta’ Franz Von Suppe, Turandot ta’ Giacomo Puc-

Mid-Djarju tas-SoċjetàSoċjetà attiva hija waħda li tkun ħajja matul is-sena kollha u mhux biss fil-ġranet tal-festa. Dan id-djarju an-nwali jservi biex jagħti deskrizzjoni ta’ sena sħiħa ta’ ħidma u attività fi ħdan is-Soċjetà tagħna, li, ġimgħa wara l-oħra, dejjem tkun għaddejja fil-ħidma tagħha. Tajjeb li niftakru li Soċjetà bħal ma hija din tagħna, ma tkunx ħajja fil-jiem tal-festa biss jew forsi f ’xi anniversarju speċjali, iżda tkun dejjem għaddejja qisha mutur mimli enerġija!

Ġunju 2011Lejn tmiem ix-xahar ta’ Ġunju u l-bidu ta’ dak ta’ Lulju, is-Soċjetà ħadet sehem f ’wirja ta’ standardi ġewwa l-każin tal-Banda Sliema, permezz tal-istandard sekond tagħha. Ta’ min ngħidu li s-Soċjetà tieħu sehem fejn hu possibbli fil-wirjiet kollha li jsiru minn għaqdiet diversi bis-suġġett tal-baned jew il-festi. Żgur iżda li x-xahar ta’ Lulju nistgħu nqisuh bħala l-iktar xahar intensiv ta’ matul is-sena, propju minħabba l-fatt li matul dan ix-xahar niċċelebraw il-festa ta’ Missierna San Ġużepp Kap tas-Sagra Familja.

Il-ftuħ tal-festa 2011 sar propju nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju, festa pubblika, fejn fis-6.30pm attende-jna għall-quddiesa tal-Aħħar Erbgħa bi preparazzjoni għall-festa titulari. Wara l-quddiesa, il-Kumitat Ċentrali organizza barbeque fi Pjazza Sagra Familja għall-membri u l-partitarji, li nistgħu ngħidu li kellu attendenza tajba. L-għada l-Ħamis 30 ta’ Ġunju kien jum mistenni ferm mill-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju, fejn wara l-mixgħela ġenerali tat-toroq sar bar-beque quddiem il-maħżen tal-armar f ’Bighi li kellu attendenza numeruża. Waqt din l-attività nxtegħel u ġie mżanżan għall-ewwel darba l-pav-aljun tad-dawl fi Triq Marina, li nistgħu ngħidu xegħel l-akkwati kollha bid-dawl tiegħu. Aktar kmieni

miġbur minn Duncan Brincat

Mument waqt il-kunċert mużikali li sar it-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011 mill-Banda Sagra Familja.

Ewfonju li ġie rregalat lill-banda waqt il-Programm Mużikali li sar fil-5 ta’ Lulju 2011.

Page 104: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Ma nistgħux ma nsemmgħux ukoll li l-pjazza kienet armata b’mod mill-isbaħ, speċjalment permezz tal-effetti tad-dawl.

Ma nistgħux ma nsemmgħux ukoll li matul dawn il-ġranet, membri tal-Għaqda tan-Nar Sagra Familja kienu jkunu qegħdin fi Triq Marina jik-kumnikaw l-irdieden għall-ispettaklu pirotekniku tal-Aħħar Jum tat-Tridu.

Il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju sebaħ il-jum tas-Sagra Familja, jum li huwa tant mis-tenni mill-membri u partitarji ta’ din l-ewwel Soċjetà Mużikali Kalkariża. Fit-8 ta’ filgħodu u f ’nofsinhar, l-Għaqda tan-Nar ħadet ħsieb li taħraq xi murtali, filwaqt li fin-12.30pm saret l-ikla annwali u tradizzjonali tal-festa. Filgħaxija, għall-ħabta tat-8.30pm, il-Banda Sagra Familja bdiet il-marċ mat-toroq tal-Kalkara billi tak-kumpanja l-istatwa devota tas-Sagra Familja, statwa li hija simbolu tal-Patrun tagħna San Ġużepp, għaliex tirrappreżenta l-qdusija kollha tiegħu. Kif il-marċ wasal f ’Misraħ Arċisqof Gonzi, il-banda sellmet lill-Knisja Par-rokkjali permezz tal-innijiet, fosthom il-kapulavur ta’ Mro. Lorenzo Gonzi l-Innu Marċ ‘La Sacra Famiglia’. Hawn-hekk, il-partitarji li kienu preżenti mal-marċ kollha kantaw dawn l-inni-jiet ta’ tifħir lill-Patrijarka San Ġużepp u l-familja tiegħu. Ftit minuti wara, kif il-vara tas-Sagra Familja, ġawhra tal-Ġużeppini Maltin, waslet quddiem is-sede tas-Soċjetà ġiet mgħotija l-kuru-ni tradizzjonali tal-fjuri mid-diriġenti tas-Soċjetà, kif ukoll mill-Kappillan tal-Parroċċa u d-diriġenti tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp. F’dan il-ħin inħarqet kaxxa infernali spettakolari kkumnikata. Ta’ min isemmi wkoll, li fid-9.30pm l-Għaqda tan-Nar ħarqet murtaletti, murtali u blalen matul il-marċ kollu. Il-marċ tal-Aħħar Jum tat-Tridu kompla fi Triq ir-Rnella, fejn hemmhekk baqa’ sejjer sal-kol-onna mill-isbaħ li tinsab f ’tarf l-istess triq sabiex l-istatwa tas-Sagra Famil-ja ġiet imtella’ fuqha fost il-briju u l-entużjażmu ta’ dawk kollha preżenti. Hawnhekk inħarqet kaxxa infernali oħra tal-kulur, filwaqt li l-attenzjoni ta’ dawk kollha preżenti daret fuq Triq Marina, fejn l-Għaqda tan-Nar

ippreżentat l-ispettaklu pirotekniku Thunders of Fire, spettaklu tan-nar tal-art mekkanizzat, kollu frott il-ħidma tad-dilettanti tal-Għaqda tan-Nar stess. Kien ta’ sodisfazzjon kbir tara l-folla kbira preżenti f ’din it-triq isegwu dan l-ispettaklu, iżda kien ta’ sodisfazzjon ikbar meta tara r-riżultat eċċelenti li ħareġ mill-ħidma tad-dil-ettanti tan-nar tas-Soċjetà.

Is-Sibt 9 ta’ Lulju, il-President tas-Soċjetà ppreżenta l-kuruna tradiz-zjonali lill-istatwa ta’ Malta Trijonfanti mis-sede tal-Banda San Ġużepp.

Il-Ħadd 10 ta’ Lulju, Jum il-Festa u Jum l-Għid tal-Parroċċa, il-jum li fih niċċelebraw bil-kbir il-festa ta’ Missi-erna San Ġużepp, Patrun tal-Kalkara. Filgħodu delegazzjoni mill-Kumitat u fergħat attendiet għall-quddiesa so-lenni tal-festa fil-Knisja Parrokkjali. Ftit wara li ntemmet il-quddiesa, il-Banda Sagra Familja tat bidu għall-marċ ta’ filgħodu minn Triq ir-Rnella fost il-briju tal-partitarji. Il-qofol ta’ dan il-marċ intlaħaq fl-aħħar parti ta’ Triq is-Sienja u quddiem is-sede tas-Soċjetà.

Fis-7 ta’ filgħaxija, il-Banda San Gir-gor ta’ Tas-Sliema bdiet marċ minn quddiem il-kolonna tas-Sagra Familja għal fuq iz-zuntier tal-Knisja Par-rokkjali, fejn wara l-ħruq tas-salut, u l-ħruġ tal-Fratellanza Ġużeppina mill-Knisja Parrokkjali, assistejna għall-mument meta l-vara titulari wisq ar-tistika ta’ San Ġużepp xirfet fil-portiku tal-Knisja fost id-daqq tal-innijiet mill-baned mistiedna u t-taqbiliet u ċ-ċapċip tad-devoti. Kif intemm dan l-impenn, il-banda reġgħet telgħet quddiem is-sede tas-Soċjetà permezz ta’ marċ, filwaqt li ftit mumenti aktar tard eżegwiet programm mużikali fuq il-planċier. Hekk kif il-vara ta’ San Ġużepp waslet quddiem is-sede tas-Soċjetà, il-banda sellmitilha permezz tal-innijiet Ġużeppini. Wara l-istess banda niżlet f ’Misraħ Arċisqof Gonzi għal fuq iz-zuntier sabiex terġa’ ssel-lem lill-vara titulari ta’ San Ġużepp fid-dħul lura tagħha fil-Knisja Par-rokkjali. Ġewwa l-Knisja, l-istess vara ġiet milqugħa bil-kant ta’ kapulavur ieħor ta’ Mro. Lorenzo Gonzi l-Anti-

cini, La Vita e Bella ta’ Nicola Piovani, Glasnost ta’ Dizzy Stratford u Pirates of the Caribbean ta’ Hans Zimmer. Ippreżenta l-programm il-membru Lawrence Farrugia, filwaqt li saru di-versi preżentazzjonijiet lis-Soċjetà, fosthom il-ħlas tal-marċ tal-Ewwel Tridu mill-Kummissjoni Żgħażagħ, il-ħlas tal-marċ ta’ filgħodu mill-Kummissjoni Nisa, donazzjoni mit-tim tad-Darts tas-Soċjetà, donazzjoni ta’ ewfonju, kif ukoll ta’ synthesizer. Is-Soċjetà min-naħa tagħha rregalat apprezzament żgħir lil diversi membri li ħadmu b’mod volontarju fil-proġett tal-każin, kif ukoll lill-Presidenti Onorarji l-Kavallier Anthony Ven-tura, Dr. Stephen Spiteri, u Dr. Mar-lene Farrugia u lill-membru onorarju Charles Cassar tal-għajnuna li taw waqt dan l-istess proġett. Fit-tmiem tal-programm mużikali, il-mistiedna attendew għal riċeviment li ġie mgħoti mill-Kumitat Ċentrali fis-Sala ‘San Ġużepp’.

L-għada l-Erbgħa 6 ta’ Lulju, fit-8 ta’ filgħodu u f ’nofsinhar inħarqu xi murtali mill-Għaqda tan-Nar fil-waqt illi fit-8.30pm ingħata bidu għall-marċ tal-Ewwel Jum tat-Tridu mill-Banda Trinità Qaddisa tal-Marsa. Dan il-marċ dar diversi toroq Kalkariżi permezz tal-istatwa artis-tika ta’ Missierna San Ġużepp, xogħol Michael Camilleri Cauchi fl-1980, u replika tal-vara titulari l-antika li kienet xogħol Wistin Camilleri, u rigal lill-Parroċċa mis-Soċjetà. Matul dan il-marċ l-Għaqda tan-Nar ħarqet diversi murtali, murtaletti u blalen, kif ukoll kaxxa infernali. Il-qofol tal-marċ intlaħaq miċ-Ċentru Parrokkjali sa Pjazza Sagra Familja, fejn fi briju ma jaqta’ xejn mill-partitarji, l-istatwa ta’ San Ġużepp ġiet akkumpanjata sa ħdejn il-kolonna tagħha fi Pjazza Sa-gra Familja. Hemm hi ttellgħet fuq din il-kolonna li kienet mgħottija għall-okkażjoni, għaliex wara d-dehra ta’ Claudia Faniello tkanta d-diska kommemorattiva maħruġa mill-Kummissjoni Żgħażagħ f ’għeluq il-15-il sena tal-istess Kummissjoni, din il-kolonna nkixfet fost il-briju ta’ dawk kollha preżenti. Kolonna mill-isbaħ, mgħonija bi skultura fl-injam, u irħamar u induratura mill-ifjen.

102

Page 105: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

103

zzjoni l-Onor. Dolores Cristina, kien intiż sabiex jagħti deskriz-zjoni tal-kurrikulu l-ġdid fejn jidħol it-tagħlim tal-mużika. Dan wassal ukoll sabiex ftit tal-ġranet wara, is-Soċjetà ġiet rikonoxxuta mill-Malta Qualifi-cations Council bħala Soċjetà li tagħti tagħlim informali.

Il-Ħadd 31 ta’ Lulju l-Kum-missjoni Nisa organizzat ħarġa għall-gżira t’Għawdex. Din il-ħarġa ta’ ġurnata kienet tinklu-di fiha l-quddiesa ta’ filgħodu ġewwa s-Santwarju Ta’ Pinu, kif ukoll żjarat ġewwa r-Rabat, Marsalforn fejn saret ikla ġewwa l-Lantern Restaurant, il-Qala u x-Xlendi. Attendew numru sabiħ ta’ partitarji li kollha kel-lhom kliem ta’ tifħir għal din l-attività.

Awwissu 2011Il-Ġimgħa 12 t’Awwissu, il-Ku-mitat Ċentrali organizza Bar-beque ġewwa l-bajja tar-Rnella, li kien jinkludi wkoll it-tombla. Kien hemm attendenza mill-aqwa, filwaqt li l-ikel u x-xorb ma naqasx.

L-impenji tal-Banda Sagra Familja matul dan ix-xahar komplew permezz ta’ żewġ servizzi oħra: wieħed it-Tnejn

15 t’Awwissu fejn sar marċ ta’ ak-kumpanjament mal-vara titulari ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq madwar it-toroq Għaxqin u aktar tard quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-istess raħal, fil-waqt li s-Sibt 20 t’Awwissu sar marċ t’akkumpanjament mat-translazzjoni fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes ġewwa r-Raħal Ġdid u wara marċ mad-war it-toroq bl-istatwa ta’ Ber-nardina, li mbagħad ittellgħet fuq il-kolonna tagħna. Fl-ist-ess ġurnata, iżda fil-ħinijiet ta’ filgħodu u wara nofsinhar,

l-Għaqda tal-Armar organizzat Car-wash quddiem il-maħżen tal-armar f ’Bighi b’riżq il-proġetti tal-armar.

Settembru 2011Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru l-Kumitat Ċentrali organizza Barbeque

ġewwa t-Torri tal-Qrendi, ġentilment misluf lis-Soċjetà mill-Presidenta Onorarja Dr. Marlene Farrugia. Dawk kollha preżenti gawdew minn ikel mill-aqwa, f ’atmosfera mill-aktar rilassanti, filwaqt li għamlu wkoll użu mis-swimming pool tal-istess torri. Ringrazzjament speċjali f ’dawn l-attivitajiet imur għal dawk kollha li jieħdu ħsieb it-tisjir tal-ikel u x-xiri tiegħu, kif ukoll l-armar u ż-żarmar tal-post. F’din l-attività partikulari, xtaqna nirringrazzjaw lill-President Onorarju l-Kavallier Anthony Ven-tura tal-għajnuna li tana wkoll. Matul dan ix-xahar inħarġet il-pubblikazzjo-ni Il-Ġilju Rebbieħ li ġiet imqassma mad-djar kollha Kalkariżi.

Il-Ħadd 4 ta’ Settembru, delegazzjoni mill-Kumitat ħadet sehem fit-tberik ta’ dgħajsa ġewwa l-Klabb tar-Regatta tal-Kalkara. Matul din l-istedina, is-Soċjetà ppreżentat tifkira lill-Klabb tar-Regatta. Minn qalbna nifirħu lil dan il-klabb tal-unuri li b’tant sforz jissielet biex iġib lejn raħalna, li huwa l-iżgħar raħal li jipparteċipa fir-regatti li jsiru.

Il-Ħamis 22 ta’ Settembru, delegazzjo-ni tas-Soċjetà attendiet għal laqgħa

fona Iosef Figlii David.

Wara l-barka sagramentali u t-tmiem tal-funzjoni liturġika permezz tal-osklu tar-relikwija, il-Banda Sagra Familja għamlet l-uniku marċ tal-aħħar ġewwa l-Kalkara, madwar it-to-roq tal-akwata tal-każin, fejn tniżżlet ukoll l-istatwa tas-Sagra Familja minn fuq il-kolonna, u lura lejn is-sede tas-Soċjetà fejn tkun meqjuma b’għożża kbira matul is-sena kollha.

Filwaqt li matul il-lejl, membri tal-Għaqda tal-Armar niżżlu l-armar tad-drapp mit-toroq u refgħuh mal-ewwel fil-maħżen, l-għada t-Tnejn 11 ta’ Lulju diversi partitarji rħewla għax-xalata tradizzjonali tal-għada tal-festa. Lura lejn ir-raħal, wara s-7 ta’ filgħaxija, il-Kumitat Ċentrali organ-izza barbeque fi Pjazza Sagra Familja, fejn matulu ntwerew xi xeni li kienu miġbuda waqt il-festa li kienet għadha kif għaddiet. Attività oħra li kienet suċċess, u li temmet b’mod mill-isbaħ dawn il-ġimgħatejn ta’ festi mill-aqwa. F’isem il-Kumitat Ċentrali nixtiequ nirringrazzjaw mhux biss min għena b’mod finanzjajru jew manwali waqt din il-festa, iżda lil dawk li joffru xi bibita lill-bandisti, jew inkella li jagħtu għajnuna oħra tant meħtieġa f ’dawn il-ġranet ta’ festa. Grazzi mill-qalb lil kulħadd!

It-Tnejn 18 ta’ Lulju delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali flimkien mas-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiar, attendew għal seminar organizzat mill-Għaqda Każini tal-Banda ġewwa l-Junior College. Is-seminar, li kien indirizzat mill-Ministru tal-Eduka-

Mument rilassanti waqt il-ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex organizzata mill-Kummissjoni Nisa nhar il-31 ta’ Lulju 2011.

Uħud minn dawk li attendew il-Barbeque fil-Bajja tar-Rnella nhar it-12 t’Awwissu 2011.

Page 106: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Il-Ħadd 16 t’Ottubru saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kummissjoni Żgħażagħ, filwaqt li nhar il-Ħadd 30 t’Ottubru saret dik tal-Kummissjoni Nisa.

Sadanittant, nhar il-Ġimgħa 21 t’Ottubru, del-egazzjoni mis-Soċjetà at-tendiet għall-Assemblea Parrokkjali organizzata mill-Parroċċa flimkien mall-Kunsill Pastorali Parrokkjali. It-Tlieta 25 t’Ottubru ż-żewġ Soċjetajiet Mużikali Kalkariżi ġew mgħajta għand il-Vigarju Mons. Gouder sabiex ningħataw xi istruz-zjonijiet dwar il-festa u kif niċċelebrawha aħna l-Kalkariżi. Sadanittant, is-Sibt 29 t’Ottubru saret Carwash oħra mill-Għaqda tal-Armar ħdejn il-maħżen tal-armar ġewwa Bighi.

Novembru 2011Is-Sibt 5 ta’ Novembru l-Kumi-tat Ċentrali organizza quddiesa

ġewwa l-Knisja Parrokkjali għal ruħ il-membri mejtin tas-Soċjetà. Din il-quddiesa ilha ssir b’mod annwali għal bosta snin, u fiha niftakru f ’dawn is-soċji li ħallew din id-dinja qabilna, u li wħud minnhom taw ħajjithom f ’ġieħ l-imħabba li kellhom lejn din is-Soċjetà. L-għada l-Ħadd 6 ta’ No-vembru, ġie organizzat trasport minn quddiem is-sede tas-Soċjetà għaċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata, fejn saret viżta fuq l-oqbra tas-Soċjetà kif ukoll talb u tberik mid-Direttur Spiritwali tas-Soċjetà u Kappillan tal-Parroċċa tal-Kalkara, il-Kan. Onor. Dun Anton Galea-Scannura. Anki f ’dan ir-rigward, din il-viżta hija avveniment annwali ferm antik fil-kalendarju ta’ din is-Soċjetà.

Nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru, il-Kummissjoni Nisa organiz-zat ħarġa għall-partitarji lejn il-Baħrija fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin li tiġi ċċelebrata f ’dawn l-inħawi. L-attendenza kienet waħda sabiħa, u kulħadd kellu kliem ta’ tifħir għall-arja friska tal-kampanja.

Is-Sibt 19 ta’ Novembru

s-Soċjetà ħadet sehem fil-Fiera tas-Salvatur, attività organizzata mill-Parroċċa, permezz ta’ armar fit-toroq ta’ madwar il-Kappella tas-Salvatur u stand tal-ikel. Matul din l-attività, delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali at-tendiet għall-quddiesa u marċ ġewwa l-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja, Patruna tal-Baned u l-Mużiċisti. Din l-attività annwali tiġi organizzata mill-Għaqda Każini tal-Banda.

L-għada l-Ħadd 20 ta’ Novembru, delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali attendiet għall-quddiesa fil-Knisja Parrokkjali mmexxija minn Mons. Emanuel Barbara, li serva għal di-versi snin fil-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Kalkara stess, u li kien għadu kif ġie maħtur ftit tal-ġimgħat qabel bħala Isqof ta’ Malindi ġewwa l-Ken-ja. Matul l-istess ġurnata, is-Soċjetà pparteċipat permezz ta’ stand ġewwa l-kumpless Aċċess fil-Birgu matul wirja li saret sabiex tqajjem kuxjenza tas-servizzi li jinsabu fil-madwar, kif ukoll tal-għaqdiet volontarji preżenti fil-Kottonera u l-Kalkara. Ta’ min jin-nota li għalkemm kien hemm min wera ħafna interess, is-Soċjetà tagħna kienet l-unika Soċjetà Mużikali tal-inħawi li pparteċipat f ’din l-attività.

Matul l-aħħar tmiem il-ġimgħa tax-xahar ta’ Novembru, bejn il-Ġimgħa 25 u l-Ħadd 27, l-Għaqda Każini tal-Banda, l-Għaqda Nazzjonali tal-Armar tal-Festi fit-Toroq, u l-Għaqda Piroteknika, organizzaw flimkien “festa” ġewwa l-Kumpless Montekris-to f ’Ħal Farruġ. Delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali attendiet għall-ftuħ ta’ din il-wirja mill-President ta’ Malta

ta’ informazzjoni mal-Vigarju Mons. Gouder ġewwa l-kumpless Montekris-to f ’Ħal Farruġ. Matul din il-laqgħa saru diversi mistoqsijiet lill-Vigarju, li wħud minnhom baqgħu mingħajr tweġiba sodisfaċenti. Il-maturità fid-djalogu titlob li kull parti li qed tieħu sehem titfa’ l-karti tagħha fuq il-me-jda.

Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru, l-Għaqda tan-Nar organizzat The Kalkara Sum-mer Concert fejn ħadu sehem bosta gruppi tal-mużika rock, fosthom il-grupp magħruf Malti Fire. L-għada s-Sibt, l-Għaqda tal-Armar organiz-zat Carwash oħra ħdejn il-maħżen tal-armar f ’Bighi. Il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru, delegazzjoni mill-Ku-mitat Ċentrali tas-Soċjetà attendiet għal-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Każini tal-Banda, fejn ingħata rendikont tal-aħħar xhur ta’ ħidma ta’ din l-għaqda nazzjonali tal-baned.

Ottubru 2011Il-Ħadd 9 t’Ottubru filgħodu saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà fejn din kellha kontinwazzjoni nhar l-Erbgħa 12 t’Ottubru u matul dik il-laqgħa ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali għas-sena amministrattiva 2011-2012.

104

Uħud minn dawk li attendew il-Barbeque li sar ġewwa t-Torri tal-Qrendi nhar it-2 ta’ Settembru 2011.

Wieħed mill-gruppi li ħadu sehem matul The Kalkara Summer Concert li sar fit-23 ta’ Settembru 2011.

Page 107: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

105

il-programm li huwa jippreżenta fuq Radio 101 bl-isem ta’ Marċi u Ban-dalori. Fl-istess waqt ġiet organizzata wirja ta’ standardi fl-istess każin, fejn is-Soċjetà tagħna ħadet sehem bl-istandard tagħha. Minbarra dan, is-Segretarju Duncan Brincat ippreżenta tifkira lil Joe Cetchuti li tant ġiet ap-prezzata.

Sadanittant, nhar l-Erbgħa 7 ta’ Diċembru, is-Segretarju Duncan Brincat attenda għat-tnehdija ta’ rap-port mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara bl-isem Sustainable Development Ac-tion Plan, li jitratta dwar l-iżvilupp sostenibbli ġewwa l-Kalkara u xi pro-posti varji. Hija l-prassi tas-Soċjetà tagħna li naraw lill-Kalkara għażiża tagħna dejjem miexja ’l quddiem, u għalhekk nappellaw lir-residenti koll-ha sabiex jikkoperaw f ’inizjattivi ta’ dan it-tip.

Aktar tard matul l-istess ġurnata, il-Kappillan, il-Kan. Onor. Dun Anton Galea-Scannura bierek u fetaħ wirja ġewwa s-sede tas-Soċjetà bl-isem ta’ Christus Natus Est. F’din il-wirja kien hemm diversi esebiti li għandhom x’jaqsmu mal-Milied, fosthom presep-ji, uħud minnhom oriġinali, u anki bambini. Din il-wirja ttellgħet mill-Kummissjoni

Żgħażagħ Sagra Familja, u baqgħet miftuħa sal-Ħadd 11 ta’ Diċembru.

Il-Ħamis 8 ta’ Diċembru, nhar festa pubblika, l-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju organiz-zat maratona tal-liedna ġewwa s-sede tas-Soċjetà li fiha ħadu sehem bosta żgħażagħ. F’nofsinhar, di-versi preżenti ħadu sehem f ’ikla bejn il-ħbieb li l-istess għaqda organizzat. Il-liedna maħduma ser tiżżanżan propju matul il-

festa ta’ din is-sena fi Triq is-Sienja.

Is-Sibt 10 ta’ Diċembru, delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà at-tendiet għall-quddiesa fil-Knisja Par-rokkjali fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ka-lkara, u wara għal kunċert mużikali mill-Banda San Ġużepp imtella’ mill-

Kunsill Lokali. Sadanittant, il-Ħadd 11 ta’ Diċembru saret quddiesa mill-Kummissjoni Żgħażagħ bħala għeluq tal-festi speċjali li saru matul is-sena 2011 fl-okkażjoni tal-15-il anniversar-ju mit-twaqqif tal-istess Kummissjoni lura għas-sena 1996, l-ewwel Kum-missjoni Żgħażagħ ġewwa l-Kalkara.

Għall-ewwel darba f ’dawn l-aħħar snin, il-Kumitat Ċentrali organizza ikla tal-Milied għall-membri u l-partitarji. Din saret ġewwa Palazzo Costanzo fl-Imdina nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru. Matul dan ix-xahar ukoll ġiet ippubblikata l-gazzetta tas-Soċjetà Il-Ġilju Rebbieħ, li ġiet im-qassma fir-residenzi kollha tal-Ka-lkara. Sadanittant, nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għall-kunċert tal-Milied im-tella’ mill-Kor San Ġużepp fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara. F’isem il-Ku-mitat Ċentrali nixtiequ nroddu ħajr lid-Direttriċi s-Sinjura Josanne Zam-mit u l-membri kollha ta’ dan il-kor tas-servizz eċċellenti li jagħtu lir-raħal tagħna, filwaqt li nawgurawlhom għal iżjed kunċerti ta’ dan it-tip fiż-żmien li ġej. Prosit u awguri!

Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru saret il-ġabra annwali b’riżq il-festa fiż-żmien tal-Milied, u ġie mqassam il-kalendarju li ppubblikat is-Soċjetà għas-sena 2012. Dan il-kalendarju b’format A3 kollu bil-kulur kompla juri fejn qegħda s-serjetà fir-raħal tagħna għaliex jik-kompara tajjeb ma’ kalendarji oħra eċċellenti li joħorġu fil-gżejjer Maltin. Minn qalbna grazzi lil dawk kollha li għoġobhom jirreklamaw fuqu.

Dr. George Abela, u riċeviment li sar nhar il-Ħamis 24 ta’ Novembru. Ma-tul din l-attività, l-Għaqda tal-Armar ipparteċipat b’diversi affarijiet, fos-thom biċ-ċentru tal-pavaljun tad-dawl, ritratti u anki xi fuljetti li ġew imqassma lin-nies. Ittieħed ukoll l-istandard tal-banda fuq l-istess stand tas-Soċjetà. Il-Ħadd 27 ta’ Novembru filgħodu saret quddiesa fl-istess kump-less, li għalija attendiet rappreżentanza tal-Kumitat Ċentrali. Is-Soċjetà ġiet imfaħħra bil-bosta tal-istand li ramat, tant li kien hemm ġurnali li użaw iċ-ċentru tal-pavaljun tad-dawl tagħna għall-artiklu tagħhom dwar l-attività. Prosit kbira lill-organizzaturi, u jalla attività ta’ dan it-tip tibqa’ ssir kull sena.

Sadanittant, nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru ġiet organizzata Pasta Night bil-qliegħ kollu jmur għal kawża ġusta, dik tat-tifla Amber, Kalkariża li għandha bżonn għajnuna medika. Minn din il-paġna nirringrazzjaw lil kull min attenda, filwaqt li nwegħdu t-talb tagħna għal din it-tifla ċkejkna li kellha dduq l-imrar tal-ħajja minn tant età żgħira. L-għada s-Sibt 26 ta’ Novembru l-Kummissjoni Żgħażagħ organizzat ikla bejn il-ħbieb fis-sede tas-Soċjetà, fejn kien hemm attenden-za tajba u ikel mill-aqwa.

Diċembru 2011Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru, del-egazzjoni mis-Soċjetà attendiet għal serata mużikali mtella’ mill-ħabib tas-Soċjetà s-Sur Joe Chetcuti fil-każin tal-Banda La Valette fil-Belt Valletta. Din is-serata ttellgħet fl-okkażjoni tal-10 snin minn mindu beda jixxandar

Divertiment waqt Pasta Night li saret nhar il-25 ta’ Novembru b’riżq kawża ġusta.

Matul l-ikla tal-Milied li l-Kumitat Ċentrali organizza f ’Palazzo Costanzo fis-16 ta’ Diċembru.

Page 108: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Sagra Familja.

Delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għal-laqgħa mill-Aġenzija Żgħażagħ nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar dwar fondi li l-Gvern Ċentrali kien beħsiebu jqassam lill-każini tal-banda f ’Malta u Għawdex bħala għajnuna għat-tagħlim tal-mużika. Sadanittant, l-Għaqda tan-Nar Sagra Familja għamlet il-ġabra annwali tal-bidu tas-sena nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar filgħodu, fejn matul il-ġabra

ġie mqassam ukoll il-pocket calendar li kull sena jiġi ppubblikat mill-istess għaqda.

Il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar il-President Noel Mallan flimkien mas-Segretar-ju Duncan Brincat attendew għall-preżentazzjoni ta’ għotjiet tan-Na-tional Lotteries Good Causes Fund mill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech fid-Dar tal-Mediterran. Dawn l-għotjiet ingħataw wara li s-Soċjetà ppreżentat b’suċċess żewġ applika-zzjonijiet li ġew milqugħa mill-bord tal-għażla.

Is-Sibt 28 ta’ Jannar saret Carwash mill-Għaqda tal-Armar quddiem il-maħżen f ’Bighi, filwaqt li l-Ħadd 29 ta’ Jannar, delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali attendiet għal Seminar or-ganizzat mill-Għaqda Każini tal-Ban-da ġewwa l-Lukanda Osborne fil-Belt Valletta. F’dan is-seminar ta’ nofs ta’ nhar ġie diskuss l-aspett mużikali fil-każini tal-banda, b’mod speċjali t-tagħlim u l-formazzjoni tal-bandisti.

Frar 2012Il-Ħamis 2 ta’ Frar, delegazzjo-ni mis-Soċjetà attendiet għal-laqgħa ġenerali annwali tal-Għaqda Nazzjonali tal-Armar tal-Festi fit-Toroq li saret ġewwa l-każin tal-Banda Santa Kata-rina taż-Żurrieq.

Sadanittant, nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Frar, jum festa pubblika, l-Għaqda tal-Armar organizzat għat-tieni darba maratona tal-liedna matul il-ġurnata ġewwa s-sede tas-Soċjetà u ikla bejn

il-ħbieb f ’nofsinhar għal dawk kollha preżenti. L-atmosfera kienet waħda ta’ festa, u l-ħidma ta’ liedna ġdida ma naqsitx matul il-ġurnata kollha. Il-Ġimgħa 17 ta’ Frar il-Kummissjoni Żgħażagħ organizzat Carnival Get To-gether fis-sede tas-Soċjetà, serata di-vertenti f ’atmosfera mill-isbaħ.

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Frar, delegazzjoni mis-Soċjetà attendiet għall-quddiesa ikkonċelebrata minn Mons. Arċisqof Pawl Cremona ġewwa l-Knisja Par-rokkjali tat-Trinità fil-Marsa. Din il-quddiesa tiġi organizzata b’mod annwali għall-organizzaturi tal-festi. Sadanittant, l-għada filgħaxija saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Każini tal-Banda fis-sede tagħha ġewwa l-Ħamrun, fejn għaliha attend-iet delegazzjoni mis-Soċjetà. L-għada s-Sibt 25 ta’ Frar, l-Għaqda tal-Ar-mar organizzat Carwash quddiem il-maħżen tal-armar f ’Bighi.

Marzu 2012Matul ix-xahar ta’ Marzu inħarġet il-pubblikazzjoni Il-Ġilju Rebbieħ li ġiet imqassma mad-djar kollha tal-Kalkara. Il-Ħadd 18 ta’ Marzu, del-egazzjoni mis-Soċjetà attendiet għal Akkademja Mużikali mill-Banda San Ġużepp tal-Kalkara ġewwa l-Knisja Parrokkjali f ’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà u l-Banda. Minn dawn il-paġni nixtiequ minn qalb-na nawguraw l-isbaħ xewqat lil din l-għaqda u nawgurawlha għall-futur, speċjalment fit-tixrid tal-kultura mużikali f ’raħalna.

L-għada t-Tnejn 19 ta’ Marzu, filgħaxija delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali u mill-fergħat attendiet għall-

Nhar it-Tnejn 19 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni Żgħażagħ animat qud-diesa tan-novena tal-Milied ġewwa l-Knisja Parrokkjali flimkien ma’ xi żgħażagħ oħra tal-Parroċċa, filwaqt li l-istess Kummissjoni organizzat il-party tat-tfal ġewwa l-każin għat-tfal tal-membri u l-ħbieb tagħhom. Ma-tul din l-attività, minbarra l-ikel u x-xorb għal dawk kollha preżenti, kien hemm divertiment permezz tal-clown u kull tifel u tifla nagħtaw rigal minn Father Christmas. Għal din l-attività, il-Kummissjoni Żgħażagħ ħadet ħsieb li tistieden tfal oħra minn tliet stituti madwar Malta. Barra minn hekk, l-allievi tal-Banda Sagra Familja ħadu sehem billi daqqew carols tal-Milied fis-sede tas-Soċjetà stess. Il-Ħamis 29 ta’ Diċembru delegazzjoni mill-Kumi-tat attendiet għal Akkademja Mużikali mill-Banda Spinola ta’ San Ġiljan fl-okkażjoni tal-25 sena mit-twaqqif tal-istess banda.

Sadanittant nhar is-Sibt 31 ta’ Diċembru sar in-New Year’s Eve Get Together mill-Kumitat Ċentrali. Din l-attività annwali kienet serata mill-isbaħ għal dawk kollha li attendew.

Jannar 2012Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Jannar il-Kum-missjoni Banda organizzat Serata għall-Allievi u l-ġenituri tagħhom. Waqt din is-serata li saret fis-sede tas-Soċjetà, l-allievi daqqew biċċa waħidhom, filwaqt li għaddew flim-kien xi carols tal-Milied. Is-serata spiċċat permezz ta’ riċeviment għal dawk kollha preżenti. Minn din il-paġna nkomplu nagħmlu l-appell tagħna sabiex iżjed tfal jitħajru jiġu jitgħallmu l-mużika b’xejn mal-Banda

106

Uħud mill-allievi mgħejuna minn xi bandisti waqt is-Serata tal-Allievi li saret fis-6 ta’ Jannar 2012.

Waqt ir-rekording ta’ marċi brijużi mill-Banda Sagra Familja ġewwa Birżebbuġa fl-24 ta’ Marzu 2012.

Page 109: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

107

April 2012Il-Ħamis 5 t’April il-Kummissjoni Żgħażagħ organizzat is-Seba’ Viżti ta’ Ħamis ix-Xirka fejn dawk li attendew żaru l-Knejjes Parrokkjali tal-Isla, Raħal Ġdid, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq, Ħal Luqa, ir-Rabat u Ħaż Żebbuġ. L-għada l-Ġimgħa 6 t’April, jum il-Ġimgħa l-Kbira, delegazzjoni mis-Soċjetà żaret il-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa li jsiru fil-Kalkara. Dan isir ta’ kull sena bħala sinjal ta’ apprezza-ment lejn is-sagrifiċċju li dawn l-indi-vidwi juru lejn il-kultura f ’raħalna.

It-Tlieta 10 t’April kien is-70 anniver-sarju mit-tiġrif tal-Knisja Parrokkja-li, li seħħ fl-1942. Għal dan il-għan is-Soċjetà tellgħet Serata Mużiko-Letterarja mill-Banda Sagra Familja fi Triq ir-Rnella bis-sehem ta’ diversi kittieba u riċerkaturi. Fi tmiem is-serata nkixfet lapida kommemmorat-tiva fl-istess triq biex tfakkar il-post fejn kienet tinsab l-ewwel Knisja Par-rokkjali, ħajr lis-Sur Charles Vella u l-familja tiegħu. Aktar dettalji dwar dan l-avveniment issibuhom f ’paġna 59 ta’ dan il-ktieb.

Sadanittant, nhar is-Sibt 21 t’April, il-Kummissjoni Żgħażagħ organizzat Carwash ħdejn il-maħżen f ’Bighi, fil-waqt li l-Għaqda tan-Nar ħadet sehem permezz ta’ raddiena fis-sitt edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat li sar fuq il-Fosos tal-Furjana.

L-Erbgħa 25 t’April, delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għal Jum il-Premjazzjoni ġewwa l-Iskola Prima-rja tal-Kalkara, fejn ġew preżentati

xi premjijiet lil dawk it-tfal li rebħu f ’kompetizzjoni ta’ tpinġija abbinata mat-tagħlim tal-mużika. Aktar kmieni s-Segretarju Duncan Brincat attenda għal laqgħa li ssejħet mill-Kunsill Lokali dwar is-settur kummerċjali ġewwa l-Kalkara.

Il-Ħadd u t-Tnejn 29 u 30 t’April il-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda tan-Nar organizzaw Get To-gether fl-okkażjoni tal-Malta Fireworks Festival ġewwa Bighi, ftit passi bogħod mill-maħżen tal-armar. Kienet attività ta’ suċċess kbir minħabba fl-attenden-za numeruża, fejn minbarra l-atmos-fera sabiħa li kien hemm, kien hemm ikel u xorb għal dawk kollha preżenti.

Mejju 2012Il-Ħamis 3 ta’ Mejju, delegazzjoni mis-Soċjetà attendiet ġewwa Dar il-Medi-terran għall-għoti ta’ fondi mis-Seg-retarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport l-Onor. Clyde Puli fl-iskema mnehdija mill-Aġenzija Żgħażagħ b’riżq it-tagħlim tal-mużika ġewwa l-każini tal-banda. Is-Soċjetà tagħna kienet waħda minn dawk li l-proġett tagħha ġie aċċettat, u għaldaqstant se tkun qed tgawdi minn dawn il-fondi matul din is-sena.

It-Tlieta 8 ta’ Mejju sar it-tberik tas-sede tas-Soċjetà mid-Direttur Spir-itwali tas-Soċjetà u Kappillan tal-Parroċċa il-Kan. Onor. Dun Anton Galea- Scannura.

Sadanittant, nhar l-Erbgħa 16 ta’ Me-jju delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali u mill-fergħat tas-Soċjetà attendiet għall-Quddiesa tal-Ewwel Erbgħa

quddiesa konċelebrata fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ Missierna San Ġużepp.

Sadanittant, nhar is-Sibt 24 ta’ Mar-zu wara nofsinhar, sar ir-rekording ta’ marċi brijużi mill-Banda Sagra Familja ġewwa s-sala tal-Iskola Pri-marja ta’ Birżebbuġa. Il-banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Di-rettur Mro. Ugo Buhagiar u daqqet diversi marċijiet, fosthom uħud minnhom ġodda u oriġinali li nk-itbu apposta għall-banda tagħna. Ir-rekording sar taħt is-superviżjoni tas-sound engineer Vanni Farrugia, filwaqt li x-xogħol kollu nvolut sar mill-Kummissjoni Banda. Nappel-law lill-partitarji kollha u lill-membri sabiex jakkwistaw kopja ta’ din is-cd mill-isbaħ.

Sadanittant, nhar l-Erbgħa 28 ta’ Mar-zu saret il-Ġimgħa tal-Banda ġewwa l-Kalkara. Għal din il-ġurnata żewġ gruppi ta’ studenti mill-Iskola Prima-rja tal-Kalkara ġew fis-sede tas-Soċjetà sabiex jiġi spjegat lilhom it-tagħlim tal-mużika. Fis-sular t’isfel it-tfal ġew murija cartoons bit-tema tal-mużika fuq big screen, filwaqt li s-Segretarju Duncan Brincat spjegalhom fil-qosor il-ħidma tas-Soċjetà b’riżq il-mużika. Wara dan it-tfal ngħataw lezzjoni tal-mużika ġewwa Sala ‘San Ġużepp’, fejn Mro. Ugo Buhagiar uriehom l-użu ta’ xi strumenti, u xi allievi tal-banda daqqew silta mużikali bl-istrument tagħhom. Fit-tmiem ta’ din iż-żjara, kull tifel u tifla ngħataw ftit mater-jal dwar is-Soċjetà, applikazzjoni għat-tagħlim, kif ukoll flixkun ilma u tuffieħa sabiex iżommu lilhom infush-om f ’saħħithom.

Delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali attendiet għall-ftuħ tal-wirja Golgota imtella’ mill-Familja Zammit nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu, filwaqt li l-Ħamis 29 ta’ Marzu delegazzjoni oħra attendiet għall-ftuħ tal-wirja Lachrymae imtella’ mill-Familja Vella, u l-Ġimgħa 30 ta’ Marzu għal Con-summatum Est imtella’ minn Joseph Camenzuli. Sadanittant, fl-istess jum saret il-purċissjoni ta’ Marija Addol-orata, fejn fiha ħadet sehem ukoll is-Soċjetà permezz tar-reffiegħa.

Mumenti waqt il-Ġimgħa tal-Banda.Fuq: Frott u Ilma li ġew imqassma lit-tfal kollha.

Lemin: Is-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiar jispjega lit-tfal dwar it-tagħlim tal-mużika.

Page 110: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

lill-Kalkariżi kollha sabiex ma jitraskurawx iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi assoċjati mal-festa tagħna.

Ġunju 2012Ix-xahar ta’ Ġunju fetaħ billi fl-ewwel ġurnata tax-xahar saret quddiesa fil-Knisja Parrokkjali propju sabiex tfakkar il-115-il sena mit-twaqqif tas-Soċjetà nhar l-1 ta’ Ġunju 1897. Ani-maw il-quddiesa membri minn kull Kumitat u Kummissjoni. Wara din il-quddiesa, il-Kumi-

tat Ċentrali organizza Get Together b’xejn għall-membri kollha sabiex ikunu jistgħu jaraw b’għajnejhom ix-xogħol li sar fuq il-proġett tal-bar area. Kienet serata pjaċevoli ħafna, b’attendenza sabiħa ta’ membri. Grazzi lil dawk il-membri li ħadu ħsieb iġibu xi ikel għal din l-okkażjoni.

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Ġunju, wara l-quddiesa tar-raba’ Erbgħa ta’ San Ġużepp, delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali ħadet sehem fi sfilata tul

Misraħ Arċisqof Gonzi u Triq ir-Rnella, u wara għal serata li matulha nkixef il-mafkar tal-vittmi tal-gwerra fi Pjazza Sagra Familja. Din is-serata flimkien mal-proġett ta’ dan il-mon-ument ħa ħsiebhom il-Kunsill Lokali tal-Kalkara, li minn hawn inroddulu ġieh ta’ din l-inizjattiva.

Il-Ħadd 10 ta’ Ġunju saret il-purċissjoni ta’ Corpus Christi madwar it-toroq tal-Parroċċa, fejn ġiet armata tribuna fit-tarf ta’ Triq ir-Rnella, kif ukoll bandalori fl-istess triq. Meta l-purċissjoni waslet f ’dawn l-inħawi, ngħatat il-barka sagramentali lil dawk kollha preżenti minn fuq din it-tribu-na stess.

Dawn kienu l-attivitajiet u xi laqgħat li ġew organizzati matul is-sena ammin-istrattiva li għaddiet. Sintendi, hawn-hekk ma semmejniex l-ammont kbir ta’ laqgħat tal-kumitati li jsiru matul is-sena li jammontaw għal numru kbir. Ħajr lil kull min ta sehmu biex reġa’ kellna sena oħra mimlija daqs bajda!

bi tħejjija għall-festa titulari ta’ San Ġużepp. Wara l-quddiesa, il-Kum-missjoni Żgħażagħ organizzat Lasa-gna Night ġewwa s-sede tas-Soċjetà. Is-serata, minbarra attendenza sabiħa u ikel bnin, kienet tinkludi t-tombla u anki feature dwar il-ħidma tal-istess Kummissjoni.

Ta’ min jirrimarka li delegazzjoni mis-Soċjetà attendiet għall-quddies tal-Erbgħat l-oħra sussegwenti li saru matul ix-xhur ta’ Mejju u Ġunju. Minn din il-paġna nkomplu nħeġġu

108

It-tribuna li ntramat fi Triq ir-Rnella għall-festa ta’ Corpus Christi nhar l-10 ta’ Ġunju 2012.

Page 111: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

109

Mario Vassallo

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kalka-ra, fil-Junior Lyceum ta’ Verdala u

fl-Istitut Tekniku Mikelanġ Sapiano fejn kiseb eżamijiet tas-City & Guilds. Wara kors tal-MCAST, illum għandu l-professjoni ta’ draughtsman ma’ perit privat.

Iservi bħala Segretarju fil-Kummissjoni Banda Sagra Familja.

Ħbieb u partitarji. Kull wieħed u waħda minnkom li matul dawn l-aħħar żminijiet iffrekwenta l-każin tagħna, seta’ jinduna bit-tibdil li sar fil-bar area. Tibdil drastiku li wassal biex f ’dawn l-aħħar snin naraw din iż-żona modi-fikata b’mod totali: kważi qas tintgħaraf minn kif kienet sentejn ilu.

Dawn ix-xogħolijiet, li għal meta bde-jna forsi għal xi wħud dehru impossibli, issa b’sodissfazzjon wieħed jista’ jgħid li dawn waslu fil-parti finali tagħhom. Kif jaf kulħadd dan il-proġett kien immirat li jieħu am-mont ta’ żmien sabiex jitlesta, u dan anke sabiex stajna nżommu l-bar area miftuħa għall-membri tagħna. Forsi kien hemm ukoll min fil-bidu ħabat ser jaqta’ qalbu, speċjalment għax dan il-proġett kien jinvolvi ħafna xogħol speċjalment volontarju, u ħafna spejjeż. Imma aħna li dejjem emmin-na li dan kollu seta’ jseħħ, illum qed naħsdu l-frott ta’ dak li beda jinżera ftit żmien ilu.

Ta’ min ifakkar ftit ix-xogħol li sar fuq din il-parti tal-każin. Ix-xogħol beda billi nqala’ l-madum kollu tal-art, u hawn ta’ min jgħid li kull min ta sehmu biex dan isir kellu biċċa xogħol mhux ħażin, għaliex, hekk kif bde-jna naqilgħu l-madum sibna li kien hemm żewġ tipi ta’ madum oħra fuq xulxin. Dan minbarra li ħadna ħsieb li jsir livellar tal-art kollha, biex b’hekk nevitaw turġien żejda,

kemm barra kif ukoll ġewwa l-każin. Dan minbarra li reġgħet infetħet kan-tina antika biex tkun tista’ tintuża bħala storage area għall-bar. Dan il-maħżen sarlu madum tal-ħitan u l-art ġodda, kif ukoll taraġ garigor jagħti

għalih. Huwa l-ħsieb tagħna li fiż-żmien li ġej jiġi nstallat lift mekkan-iku li permezz tiegħu jkun jista’ jitniżżel ix-xogħol tal-bar ġewwa fih.

Saret ukoll mill-bidu in-s t a l l a z z j o n i ġdida ta’ dawl,

ilma u drenaġġ, biex issa nistgħu ngħidu li hemm is-servizzi kollha ġodda. Dan minbarra li l-ħitan kollha tal-bar area ġew miksija b i l - g y p s u m . Fl-istess ħin, b ’d e ċ i ż j o n i t a l - Ku m i t a t Ċentrali, ġie mibdul ukoll it-taraġ li jwasslek għas-swali ta’ fuq. Dan it-taraġ gie mibdul b’wieħed isbaħ fil-forma elissi li illum b’sodissfazzjon ngħid li dan aktar jixraq lil sede tas-Soċjetà antika

bħal tagħna. Ta’ min ngħid li fi ftit taż-żmien, dan it-taraġ ġie mlibbes b’irħam mill-isbaħ, frott ta’ benefattur li għoġbu jħallas l-ispejjeż invo-luti. Fl-istess waqt tpoġġa l-madum kollu tal-art, kemm

fil-bar area, kif ukoll fil-bitħa tal-ist-ess żona, li wkoll ġie rregalat minn benefattur ieħor. Tajjeb li ngħidu li bosta minn dan ix-xogħol li qegħdin insemmgħu sar b’mod volontarju

mil l-membri t a s - S o ċ j e t à tagħna, li p e r m e z z t a l - ħ i d m a t a g ħ h o m frankajna bos-ta spejjeż. Anki fir-rigward tal-materjal użat, g ħ a l k e m m ħafna minnu kellu jiġi mix-tri, dan in-stab bi prez-

zijiet ridotti, li kompla jagħmel tajjeb għall-ispejjeż li bdew jinġemgħu maż-żmien. Kif tlesta dan, ġew imwaħħla l-madum u l-aċċessorji taż-żewġ toilets, anki dawn minn voluntier, u wkoll ir-regalati minn benefattur ieħor. L-istess sar għal żewġ niċeċ żgħar maħdumin fil-ġebla Maltija, li tqegħdu aktar tard fit-taraġ li jagħti għall-ewwel sular.

Xogħol li sar din is-senaFtit xhur qabel il-festa tas-sena l-oħra sar disinn tas-suffet sabiex dan seta’ jinħadem u jitwaħħal. Bħala disinn kien jaħseb biex joħloq soqfa differ-enti f ’żoni differenti tal-istess bar area,

L-Aħħar Fażi tal-Proġett tal-Bar Area

Joseph Camenzuli u Michael Xuereb waqt xi arranġamenti li għamlu fuq il-bir li jinsab fil-każin.

Chris Farrugia jidher qed iwaħħal il-gypsum tas-suffett il-ġdid tal-bar area.

Vireg tal-aluminium li jiffurmaw is-suffett tan-naħa tat-taraġ, ħidma ta’ Chris Farrugia.

Page 112: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

110

Farrugia ħa ħsieb ukoll li joħloq speċi ta’ armatura bil-gypsum stess biex fiha jitqiegħed it-televixin u apparat ieħor tas-sound u s-satellita. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil xi membri oħra tal-għajnuna li taw waqt li bdew jaraw ix-xogħol għaddej, fosthom lil Genio Formosa li rregala decoder għas-satellita, u lil Robert Grech, Vincent Pace, Joseph Brincat, Mario Pace u David Grech għall-għajnuna tagħhom. Sadanit-tant, Mario Attard ħa ħsieb jagħmel xi arranġamenti fuq ix-shutter tal-bar, peress li issa x-xogħol li kien

imiss kien dak ta’ karpenterija. Fl-ist-ess waqt bdew jitlestew mill-aħħar ti-bdjid taż-żebgħa l-ħitan kollha tal-bar area, ta’ wara l-bar u tat-taraġ, wara laqgħa li reġgħet saret mad-designer Mario Cassar biex joħroġ bl-idejat

għall-kuluri li xtaq li jintużaw. Minn hawn nixtieq nirringrazzjah tal-għajnuna kbira li tana f ’dan il-proġett, għaliex l-idejat li ħareġ bihom matulu, kienu apprezzati bil-bosta minn kulħadd.

Sar ħafna xogħol ieħor matul dan iż-żmien, li impossibli li jissemma’ kollu f ’dan l-artiklu. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat Ċentrali, kif ukoll lil dawk il-membri kollha li id-dedikaw ħinhom sabiex illum nistgħu niftaħru li għandna bar area li tixraq lill-membri kollha tagħna.

KarpenterijaMatul din is-sena, kif konna diġà ħabbarna fil-festa li għaddiet, għaddejna sabiex jibda’ jinħadem il-bar counter, u xogħlijiet oħra li kellhom jinħadmu fl-injam. Il-Kumitat ħa ħsieb biex jinġiebu l-isti-

bħal ngħidu aħna saqaf aktar baxx għaż-żona tal-biljard, saqaf bil-gost għal quddiem it-taraġ li jagħti għal fuq, u speċi ta’ mewġa fuq il-bar counter. Wara li l-Kumitat approva dan id-disinn, inxtara l-materjal bi prezz ridott, u nbeda x-xogħol vo-lontarju minn Chris Farrugia bl-ak-tar mod professjonali. Sintendi, dan ix-xogħol kien jirrikjeda ammont kbir ta’ ħila u żmien, u minn hawn ma nistax ma nfaħħarx id-dedika-zzjoni li Chris wera tul il-proġett kollu. Grazzi mill-qalb għax-xogħol ferm professjonali li għamilt.

F’dan il-perjodu wkoll, Michael Xuereb u Joseph Camenzuli ħadu ħsieb jagħmlu xi arranġamenti fuq il-bir eżistenti fil-kantina sabiex dan seta’ jibda’ jintuża. Dan minbarra li sar għatu apposta għalih maħdum minn Michael Xuereb stess.

Sadanittant, kif tlesta dan ix-xogħol, is-suffett u l-ħitan ġew imbajjda b’ undercoat ħalli hekk ikunu lesti sabiex jiġu finished bil-kuluri propja aktar tard. Ix-xogħol ta’ tib-jid sar b’mod volontar-ju minn Noel Mallan u Joseph Camenzuli, li b’dedikazzjoni għamlu jiem twal ibajdu kull rokna tal-bar area.

Sintendi, kif tlesta x-xogħol ta’ tibjid fuq is-saqaf kollu, inxtraw u twaħħlu d-dwal koll-ha tas-suffet minn Jes-mond Stivala, li aktar qabel ma sar is-suffett, kien ħa ħsieb li jgħaddi l-wiring kollu li kien hemm bżonn. Id-dawl kollu li ġie nstallat huwa tat-tip LED u Energy Saver warm white, ħalli b’hekk jiġi ffrankat il-konsum tal-elettriku u fl-istess ħin jgħatu dehra ħafna isbaħ meta dan ikun

mixgħul. F’dan ix-xogħol għenu wkoll Noel Mallan, Michael Xuereb u Jes-mond Camenzuli. Jonqos issa li f ’dawn il-ġranet jiġi mqiegħed f ’ċertu partijiet tas-suffett light rope LED biex jagħti dehra differenti lil ċertu partijiet tas-suffett li saru bix-xoffa apposta. Chris

Is-suffett forma ta’ mewġa fuq il-bar counter. Disinn ta’ Mario Vassallo u ħidma ta’ Chris Farrugia.

Mario Attard jidher jagħmel xi arranġamenti fuq ix-shutter tal-bar qabel

ma twaħħal il-counter.

Jesmond Stivala waqt li qed jinstalla d-dawl LED u Energy Saver fis-suffett tal-bar area.

Noel Mallan waqt it-tibjid tas-suffett u l-ħitan kollha tal-bar area, bil-għajnuna

ta’ Joseph Camenzuli.

Il-mastrudaxxa Eric Vella jidher qed iwaħħal l-injam madwar il-kolonna tal-bar area.

Page 113: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

111

mi kollha neċessarji, wara li ttieħdet deċiżjoni li sal-festa ta’ din is-sena kellu jitlesta’ x-xogħol kollu fl-injam li kien neċessarju.

Fortunatament l-għażla waqgħet fuq il-mastrudaxxa Eric Vella mix-Xagħjra, li nistgħu ngħidu li daħal għal biċċa xogħol iebsa u li riedet ti-tlesta sa nofs Ġunju. Minn hawn nix-tieq infaħħar lil dan il-mastrudaxxa għax-xogħol fin u mirqum li ħadem, għaliex tajjeb li ngħidu li bi pjaċir, ix-xogħol kollu kien tlesta kważi sal-aħħar ta’ Mejju.

L-ewwel biċċa xogħol li ħadem u tqegħdet f ’posta kien il-bar coun-ter, forma ta’ mewġa, b’injam wenge u b’faxex tal-aluminju. Minħabba l-forma tiegħu nistgħu ngħidu li kellu biċċa xogħol iebsa biex jaħdmu, iżda nistgħu ngħidu li kulħadd kellu kliem ta’ tifħir kif dan tpoġġa’ f ’postu. Din il-ħidma kienet tinkludi post fejn joqgħodu l-coolers u anki x-xambrelli mad-dawra ta’ fejn hemm ix-shutter. Ix-xogħol ta’ kar p enter i j a tkompla per-mezz tal-kol-onna li tin-sab fin-nofs tal-bar area. Il-ħsieb tad-designer kien li din il-kol-onna tintuża bħala feature, u għalhekk xtaq li tinke-sa minn fuq s’isfel bl-istess injam, u jkollha dawl madwarha ħiereġ minn fuq. Nistgħu

ngħidu li anki f ’dan il-każ, il-kolonna ngħatat dehra mill-isbaħ, tant li qisha għaqqdet il-każin f ’salt. L-istess mas-trudaxxa ħa ħsieb li jaħdem armarju bil-bibien sabiex ġo fih jinħbew il-mejnijiet tad-dawl u l-ilma, u anki d-distribution boxes tal-każin. Dan l-armarju nżebgħa bl-istess mod tal-ħitan.

Biċċa xogħol impen-jattiva għal Eric Vella kien ix-xogħol fuq l-erba’ bibien tal-bar area kollha, jiġifieri żewġ bibien għat-toilets, wieħed għall-bar, u l-ieħor għall-maħżen żgħir li hemm fejn il-bieb ta’ barra. Dawn il-bibien inħadmu bl-ist-ess materjal, bl-istess kulur u fuq l-ist-ess stil tal-partijiet l-oħra, u nħadmu kollha mastizz. Intgħażlu pumi tal-

aluminju biex b’hekk taw de-hra aktar mod-erna lill-mad-war. U la qed i n s e m m g ħ u l-maħżen iż-żgħir tajjeb ngħid li ftit tax-xhur qa-bel, Joseph Camenzuli ħa ħsieb li jirre-stawra l-ħitan tiegħu, filwaqt

li l-kumitat xtara xi għamara apposta sabiex ġo fiha jkunu jistgħu joqgħodu

l-pożati u affarijiet oħra konnessi mal-attivitajiet li jsiru fil-każin.

L-aħħar biċtejn xogħol tal-mastrudaxxa kienu l-vetrina jew aħjar id-display area ta’ wara l-bar u l-iskirting, li ġew jikkumplimentaw l-istess disinn u mater-jal. Fil-fatt, fl-iskirting tqiegħed xi aluminju, filwaqt li mal-vetrina nħadmu wkoll żewġ

hangers fejn jitqiegħdu t-tazzi tal-in-bid. Sakemm qed nikteb dan l-artiklu,

għadhom kif inxtraw żewġ televixins flat screen, li se jiġu in-stallati fil-bar area bejn iż-żewġ bibien ta’ barra u l-ieħor fil-vetrina tal-bar.

Hekk wieħed jista’ jgħid li issa veru dan il-proġett wasal fi tmiemu, għaliex wara l-festa jkun jonqos biss irqaqat, bħal ngħidu aħna, imwejjed, siġġijiet, u banketti, kif ukoll sistema ta’ sound adegwata li għandha

l-wiring diġà għaddej ġos-suffett, u sistema ta’ emergency lights. Dan minbarra li wara l-festa ser jerġa’ jitqiegħed f ’postu l-biljard għall-użu tal-membri, kif ukoll ser jiġi mniehdi l-proġett li jmiss: dak tal-puġġaman tat-taraġ li bla dubju ser ikun xi ħaġa spettakolari.

Nixtieq nagħlaq dan l-artiklu billi nerġa’ ngħid grazzi kbira lil dawk kollha li taw sehemhom, min b’mod finanzjarju, min billi għen fix-xogħol ta’ drapp li sar għall-bejgħ, u min bil-ħidma voluntiera f ’dan il-proġett. Grazzi talli bis-saħħa tagħkom sta-jna nagħmlu dan il-proġett. Ta’ min isemmi li fil-futur qarib hemm il-ħsieb li jsiru aktar proġetti kbar fil-każin imma dan inħalluh għal aktar ’il quddiem, meta jkun hemm l-affarijiet kollha konklużi.

Il-mastrudaxxa Eric Vella jidher qed iwaħħal il-bar counter fil-preżenza ta’ Noel Mallan u Joseph Camenzuli.

Il-bar counter forma ta’ mewġa hekk kif iddisinjat minn Mario Vassallo, fuq ideja tad-disinjatur Mario Cassar.

It-tqegħid tal-bibien mastizzi mill-mastrudaxxa Eric Vella.

Waqt it-twaħħil tal-vetrina tal-bar magħmula mill-injam wenge, mill-mastrudaxxa Eric Vella.

Page 114: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

112

Page 115: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

113

ganizzaw il-borġ ta’ affarijiet għall-ħruq li sakemm jasal il-jum tal-ħuġġieġa ġieli kien jikber sa għoxrin pied għoli u ftit akbar fil-wisa’.

Imbagħad kien hemm minn jipprepara t-trajbu, li kienu jlibbsuh bi ħwejjeġ u kappel grottesk u xi lasta jew xkupa f ’idejh. Fi tfuliti qatt ma fhimt sewwa lil min, jew x’kien jirrapreżenta dan il-bniedem tat-tiben. U biex ngħidilkom is-sewwa kull meta staqsejt bħala tifel kurjuż kont naqla’ ħars bl-ikrah.

Ħaġa tal-iskantament, li għalkemm ta’ tifel li kont ma kontx nifhem l-għaliex ħadd qatt ma rrispondieli din il-mis-toqsija, imma l-istint kien jgħidli, kieku rieduk tkun taf kienu jgħidulek. U kont inħalli kollox għaddej. Il-biċċa l-kbira ta’ sħabi kienu l-istess, imma xi uħud minnhom kienu aktar preżuntużi u kurjużi u kienu jagħtu l-ispjegazzjoni tagħhom, li lili qatt ma kkonvinċitni.

Imbagħad kien jasal jum il-ħuġġieġa. F’pajjiżi dejjem kienu jiżguraw li l-ħuġġieġa issir fl-għola post tal-pajjiż

Il-ħuġġieġa ta’ San Ġwann kienet tradizzjoni li ħafna rħula f ’Malta kienu josservaw u jiċċelebraw f ’Ġunju ta’ kull sena. Għalkemm il-lum m’għadix mogħtija l-istess im-portanza fis-soċjetà moderna, għalina t-tfal Kalkariżi ta’ dak iż-żmien kienet ċelebrazzjoni u avveniment li konna nistennew matul is-sena.

Kulħadd kien jaf u jaċċetta li din il-fes-ta ta’ San Ġwann kienet speċjali għal raġunijiet reliġjużi, imma għalina, l-aktar ħaġa li kienet tinteressana kienet il-ħuġġieġa, li kienet issir fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż.

Fejn kont ngħix jien, fil-Kalkara, kien hemm għalqa li konna nsejħulha ‘l-Għalqa tal-Fondoq’, lejn in-naħa tas-Sienja, u kien hawn, li ta’ kull sena, konna nibdew inħejju u nġemmgħu bċejjeċ tal-għamara antika, laqx, in-jam u zkuk, u affarijiet oħra li kienu jistgħu jinħarqu fil-jum mistenni, u ħallina nitfugħhom fuq il-post magħżul biex issir il-ħuġġieġa.

Aħna t-tfal kellna parti kbira f ’din iċ-ċelebrazzjoni għax konna nibdew infittxu affarijiet addat-tati biex inkaxkru lejn il-borġ għall-ħruq. In-nies xi drabi kienu jistennew dan il-jum għax kien ikollhom opportunità biex jeħilsu minn ċertu imbarazz u raċanċ u jsarrfuh f ’duħħan f ’jum il-ħuġġieġa.

Imma għalkemm aħna konna mmoru ngħinu niġbru l-affarijiet għall-ħruq fis-subborg tagħna, kien hemm ċertu nies, akbar minna fl-età, li kienu jor-

biex tidher mill- Kottonera kollha u b’hekk nuru li tagħna kienet l-isbaħ u l-aħjar. Imma il-vantaġġ li kellna, billi ‘tal-Fondoq’ kien post fil-għoli, konna nitilfuh biċ-ċokon tal-popolazzjoni tal-Kalkara u n-numru żgħir ta’ nies li kienu jgħixu fiha f ’dak iż-żmien. L-ibliet fil-qrib kellhom popolazzjoni ferm akbar, li kienet issaraf f ’ħuġġieġa akbar u aktar nies jgħinu għas-suċċess tal-ġbir għall-ħuġġieġa.

Jum il-ħuġġieġa aħna konna nitilgħu f ’ “l-Għalqa tal-Fondoq” xi siegħa qa-bel biex nibdew niftaħru bil-biċċiet li konna ġbarna b’mod personali. “Qed tara dik il-komodina? Dik jien u sħabi tellajnieha hawn, u tagħtilna dik ix-

xwejħa li toqgħod fl-isqaq. U xi tgħiduli għal dak l-injam li ġbarna mingħand Lorry tal-Għamara? Issa stennew biex taraw kif ser jiv-vampja!”

Xi nofs siegħa qabel ikebbess in-nar, dak li kien jagħmel it-trajbu kien iġibu bil-karetta u jlestih biex iqiegħdu fuq l-għola post tal-ħuġġieġa. Niftakar li xi ħadd kien iġib sellum u r-raġel tat-trajbu kien jitfgħu fuq spalltu u jitla’ s-

sellum biex ippoġġieh fil-quċċata tal-borġ il-kbir.

Il-ħuġġieġa issa kienet lesta lest biex tinxtgħel. Sadanittant in-nies tal-

Manuel Casha

Imwieled il-Kalkara, Mannie, kif inhu aktar magħruf, emigra lejn l-

Awstralja, fejn għadu jgħix sal-lum il-ġurnata. Jista’ jitqies mhux biss

patrijott tal-Kalkara, iżda ta’ Malta, tant li jikteb u anki jikkonponi

mużika dwar art twelidu. Huwa wkoll studjuż u riċerkatur dwar

l-għana Malti.

Il-Ħuġġieġa ta’ San Ġwann(Memorji tat-tfulija fil-Kalkara fis-snin ħamsin u sittin)

L-inħawi ta’ fuq tal-Kalkara fis-snin 50.

Page 116: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 117: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Soċjetà

115

tkun fl-aqwa tagħha għax issa jkun wasal il-mument antiċipat minna t-tfal għal sena sħiħa.

Dak tat-torċa kien jersaq lejn il-ħuġġieġa bil mod u jmiss biha ċ-ċirku tat-tiben li kien idawwar il-perimetru tal-ħuġġieġa.

Malli t-torċa kienet tagħmel kuntatt ma’ dak it-tiben im-xarrab bil-petrol, in-nar kien jikber mill-ewwel. U f ’kemm ili ngħidilkom in-nar kien idur ċirku max-xif-er tal-ħuġġieġa waqt li kienet

tistema’ għajta kbira ġejja minn nies miġburin biex jarawha.

Aħna ta’ tfal li konna, konna nisten-new il-bċejjeċ li nkunu ġbarna aħna biex jinħarqu u konna nħossuna kburin bil-kontribuzzjoni tagħna ta’ din is-sena. Meta imbagħad in-nar kien jikber sewwa, l-Għalqa tal-Fon-doq, u infatti l-pajjiż kollu, kien donnu jiddawwal u tħares minn fejn tħares, il-ħuġġieġa kienet tkun il-qalba tal-attenzjoni.

Fil-bogħod konna naraw xi ħmura ġejja minn ħġejjeġ oħra fl-ibliet fil-

Kalkara kienu jinġabru bi ħġarhom. Hawn is-sens soċjali u komunitarju kien fl-aqwa tiegħu għax kulħadd jinġabar madwar il-ħuġġieġa biex jistennew il-mument tant antiċipat.

Aħna t-tfal konna dejjem inġibu ruħna ta’ tfal li konna u mhux l-ewwel darba li xi ħadd minna kien ipoġġi xi żewġ balal tal-festi f ’xi kexxun tal-għamara li konna nkunu ġbarna għall-ħuġġieġa. Alla ħares konna ninqabdu għax konna niġu f ’għawġ kbir mal-organizzaturi u mal-Kappillan. U ngħiduha kif inhi, kellhom mitt raġun għax il-balla kienet tisplo-di u ttir, u kienet tista’ tkorri jew tagħmi lil xi ħadd.

Kull tant kien jiġi l-Kappillan Xuereb, jew Dun Spir jew Dun Salv, u jbierak il-ħuġġieġa u jgħid talba, qabel tittkeb-bes, imma ma niftakarx jekk kienx jiġi ta’ kull sena. Imbagħad l-organizzaturi kienu jroxxu ftit pitrolju madwar xi tiben imqiegħed f ’ċirku madwar il-ħuġġieġa biex malli jaqbad it-tiben, il-ħuġġieġa tieħu mill-ewwel, imbagħad ħalli l-ilsna tan-nar jisfnu fl-għoli!

Meta mbagħad kien isir il-ħin u jkun waqa’ d-dlam sewwa xi ħadd kien jixgħel sulfarina…imbagħad jixgħel torċa…u hawn l-anteċipazjoni kienet

qrib, imma f ’moħħna, tagħna kienet l-aqwa u l-isbaħ.

Meta il-ħuġġieġa kienet tieħu sew-wa, kien ikun baqa’ biss ħaġa oħra x’nistennew: il-ħruq tat-trajbu. Għalhekk meta t-trajbu kien jieħu n-nar kien iqum bħal żuffjett bejn il-fol-la, bħal li kieku kien jintlaħaq l-għan taċ-ċelebrazzjoni. U issa il-ħuġġieġa tkun laħqet l-għan tagħha.

Wara ċertu ħin in-nies jibdew jonqsu u jirritornaw lejn djarhom u għalina jkun sar il-ħin biex imorru d-dar ukoll. Il-ħuġġieġa gieli kienet iddum taqbad għal jumejn u kienet titħalla taqbad sakemm tintefa waħedha.

Ħaġa kurjuża għalija llum hi li ma niftakarx trakkijiet tat-tifi tan-nar ipparkjati fil-qrib għal-lest fil-każ jinqala’ xi ħaġa. Imma d-dinja ta’ tfuliti fil-Kalkara kienet dinj’oħra, fejn donnu kollox kien mistenni jispiċċa b’wiċċ il-gid…u l-biċċa l-kbira dejjem hekk kien.

L-għada aħna t-tfal konna ninsew il-ħuġġieġa u naqbdu nitkellmu fuq ir-regatta li dalwaqt tasal. U l-istess grupp ta’ tfal kien jiltaqa’

fil-ħanut ta’ Ċensu Pulè biex narawh jaħdem fuq id-dgħajsa tal-midalji.

U l-ħajja dejjem għaddejja…u l-ħin dejjem jinħaraq…bħall-ħuġġieġa ta’ San Ġwann.

(Mis-sensiela “Stejjer Mill-Gżejjer”li għadha tixxandar fuq l-SBS Radio Melbourne, l-Awstralja. Stejjer tat-tfulija f ’Malta partikolarment f ’raħal tfuliti, fil-Kalkara.)

www.manuelcasha.com

Ix-xatt tal-Kalkara fis-snin 50.

Id-daħla tal-Kalkara fis-snin 50.

Il-Bord Editorjali jixtieq jagħmel appell sabiex kull min għandu ritratti antiki jew dokumenti oħra li għandhom x’jaqsmu mas-Soċjetà jew il-Kalkara, sabiex ġentilment jgħaddilna kopja tagħhom mill-aktar fis. Bħalissa ninsabu qed naħdmu fuq proġett importanti għall-istorja ta’ raħalna.Grazzi tal-għajnuna!

Page 118: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

116

Page 119: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 120: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

118

Jekk wieħed joqgħod jaħseb ftit fuq il-pjan Divin li bih il-Ħallieq ried jigga-rantixxi s-salvazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minna, jara kemm Alla fas-sal kollox bħal bizzilla biex f ’familja mill-aktar fqira fl-affarijiet tad-dinja, iżda għanja f ’dawk li jimirħu lil hinn minnha, jagħti lid-dinja lil Ibnu l-Waħdieni. U biex jagħti lid-dinja dan il-wild – veru Alla u veru Bnie-dem – għażel lil Marija, mara mżejna bl-isbaħ doni u bl-aqwa virtujiet, im-bierka fost in-nisa1! Hekk kien sewwa u hekk kien jixraq. L-istess bħalma kien sewwa u kien jixraq li jingħażel raġel, imbierek fost l-irġiel, li jkun jista’ jieħu ħsieb bl-aħjar mod possib-bli, kemm lil Marija, kif ukoll lil dak li kellha ġġib fid-dinja, l-Iben t’Alla magħmul bniedem. Il-ħsieb tiegħi f ’dan l-artiklu, huwa li nuri kif San Ġużepp, bħal Marija, kien jixraqlu li jingħata dan l-inkarigu, dan l-impenn, din il-missjoni qaddisa, li jkun il-Kus-todju tar-Redentur, kif mar isejjaħlu l-kbir Beatu Papa Ġwanni Pawlu II2.

Stellarju bi Tnax-il KewkbaPadre Luigi Pincelli fil-ktieb tiegħu Riflessioni, Esempi e Pratiche jiddedi-ka l-aħħar jum tax-xahar ta’ Marzu għat-tnax-il privileġġ li ngħataw lil San Ġużepp, li kif jgħid hu stess huma riflessjoni tal-istess privileġġi li tgawdi Marija: Hekk kif Marija hi nkurunata bi tnax-il kewkba, li jissimboleġġaw id-doni prinċipali li hija rċeviet mis-sema, daqstant ieħor kien San Ġużepp.3 Nis-tedinkom idduru flimkien miegħi, dawra ma’ dawn it-tnax-il kewkba, dawn it-tnax-il privileġġ Marjan, li bil-volontà t’Alla kienu wkoll riflessi fil-persuna tal-qaddis tagħna San Ġużepp. Se nżomm il-ktieb imsemmi aktar ’il fuq bħala bażi għal din il-kitba tiegħi, iżda, sintendi, se naraw ukoll kif studjużi, riċerkaturi, dutturi, qaddisin u Josefologi oħra tkellmu fuq xi wieħed jew aktar minn dawn il-

Glorja ta’ San Ġużepp u San BenedittuSebastiano Lo Monaco.

Page 121: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Josefoloġija

119

Andrew BorgB. Ed. (Hons), M. Ed., DEAM

Preżentament jokkupa l-kariga ta’ Assistent Kap ta’ Skola. Kien editur

ta’ Il-Mixja, u l-ktieb tal-festa tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan. Awtur

ta’ bijografija u ġabra ta’ kitbiet għall-kbar, kif ukoll ta’ kotba għat-

tfal. Devot kbir ta’ San Ġużepp, u fi ħsiebu jieħu l-istudju tal-

Josefoloġija fil-livell Universitarju.

privileġġi.

L-Ewwel KewkbaMarija kienet imnissla mingħajr ebda tebgħa tad-dnub u dwar dan għandna anke domma tal-fidi li tirrigwardja l-Immakulat Konċepiment tagħha, domma li aħna niċċelebraw ta’ kull sena fit-8 ta’ Diċembru4. Ġużeppi, għalkemm bħalna kien imwieled bid-dnub tan-nisel, kien imqaddes sa minn ġuf ommu, u għaldaqstant kien santifikat qabel ma’ twieled. L-iktar dokument importanti għalina f ’dan ir-rigward huwa dak tal-Kanċillier tal-Università ta’ Pariġi, il-magħruf Jose-fologu Jean de Gerson. Fid-diskors li huwa għamel fil-Kunsill ta’ Kostanza fit-8 ta’ Settembru 1416 – Sermo de Nativitate Gloriosae Virginis Mariae et de commendatione virginei sponsi eius Ioseph.5 Hawnhekk De Gerson jitkellem dwar, ifisser fid-dettal u jid-defendi, kif il-ġisem u r-ruħ ta’ San Ġużepp, għalkemm mhux meħlusa mid-dnub tan-nisel fil-konċepiment proprju, kien santifikat meta kien għadu f ’ġuf ommu, fi kliem ieħor, qabel ma’ huwa twieled għad-dinja. Dan il-privileġġ iddefendih ukoll il-qaddis Franġiskan San Bernardine ta’ Siena, li kien kontemporanju ta’ Gerson.6 L-Immakulat Konċepiment huwa privileġġ li kien merfugħ biss għal Marija, u dan jidher li jikkon-fermah il-qaddis tagħna nnifsu meta f ’waħda mid-dehriet tiegħu lil Swor Mildred Mary Neuzil7 imur jistqarr hekk: “Huwa veru binti, li mmeddjata-ment wara l-konċepiment tiegħi, jien kont mnaddaf mit-tebgħa tad-dnub oriġinali, bis-saħħa tal-merti futuri ta’ Ġesù fid-dawl tar-rwol futur tiegħi ta’ Missier Verġni.”8 Nifhmu għalhekk li dak il-privileġġ miksub minnha lkoll

permezz tal-Magħmudija – meta aħna wkoll neħilsu għal kollox mid-dnub tan-nisel – kien mogħti lil Ġużeppi qa-bel ma’ huwa twieled, kif kien jixraq, wara kollox, lil dak li kellu jieħu ħsieb tal-Verġni Imbierka u lil Binha Ġesù.

It-Tieni KewkbaMarija la qatt għamlet u lanqas qatt kellha xi ġibda biex twettaq xi att li ma kienx sabiħ f ’għajnejn Alla. Meta konna żgħar tgħallimna li Marija ma dinbet qatt, u la għamlet dnubiet venjali, wisq anqas mejta. U sal-lum dan ħadd ma merih. F’Ġużeppi ma ngħidux li r-rejaltà tad-dnub qatt ma kienet, iżda nemmnu li din ġiet immewta minnufih, anzi “estinta” jgħidilna l-awtur9. Dan ukoll kien konfermat fid-dehriet imsemmija iktar ‘il fuq ta’ Swor Mildred Mary Neuzil. Hija filfatt tikkwota lill-qaddis tagħna meta jistqarr: “Minn dak il-mument (jiġifieri wara li kien konċeput f ’ġuf ommu) jiena kont konfermat fil-grazzja u qatt wara dak il-mument ma kien hemm xi jtebba’ r-ruħ tiegħi. Dan huwa privileġġ uniku mogħti lili fost l-irġiel kollha.”10 Ġużeppi għex ħajtu kollha f ’komunikazzjoni u f ’għaqda ma’Alla l-Imbierek, u dan biex qatt ma jwettaq l-anqas l-iċken reat li seta’ b’xi mod imur kontra r-rieda Divina. Hawnhekk qed nifhmu wkoll mela li l-privileġġ Ġużeppin kien jestendi biex jinkludi anke l-ħelsien mill-kon-segwenza tad-dnub tan-nisel, li ħalla lill-Bniedem f ’tentazzjoni kontinwa biex jagħmel id-dnub. Il-qdusija u d-devozzjoni tiegħu (ta’ San Ġużepp) lejn Alla l-imbierek kienet teċċella b’mod li huwa qatt ma’ ċeda l-anqas għall-iċken tentazzjoni.11

It-Tielet Kewkba

Marija kienet u baqgħet verġni, u hija ħadet il-vot tal-kastità. L-istess kien u l-istess għamel Ġużeppi, u fuq dan hemm qbil ġenerali fost dawk kollha li studjaw il-ħajja miżżewġa tal-Għarajjes Qaddisa. San Ġlormu jistqarr li Ġużeppi żgur li kellu jżomm kull kawtela fil-konfront tat-tempju tal-Mulej, li kienet Marija.12 Sant’Ambroġ jistqarr li San Ġużepp, ta’ raġel ġust li kien, żgur li ma nħelliex fi frugħat mondani u għaldaqstant żamm lura milli jkollu relazzjoni nti-ma ma’ Omm il-Mulej.13 Ma’ dawn jingħaqad San Girgor il-kbir u għadd ta’ Dutturi oħra li jirreferu għall-qaddis tagħna bħala “il-gwardjan u l-protettur tal-Virġinità ta’ Mari-ja.”14 San Bonaventura, qaddis ieħor Franġiskan, magħruf bħala d-“Duttur Serafiku” jitkellem dwar San Ġużepp fil-Kummentarju Tiegħu tal-Vanġelu Skond San Luqa. Huwa jikkummenta

1 Kif insejħulha ta’ kuljum fit-talba tal-Ave Maria, Is-Sliema. 2 Dan it-titlu ngħata lil San Ġużepp fl-Eżortazzjoni Appostolika li appuntu ġġib l-isem Redemptoris Custos, il-Kustodju tar-Redentur. Aqraha fis-sit www.vatican.va/holy_father/john_paul_ii/apost_exhortations/documents/hf_jp-ii_exh_15081989_redemp-toris-custos_en.html 3 L-imsemmi ktieb hu hawnhekk ikkwotat minn STRAMARE, Padre Tarcisio, 2008, San Giuseppe, Dignità, Privilegi, Devozioni, p. 1444 Id-domma kienet proklamata fl-1854 mill-Papa Piju IX fid-dokument li jġib l-isem Inef-fabilis Deus.

5 Aqra Muscat P. Noel, “Saint Joseph in Fran-ciscan Theology” fis-sensiela “Theology of the Heart – the Saints” fis-sit www.piercedhearts.org/theology_heart/writings_on_saints/joseph_fransiscan_theology.htm (08/01/2012)6 Ibid.7 Swor Mildred Mary Neuzil kellha l-esperjen-za ta’ diversi dehriet minn Sidtna tal-Amerika (kif tissejjaħ mill-Wisq Reverendu Raymond L. Burke, Arċisqof ta’ St Louis fl-Ittra tiegħi lill-Konferenza Episkopali tal-Istati Uniti, iddata 31 ta’ Mejju 2007. Fiha jgħidilna li l-imsemm-ija twieldet fl-1916 u pprofessat fl-1933, meta ngħaqdet mal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tad-Demm Imqaddes ta’ Ġesù. Wieħed jista’ jaqra

din l-Ittra fis-sit www.ewtn.com/library/BISH-OPS/burkeolamer.htm 8 Aqra “Saint Joseph Never Sinned” ta’ Ron-ald L. Conte Jr., (25 ta’ Diċembru 2006) fis-sit www.catholicplanet.com/RCC/joseph-never-sinned.htm 9 Ibid.10 Ibid.11 Ibid.12Ara s-sit www.osjoseph.org/stjoseph/church-fathers nota nru. 4013 Ara s-sit www.osjoseph.org/stjoseph/churchfathers nota nru. 4114 Ara s-sit www.osjoseph.org/stjoseph/church-fathers nota nru. 44

Page 122: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

120

dwar it-terminu ‘raġel ġust” li juża l-evanġelista, u filwaqt li jagħraf l-in-tegrità tal-qaddis tagħna bħala ir-raġel pur ta’ Marija, iżommu wkoll bħala xhud tal-Virġinità tagħha.15

Ma nistgħux inħallu barra lil Santu Wistin f ’diskors dwar dan is-suġġett, għaliex huwa ħaseb ħafna, immedita ħafna u kiteb ħafna dwar iż-żwieġ ta’ Marija u Ġużeppi u dwar il-Vot ta’ Kastità li huma żammew sal-aħħar. Santu Wistin jinsisti li ż-żwieġ ta’ dawn it-tnejn kien żwieġ veru u sħiħ, u l-fatt li kien virġinali, ma jnaqqasx xejn mill-valur tal-ħajja matrimonjali li huma għexu.16 Tabilħaqq in-nu-qqas ta’ konoxxenza sesswali bejn il-miżżewġin tista’ tintuża’ biex tel-eva lit-tnejn f ’livell ta’ mħabba aktar pura u perfetta.17 Dan il-qaddis kbir jistqarr bla tlaqliq li t-tajjeb kollu taż-żwieġ wieħed jista’ jarah fil-ġenituri ta’ Kristu: il-frott, il-lejaltà u s-sagrament. Nagħrfu l-frott ta’ dan iż-żwieġ fil-per-suna ta’ Ġesù Kristu nnifsu; il-lejaltà, fil-fatt li l-ebda adulterju ma’ twettaq min-naħa jew minn oħra; u s-sagra-ment, filfatt li ma kien hemm l-ebda divorzju.18

Ir-Raba’ KewkbaLil Marija, kien rivelat il-pjan t’Alla u l-Misteru tal-Inkarnazzjoni, per-mezz tal-anġlu Gabriel. Sa tliet xhur wara dan il-pjan kien rivelat ukoll, mill-istess anġlu, lit-twajjeb Ġużeppi. Tabilħaqq il-Knisja tagħmel differen-za kbira fil-mod kif tiffesteġġja l-An-nunzjazzjoni ta’ Marija, u dik ta’ San Ġużepp, iżda dan bl-ebda mod ma jfisser li tal-aħħar mhijiex importanti. Anzi hemm qbil dwar il-fatt li din ir-rivelazzjoni Divina li kellu Ġużeppi fil-ħolm kienet waħda kruċjali għall-Pjan ta’ Salvazzjoni tal-Bniedem. L-Għerf Divin kien jaf kif Ġużeppi kellu jaġixxi

bħala bniedem, iżda kien meħtieġ li Ġużeppi jaġixxi mhux biss bħala bnie-dem – tajjeb kemm kien tajjeb (għax wara kollox hu kellu l-ħsieb li jeħlisha mill-għadab tan-nies u mill-konseg-wenzi tal-Liġi Lhudija) – iżda bħala bniedem imnebbaħ divinament. Ir-rivelazzjoni seħħet b’mod differenti, iżda mhux b’mod inqas importanti. Wieħed irid jara lil Ġużeppi bħala l-aħħar u l-aqwa fost il-Patrijarki li kkaratterizzaw l-istorja tas-Salvazzjo-ni fit-Testment il-Qadim, fejn allura l-ħolm kien mezz ta’ komunikazzjoni Divina f ’diversi okkażjonijiet impor-tanti.

L-importanza tal-ħolm u tal-inter-pretazzjoni tagħhom rajnieha per eżempju f ’persunaġġ Bibbliku ieħor jismu Ġużeppi. Fil-fatt wieħed jin-nota li l-Fargħun, li ma kienx Lhudi, kellu bżonn Lhudi biex jinterpretalu l-ħolm, l-istess bħal fil-każ ta’ Nebu-kadnezzar li l-ħolm tiegħu kien in-terpretat minn Danjel.19 B’kuntrast wieħed jinnota li meta Alla jitkellem bil-ħolm mal-poplu tiegħu, dan jinft-iehem direttament, kif naraw fil-każ ta’ Abraham20, Abimelek21, Laban22, Ġakobb23, Samwel24, Natan25, Sala-mun26 barra t-tnejn li semmejna iktar ’il fuq. Fil-każ ta’ Ġużeppi ta’ Nażaret, ir-rivelazzjoni seħħet ukoll f ’ħolma bħal fil-każi li rajna hawn fuq, iżda parteċipi fil-ħolma huwa l-anġlu tal-Mulej, li ħafna studjużi jżommuh bħala l-istess wieħed li ħabbar lil Mar-ija, jiġifieri l-Arkanġlu Gabriel.27

Il-Ħames KewkbaMarija kienet l-omm vera u f ’kull sens ta’ Ġesù. Ġużeppi kien il-missier pu-tattiv, iżda bis-saħħa taż-żwieġ tiegħu ta’ Marija, il-wild li hija tat lid-dinja kien jaqa’ taħt l-awtorità legali tiegħu, l-istess bħalma fjura jew frotta hija

proprjetà ta’ sid il-ġnien jew l-għalqa fejn hija nżerat. Buttiġieġ28 fil-ktieb tiegħu Morru Għand Ġużeppi, igħid li San Franġisk ta’ Sales kien jaqbel mal-qaddis kbir l-ieħor, Santu Wistin dwar il-fatt li kemm Marija kif ukoll Ġużeppi kellhom id-dritt jissejħu ġenituri ta’ Ġesù, u jfisser dan proprju bit-tixbiha li semmejna hawn fuq.

Schembri (1996) jagħtina tifsira ċara ta’ dan il-pedament ġuridiku tal-pa-ternità ta’ San Ġużepp: Billi hu kien ir-raġel ta’ Marija, meta żżewwiġha ħadha bil-frott tagħha, kif kienet ti-tlob il-liġi Lhudija. B’hekk sar il-kap leġittimu tas-Sagra Familja, kollha u sħiħa. Sar is-sid ta’ Marija u l-frott tagħha. Dan kollu sar volontarjament, b’ubbidjenza sħiħa lejn dak li Alla ta-lab minnu u kif kienet titlob il-liġi ċivili. Il-liġi Lhudija ma kinitx tagħraf il-filjazzjoni materna, imma dik pa-terna. Hawn San Ġużepp deher qud-diem il-Liġi bħala l-missier tassew ta’ Ġesù, u għalhekk għadda lil Ġesù dak kollu li kien imwiegħed minn Alla lill-familja ta’ David. Mhux biss, imma ta l-isem lil Ġesù, kif talab minnu l-anġlu (Mattew 1, 21 u 25) u kif kienet trid il-liġi. Ta’ min isemmi li dan il-peda-ment ġuridiku tal-paternità ta’ San Ġużepp salva lill-Madonna mill-kalun-ji li hi mara ħażina u li Ġesù hu iben illeġittimu.29

Is-Sitt KewkbaMarija sqiet lit-tarbija Divina l-ħalib minn sidirha mbierek, filwaqt li Ġużeppi temgħu frott l-għaraq ta’ ġbinu. Skond Sciberras 200930, it-titlu ta’ missier nutrittiv, jiġifieri li Ġużeppi kien missier li bl-għaraq ta’ ġbinu ħaseb għall-għajxien ta’ Ġesù u ta’ Marija, huwa attribwit lil Oriġene (lura fis-snin għall-ħabta ta’ 253 wK). Hekk, filfatt mar isejjaħlu wieħed fost

15 Muscat, P. Noel, op. cit.16Ara s-sit www.osjoseph.org/stjoseph/church-fathers nota nru. 4517Ara s-sit www.osjoseph.org/stjoseph/church-fathers nota nru. 4718Ara s-sit www.osjoseph.org/stjoseph/church-fathers nota nru. 4919Aqra Ġenesi, Kap40 v.5 sa Kap 41 v.36; u Danjel Kap 2, v. 1 sa v. 49, u Kap 4, v. 1 sa v. 25)20 Aqra Ġenesi, Kap 15, v. 12-1321 Aqra Ġenesi, Kap 20, v. 3, 622 Aqra Ġenesi, Kap 31, v. 2423 Aqra Ġenesi, Kap 28, v. 12-13 u Kap 46, v. 2-4

24 Aqra I Samwel, Kap 3, v. 1-1425 Aqra II Samwel, Kap 7, v. 4-1726 Aqra I Rejiet, Kap 3, v. 527 Ara per eżempju www.catholic-pages.com/angels/gabriel.asp28 Buttiġieġ, Br. M. (1974) Morru Għand Ġużeppi, pp. 102-107. It-tixbiħa hi din: Issopo-nu li raġel ikollu għalqa. Minn fuq din l-għalqa tittajjar ħamiema li jkollha għadma tat-tamal f ’munqarha. Din tħalli l-għadma taqa’ u tiġi fl-għalqa. Maż-żmien l-għalqa tnibbet u titla’ siġra kbira u sabiħa. Il-qaddis jistaqsi: ‘Ta min hi s-siġra?’ u hu jwieġeb: ‘Tabilħaqq ta’ sidha!’

Sewwa. Issa l-għalqa hi l-ġuf ta’ Marija, imma Marija hi ta’ Ġużeppi; bi żwieġ veru u qaddis. L-Ispirtu s-Santu ħalla l-frott jaqa’ fi ħdan Mari-ja... Mela l-frott tagħha hu wkoll ta’ sid l-għalqa, Ġużeppi.29 Schembri, P. Guido OFM, 1996, San Ġużepp – Ir-Raġel ta’ Marija, Patrun tal-Knisja Univer-sali (Kors ta’ Josefoloġija), p. 21, 2230 Sciberras, Mons. Lawrenz, 2009, Il-Mas-trudaxxa ta’ Nazzaret – Il-Ħajja, il-Missjoni u l-Qdusija ta’ San Ġużepp, p. 58

Page 123: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

tal-missjoni tiegħu. Ma nistgħux inkunu prużuntużi u nwieġbu mis-toqsija bħal din, iżda nistgħu nifhmu li f ’ċertu punt mill-ħajja tal-imsemmi, Alla ra li dan kien wettaq kull ma kien mistenni minnu bħala l-Kustodju tar-Redentur.35 Ġużeppi sakemm kien ħaj kien ħadem biss għal Ġesù u ommu Marija, ra li qatt ma naqashom xejn, u fuq kollox ħa ħsieb li l-misteru tal-Inkarnazzjoni żvelat lil Marija l-ewwel, imbagħad lilu, baqa’ mistur sakemm wasal il-waqt li jkun żvelat lill-umanità. Filfatt il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II jitkellem dwar dan ir-rwol ta’ kustodju tal-Misteru t’Alla fl-imsemmija eżortazzjoni apposto-lika.

Ġużeppi, igħidilna l-maħbub Beatu Papa, flimkien ma’ Marija, isir l-ewwel gwardjan tal-misteru Divin. Flimk-ien ma’ Marija, u f ’relazzjoni ma’ Marija, huwa jaqsam din l-aħħar fażi tar-rivelazzjoni t’Alla nnifsu f ’Ġesù Kristu, u dan jagħmlu sa mill-bidu nett.36 Ġużeppi jaqsam ma’ Marija l-mixja tagħha ta’ fidi, mixja li għal Ġużeppi tintemm qabel dik ta’ Marija, li Alla ried li hija tkompliha sa fuq il-Kalvarju. Minkejja dan, it-triq tal-fidi li mexa Ġużeppi kienet fl-istess direz-zjoni: kienet determinata totalment mill-istess misteru, li tiegħu, flimkien ma’ Marija, huwa kien l-ewwel kus-todju37. L-istess Papa Ġwanni Pawlu II, imbagħad, imur ifakkarna li Papa Ġwanni XXIII, li wkoll kellu devoz-zjoni kbira lejn San Ġużepp, kien ord-na li l-isem ta’ San Ġużepp jiddaħħal fil-Kanoni Ruman tal-Quddiesa – li wara kollox hija t-tifkira perpetwa tar-redenzjoni – eżattament wara l-isem ta’ Marija, u qabel dak tal-appostli, il-papiet u l-martri. U dan għamlu preċiżament għax ried juri li Marija u Ġużeppi kienu flimkien f ’din il-mixja tagħhom ta’ fidi, li kienet kruċjali għall-misteru tal-Inkarnazzjoni u tar-Redenzjoni.38

L-Għaxar Kewkba

l-ewwel mis-Santi Padri tal-Orjent li ried ifisser kif San Ġużepp kien missi-er Ġesù. Hemm oħrajn li wkoll isejħu lil San Ġużepp nutritor Domini ‘dak li għajjex lill-Mulej’, bħal San Ġlormu, San Ġwann Griżostmu u San Bernar-din ta’ Siena. Filfatt dawn fetħu t-tif-sira ta’ missier nutrittiv, minn wieħed li jipprovdi ikel u xorb, bżonnjużi għall-għajxien ta’ persuni, għal wieħed li jaħseb ukoll għat-trobbija, is-sigurtà u anke l-edukazzjoni, kif aħna lkoll konvinti li Ġużeppi għamel bl-aqwa mod fir-rigward ta’ Ġesù.

Is-Seba’ KewkbaMarija tkellmet għal tletin sena sħaħ mal-Iben t’Alla magħmul bniedem, u filwaqt li għamlet dan, hija kompliet tikber fil-grazzja u fil-qdusija. San Ġużepp għex din il-komunikazzjo-ni maż-żewġ teżori li fdalu f ’idejh Alla l-Imbierek, u huwa wkoll kiber fil-grazzja u fil-qdusija. Il-Familja Mqaddsa kienet familja ta’ vera, u bħala tali kienet waħda li ġġarrab l-af-farijiet li ġġarrab kwalunkwe familja, ta’ kuljum. Ma setax jonqos li t-tliet komponenti ta’ din il-familja kienu jgħaddu ħinijiet f ’konverżazzjoni ma’ xulxin, kemm meta kellhom bżonn lil xulxin, meta kienu qed jaħdmu, jistrieħu u anke jiddevertu fil-kumpan-ija ta’ xulxin, u fuq kollox meta kienu qed jitgħallmu bl-għajnuna ta’ xulxin, dwar dak li kien l-aktar importanti għalihom, bħala Lhud (il-Liġi) u bħala ulied Alla (il-Verità li kienet qed tiġi rivelata lilhom). F’dan id-dawl nifhmu kif Marija u Ġużeppi, filwaqt li kell-hom ir-rwol li jgħallmu lil Ġesù, huma nfushom kienu qed jitgħallmu minnu. Mhux biss iżda kienu qed ikomplu jimtlew bil-grazzja u jqarrbu sew lejn il-qdusija perfetta li tagħmilhom ħaġa waħda ma’ Alla l-Missier, il-Ħallieq ta’ kollox.

Papa Ljun XIII fl-Enċilklika tiegħu Quamquam Pluries31, jiffoka fuq il-figura ta’ San Ġużepp u jitkellem mill-ammont kbir ta’ grazzja li dan rċieva

‘doppjament’ bħala r-raġel ta’ Marija u bħala missier Ġesù. San Ġużepp xorob minn żewġ għejun ta’ grazzja, u dan kien fattur importanti li, kif kellna l-okkażjoni nitkellmu drabi oħra, daħħlu fl-Unjoni Ipostatika32, flimkien ma’ Marija u Binha Ġesù, fl-ogħla u l-eqreb post ħdejn Alla l-Missier. L-imsemmi Papa jara f ’dan motivi speċjali li jwasslu biex San Ġużepp ikun pproklamat Patrun tal-Knisja Universali: Il-motivi speċjali li għalihom San Ġużepp kien proklamat Patrun tal-Knisja, u li minnu l-Knisja tfittex il-benefiċċju singulari miksub mill-patrunaġġ u l-protezzjoni tiegħu, huma li Ġużeppi kien ir-raġel ta’ Mari-ja u kien ukoll magħruf bħala l-missier ta’ Ġesú Kristu. Minn dawn is-sorsi joħorġu d-dinjità, il-qdusija u l-glorja tiegħu.33

It-Tmien KewkbaMarija kienet mimlija bil-grazzja u kienet mgħollija fuq il-kori kollha tal-anġli u fuq il-qaddisin kollha. Ġużeppi, li kien tant qrib ta’ żewġ għejjun kbar ta’ grazzji – Ġesù u Marija – wkoll sab postu qrib dawk li fid-dinja tant ħabb u ħa ħsieb, u għaldaqstant l-Unjoni Ipostatika, ippermettit li huwa wkoll ikun fuq kull anġlu u kull qaddis ieħor, ħlief Marija. Dan diġà rajnieh f ’dak li għidna rigward is-seba’ kewkba, jew aħjar rajna x’wasal biex l-għaqda li t-tliet persuni tas-Sagra Familja kel-lhom f ’din id-dinja tkompliet anzi sseddqet fil-ħajja eterna. Dan tkellmu dwaru diversi dutturi u qaddisin kbar tal-Knisja. Isejħulhom it-“Trinità tad-dinja” u jinsabu magħquda mill-ġdid flimkien fil-glorja, u d-dija li toħroġ minnhom hija waħda komuni għalihom it-tlieta.34

Id-Disa’ KewkbaMarija mietet fl-imħabba t’Alla. Ġużeppi miet fi ħdan Ġesù u Marija ikkunsmat mill-imħabba li ta lil Alla. Ħafna jistaqsu għaliex Alla ma pper-mettix li Ġużeppi jgħix biżżejjed biex bħal Marija jwassal lil Ġesù sal-aħħar

31 L-Enċiklika Quamquam Pluries, li tirrig-wardja d-devozzjoni lejn San Ġużepp, kienet promulgata mill-Qdusija Tiegħu il-Papa Ljun XIII nhar il-15 t’Awwissu 1889. Wieħed jista’ jaqraha fis-sit www.vatican.va/holy_father/leo_xiii/encyclicals/documents 32 Dwar dan aqra edizzzjonijiet passati ta’ din

il-pubblikazzjoni.33 Papa Ljun XIII, Quamquam Pluries, ara nota nru. 29, sib paragrafu 3.34 Healy Thompson, op. Cit., p. 425.35 Dan it-titlu kien mogħti lil San Ġużepp mill-maħbub Beatu Papa Ġwanni Pawlu II fl-Eżortazzjoni Appostolika, Redemptoris Custos,

maħruġa fil-15 t’Awwissu 1989. Aqraha fis-sit www.vatican.va/holy_father/john_paul_ii/apost_exhortations/document36 Ibid., para 537 Ibid., para 638 Ibid.

Josefoloġija

121

Page 124: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

122

Marija kienet imtella’ s-sema bir-ruħ u l-ġisem, u din ukoll hija domma tal-fidi, li nfakkru ta’ kull sena fil-15 t’Awwissu39. Ġużeppi wkoll kellu dan il-privileġġ, u jingħad li tela’ flimkien ma’ erwieħ oħra, li niżel għalihom Kristu Rxoxt proprju f ’dik il-għodwa meta Huwa qam mill-mewt. Biżżejjed insemmu żewġ studjużi u devoti kbar ta’ San Ġużepp, Jean de Gerson, Kanċillier tal-Università ta’ Pariġi u l-qaddis Franġiskan San Bernardin ta’ Siena, li għexu fl-istess żminijiet, u li t-tnejn, emmnu, u tkellmu dwar it-tlugħ fis-sema ta’ San Ġużepp bir-ruħ u bil-ġisem. Tal-ewwel għamel din l-affermazzjoni quddiem miġemgħa ta’ studjużi u kbarat ekkleżjastiċi miġbura għall- Konċilju ta’ Kostanza fit-8 ta’ Settembru 1416.40 Dwar dan ippriedka wkoll b’fervur il-qaddis Franġiskan San Bernardin ta’ Siena41. Jingħad li waqt li kien qed jitkel-lem fuq it-tlugħ fis-sema tal-qaddis tagħna, il-kongregazzjoni miġbura, li kienet waħda numeruża, rat sinjal ta’ dawl fuq ras il-predikatur. Healy filfatt igħidilna li dak il-ħin deher salib tad-deheb jiddi fuq rasu.42 Fil-konklużjoni tal-istess priedka huwa jistqarr li s-Sagra Familja – jiġifieri Kristu, il-Verġni Imbierka u San Ġużepp – kif kienu magħquda f ’ħajja laborjuża u f ’grazzja ta’ mħabba liema bħalha fuq din id-dinja, hekk ukoll allura, kemm ruħhom kif ukoll ġisimhom, qed jir-renjaw flimkien fl-imħabba fil-glorja tal-Ġenna.43

Il-Ħdax-il KewkbaMarija hija l-iktar kreattura elevata fis-smewwiet u tinsab viċin Binha Ġesù. Ġużeppi jinsab ħdejhom it-tnejn. Dan il-privileġġ fil-fatt qed jiġbor dak kollu li qed ngħidu dwar l-importanza tal-Familja Mqaddsa li tibqa’ magħquda fir-renju ta’ dejjem, hekk kif kienet fuq din l-art. Hemm episodju f ’wieħed mill-Vanġeli, fejn omm ż-żewġ ap-postli, Ġakbu u Ġwanni, tistaqsi lil Ġesú biex jerfagħlhom post fil-ġenna ħdejH. Iżda hu jweġibha li dawn diġà

huma magħżula għalih mill-Missier. Ħafna jsostnu li Ġesú kien jaf li Alla l-Missier kien se jirriżerva l-aqwa żewġ postijiet għal Marija u għal Ġużeppi.44

It-Tnax-il KewkbaMarija hija l-medjatriċi tal-bnedmin quddiem Alla l-Imbierek. Ġużeppi daqstant ieħor hu medjatur kemm quddiem it-tron tas-Sultana, kif ukoll quddiem dak ta’ Binha Ġesù. Din hi xi ħaġa tipika tal-bnedmin, li biex jitlob xi ħaġa, ħafna drabi ma jmurx diret-tament għand min hu kkonċernat, iżda jipprova jasal għalih permezz ta’ persuni oħra qrib tiegħu, li hu konvint li jistgħu jidħlu għalih. Fir-relazzjoni tiegħu m’Alla, imbagħad, il-bniedem sab il-qaddisin, biex jagħmlu dan ix-xogħol ta’ medjazzjoni. U kif iserħilna moħħna Schembri45 (1996) il-Konċilju ta’ Trento kien għallem li din l-interċessjoni tal-qaddisin ma tmurx kontra dik suprema ta’ Kris-tu. Imbagħad San Tumas kompla jgħallem fuq dan billi jgħid li l-qawwa

tat-talb tal-qaddisin tiddependi minn kemm ikunu jinsabu qrib ta’ Alla fil-glorja tas-sema u mill-meriti li kienu akkwistaw meta kienu fuq l-art.46

Li l-Madonna kienet l-aktar persuna qrib ta’ Kristu, li saħansitra twieled minn ġufha, ħadd ma jista’ jiċħdu. Iżda ħadd ma jista’ jiċħad ukoll li warajha m’hemm ħadd li kien qrib ta’ Ġesù daqs San Ġużepp. San Bernardin ta’ Siena jistqarr li: Ma hemm l-ebda dub-bju li Kristu mhux sejjer jiċħad lil San Ġużepp, issa li jinsab fis-sema, dik il-familjarità, dik il-qima u dik id-dinjità sublimi li biha kien jittrattah fuq l-art, anzi issa jsaħħaħha u jwettaqha.47 Il-Knisja wkoll aċċettat dan il-fatt u rat li wara Marija m’hemm ħadd ikbar minn San Ġużepp li jista’ jħares (lilha stess) il-Knisja u jkun Patrun tagħha, għax hu wara Marija huwa l-iktar wieħed qrib ta’ Ġesù, u l-meriti tiegħu huma kbar bil-bosta.48

Stellarju li jixraqluTabilħaqq jixraqlu dan l-istellarju lill-qaddis tagħna San Ġużepp. Hekk jaħsbuha tant studjużi u riċerkaturi Josefoloġiċi. Hekk jaħsbuha tant dut-turi u qaddisin kbar tal-Knisja. Hekk taħsibha Marija nnifisha, li kienet tant tħobb, tgħożż u tammira l-meriti kbar li kellu r-raġel li Alla nnifsu mar jagħżel għaliha, biex ikun dak li jħarisha, dak li jħarsilha l-verġinità qaddisa tagħha, u fuq kollox dak li jħarsilha l-Iben tant għażiż li hija tat lid-dinja bl-opra tal-Ispirtu s-Santu. Lin-nies li kienu joqogħdu fil-qrib tad-dar tas-Sagra Familja li kienu jiġu għandha għal xi pjaċir jew ieħor, kienet tgħidilhom “Morru għand Ġużeppi, Hu igħinkom żgur.” U llum anke lilna, ma tiddejjaqx tgħidulna dan il-kliem, għax hija tem-men li hu flimkien magħha jista’ jkun l-aqwa interċessur quddiem is-Sultan tas-Slaten kollha, li tiegħu huma s-smewwiet u l-artijiet u kull ma fihom. Morru għand Ġużeppi, għax huwa wkoll jista’ jwassalkom għand Ġesù!

39 Domma ddikjarata mill-Papa Piju XII fil-Kostituzzjoni Appostolika Minificentissimus Deus, maħruġa fl-1 ta’ Novembru 1950.40 Muscat, P. Noel, op. cit.41 Ibid., u Sciberras, Mons. L., 2009, op. cit., p. 79

42 Healy Thompson, Edward, 1980, The Life and Glories of St. Joseph, p. 423, 46443 Ara s-sit www.catholictradition.org/Joseph/joseph21.htm44 Aqra t-talba ta’ omm Ġakbu u Ġwanni fil-Vanġelu ta’ San Mattew, Kap 20, v. 20

45 Schembri (1996) op. cit., p. 3246 Ibid., p. 3247 San Bernardin ta’ Siena ikkwotat mis-Sermo de S Joseph fil-ktieb ta’ Schembri (1996) op. cit., p. 3348 Ibid., p. 33

Il-Glorja ta’ San Ġużepp mal-qaddisin Law-renz, Luċija, Luigi Gonzaga, Antnin ta’ Padova

u Stanislaw Kostka.Pittur Taljan mhux magħruf, seklu XVIII.

Page 125: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 126: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Għalkemm aħna imdorrijin insemmgħu lil San Ġużepp bħala l-Missier Putattiv ta’ Ġesù, b’dana kollu ma għandniex nifhmu illi huwa kien sempliċiment missier adottiv jew le-gali ta’ Ġesù. San Ġużepp ma adot-tax lil Ġesù, iżda Ġesù ġie mogħti lilu mill-Ispritu s-Santu. San Ġużepp mhux biss il-Missier legali ta’ Ġesù, iżda ġuridikament il-Missier natu-rali tiegħu ukoll. U Kristu skont il-liġi naturali kien obbligat jobdih, għaliex huwa twieled lil Marija u lil Ġużeppi minn żwieġ naturali u perfett. Għaliex kif jgħidilna d-Duttur Anġeliku, dik ir-rabta l-aktar safja bejn Ġużeppi u bejn Marija kienet ordnata preċiżament għal dan il-fini sabiex Ġesù jitwieled minnha. Hekk naraw li Ġesù ġie kkonċeput għal Marija u għal Ġużeppi u għal din ir-raġuni bid-dritt kollu l-iskrittura titkellem minnhom bħala l-ġenituri ta’ Ġesù.

Santu Wistin hekk jitkellem miż-żwieġ ta’ Marija u Ġużeppi, “Imħabba dina ir-rabta invjolata t-tnejn kellhom id-dritt jissejhu l-ġenituri ta’ Kristu.” U kif Marija kienet l-Omm hekk Ġużeppi kien il-Missier billi huwa kien l-Għarus ta’ l-Omm ta’ Kristu. Però għadna nfissru li Ġużeppi qeda dawn il-funzjonijiet fl-ispirtu u mhux fil-ġisem. Fil-qosor dan nistgħu in-fissruh hekk: Ġużeppi kien il-Mis-sier Verġinali ta’ Ġesù kif huwa kien l-Għarus Verġinali ta’ Marija. Santu Wistin fil-priedka 51 iċċara dina il-verità: dak li għamel l-ispirtu s-Santu għamlu għat-tnejn, jiġifieri għal Mar-ija u għal Ġużeppi. Huwa ta lit-tnejn l-iben. Iż-żwieg ta’ Marija u Ġużeppi kien ordnat minn Alla sabiex il-verb inkarnat jitwieled fih. Għalkemm Marija kkonċepiet l-opra ta’ l-Ispirtu s-Santu, l-iben Divin kien mhux biss tagħha iżda ta’ Ġużeppi wkoll billi twieled fl-għaqda taż-żwieġ tagħhom. Ġużeppi bħala Missier għadda bil-perfezzjoni lil kwalunkwe missier ieħor billi huwa kien missier verġinali fi żwieġ verġinali.

Issa wieħed jista’ jipprova jiġbed konklużjoni wara li jirrealizza l-fatt ta’ Ġużeppi bħala Missier ta’ Kristu? Dan ifisser li Ġużeppi, flimkien ma’ Marija, ġie mgħolli ’il-fuq fi sfiera għal

124

Dettall mill-wiċċ ta’ San ĠużeppBottega ta’ Jacopo Palma il Giovane.

Page 127: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Josefoloġija

125

Joe Chetcuti

Artikolista magħruf f ’bosta kotba tal-festi madwar Malta,

kif ukoll f ’ġurnali lokali. Huwa wkoll preżentatur u xandar ta’ programmi dwar festi u marċi

fuq stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni. Devot kbir ta’ San

Ġużepp. Preżentement jokkupa diversi karigi ma’ baned Maltin.

kollox maqtugħa mill-oħrajn kollha, ’il-fuq wisq aktar mid-dinjità sub-limi ta’ l-Appostli kif ukoll mill-għola Troni tal-Ġerarkiji Anġeliċi. Is-seba’ Spirti ta’ quddiem it-Tron ma jistgħux jersqu qrib daqsu lejn Alla. F’kelma waħda Ġużeppi flimkien ma’ Marija ġie merfugħ ’il-fuq fl-istess ordni tal-Unjoni Ipostatika, dak l-ordni li jiġbed l-eċċellenza tiegħu supreminenti mill-għaqda tal-Verb Divin man-natura tagħna ta’ bnedmin. Tliet persuni biss jiffurmaw dan l-ordni l-aktar sublimi: Ġesù, Marija u Ġużeppi. Flimkien huma jiffurmaw it-Trinità ta’ l-art li permezz ta’ Kristu, Alla u bniedem, hija direttament magħquda mat-Trin-ità tas-Sema.

Meta wieħed jgħid dan ikun qal kol-lox. Ħadd ma jista’ jimmaġina dinjità għola minn dik ta’ San Ġużepp għaliex

ir-rabta tiegħu hija ma’ l-Immakulata Omm minn t’Alla u ma’ l-Iben tiegħu Etern, u r-rabta ta’ Ġużeppi hija vera u reali li terfgħu ’il-fuq flimkien ma’ Marija fil-qrib ferm lejn id-dawl tal-viżjoni ta’ Alla. X’jista’ wieħed jgħid mill-qdusija ta’ San Ġużepp? Impos-sibbli li tidħol fid-dettalji, iżda hemm regola ġenerali li biha aħna nistgħu inqiesuha. Dina r-regola jaċċettaha kulħadd, inkluż it-Teologi. San Ber-nardinu jfissrilna dan il-kliem, “Ir-regola ġenerali hija kull meta Alla jagħżel lil xi ħadd għal xi grazzja par-tikolari jew għal xi stat sublimi, Huwa jagħtih dawk id-doni kollha meħtieġa sabiex jaqdi dmirijietu u jagħtih bil-bosta.”

Viva il-Wisq Kbir Glorjuż Patrijarka San Ġużepp – Il-Patrun Universali tal-Knisja Kattolika.

Il-Programm ‘Marci u Bandalori’ fuq Radio 101 imfakkar b’Serata Mużikali f ’għeluq l-Għaxar sena tiegħu

Bil-ħsieb li jkompli jxerred il-kul-tura tal-baned u l-marċi Maltin, il-preżentatur tal-programm ‘Marċi u Bandalori’, Joe Chetcuti, ried joħloq Kullana Kulturali u għalhekk għaxar snin ilu, sewwasew fl-ewwel ġimgħa tax-xahar ta’ April tas-sena 2001, beda jixxandar dan il-programm fuq Radio 101. Programm illi mill-ewwel wera biċ-ċar li kellu popolarità kontinwa. Programm illi serva ta’ vetrina għall-każini kollha tal-banda u pjattaforma għall-marċi antiki u moderni. L-ittri, it-telefonati kif ukoll l-awguri illi il-preżentatur jirċievi jikkonfermaw kemm il-programm ‘Marċi u Bandal-ori’ jinsab fil-Kalendarju Kulturali ta’ kull ġimgha u kemm is-semmiegħa

isegwu b’attenzjoni kull puntata li jkollu.

Sabiex jiġi mfakkar kif jixraq dan il-programm fuq inizjattiva personali tal-Producer innifsu u Preżentatur tal-programm ‘Marċi u Bandalori’ Joe Chetcuti, nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2011 ġiet imtella’ Serata Mużikali li saret ġewwa il-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Nazi-onale La Valette tal-Belt Valletta taht il-Patroċinju tal-Onor. Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi. Waqt dina is-serata ħadet sehem l-Orkestra tal-Junior College taħt id-Direzzjoni tas-Surmast Manoel Pirotta, u saru messaġġi mis-Sur Martin Bugelli Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f ’Malta, mill-preżentatur Joe Chetcuti kif ukoll mill-Onor. Prim Ministru.

Interessanti wkoll illi waqt dina s-serata ġiet ippreżentata kopja tas-Signature Tune l-ġdida għall-programm li hija kompożizzjoni tal-bravu Surmast l-Inġinier Mro. Anthony Camilleri.

Fi tmiem din is-serata mużikali saru preżentazzjonijiet mill-preżentatur innifsu lill-Onor.

Prim Ministru Dr. Lawrence

Gonzi, lis-Surmast Mro. Manoel Pirotta u lis-Soċjetà Filarmonika Na-zionale La Valette.

Wara sar il-ftuħ ta’ wirja ta’ stand-ardi tal-baned Maltin u Għawdxin, bis-sehem anki tal-istandard tal-Banda Sagra Familja, u anke saru xi preżentazzjonijiet lill-preżentatur minn diversi Għaqdiet Mużikali, fos-thom mis-Soċjetà tagħna.

J’alla dan il-programm ‘Marċi u Ban-dalori’ ikompli jwassal lill-Maltin u lill-Għawdxin it-tajjeb u s-sabiħ li għandhom il-baned tagħna. Il-pro-gramm jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fuq Radio 101 fit-8.15 a.m.

Ħajr: Joe MikallefIs-Segretarju Duncan Brincat jippreżenta memento bis-Sagra Familja lill-preżentatur Joe Chetcuti.

Delegazzjoni mis-Soċjetà mmexxija mill-President Noel Mallan waqt il-kunċert ta’ tifkira li sar fis-sede tas-

Soċjetà Filarmonika La Valette, il-Belt Valletta.

Page 128: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

126

Page 129: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Kav. Duncan BrincatB.Com. (Hons.), OBSS

Gradwat fl-Ekonomija mill-Università ta’ Malta, ilu jokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat sa mis-sena 2001. Għamel żmien Ret-tur tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp u

anki Segretarju tal-Grupp Fratel-lanzi Maltin. Kavallier tal-Ordni

Biżantin tas-Santu Sepulkru.

Josefoloġija

127

Dan l-artiklu jkompli mill-ħarġa tas-sena l-oħra, fejn ser inkomplu nagħtu deskrizzjoni tad-dehra ta’ San Ġużepp ġewwa Itapiranga fil-Brażil.

F’dan il-mument kien imiss lil San Ġużepp biex iwassal il-messaġġ tiegħu, “Ibni l-għażiż, nixtieq nerġa’ nkellmek fuq il-grazzji li l-Qalb Safja tiegħi tixtieq ixxerred mal-bnedmin kollha. Il-Qalb Safja tiegħi, minħabba l-imħabba kbira li tinstab fiha, tippro-va b’kull mezz li ssalva lill-bnedmin kollha mid-dnub. Ibni Ġesù, permezz ta’ qalbi, jixtieq jaqsam il-barka tiegħu mall-bnedmin kollha. Jien naf li ħafna minnkom jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet kbar, minħabba li f ’dawn l-aħħar żminijiet il-bnedmin mhux qed jinħabbu iżjed u mhux qed jgħinu lil xulxin; mill-banda l-oħra qed jgħixu b’qalbhom mimlija bi kburija, b’qerq, b’gideb, b’ingann, b’ambizzjonijiet, b’malafami, bi ħdura u ħafna ak-tar affarijiet żbaljati li huma kollha konsegwenza tat-tbegħid tagħhom minn Alla. Ibni, qed tara kemm kelli nsofri ħdejn Ibni Ġesù u marti Mar-ija Santissima. Kif diġà għidtlek, jien irċevejt mingħand Alla l-Missier il-

missjoni li nkun ħarries u protettur ta’ Ġesù u Marija. Ibni, il-qalb tiegħi kienet mimlija dieqa għaliex, peress li aħna konna nies sempliċi u mingħajr kundizzjonijiet tajba ta’ ħajja, xtaqt li nagħti ħajja denja lill-Iben tal-Iktar Għoli. L-uniku mezz li kelli biex ni-sta’ ngħajjxu kienet il-ħidma tiegħi ta’ mastrudaxxa. Mhux dejjem ix-xogħol li għamilt kellu dħul tajjeb, għaliex f ’dak iż-żmien il-ħajja wkoll kellha l-problemi tagħha. Madankollu dejjem kelli fiduċja fil-providenza divina, li kienet tgħinna fil-veru bżonn tagħna sabiex ngħixu aħna u l-Bambin Alla, Ibni l-maħbub, Ġesù Kristu. Alla kien jippermetti li jien ngħaddi minn dan kollu sabiex nikber fil-fiduċja lejn il-providenza tiegħu u sabiex il-virtù tal-umiltà titwaħħad f ’ruħi u b’hekk issir eżempju għall-bnedmin u l-ħaddiema kollha. Huma jridu jwettqu b’imħabba u b’paċenzja d-dmirijiet tagħhom tax-xogħol. Għalhekk jien il-mudell tal-ħaddiema kollha. Għaldaqstant, ibni l-għażiż, ħabbar lil dawk kollha li se jagħtu ġieh lil din qalbi u li se jkollhom fiduċja fija u fl-interċessjoni tiegħi li jien qed inwiegħed lilhom li mhux se nabbandunahom. Fid-diffikultajiet u fil-mumenti ta’ prova tal-ħajja, se nitlob lill-Mulej sabiex jgħinhom bil-providenza divina tiegħu fil-problemi tagħhom, kemm materjali kif ukoll spiritwali. Il-missirijiet u l-ommijiet li se jikkonsagraw lilhom infushom u l-familji tagħhom lill-qalb tiegħi, se jkollhom l-għajnuna tiegħi kemm fid-dieqa u fil-problemi, kif ukoll fit-trobbija u l-edukazzjoni ta’ uli-edhom. Kif jien rabbejt lill-Iben tal-Iktar Għoli fil-liġijiet qaddisa tiegħu, hekk ukoll se ngħin lill-missirijiet u lill-ommijiet kollha li jikkonsagraw lil uliehom lili; ngħinhom sabiex irab-buhom fl-imħabba u fil-liġijiet qaddi-sa ta’ Alla sabiex ikunu jistgħu jimxu fil-mogħdija żgura tas-salvazzjoni. Issa ngħid lill-bnedmin kollha: kunu ikkonsagrati lill-Qalb Safja tiegħi. Jikkonsagraw kollox: ħajjithom, fam-ilthom, il-ħidma kollha tagħhom,

għaliex qalbi hija l-fonti ta’ grazzja ġdida li Alla qed jagħti lid-dinja kollha. Dan hu l-messaġġ tiegħi lill-bnedmin kollha. Nifrex il-mant tiegħi fuq id-dinja kollha u fuq il-Knisja Mqaddsa. Afdaw fija u tirċievu l-grazzji kollha. Imbierek lil kulħadd fl-isem tal-Mis-sier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen. Niltaqgħu ma ndumux.”

Is-Sitt Messaġġ tal-Qalb Safja ta’ San Ġużepp: 7 ta’ Marzu 1998, 21.20San Ġużepp deher liebes mant ħadrani kulur il-weraq, tunika skura kulur l-irmied, filwaqt li kien qed iżomm l-id leminija ta’ Ġesù. Sidtna Marija kienet liebsa mant kaħlani, libsa bajda b’velu abjad. Il-bambin kien liebes tunika kulur isfar ċar.

San Ġużepp tkellem u qal, “Ibni l-għażiż, f ’dan il-lejl, ibni Ġesù u l-mara qaddisa tiegħi Marija Santissima se nberkukom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ibni l-għażiż, ibni Ġesù huwa wisq qal-bu sewda minħabba d-dnubiet tal-bnedmin. Huwa jixtieq jagħmel ħaqq mill-bnedmin kollha li ma jixtiequx jafu b’indiema, u jkomplu, b’rashom iebsa, jwettqu d-dnub. Ara, ibni, jien qed inżomm idu iebsa, u b’hekk in-waqqfu milli jagħmel ħaqq fuq il-bnedmin kollha. Lilu nistaqsi, per-mezz tal-grazzji ta’ qalbi u għax kont denn li ngħixu miegħu, u għajjixtu

Dehriet ta’ San Ġużepp (3)

Itapiranga, Brazil.

Kappella li twaqqfet f ’Itapiranga biex tfakkar dawn id-dehriet.

Page 130: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

128

b’imħabba ta’ missier f ’din id-dinja u hu ħabbni minħabba ta’ wild, sabiex ma jikkastigax id-dinja għal dak li qed twettaq, imma sabiex, f ’ġieh dawk iż-żgħar tiegħi li jagħtuni ġieh lili u lill-Qalb Safja tiegħi, ikollu ħniena mid-dinja. Kemm dnubiet jiġu mwettqa fid-dinja, iben tiegħi! Huwa meħtieġ li l-bnedmin jagħmlu penitenza, li jindmu mill-ħażen li jwettqu, għaliex illum il-ġurnata Alla jirċievi offiżi inġusti minn bnedmin ingrati. Huma ħafna llum l-offiżi, is-sagrileġġi u l-indifferenzi minn ħafna bnedmin! Hu minħabba f ’hekk li llum iseħħu fid-dinja ħafna diżgrazzji bħal gw-erer, faqar, mard u ħafna affarijiet oħra ta’ dwejjaq li l-bniedem iltaqa’ magħhom għaliex ħadha kontra Alla. Alla jħalli lill-bnedmin ħielsa sabiex huma jsegwu t-triq tiegħu sabiex juru lil kulħadd li mingħajru qatt m’huma se jkunu kuntenti. Huwa jippermetti li l-bnedmin jgħaddu minn tant uġiegħ sabiex juriehom x’inhuma l-konseg-wenzi li d-dnub iwettaq f ’ħajjithom. Il-ħaqq divin jagħmar lill-bnedmin għaliex ma jkunux iridu jobdu r-rieda t’Alla; minħabba f ’hekk, ibni l-għażiż, f ’dawn l-aħħar żmenijiet, il-bnedmin huma iktar ta’ rashom li jwettqu d-dnubiet. Għal xi wħud l-aktar li jinter-essahom huma l-ferħ li tagħti d-dinja u mhux l-imħabba t’Alla u l-kman-damenti tiegħu. Il-ħaqq t’Alla mhux se jdum ma jseħħ, u jsir b’mod li qatt ma deher u jinfirex mad-dinja kollha. Allura, ibni l-għażiż, għid lil kull min jagħti ġieh lil din Qalbi Safja li jien nagħti l-grazzja tal-protezzjoni tiegħi minn kull uġiegħ u periklu. Dawk li se jitilqu lilhom infushom f ’idejja, mhux se jintlaqtgħu minn diżgrazzji, gwerer, ġuħ, mard u uġiegħ ieħor, anzi jkoll-

hom minflok qalbi bħala kenn ta’ protezzjoni. F’din il-qalb, fil-jiem li ġejjin, kulħadd se jkun protett mill-ħaqq divin, għaliex bil-kon-sagrazzjoni u bl-għotja ta’ ġieh lil qalbi, se jidhru quddiem ibni Ġesù b’għajnejn ta’ ħniena. Ġesù se jiżra’ imħabbtu u se jħalli jidħlu fil-glorja tas-Saltna tas-Smewwiet lil dawk kollha li se jkunu f ’qalbi. Dan hu l-messaġġ tiegħi għal dan il-lejl. Imbierek

lil kulħadd fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Amen. Niltaqgħu ma ndumux.”

Is-Seba’ Messaġġ tal-Qalb Safja ta’ San Ġużepp: 8 ta’ Marzu 1998, 21.20San Ġużepp deher liebes tunika marun skura b’mant marun ċar. Hu kien imdawwar bi tnax-il anġlu bi ġwienaħ kbar. Din id-darba huwa qal, “Ibni l-għażiż, qalbi tfur bil-ferħ f ’dawn iż-żjarat. Jien nixtieq inxerred il-grazzji li l-Mulej jippermettili li nagħti. Nixtieq permezz ta’ qalbi in-wassal lill-bnedmin kollha għand Alla. Hawn, ġewwa qalbi, il-bnedmin kollha se jkollhom kenn u permezz ta’ din il-qalb se jifhmu l-imħabba t’Alla f ’ħajjithom. Ibni l-għażiż, dawk kollha li se jxerrdu d-devozzjoni lejn qalbi, u jwettquha b’imħabba sinċiera, jistgħu jibqgħu ċerti li se jkollhom isimhom imnaqqax fil-qlub ta’ Ġesù u ta’ Mar-ija, hekk kif is-salib ta’ ibni Ġesù u l-ittra ‘M’ jinsabu mnaqqxa bħala pjagi. Dan hu minnu wkoll għas-saċerdoti li jien tant inħobb. Dawk is-saċerdoti li se jkabbru d-devozzjoni lejn qalbi u se jxerrduha, se jkollhom il-grazzja, mingħand Alla, li jmissu l-qlub l-iżjed iebsa u li jikkonvertu l-midinbin l-iżjed diffiċli. Mhux li kien li kulħadd ixerred id-devozzjoni lejn qalbi! Hu Alla nnifsu li jixtieq hekk. Lil dawk kollha li se jisimgħu dan l-appell, nagħtihom il-barka tiegħi.”

Waqt din id-dehra, San Ġużepp was-sal messaġġ lil wieħed minn dawk preżenti, “Int trid ixxerred mal-bned-min kollha din id-devozzjoni, ibni l-għażiż. Int mogħti minn Alla l-mis-sjoni bħala Appostlu ta’ qalbi. Kellem lil kulħadd fuq imħabbti! Aktar tard niġi nkellmek dwar affarijiet ohħra li se jkunu ħafna importanti għas-

salvazzjoni ta’ tant erwieħ. Alla tak missjoni kbira. Afda fijja u ssir taf kif twettaq din il-missjoni. Issa mbierkek, fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen!”

Messaġġ ta’ Marija u ta’ ĠesùWara dawn id-dehriet u messaġġi ta’ San Ġużepp, kien imiss żewġ messaġġi mingħand Marija Santissima u mingħand Sidna Ġesù. Fl-ewwel de-hra, li seħħet nhar id-9 ta’ Marzu 1998 għall-ħabta tad-21.20, San Ġużepp deher liebes mant kulur vjola b’tunika bajda, il-Madonna b’mant kaħlan u libsa bajda, filwaqt li l-Bambin Ġesù li kien jinsab f ’idejn San Ġużepp deher liebes l-abjad.

F’dan il-messaġġ, il-Madonna qalet lil Edson li hi, Ġesù u San Ġużepp kienu se jbierku d-dinja kollha. Hija talbet li kulħadd jgħid it-talba tar-rużarju u s-seba’ Kredu. Il-Missier Etern kien qed jagħti grazzji kbar grazzja kbira lil dawk li kienu se jagħtu ġieh lill-Qalb Safja ta’ San Ġużepp, dik li f ’ħajjithom ikollhom il-preżenza tagħha stess bħala omm b’mod partikulari. Hi kompliet twiegħed li, “Alla jagħtikom il-grazzja li tilħqu qdusija perfetta u li timitaw il-virtuwijiet tar-raġel tiegħi Ġużeppi, bl-istess imħabba perfetta li hu għex. B’hekk, ibni l-għażiż, il-bnedmin jitgħallmu jħobbu lill-ibni Ġesù u lili bl-istess imħabba tar-raġel tiegħi Ġużeppi.” Sidtna Marija tem-met tgħid li l-qlub qaddisa tagħhom se jkunu kenn għall-bnedmin kollha. Fi tmiem ta’ dan il-messaġġ, is-Sagra Familja tat il-barka tagħha, u waqt li kienu qed jogħlew lejn is-sema, Sidtna Marija bi tbissima qalet, “Fl-aħħar il-qlub tagħna magħqudin se jirbħu!”

L-għada għall-ħabta tal-istess ħin, de-her Ġesù u qal, “Ibni l-għażiż, illum inxerred il-grazzji ta’ qalbi u imbierek lill-bnedmin kollha. Nixtieq li l-bned-min kollha jkollhom devozzjoni lejn il-Qalb Safja ta’ San Ġużepp, Missier Verġni tiegħi. Dawk kollha li se jagħtu ġieh lil qalbu jagħmluni kuntent. Mur tkellem mal-bnedmin kollha dwar din id-devozzjoni li lilek ġiet rivelata. Jien qed intik din il-missjoni. Kif diġà għidtlek, int trid tħobb lil Ġużeppi bħal ma nħobbu jien, għaliex meta

Pittura oħra li turi t-Tliet Qlub Imqaddsa, bid-dawl ħiereġ jirrifletti mill-Qalb Safja ta’ San Ġużepp.

Page 131: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Josefoloġija

129

tħobbu tkun qed tagħmel ir-rieda tiegħi u tkun qed tixbahni f ’kollox. Irrid is-salvazzjoni tal-midinbin koll-ha. Jien inħobbhom kollha, jien Alla tagħhom, ħlaqthom u nixtieq li jkunu ferħana ma’ ġenbi u li jaqsmu mħabbti u l-glorja tal-ġenna. Għalhekk, ibni, dawk kollha li se jagħtu ġieh lill-Qalb Safja ta’ Ġużeppi, Missier Verġni tiegħi, se jirċievu l-grazzja li jirbħu l-bsaten fir-roti tal-għadu tas-sal-vazzjoni, u b’hekk jirbħu l-eżistenza tagħhom fis-Saltna ta’ Missieri fis-se-ma. Dawk li, f ’din id-dinja, se jagħtu ġieh lil din il-Qalb Safja, jirċievu fiċ-ċert glorja kbira fis-sema. Din il-garanzija mhux se tingħata lil dawk li mhux se jagħtuha ġieh kif qed nit-lob jien. L-erwieħ devoti ta’ Ġużeppi, Missier Verġni tiegħi, jiksbu l-viżjoni qaddisa tat-Trinità Qaddisa u jiksbu għarfien ta’ Alla fi tliet persuni, qad-dis tripplu. Fis-saltna tas-smewwiet se jifirħu mdawwrin b’Ommi tas-sema, u b’Ġużeppi Missier Verġni tiegħi, u anki tal-meravilji tas-sema, riservati għalihom mill-bidu taż-żmien. Dawn l-erwieħ se jkunu maħbuba mis-San-tissima Trinità u minn Ommi Marija Santissima, u se jdawwru l-Qalb Safja tal-Missier Verġni, daqs li kieku jkunu l-isbaħ ulied. Din hi l-akbar wegħda tiegħi lill-bnedmin tad-dinja kollha u għad-devoti tal-Missier Verġni Ġużeppi. Jien imbierkek, ibni l-għażiż. Imbierek lill-familja tiegħek kollha u lid-dinja kollha. Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen. Niltaqgħu ma ndumux.”

Ave ĠużeppiMinn dawn id-dehriet ta’ San Ġużepp nistgħu nisiltu għaxar wegħdiet im-portanti: tmienja li ngħataw matul id-dehriet ta’ San Ġużepp stess (b’żewġ wegħdiet jingħataw fis-6 ta’ Marzu, u wegħda f ’kull dehra oħra), waħda fid-dehra tal-Madonna u oħra matul id-dehra ta’ Ġesù.

F’dehra oħra li seħħet aktar qrib żmienna, fis-7 ta’ Jannar 2003, Ġesù wassal talba modifikata lil Edson, lie-ma talba kienet miktuba diversi snin qabel minn San Lwiġi Maria Grignon de Monfort. Din it-talba bl-isem ta’ Ave Ġużeppi qegħda kif ġej: “Sliem għalik Ġużeppi bin David, raġel ġust u

verġni, l-għerf miegħek. Imbierek inti fost il-bnedmin u mbierek Ġesù, frott ta’ Marija martek. San Ġużepp Missier denn u ħarries ta’ Ġesù Kristu u tal-Knisja Mqaddsa, itlob għalina midin-bin u agħtina l-grazzja mingħand Alla tal-għerf divin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen.”

Fl-għodwa tad-29 ta’ Marzu 2003, waqt li Edson kien qed jitlob lil San Ġużepp, huwa dehrlu f ’dehra sabiħa, u beda jurih il-Qalb Safja tiegħu. De-her propju matul li kien qed jitlob it-talba tal-Ave Ġużeppi, u waqt li beda jħares lejh, qallu, “Xerred din it-talba qalb il-bnedmin kollha. Permezz ta’ din it-talba il-Mulej jixtieq li ismi jkun iżjed magħruf u maħbub, u u jixtieq jagħti permezz tagħha bosta grazzja lil dawk kollha li jitolbu biha u jkunu qed jagħtuni ġieh. Dawk li se jitolbu din it-talba se jirċievu bosta grazzji mis-sema. Permezz tagħha, jien se niġi mitlub mad-dinja kollha, u nkun ni-sta’ permezz ta’ qalbi li jkun maħbub u mogħti ġieh, inwassal tant grazzji lill-midinbin li jkollhom bżonn għajuna qaddisa.

Huwa importanti li din it-talba ssir magħrufa minn kulħadd. Mhux li kien li din tinxtered f ’kull imkien, sabiex kulħadd jingħata l-grazzja mingħand Alla. Din hija r-rieda tiegħu, u qed nirrivelaha lilek f ’dan il-mument.”

Is-Sitt modi ta’ kif jingħata ġieh San ĠużeppSkont Edson, jeżistu sitt modi ta’ kif San Ġużepp jista’ jingħata ġieh:1. Santa tal-Qalb Safja tiegħu, skont id-dehra tal-25 ta’ Diċembru 1996, fejn Ġesù u Marija urew lid-dinja l-Qalb ta’ San Ġużepp.2. Il-Festa tal-Qalb Safja ta’ San Ġużepp, talba li għamel Ġesù fis-6 ta’ Ġunju 1997, festa tal-Qalb Im-qaddsa tiegħu, “Nixtieq li l-ewwel Erbgħa wara l-festa tal-Qalb Im-qaddsa tiegħu u l-Qalb Immaku-lata ta’ Marija, issir il-festa tal-Qalb Safja ta’ San Ġużepp.”3. Ir-Rużarju tas-seba’ duluri u s-se-ba’ ferħat ta’ San Ġużepp, li miegħu għandha tintqal ukoll it-talba li San Ġużepp stess talab li tingħat fid-

dehra tad-29 ta’ Marzu 2003. Dan sa-biex kif qal Ġesù stess, “meta jitlissen l-isem qaddis u qawwi ta’ Ġużeppi, jitriegħed l-infern u jaħarbu x-xjaten.”4. Il-labtu ta’ San Ġużepp li ġie rivelat l-ewwel darba f ’dehra li seħħet fl-14 ta’ Lulju 2000 fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu f ’Aylesford fl-Ingilterra (fl-istess post fejn Sidtna Marija de-hret lil San Xmun Stokk), u t-tieni darba ġewwa Sciacca f ’Agriġento fl-Italja, fis-16 ta’ Lulju 2001, festa tal-Madonna tal-Karmnu. Fi kliem il-Madonna stess, dawk kollha li jilbsu dan il-labtu jingħataw ħarsien minn San Ġużepp daqs li kieku huma prop-jetà tiegħu, minbarra l-grazzji kbar li tagħti l-Qalb Safja tiegħu. Dan għaliex dan il-labtu għandu jfakkar fil-virtu-wijiet tiegħu: is-safà, l-ubbidjenza, is-skiet u l-umiltà.5. It-tixrid tad-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ San Ġużepp mwaħħda mal-opri tajba ta’ karità u għajnuna ta’ persuni fil-bżonn, bl-aktar mod speċjali l-morda u l-moribondi, skont id-dehri-et li seħħew f ’Marzu 1998.6. L-ewwel Erbgħa ta’ kull xahar, li għandhom jiġu mfakkra bħala ġranet ta’ grazzji speċjali, fejn San Ġużepp ixerred grazzji straordinarji fuq dawk kollha li jersqu lejh fit-talb tagħhom.

Nota Editorjali: Infakkru li fuq dawn id-dehriet m’hemm l-ebda ap-provazzjoni mill-Knisja Kattolika, u għalhekk dak li qed nippubblikaw għandu jitqies b’dan il-mod.

Immorru għand Kristu permezz ta’ Ġużeppi u Marija. li kienu bil-wisq devoti tal-Qalb

Imqaddsa tiegħu.

Page 132: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

130

Page 133: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

131

Page 134: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

132

Page 135: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Josefoloġija

133

Fr. Martin MamoOFM Cap.

Ilu saċerdot 21 sena, bħala Patri mall-Franġiskani Kapuċċini. Ig-gradwa mill-Università ta’ Malta

fil-Baċellerat u fil-Liċenzjat tat-Teoloġija Ġenerali. Ħadem f ’bosta

setturi differenti, fosthom maż-żgħażagħ u anki bħala Kappillan

fl-Isptar San Luqa.

“Irrid nara kif nimxi, biex ma nagħmilx dnubiet bi lsieni; Inqiegħed fuq fommi sarima, sakemm idum il-ħażen quddiemi. Għalaqt ħalqi u bqajt sieket.” Salm 39. 2-3.

Għeżież Kalkariżi, Illum xtaqt li nitkellem ftit magħkom fuq il-virtù l-aktar li jispikka f ’San Ġużepp il-Patrun tagħna, il-virtù tas-silenzju. Ma nistgħux inħobbu lil San Ġużepp u miegħu ukoll lil Marija San-tissma jekk ma nippruvawx nixbħuh fil-virtujiet tiegħu. San Ġużepp jispikka fis-skiet flimkien ma’ Marija fl-aħbar tat-twelid ta’ Kristu, fis-skiet f ’Betleħem, fis-skiet meta ppreżentaw lil Ġesù fit-tempju, fis-skiet fil-ħarba lejn l-Eġittu u lura, u fis-skiet meta tilfu lil Ġesù fit-tempju. Ħajtu kienet tispikka fil-qawwa tagħha għax kien bniedem ta’ skiet.

‘Is-silenzju huwa deheb’ kienu jtennu l-għorrief antiki. Imma aħna illum dawn il-ħjut prezzjużi tad-deheb, ftit nistmawhom. Qed ngħixu fi klima moderna ta’ parlamentariżmu u ta’ ġurnaliżmu qawwi; irridu nitkellmu fuq kollox u niċċensuraw lil kulħadd, għalkemm illum il-ħajja liberali qed issikket lill-istess ċensura. Mur immaġina fina nissaportu s-sarima fuq ħalqna.

Nistaqsi: Is-silenzju llum għad għandu postu?

Dun Ġorġ Preca kien iħobb jgħid; ‘il bene non fa chiasso e l’chiasso non fa bene’ li tfisser li t-tajjeb ma jagħmilx storbju u l-istorbju ma jagħmilx tajjeb. Daż-żmien aħna lkoll inħossuna ftit jew wisq għalliema u nagħmluha ta’ għalliema. Dan jispikka l-aktar meta fuq it-televixin fi programmi ta’ dis-kussjoni kulħadd jipprova juri kemm jifhem, u allura kulħadd jgħid tiegħu bl-aktar mod konvinċenti u kultant b’awtorità. Jidrilna li m’għandniex ħlief għerf xi nxerrdu madwarna, u ġudizzju u opinjonijiet x’niżirgħu. Mhux lakemm nisktu, biex noqgħodu nisimgħu ftit. Imma allura, nifhmu jew ma nifhmux x’siwi għandu s-si-lenzju?

San Benedittu jgħidha mingħajr

tlaqliq, “Li jitkellem u jgħallem hija ħaġa li tixraq lill-imgħallem, lid-dixxiplu jixraqlu jiskot u jisma’”(Reg 6.) Naqraw li San Tumas t’Aquino kien imlaqqam mid-dixxipli sħabu bħala “l-gendus Sqalli mutu”. Għax kif stqarr hu stess wara, ma kienx iqis ruħu jixraqlu jitkellem quddiem l-imgħallem taghħom San Albertu l-Kbir.

Mela biex nibdew nifhmu xi ftit x’siwi għandu s-silenzju fil-ħajja tagħna, ir-ridu nidraw inħossu li aħna dixxipli. U l-ewwelnett dixxipli ta’ Dak li qal-ilna, “Tgħallmu minni...”

Is-Silenzju quddiem il-Kelma.Fil-ħajja spiritwali, is-silenzju għandu ħafna valuri fih in-nifsu. Fit-talb jidħol bħala dimensjoni li ma nistgħux nirrinunzjaw għaliha. Madelaine De-brel (fundatriċi tal-Missjunarji tal-Karità) kienet tgħid li s-silenzju xi drabi jfisser li tiskot, imma dejjem ifisser li tisma’. Jiġifieri dejjem tinte-bah bil-preżenza ta’ xi ħadd. Għax it-talb huwa prinċipalment tweġiba għas-smigħ: smigħ mitlub lilna mill-Kelma ta’ Alla. Allura malajr titfaċċa l-problema tas-silenzju. Biex tisma’ trid tiskot.

Quddiem il-Kelma ta’ Alla, l-atteġġjament essenzjali huwa dak tas-smigħ, tal-ftuħ tal-qalb, li nistgħu ngħixu biss fis-silenzju. Jekk nitkellmu biss mingħajr ma nisimgħu, inkunu reċipjenti vojta li nagħmlu ħsejjes voj-ta. Hekk jgħidu l-Ingliżi, “empty vessles make most sound.” Fil-paniġierku li għamilt il-Belt Valletta din is-sena lil San Pawl fl-10 ta’ Frar, hekk tlabt, biex inħallu lil Alla jagħtina formazzjoni tal-qalb aktar milli tal-moħħ. U dan iseħħ fis-silenzju.

Alla l-Missier jgħid Kelma waħda, u jgħidha f ’silenzju nfinit, “ir-ruħ li trid tisma’ l Alla u tilqa’ l-Kelma tiegħu, għandha tidħol f ’dan is-silenzju.” (S.Ġwann tas-Salib).

Imma x’inhi din il-Kelma waħdanija?Hija l-Verb ta’ Alla, hija Kristu. Li nisimgħu l-kelma ta’ Alla jfisser nilqgħu l-Kelma li għandha tinkarna

ruħha fina. Jekk il-Kelma t’Alla tinkar-na ruħha fina x’jiġri? Jiġri li aħna stess insiru Kelma. Allura ħajjitna ssir tassew talba. Alla jkun kellimna, ik-komunika magħna. U issa jkun kelma ħajja, “kelma li ddaħħalna f ’relazzjoni ma’ xi ħadd” (Don Divo Bersotti).

Iżda biex ikun hemm relazzjoni ħajja, ma jfissirx li jrid jinstema dejjem il-ħoss tal-kelma. Veru li l-kelma hija l-mezz normali ta’ komunikazzjoni fostna l-bnedmin, sew bejnietna stess, kemm m’Alla fit-talb. Imma l-kliem mhuwiex il-possibbiltà waħdanija li għandu l-bniedem biex jikkomunika. Anzi jinħassu ċerti sentimenti, li l-kliem ma jkunx kapaċi jfissirhom. U hawn jidħol is-silenzju, li jirnexxilu jasal fejn il-kelma tibqa’ ’l bogħod.

Fil-kamra tiegħi għandi inkwadru tal-Verġni Marija li għandha subajha quddiem xuftejha, u taħt hemm kitba li tgħid hekk, “għalliema tas-skiet, xeb-ba li titlob.”

Fil-ħajja ta’ kull nisrani jeħtieġ li jkun hemm ħinijiet ta’ silenzju, jekk irid iżomm ruħhu ħieles għal Alla. U dan ifisser li jrid jibla’ doża mdaqqsa ta’ ħelsien, mill-istorbju u mill-preokku-pazzjoni ta’ kuljum, mad-dmirijiet u mar-responsabbiltajiet ta’ kuljum, jekk tassew għandu għal qalbu li jħoss il-ħtiega tal-ġabra. U li jħejji pos-

Page 136: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

134

sibbiltà abitwali għal dan is-silenzju ġewwieni, li hu l-kundizzjoni bażi tat-talb u tas-smigħ tal-Kelma.

Is-silenzju fir-relazzjonijiet Umani.Min naħa l-oħra, is-silenju ma jesk-ludix ir-relazzjonijiet qawwija u ġenwini ta’ fraternità mal-bnedmin. Mingħajru ma tingħatax ħajja tassew soċjali. Għalhekk is-silenzju la jfiss-er li kull wieħed u waħda minna ninqatgħu fi gżira għalina, u l-anqas li noqogħdu nehdew bina nfusna biss. Għall-kuntrarju, dak l-istess silenzju li jagħmilna attenti għall-preżenza ta’ Alla u jħaffer fina fond biżżejjed biex nilqgħu l-messaġġ tiegħu, jitfagħna fid-dinja ta’ madwarna, u jimmarka r-relazzjonijiet li jkollna ma ħutna l-bnedmin b’ċerta dinjità mhux biss spiritwali u morali imma wkoll uma-na. Li nagħrfu nisktu biex inkunu nistgħu nisimgħu lil ħaddiehor jitkellem. Li nagħtu lil ħaddieħor iż-żmien u l-possibbilità biex juri l-mod kif jaħsibha, jew biex jiftaħ qalbu magħna u jserraħha mill-inkwiet li jkun qed itaqqalha. Dawn huma virtujiet soċjali assolutament meħtieġa f ’dik li hi msejħa ħajja ta’ relazzjoni. Il-konversazzjoni titlob djalogu, u djalogu jfisser li nalternaw il-kliem u s-silenzju. Irid ikollna s-sabar noqgħodu nisimgħu dak li ħaddieħor ikollu x’jgħid. Imbagħad wara inwieġbu fuq dak li nkunu smajna. Huwa l-Imgħallem Intern, l-Ispirtu s-Santu, li jnebbaħna l-kelma flokha u f ’waqtha li għandha nlissnu. Imma dan ma jkunx possibbli jekk qabel kol-lox u qabel kulħadd inżeffen il-“jien” tiegħi, i.e. Li dejjem irrid nitkellem jien u ma nismax, la lilek u lanqas lil Alla jkellimni. Minn hawn tidher il-ħtieġa tas-silenzju bħala tħejjija sew għas-smigħ, kif ukoll għat-taħdit mitlub mir-relazzjonijiet umani tassew f ’saħħithom.

Is-silenzju huwa meħtieġ ukoll għall-bniedem biex ma jħallix ilsienu jgħelbu u jabbuża bih, għax b’hekk jitħassru r-relazzjonijiet umani. San Ġakbu jwissina, “Araw li kull bniedem ikun ħafif biex jisma’, tqil biex jitkel-

lem, tqil biex jinkorla, għax bniedem inkurlat ma jagħmilx il-ġustizzja ta’ Alla.” (Ġak:19-20) U jkompli juri kif l-ilsien jista’ jkun mezz ta’ barka jew ta’ saħta, skond kif wieħed jużah. Jammetti li aħna lkoll niżbaljaw ta’ sikwit, għax lil din il-biċċa laħam ta’ ġo ħalqna nagħtuha x’tagħmel wisq. U jifraħ lil min ma jiżbaljax, f ’dak li jgħid. Għax “dan ikun perfett, kapaċi jrażżann ġismu kollu.” Ġak3:1-13.

Ġużeppi u Marija huma Mudell tas-silenzju.Nistgħu naslu f ’din il-perfezzjoni li nliġġmu lsienna f ’ħinu u f ’waqtu, b’mod li meta jeħtiġilna nitkellmu, kliemna jkun jiswa’ għallinqas daqs il-ġawhar. Għaliex le? “Għal Alla kol-lox jista jkun” (Mk10:27) Oħrajn dan għamluh qabilna. Biżżejjed inħarsu lejn Marija u Ġużeppi, żewġ mudelli ta’ silenzju għalina, li f ’ħajjithom es-perimentaw kemm huwa minnu dak li jgħid il-profeta Isaija “Fis-skiet u l-fiduċja qiegħda l-qawwa tagħkom.” (Is 30:15)

Kemm Marija u kemm Ġużeppi sik-tu.Il-Verġni Marija siktet biex taħbi l-misteru li kien twettaq fiha, u żżomm is-sigriet tas-Sultan il-Kbir, għax ma kienet irċeviet l-ebda kmand mis-sema biex tikxfu. Kienet iżżomm f ’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u toqgħod taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha.

San Ġużepp ma riedx jesponi lil martu għat-tħaġġir. Għalkemm ma setax jiddubita mill-qdusija u s-safa tagħha, lanqas seta’ jfisser l-oriġini ta’ dak li għajnejh kienu qed juruh b’mod daqshekk ċar, li jara lil Marija tqila, u allura qalbu kienet qed tin-fena bil-għali. Is-skiet ġiegħel lil Alla jitkellem għalihom. Leħen l-anġlu, il-messaġġier t’Alla, kien ta’ difiża għal Marija u ta’ assikurazzjoni għal Ġużeppi. (Mt1:20). Bl-aħbar “la tibżax”.

Aħna wkoll meta napprezzaw x’siwi għandu s-silenzju, nindunaw li s-si-lenzju:

Huwa att ta’ fidi f ’Alla u t’aċċettazzjoni għar-rieda tiegħu.

Huwa turija ta’ qima lejH u ta’ tama fiH.

Huwa dik il-klima meħtieġa biex nisimgħu l-Kelma ta’ Alla u nħalluha tinkarna ruħha fina.

Huwa mezz li jgħin ir-relazzjonijiet tagħna l-bnedmin bejnietna.

Nibdew nagħmlu minnu l-karatter-istika ta’ imġieba tagħna u jkunilna xhieda ta’ dik il-konvinzjoni profonda li tkun ġegħlitna nagħmlu l-għażla bażika ta’ ħajjitna.

Il-lingwa tas-skiet.Qatt ħarist ġo bir fond u qgħadt għal ftit tissemma’ dak is-silenzju ta’ ġo fih? Qatt ippruvajt tifhem il-lingwa tal-baħħ tal-bir? Carlo Carretto fil-ktieb tieghu ‘A Dezert in the City’ jgħid li “l-kwiet u l-paċi jinsabu fid-deżert tal-qalb”. Kull nisrani għandu jkun kon-templattiv għalkemm jgħix fl-istorbju u l-ġirja tal-ħajja.

Fil-qalb tagħna hemm deżert, hemm is-silenzju, fejn hemm xi ħadd jisten-na biex jgħinna nimxu fuq il-mewġ imqalleb tal-moħħ u r-ruħ tagħna. Iva, nistgħu noħolqu silenzju fil-qalb tagħna u nsibu l-imħabba ta’ dak li jif-himna f ’kollox: Ġesù.

Fondi u profondi huma l-bjar tas-silenzju. Tnejn li jinħabbu jistgħu

San Ġużepp siket u għamel ir-rieda t’Alla.

Page 137: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Josefoloġija

135

joqgħodu ħin twil flimkien mingħajr ma jgħidu kelma, u f ’dak is-silenzju ta’ mħabba jitkellmu l-qlub. L-istess jiġri quddiem Alla tagħna. Meta bniedem jiltaqa’ miegħu, ma’ Ġesù, u jidħol fil-profond tiegħu, isir jixbhu u kull min jiltaqa’ miegħu jara li fih hemm il-vera paċi. Hekk kienu Ġużeppi u Marija.

Kemm ġieli smajna ‘Dak bniedem t’Alla’. Is-silenzju huwa importani u jeħtieġ li nitgħallmu nużawh. Jekk irridu nixbhu lil Ġużeppi u lil Mar-ija irridu nipprattikaw is-silenzju. Nitgħallmu nisimgħu lill-oħrajn. Sabar biex tisma’ u tiskot biex tifhem lil ħaddiehor. Din hija l-lingwa tas-silenzju li twassal għall-imħabba, li llum ftit hawn min jużaha.

Niftaħru kemm nafu lingwi, imma jeħtieġ ukoll li nitgħallmu l-lingwa tas-silenzju. Mela ejjew mid-dar tagħna nibdew ngħallmu liċ-ċkejknin tagħna l-lingwa tas-silenzju, li din it-tfal ma jistgħux jitgħalmuha mill-bankijiet ta’ l-iskola, imma mill-ġenituri. Issa jekk il-ġenituri m’għandhomx sabar, ma jafux jisktu biex jisimgħu l-istorbju, l-għajat u diskors tat-tfal, kif jistgħu t-tfal jitgħallmu jisktu u jisimgħu lill-ġenituri tagħhom?

Ġesù huwa l-Iben addottiv tas-silen-zju.Marija u Ġużeppi huma is-silenzju ippersonifikat. Allura Ġesù tgħallem f ’din l-iskola tas-silenzju u sar għani

f ’din il-virtù bħalhom. Fil-fatt Sidna Ġesù Kristu kien iħobb iwarrab xi mkien waħdu biex jitlob fis-skiet. Ħafna drabi insibu lil Ġesù jitlob fis-skiet, jikkontempla u jimmedita. Dak li kien Ġesù huwa frott ta’ dak li ra fl-għażiża Ommu Marija u l-għażiż Mis-sieru San Ġużepp.

Qabel ma’ nispiċċa dan l-artiklu tiegħi, xtaqt li nikteb il-poeżija li jien ngħid kuljum quddiem San Ġużepp qabel ma norqod. Din kont għidtielkom is-sena l-oħra fil-Knisja f ’waħda mill-priedki tiegħi fil-ġranet tal-festa, u ħafna tal-buhieli.

Talba lil San Ġużepp qabel norqod

Ġużeppi Missier tiegħiĦarisni u ieqaf miegħi.Ħu ħsiebi f ’dan il-lejl,Ukoll fiż-żmien li ġej.

Nitolbok li bi ħlewwaTħaddanni miegħek sewwa,

Tagħmel li fik nistrieħInħobbok u ntik gieħ.

Jekk il-Mulej jgħajjatliNitolbok ħdejk twassalni

Tgħidlu li għext qrib tiegħekKont qisni t-tifel tiegħek.

U bħali missier tiegħi,Jixtiequ l-qraba tiegħiLi bħal Missier ħanin

Tberikhom tul is-snin.

Bit-tama fik sat-tmiemIlkoll insibu s-sliem,Iżżomna magħqudinU ngħixu ferħanin.

San Ġużepp tinsiniexWaħidna tħalliniex

Binhar, bil-lejl ħarisnaBid-dawl tiegħek wennisna

Ħalli bis-saħħa tiegħekNiġu għal dejjem miegħek.

Nawguralkom minn qalbi il-festa t-tajba.

San Ġużepp: il-qaddis sieket.

Page 138: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 139: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Josefoloġija

137

Melanie DarmaninB.A. (Hons.) Social Work

Gradwata bħala Social Worker mill-Università ta’ Malta u llum tokkupa l-istess kariga ġewwa l-Isptar Mater

Dei. Attendiet l-Iskola Primarja tal-Kalkara, il-Liċeo Marija Reġina,

u l-Junior College. Kienet l-ewwel tfajla membru fil-Kummissjoni

Żgħażagħ Sagra Familja.

Ċ. Forom espressivi tad- devozzjoni u ta’ l-esperjenza ta’ San ĠużeppPeress li l-fomm jitkellem dwar l-abbundanza tal-qalb, l-abbundan-za tad-devozzjoni u tal-esperjenza Ġużeppina ta’ Santa Tereża t’Avila tkun viżibbli f ’sensiela ta’ manifestazzjoni-jiet esterni. Għaldaqstant ma jimpur-tax li d-devozzjoni u l-esperjenza ta’ San Ġużepp tilħaq għoli soprannatu-rali. L-għoli ta’ dawn l-esperjenzi so-prannaturali ma tellfux lill-qaddisa l-kuntatt mad-dinja u mar-realtà ta’ kuljum. Hekk naraw kif, filwaqt li l-esperjenza ta’ San Ġużepp tgħixha fil-profond ta’ l-ispirtu, fil-qalba tar-ruħ il-forom tad-devozzjoni biex jesprimu lill-istess huma l-iktar sempliċi u bikrin, l-iktar tradizzjonali u komu-ni. Għal Santa Tereża l-mezzi ordi-narji tad-devozzjoni ta’ dak iż-żmien ikomplu jkunu għejun ta’ ndiema, ta’ mħabba, ta’ gratitudni, u mezzi biex jesprimu r-reliġjożità tagħha lejn mis-sierha u s-sinjur tagħha San Ġużepp.8

1. Titli tal-monasteri tagħhaGħal Santa Tereża, il-kunventi li waqqfet, kif wieħed jista’ jimmaġina, huma litteralment djar ta’ San Ġużepp. Minħabba f ’hekk li l-biċċa l-kbira tagħhom iġibu l-isem u t-titlu ta’ San Ġużepp. Mis-sbatax-il monasteru mwaqqfa mill-qaddisa, ħdax huma taħt it-titlu ta’ San Ġużepp: Avila (1562), Medina del Campo (1567), Malagon (1568), Toledo (1569), Sala-manca (1570), Segovia (1574), Beas de Segura (1575), Siviglia (1576), Cara-vaca (1576), Palencia (1580), u Burgos (1582). B’din il-partikolarità li tibda mill-fondazzjoni ta’ Beas, San Ġużepp jiġi assoċjat b’mod dehni ma’ diversi titli oħra.

2. Pitturi u Santi ta’ San Ġużepp fil-fondazzjonijiet tagħhaJekk il-fondazzjonijiet kollha ta’ San-ta Tereża ma jġibux it-titlu ta’ San Ġużepp, m’hemm l-ebda waħda fejn m’hemmx pitturi jew santi tal-qaddis

li jippresjedi u jipproteġi lill-komu-nità. Hija manifestazzjoni ulterjuri aktar tad-devozzjoni tagħha u espe-rjenza Ġużeppina mifruxa fil-kun-venti fejn il-biċċa l-kbira minnhom għadhom preservati.

Ta’ min jinnota, f ’dan ir-rigward, il-fatt li kienet iġġib magħha fil-kunventi kollha, statwa ta’ San Ġużepp, li kienet tirċievi t-titlu ta’ San Ġużepp tal-patroċinju. Meta Dun Pietro Fernan-dez innominaha quddiem il-kunvent ta’ l-Inkarnazzjoni fl-1571, u hi saret taf biċ-ċaħda terribbli tal-maġġoranza tas-sorijiet biex jilqgħuha, ġabet magħha din l-istatwa u fil-jum li ħadet il-pussess, waqt li kienet qed tpoġġi fuq is-siġġu quddiem ix-xbieha tal-Verġni, poġġiet dik ta’ San Ġużepp fuq is-siġġu tal-Viċi Prijura. Din ix-xbieha bdiet tkellimha u tgħidilha dak kollu li s-sorijiet kienu jagħmlu, għaldaqstant ġiet imsemmija il-lablaba; u tant kienet titkellem li baqgħet b’ħalqha miftuħ b’miraklu.9

Fil-kunvent ta’ Burgos, it-tabib Anto-nio Aguiar, ħabib ta’ Patri Graziano, jgħid kif minħabba li ma kinetx sabet

pittura ta’ San Ġużepp, ħadmet ma’ pittur qaddis sabiex jirrappreżenta lil San Ġużepp fuq pittura kif xtaqet hi. “Ladarba ma tridx li fl-ebda wieħed mill-kunventi tagħha tonqos għal tul ta’ żmien ix-xbieha ta’ San Ġużepp, dawn li huma d-djar tal-missier u s-sinjur tagħha”, ifakkar Diego de Or-tis, fundatur tal-kunvent ta’ Toledo, “m’għandniex nittraskuraw lis-Sinjur tiegħi San Ġużepp fil-bieb tal-Knis-ja.”10

3. Ċelebrazzjoni tal-festi ta’ San ĠużeppWaħda mill-manifestazzjonijiet l-iktar ġenwini ta’ vera devozzjoni għall-qaddis, hija ċ-ċelebrazzjoni liturġika tal-festi tiegħu. Santa Tereża mhux biss kienet tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp, iżda kienet tagħmilha b’solennità. Dan tgħidu hi stess, “Jiena kont niċċelebra l-festa tiegħu, bis-so-lennità kollha li kont nista’.” (Vita 6,7). Din id-drawwa li tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp bis-solennità kollha, bil-mużika u l-priedka, bid-daqq tal-qniepen, sbuħija tal-fjuri, u duħħan ifuħ ta’ inċens u mirra (għaliex hekk kienet tiġi ċelebrata l-festa ta’ San Ġużepp fil-knejjes ta’ l-Ordni, skond il-Beatu Giovan Battista Mantovano), il-qaddisa bdietha fil-monasteru ta’ l-Inkarnazzjoni u żammietha għas-snin kollha li għexet f ’dak il-monasteru, tant li reġgħet bdietha meta rritor-nat, u kienet tiċċelebraha fil-kunvent

San ĠużeppFundatur u Missier tal-Karmelu Terezjan

.It-Tieni u l-Aħħar Parti

Id-dehra ta’ San Ġużepp u l-Madonna lil Santa Tereża t’Avila.

Page 140: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

138

kollha li kienet tkun fihom għall-festa tal-Qaddis Patrijarka. Huwa wieħed mill-fatti ta’ l-iktar xhieda użata matul il-kawża tal-beatifikazzjoni u l-kanon-izazzjoni tiegħu.

Fil-kostituzzjonijiet tal-Ordni, Santa Tereża ordnat bil-miktub li, “fil-Ħdud u l-ġranet ta’ festa jitkantaw Messa, Vesperi u Mattutino. L-ewwel ġranet tal-Għid u l-ġranet l-oħra ta’ solen-nità jkun jista’ jitkanta t-tifħir l-ieħor, b’mod partikolari fil-jum tal-glorjuż San Ġużepp.” (Costit. Nru. 2).

Huma elokwenti, f ’dan ir-rigward, iċ-ċelebrazzjonijiet b’karatteristika Marjana-Ġużeppina li kienet torgan-izza fil-liturġiji solenni, bħall-Milied, meta kienet tipprepara l-purċissjoni bix-xbieha tal-Verġni u ta’ San Ġużepp, li kienet ħafna devota tagħhom, iżżid lil Santa Eliżabetta omm Ġwanni il-Battista, u tiddeskrivi x-xena, hu u jit-lob kenn għall-Verġni li qed tistenna tarbija.

4. Il-kapitli 6 tal-Ħajja: Paniġierku għal San ĠużeppIl-kapitlu 6 tal-ħajja tal-qaddisa, il-ktieb tal-ħniena tas-Sinjur għaliha, huwa paniġierku qasir imam impor-tanti għal San Ġużepp. Nieqaf fuq as-pett wieħed ta’ dan il-paniġierku:

D. L-erwieħ tal-orazzjoni jridu jkunu devoti lejn San Ġużepp“Partikolarment il-persuni tat-talb għandhom ikunu dejjem miġbudin lejh…min m’għandux għalliem li jgħallmu l-orazzjoni, jieħu dan il-glorjuż qaddis b’għalliem u ma jiżbaljax fi triqtu.” (Vita 6,8).

Għal Santa Tereża dawk kollha li jid-dedikaw ruħhom għat-talb jiffurmaw kategorija speċjali fil-Knisja t’Alla, għax huma l-qaddejja tal-imħabba (VII, 1), għal din il-ħajja jappartjenu wliedha, il-Karmelitani Skalzi. Għal dawn San Ġużepp huwa għalliem im-prezzabbli.

L-orazzjoni tal-moħħ, skont Santa Tereża, hija diskussjoni ta’ ħbiberija, hekk kif ħafna drabi niddiskutu weħidna ma’ min nafu li jħobbna

(Vita 8, 5), jiġifieri ma’ Ġesù magħmul bniedem. Il-mixja tal-orazzjoni trid teħodna biex niltaqgħu u ngħixu fil-kumpanija ta’ Ġesù. Minn hawn l-urġenza ta’ Santa Tereża, “Liema orazzjoni sejrin tagħmlu aħjar minn dik ta’ l-istess għalliem li għallem l-orazzjoni? Ippreżentaw lilkom in-fuskom lis-Sinjur magħqud magħkom u araw b’liema mħabba u umiltà qiegħed jgħallimna, u emmnuni, fil-waqt li tkunu tistgħu, toqgħodux mingħajr ħabib hekk…taħsbu li huwa tajjeb ħabib hekk maġenbkom?” (C 26, 1).

Santa Tereża, ċerta mill-esperjen-za tagħha li l-orazzjoni hija kemm ġenwina u mqaddsa kif ukoll laqgħa mill-iktar intima ma’ Ġesù, laqgħa fejn ir-ruħ, “tkun tkellmu u titgħaxxaq miegħu” (Vita 13, 11), tisforza bil-ħeġġa u bl-imħabba li tieħu ħsiebu. Li r-ruħ, “tara li (s-Sinjur) jaraha u jakkumpanjaha u jitkellem u jistaqsi u jkun umli u jitgħaxxaq miegħu, u tiftakar li ma kienx ħaqqha li tkun hemm…” Dan il-mod ta’ talb Tereżjan huwa mwaħħad fil-kumpanija u fl-in-timità ma’ Ġesù magħmul bniedem, u jagħti ħafna benefiċċji fl-iżviluppi tal-istadji differenti tiegħu.

Jekk din hija t-talba ta’ Santa Tereża t’Avila, nifhmu għaliex tipproponi lil San Ġużepp bħala għalliem in-superabbli f ’din il-mixja. Il-ħajja ta’ San Ġużepp, il-vokazzjoni tiegħu, il-missjoni tiegħu, il-predestinazzjoni, qegħdin totalment fil-prospettiva tal-kumpanija ta’ Ġesù u huma eżatti fejn huwa kien dejjem joqgħod maġenbu, jitkellem miegħu, jitgħaxxaq miegħu, jistaqsih u jservih. Ir-raġuni koll-ha tal-eżistenza tiegħu hija l-ħajja ma’ Ġesù u għal Ġesù. Il-ħajja ta’ Ġużeppi għandha r-raġuni tagħha li hi biss f ’Ġesù: jirċevih u jilqgħu fil-ġuf t’Ommu, jagħtih isem, jieħu ħsiebu u jżomm idejh fuqu, jitimgħu, jgħallmu, jgħix fil-kumpanija tiegħu u fl-intim-ità. Min jista’ jifhem l-intimità ħelwa u ġentili, ferrieħa u mnikkta, li għex ma’ Ġesù? Min jista’ jiddistingwi il-gradi tar-rapport ta’ ħbiberija li żviluppa be-jniethom u ma’ Marija?

Jekk fit-talba, bħala rapport ta’

ħbiberija ma’ Kristu, huwa essenzjali nisimgħu l-kelma ta’ Ġesù u niddis-tingwu l-verità, San Ġużepp sema’ ħafna drabi l-kliem t’ibnu Ġesù, li kienu jippenetraw fil-fond ta’ qalbu. Jekk lill-appostli, biex ikunu ħbieb tiegħu (Ġw. 15, 15), Ġesù jikxef is-sigrieti tiegħu, x’sigrieti u verità ma qalx lil missieru San Ġużepp? U hekk kif hu sema’l-kliem, mimlijin ħajja u ħrara ta’ Ġesù, b’liema ubbid-jenza xebbaħhom, b’liema mħabba poġġiehom u ħaseb fuqhom f ’qalbu! Minjaf x’konverżazzjonijiet kellhom bejniethom!

Il-ħajja kollha ta’ San Ġużepp kienet talba, għaliex kienet ħajja fil-kumpan-ija ta’ Ġesù, ta’ intimità u familjarità miegħu. Ħadd qatt m’għex aħjar min-nu din it-talba ladarba għal tant żmien kellu rapporti ma’ Ġesù u Marija f ’għaqda u komunikazzjoni ġenwina, unika ta’ ħbiberija u ta’ mħabba.

Għalhekk fil-Karmelu Tereżjan San Ġużepp huwa għalliem tal-orazzjo-ni. Ma jingħaddux l-erwieħ li fih ltaqgħu ma’ l-għalliem u l-gwida tal-mixja tagħhom fit-talb, u wħud waslu f ’esperjenza soprannaturali u mistika tiegħu, bħal ma ġralha Santa Tereża t’Avila.

V. It-Tixrid Ġużeppin minn Santa TereżaDak li Santa Tereża tikteb fuq l-es-perjenza Ġużeppina personali u par-tikolari tagħha, hekk b’mod sempliċi u espress b’mod vitali, għandu l-għan aħħari li jiġi mferrex lill-oħrajn. Trid li kollha jkunu devoti ta’ San Ġużepp u jirrakomandaw infushom lilu. U kisbet dan kollu! M’huwiex possibbli taqra l-paġni fejn il-qaddisa tiddeskrivi l-esperjenzi Ġużeppini tagħha u ma tiġix affettwat. Santa Tereża, li l-kliem tagħha dwar San Ġużepp jinsabu fi ftit paġni, inbidlet f ’appostlu kbir tal-qaddis għall-mod naturali, il-ħrara u l-imħabba li bihom kitbithom. Għal dak li kitbet dwar San Ġużepp, għal kif irrakkuntat l-esperjenza sopranat-urali tagħha, anke jekk qasira, Santa Tereża tidħol fil-katalgu tal-appostli Ġużeppini kbar, u minħabba f ’hekk li għamlet l-opra tagħha f ’fondazzjoni. U dan mhux biss għall-Karmelu

Page 141: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Tereżjan imma wkoll għall-Knisja Universali. Patri Graziano fl-opra tiegħu Giuseppina, isemmi kważi l-postijiet kollha fejn il-qaddisa titkel-lem dwar San Ġużepp.11 U, warajh, il-biċċa l-kbira tal-awturi Karmeli-tani meta jkun hemm l-okkażjoni. Numru kbir ta’ predikaturi tas-seklu sbatax, isemmgħu l-kliem ta’ kapitlu 6 tal-Vita, filwaqt li poġġewha fl-istess livell ma’ Gerson u Isidoro de Isolanis. Santa Tereża tidħol fil-katalgu tal-appostli kbar u xerrieda tad-de-vozzjoni lejn San Ġużepp. Nistgħu nwaħħdu ma’ dan l-aspett konkret dak li l-qaddisa tgħid li wegħdha s-Sinjur għall-ewwel dar tagħha ta’ San Ġużepp li, “kellha tkun stilla li tagħti tant sbuħija kbira.” (Vita 32, 11). San Ġużepp t’Avila, id-dar ta’ San Ġużepp, xegħlet fis-sema tal-Knisja ħafna stilel ta’ devozzjoni u mħabba għall-Qaddis Patrijarka, u jkompli u se jkompli jdawwalhom matul is-snin.

Kif jgħid l-awtur Franċiż, Lucot, “Il-Papiet iltaqgħu ma’ għajnuna setgħana għall-firxa tal-kult tal-qad-dis tagħna fil-famuża Riformatriċi tal-Karmelu. Gerson kien għamel ħafna għal dan il-qaddis, Tereża għamlet elf darba iktar għaliha nni-fisha, għar-reliġjużi tal-bidla tagħha u r-reliġjużi tal- Karmelu tagħha. San Ġużepp huwa midjun magħha, speċjalment għall-glorja tiegħu fuq l-art.”12

Fil-Karmelu TereżjanLi l-fondazzjoni ta’ San Ġużepp kel-lha sinjal appostoliku Ġużeppin għall-istess Karmelu huwa ċar. Hekk fehmuha u interpretawha l-awtu-ri Karmelitani. Dun Ġwanni tat-Tħabbira, Ġeneral tal-Kongregazzjoni ta’ Spanja, waqt li kiteb l-istorja tal-fondazzjoni ta’ San Ġużepp t’Avila, jikteb, “Jitpoġġa s-Santissmu Sagra-ment, il-Knisja ddedikat lilha nnifisha għal San Ġużepp t’Avila, li għal dak il-prinċipju huwa patrun u protettur tar-riforma tagħna…Il-kunvent ta’ San Ġużepp t’Avila huwa il-prinċipju u d-dar xhieda tad-devozzjoni Ġużeppina ta’ l-istess.”13

B’hekk huwa konfermat kif id-devoz-

zjoni lejn San Ġużepp daħlet fil-fond tar-ruħ u fil-ħajja tal-Karmelitani Ska-lzi, u l-fatt li jsemmgħu ħafna kunventi bl-isem ta’ San Ġużepp, filwaqt li jimxu fuq l-eżempju ta’ Santa Tereża. Fl-1699 kienu jeżistu fid-dinja 321 kunvent ta’ Patrijiet Karmelitani Skalzi, mingħajr ma ngħoddu d-djar residenzjali. Minn dawn, 73 iġibu t-titlu ta’ San Ġużepp. U kien hawn 180 kunventi tas-Sorijiet tal-Ordni u minn dawn 57 huma taħt it-titlu ta’ San Ġużepp.

Iktar importanti mill-kunventi mater-jali bit-titli tagħhom, huma l-kunventi spiritwali u ħajjin tal-erwieħ. U dawn il-kunventi ħajjin jieħdu n-nifs taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp. San Ġużepp okkupa u jkompli jokkupa post ta’ preferenza fihom. Drawwiet ta’ de-vozzjoni Ġużeppina, imdaħħlin minn Santa Tereża, ikomplu jiġu ċċelebrati, bħala espressjoni ta’ devozzjoni ġenwina, fil-kariżmi terżjani, u oħrajn li kienu ġew imdaħħla, huma kollha ispirati minnhom.14 Il-Karmelitani Tereżjani mis-solitudni tagħhom, klawsura u silenzju, huma ħuġġieġa ta’ mħabba mħeġġa u devozzjoni li tinħass lejn San Ġużepp, li jdawwlu l-Knisja, nirien qawwija ta’ devozzjoni profonda lejn il-qaddis, li jifirxu id-dawl tagħhom li jgħammex fil-komu-nità ekklesjali. Kieku jkun interessanti niġbru l-esperjenzi Ġużeppini li huma mniżżla fil-Karmelu ta’ Santa Tereża,

fejn il-preżenza ta’ San Ġużepp hija ħajja f ’kull Karmelitan devot veru u li jxerred il-kelma, għaliex jgħix b’mod awtentku l-kariżma Tereżjana. Għalihom jistgħu jgħoddu b’mod partikolari dawn il-kliem, “Jekk, kif jgħidu l-investigaturi kurjużi tas-sigrieti tan-natura, it-tfal jixbhu lill-ommijiethom, lil ħadd ma jidher paradossali dak li b’mod kunfidenzjali se ngħid: li tkun iben Santa Tereża u devot ta’ San Ġużepp, li tkun Karmeli-

tan u tiddefendi u xxerred il-glorja tar-Raġel Santissmu tal-Verġni San-tissma, huma ideat sinonimi, u sa ċertu punt li jaqblu u magħqudin flimkien, li ma nistgħux u lanqas irridu naħsbu l-waħda tista’ teżisti mingħajr l-oħra.”15

Uħud mill-Paġni GlorjużiTul l-istorja tal-Karmelu Tereżjan, kemm femminili kif ukoll maskili, inkitbu paġni glorjużi ta’ devozzjoni lejn San Ġużepp. San Ġużepp de-jjem kien u jkompli jkun il-Missier, il-Protettur, il-Patrun, u s-Sinjur. L-esperjenza ta’ Santa Tereża tkompli tgħix fil-ħajja u fl-istorja tal-Karmel-itani.

Dawn il-paġni jew persunaġġi glorjużi hekk numerużi, b’mod im-qassar ħafna, u hawnhekk miġbura

fil-qosor, huma dawn li ġejjin:

Anna ta’ San Bartilmew: l-infermiera lejali tal-qaddisa, li tigglorifika lilha nnifisha bil-fatt li minħabba Santa Tereża, San Ġużepp huwa magħruf ħafna fi Spanja fejn “kważi ma kienux jafuh”. Ħadmet ma’ Anna ta’ Ġesù (Lobera) filwaqt li firxet fil-wisa’ d-devozzjoni Ġużeppina fil-pajjiżi tan-naħa t’isfel, li tirriżulta ferm għammiela.

Il-Beata Maria ta’ Ġesù: id-difensura ta’ Santa Tereża, li rat f ’viżjoni lil San-ta Tereża ma’ San Ġużepp u li, filwaqt li kienet Prijura ta’ Toledo, tirrakko-manda lil uliedha d-devozzjoni lejn San Ġużepp, ir-Raġel qaddis ta’ Mari-ja, li Alla għamlu protettur speċjali tal-kastità. Ma kienetx tħalli jum jgħaddi mingħajr ma titlob is-seba’ duluri u ferħat, tiddedikalu l-Erbgħa ta’ kull ġimgħa u d-19 ta’ kull xahar, timmed-

Josefoloġija

139

L-estażi ta’ Santa TereżaFrancesco Fontebasso.

Page 142: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

140

ita bi frekwenza l-episodji prinċipali tal-ħajja tiegħu u b’mod partikolari l-qawwa tal-imħabba b’liema l-Qaddis Patrijarka kien iħobb lil Ġesù.

Santa Tereża tal-Bambin Ġesù: li sa minn tfulitha ħasset lejn San Ġużepp devozzjoni kbira li twaħdet mal-imħabba lejn il-Verġni Santissma, u kuljum kienet tgħidlu t-talba: Oh! Ġużeppi, missier u protettur tal-verġni…! Meta bdiet il-pellegrinaġġ lejn Ruma, hija titolbu li jżomm idejh fuqha, meta tmur Loreto tħoss emoz-zjoni profonda meta rifset l-istess art li San Ġużepp kien ħadem bl-għaraq tiegħu stess. Fil-Karmelu hija tid-dedika poeżija lil San Ġużepp, tkanta dwar il-ħajja tiegħu umli dejjem għas-servizz ta’ Ġesù u Marija, taħseb bir-reqqa fuq il-ħajja tiegħu sempliċi u iebsa bix-xogħol, toffrilu l-platti ta’ l-ikla ta’ nofsinhar, u tistgħaġeb bħal fil-ġabra fil-qosor tad-devozzjoni tagħha: “Oh! San Ġużepp twajjeb. Oh! Kemm inħobbu!” U fis-sema tara u tkanta l-glorja tiegħu.

Kjara Marija tal-Passjoni, Marija ta’ San Ġużepp, Anna ta’ Ġesù (Lobera), Elisabetta ta’ San Duminku, Beatriċe ta’ Ġesù (Ovalle), Tereża ta’ Ġesù, Ċeċilja ta’ San Ġużepp, Gabriella ta’ San Ġużepp, Feliċjana ta’ San Ġużepp, Marija ta’ l-Inkarnazzjoni, il-Beata Marija ta’ l-Anġli, Anna ta’ Santu Wis-

tin, il-Beata Elisabetta tat-Trinità u ħafna Karmelitani oħrajn, fihom saret realtà l-kelma ta’ Santa Tereża t’Avila, u kollha huma persuni devoti lejn San Ġużepp u jesperjenzaw din il-verità. (Vita 6, 6).

Ma’ dawn il-paġni miktubin jew ta’ storja, mimlijin glorja lejn San Ġużepp, hemm ammont ieħor li baqgħu mistura fil-ktieb tal-ħajja u li m’humiex inqas glorjużi.

VI. KonklużjoniM’huwiex possibbli nwarrbu lil San Ġużepp mill-ħajja tal-Karmelitani, meta l-Ispirtu tkellem hekk qawwi fil-Knisja, u eżattament iktar fil-Karmelu Tereżjan dwar il-preżenza tar-rwol tal-glorjuż San Ġużepp fl-istorja tas-salvazzjoni ta’ kull min ġie salvat. Inkunu qed nonqsu lil Santa Tereża li mxiet wara raġel hekk kbir, fil-waqt li tistedinna biex inkunu devoti lejn missierha u s-sinjur tagħha San Ġużepp, u biex nirrakkomandaw lilna nfusna lilu, b’mod partikolari kull min huwa persuna ta’ talb. Kliemha, frott t’esperjenza u ta’ mħabba, jissarraf il-lum fi ġrajja kurrenti eterna.

VII. BibljografijaAA. VV., San Giuseppe e Santa Teresa. Est. Jos. 18 (1964) 233-842.Hija kollezzjoni ta’ 17-il artiklu, si-mili ta’ enċiklopedija Ġużeppina-

Karmelitana.AA. VV., Rivista di Vita Spirituale, 15 (1961) 244-479.Numru ddedikat lil San Ġużepp b’seba’ artikli, testi tal-Papa, xhieda ta’ Santa Tereża, ta’ Dun Graziano u ta’ Ġużeppi Antonio ta’ Sant’Alberto. Leone ta’ San Ġwakkin, Il culto di San Giuseppe e l’Ordine del Carmelo, Bar-cellona, 1905.

Għal aktar informazzjoni bibljografi-ka ara:AMANZIO DI MARIA, Bibliografia Giuseppina della riforma Teresiana. Est. Jos. 18 (1964) 807-822.

Referenzi8 Intqal waqt il-proċess t’Avila, BMC 19, 582.9 Intqal waqt il-proċess ta’ Burgos, BMC 20, 428.10 Ittra 5.2.1571.11 Giuseppina, 1.5, c.4, BMC 16, 475-477.12 LUCOT, San Giuseppe, Studio stori-co sul suo culto, Parigi 1875, p. 53.13 Prontuario del Carmelo, t.2; dial.11, p. 497, Madrid, 1699.14 Carrasco, Presenza di San Giuseppe nei conventi fondati direttamente dalla Madre Teresa, Est. Jos. 18 (1964) 739-767.15 Arnaldo Di San Pietro e San Paolo, Solitarius loquens, I, Leodii, 1968, cfr. 1, p. 126.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qegħdhatniehdi għall-ewwel darba klabb tat-tfal bl-

isem Klabb Tfal tas-Sagra.

Dan il-klabb qed isir għal tfal bejn 3 u 12-il sena, id-dħul fih huwa b’xejn, u jinvolvi

diversi attivitajiet immirati għat-tfal.

Għalhekk inħeġġu lill-ġenituri kollha sabiex jgħaddi l-informazzjoni dwar it-tfal tagħhom

lil xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ.

Page 143: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 144: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 145: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Josefoloġija

143

Melvin Calleja

Beda l-istudji tiegħu fl-iskola Primarja tal-Kalkara, u wara fil-

Liċeo ta’ Verdala. Aktar tard studja fil-Higher Secondary tan-Naxxar.

Okkupa għal diversi snin il-kariga ta’ Segretarju fil-Kummissjoni

Żgħażagħ u llum jokkupa l-kariga ta’ Assistent Segretarju fil-

Kumitat Ċentrali.

Fiż-żewġ paragrafi, kemm tal-bidu kif ukoll tal-għeluq tal-Eżortazzjoni Ap-postolika Redemptoris Custos, Papa Ġwanni Pawlu II jenfasiżża r-rwol ta’ San Ġużepp bħala l-qaddej u l-protettur tal-Knisja. Il-konklużjoni ta’ din l-eżortazzjoni tirrifletti ruħha f ’dik li kienet il-missjoni ta’ San

Ġużepp: li jindokra u jieħu ħsieb tal-ġisem

fiżiku ta’ Kristu fuq l-art, filwaqt li issa il-miss-joni tiegħu hi li jkompli jieħu ħsieb tal-ġisem

mistiku ta’ Kristu, il-Knisja, f ’din id-dinja.

Ir-rwol ta’ San Ġużepp bħala patrun Uni-

versali mhux biss dak biex

jipproteġi l-Knis-

j a , iżda

anke sabiex ikun ta’ eżempju nob-bli, mudell għall-komunità Kristjana kollha, ikunu x’ ikunu id-doveri ta’ kull membru. Hu mudell tal-virtù evanġelika għal kulħadd, iżda l-ak-tar li tiġbed l-attenzjoni hi dik bħala ġenitur.

Meta nħarsu lejn San Ġużepp bħala l-mudell u l-patrun tal-ġenituri, nistgħu nitgħallmu xi ħaġa anke qabel l-istad-ju tal-paternità, qabel it-twelid. Dawn l-istadji huma hekk kruċjali f ’din l-era ta’ abort, id-dinjità tal-umanità tat-tarbija fil-ġuf u l-konsegwenza tad-dinjità tal-ġenitur. Nitgħallmu mill-anġlu tal-Mulej, li Ġużeppi hu missier dik it-tarbija fil-ġuf ta’ Marija fil-virtù taż-żwieg tagħhom, messaġġ ċar li hu l’essenza taż-żwieġ għar-raġel u l-mara li tirċievi, tagħti x’tiekol u tagħti l-ħajja lil dik it-tarbija li hemm f ’ġufha.

Fiż-żminijiet tagħna, l-abort qed jiġi ddefendut min domandi ta’ ħafna sit-wazzjonijiet varji - dak f ’każ ta’ stu-pru, każi ta’ tqala barra ż-żwieg u t-tqala fl-adolexxenti. Għalkemm dawn iċ-ċirkostanzi huma ta’ difisa naturali, Ġużeppi kien affaċjat min waħda mill-aktar sitwazzjonijiet mhux f ’posthom

u gravi, sitwazzjoni li tħallih wisq imgerfex: dik li

l-iben ta’ martu ġie kkonċeput mill-

Ispirtu s-Santu! It-tarbija ma

kinetx tiegħu

bioloġikament jew ġenetikament. Ma kinetx il-frott tar-rapport fiżiku ma’ martu. Infatti kien mitlub jemmen li t-tarbija ma kinetx ikkonċeputa minn rapport fiżiku ma’ raġel ieħor, iżda bl-intervent uniku u dirett ta’ Alla. Kif jista’ qatt raġel jaċċetta tqala hekk mis-tura? Bil-fidi biss! Kif seta’ qatt jaċċetta paternità ta’ tarbija li jista’ jissejjah mhux mir-rapport tiegħu? Bil-volontà miftuħa li kellu lejn Alla, billi jagħmel dak kollu li kien jgħidlu l-anġlu t’Alla.

Minn Ġużeppi nitgħallmu li l-pater-nità hi ħafna aktar minn ġenerazzjoni fiżika. Infatti Ġużeppi hu l-aqwa mis-sier u l-aqwa mudell għall-missirijiet kollha. Hu jaċċetta l-ħajja li kien hemm fil-ġuf ta’ Marija u jeħodha bħala martu. Jivjaġġa magħha sa Betleħem sabiex jiktbu lit-tarbija fiċ-ċensiment li kien qed isir. Jagħti isem mill-familja ta’ David lit-tarbija. Jid-defendi lit-tarbija mill-attakki krudili ta’ Erodi.

Ġużeppi kien dak magħżul sabiex ikun missier l-Iben t’ Alla inkarnat fil-ġuf ta’ Marija u ssodisfa dan ir-rwol fedelment. Fir-rwol ta’ Patrun Univer-sali jadatta żgur iż-żminijiet tal-lum u jingħata titolu ieħor, dak ta’ “Patrun ta’ dak li għadu ma twelidx”. Ħadd ma jista’ jkun difensur aqwa minnu. Ħadd ma jista’ jkun mudell aqwa għal dik it-tarbija li għad trid titwieled. Ħadd

ma jista’ jirranġa jew ifejjaq żball li Monument lil San Ġużepp ħarries tal-ĠufSanta Kruż, Kalifornja

Page 146: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

144

sar, bħal dawk li xi darba għamlu jew ġarrbu l-abort. Ħadd ma jista’ jkun ta’ xempju aħjar għan-nisa li xi darba weġġgħu minn raġel li m’aċċetawx jew ma riedux dik it-tqala.

Proċess ta’ fejqan u rikonċiljazzjoni għal wara l-abortFl-Evanġelju tal-Ħajja, il-Papa Ġwanni Pawlu II jindirizza kelma speċjali għal dawk in-nisa li xi darba wettqu abort:

“Il-ferita fil-qalb jista’ jkun li għadha ma fiqietx għal kollox. Li hu żgur hu, li dak li ġara kien, għadu u jibqa’ żball terribli għal dejjem. Iżda taqtax qal-bek u titlifx it-tama. Prova ifhem dak li ġara u affrontah onestament. Jekk għadek m’għamiltx hekk, agħti lilek innifsek lil umanità u afda fil-ħniena.

“Il-Missier ta’ ħniena Hu lest jagħtik il-maħfra u l-paċi tiegħu fis-Sagra-ment ta’ Rikonċiljazzjoni. Int ser tasal biex tifhem li xejn mhu mitluf għal kollox u int tista’ titlob ukoll il-maħfra lil dik it-tarbija li issa qegħda tgħix fi ħdan il-Ħallieq.”

Kuntrarjament għal mod ta’ kif jiġi ppreżentat, l-abort ma jsolvi jew itemm l-ebda problema. In-niket ter-ribli u s-sens ta’ ħtija jibqgħu għal de-jjem fl-omm, il-misier, familjari u min iwettaq l-abort. Is-soltu dan in-niket jiġi moħbi u mistur bħal li kieku ma ġara xejn. Ħafna tipi ta’ konsegwenzi negattivi ġew identifikati, li jvarjaw

minn dipressjoni sa l-aljenazzjoni, l- abbuż ta’ droga, problemi intimi u anki tendenzi ta’ suwiċidju.

Numru ta’ proċessi ġew żviluppati għar-rikonċiljazzjoni u l-fejqan ta’ wara l-abort, bl-aktar wieħed ta’ suċċess hu ‘Project Rachel’. F’dan il-proċess l-omm tgħid l-istorja tagħha, bil-weġgħat kollha li din tinvolvi, l-indiema tat-telfa li ġarrbet, tagħraf lil dik it-tarbija bħala unika u tagħtiha isem, titlob il-maħfra lil dik it-tarbija, taċċetta l-maħfra t’Alla u finalment taħfer lilha nnifisha.

Fis-Santwarju ta’ San Ġużepp Gward-jan tar-Redentur f ’Santa Kruż ġewwa Kalifornja fl-Istati Uniti, fl-2001 il-komunità Ġużeppina għamlet statwa ta’ seba’ piedi tal-bronż, li fiha San Ġużepp jidher bilqegħda fuq bank fit-tond, iżomm f ’ idu fetu ta’ 6 xhur. Faċċata ta’ San Ġużepp hemm bank ieħor fejn persuna tista’ tpoġġi u ti-tlob. L-artist Thomas Marsh għamel l-espressjoni ta’ wiċċ San Ġużepp jir-rifletti l-imħabba ta’ Alla, il-gravità tas-sitwazzjoni, l-uġiegħ, il-maħfra, is-saħħa protettiva, il-ħlewwa, il-konfort għat-tarbija u l-paċi. It-tarbija għandha l-idejn miftuħa ‘l-fuq iħarsu lejn dawl li jirrapreżenta lil Kris-tu. Dan il-post hu magħluq b’żewg kanċelli li juru s-sens ta’ privatezza. Fuq dawn il-kanċelli hemm imnaqqxa l-ismijiet ta’ trabi li ġew maqtula bl-abort jew trabi li korrew f ’ġuf omm-hom, u li ġew fdati f ’Alla minn idejn San Ġużepp.

San Ġużepp li ta l-isem lil Kristu, jgħin filli tingħata isem it-tarbijaL-ewwel kliem li l-anġlu qal lil Ġużeppi kienu, “Ġużeppi, bin David.” Indirizzah b’titlu li diġà kien jindika l-vokazzjoni u r-rispett lejn it-tifel li kien hemm fil-ġuf ta’ dik il-mara li kien ser jiżżewweġ. Hu li kien ġej min-nisel ta’ David kien essenzjali sabiex titwettaq il-profezija tal-Mes-sija. Hu kien il-missier legali li kellu jirreġistra lit-tarbija fiċ-ċensiment ġewwa Betleħem, il-belt ta’ David.

L-anġlu mbagħad għarraf lil Ġużeppi bl-isem li kellu jagħti lit-tarbija sa-biex b’hekk juri l-identità tagħha,

“Int għandek isemmiegħ Ġesù, għax hu ser isalva l-poplu tiegħu min dnu-biethom.” Flimkien ma’ Marija fiċ-ċirkonċiżjoni, Ġużeppi wettaq ukoll dak li ordnalu l-anġlu. Hu ddikjara il-paternità legali tiegħu fil-konfront ta’ Ġesù, u pproklama l-missjoni tat-tarbija bħala s-Salvatur. Mingħajr eżitazzjoni, aċċetta r-responsabbiltà bħala missier, il-fiduċja fl-imħabba t’Alla, u l-fidi li ibnu ġie fid-dinja sa-biex isalvana. L-omm (jew il-missier) li abortiet lil binha, tweġġha wisq aktar meta tiġi konxja li ċaħdet ir-rigal minn Alla ta’ mħabba u li ppruvat tisraq dak il-wild mill-identità tiegħu. Ħafna drabi l-omm tiġi kważi induttrinata sabiex ma tamettix li t-tarbija kienet diġà krejatura umana u tiġi mġegħlha taħseb li jekk għamlet abort, it-tarbija ma jkolliex bżonn ta’ isem.

Il-proċess ta’ fejqan spiritwali jinvolvi li taffaċja r-realtà umana tat-tarbija tagħha. Sabiex tirrikonċilja ruħha ma’ Alla u magħha nnifisha, hi trid tirrikonċilja ruħha ma’ dik it-tarbija. Hi trid teżerċita dak ir-rwol ta’ ġenitur, rwol li ċaħdet lilha nnifisha minnu, li minħabba fih il-qalb ta’ omm tibqa’ tweġġgħa. Għalhekk hi tgħażel isem għal dik it-tarbija u dejjem tagħmel riferiment għal dik it-tarbija b’ isimha.Minħabba li San Ġużepp kien dak il-magħżul minn Alla sabiex isemmi

San Ġużepp u l-BambinPietro Annigoni, Firenze, 1963.

Il-Ħolma ta’ San ĠużeppFrancisco Rizi (1608-1685)

Page 147: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Josefoloġija

145

lil ibnu u minħabba li qallu sa-biex jagħti l-isem tat-tarbija meta kienet għadħa fil-ġuf, huwa jista’ jissejjah l-aqwa mudell u l-patrun li joqgħod eżatt f ’din is-sitwazzjo-ni hekk importani iżda ukoll hekk diffiċli.

Rinkonċiljazzjoni mat-tarbija u m’ AllaLa darba it-tifel jew tifla jingħata l-isem, din it-tarbija tista’ titfakkar u tiġi onorata b’mod memorabbli u fiżiku mill-ġenituri tagħha. Il-mu-ment li fih tirrikonoxxi dak in-niket hu l-uniku mod fejn jista’ jgħaqqad il-ġenituri ma’ dik it-tarbija. Mod par-tikolari li jsir fl-Istati Uniti ta’ kif tista’ tfakkar lil dik it-tarbija hu li jinkiteb isem dik it-tarbija mal-istatwa ta’ San Ġużepp li hemm f ’Santa Kruż, Patrun ta’ dawk li ma tweldux. L-ismijiet ili-bbsu il-ħajt ta’ dak il-monument. It-trabi li qatt ma ġew midfuna jew qatt ma ġew imfakkra, issa għandhom post fejn jistgħu jkunu xhieda li huma wkoll xi darba kienu kreatura umana ħajja fuq din l-art. Li huma kienu jeżistu, għaliex kienu maħluqa min Alla b’ruħ li ma tmut qatt. Huma jibqgħu viċin dak il-qaddis li kien magħżul sabiex iħobb u jieħu ħsieb Iben Alla minn meta ġie kkonċeput fil-ġuf tal-omm.Meta jsir dan ir-ritwal li jitfakkar l-isem tat-tarbija, l- omm tista’ tidħol fi djalogu mat-tarbija tagħha, taċċetta dik il-maternità li ċċaħdet minnha, u titlob maħfra ta’ dak li ġara kif inhi x-xewqa anki tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Dan hu l-proċess sabiex isir il-fejqan spiritwali.

San Ġużepp, il-mudell ta’ fiduċja fil-Providenza Divina, jistedinna nafdaw dawn it-trabi lil AllaMeta ġie msejjah sabiex ikun il-missi-er għall-Iben t’Alla, San Ġużepp kien konxju mill-abilitajiet umani tiegħu sabiex jissodisfa rwol hekk impor-tanti. Hu seta’ jirrispondi biss bil-fidi li kellu lejn il-Providenza Divina. Hu

kien jagħmel dak kollu li kien jiġi mitlub jagħmel, iżda r-riżultati kienu jiddependu minn Alla. Din il-fidi narawha evidenti, meta ħa lil Marija, li kienet mirakolożament tqila, b’ mar-tu, li kien kapaċi jsib stalla fejn tista’ jitwieled it-tarbija, u meta ħarab lejn l-Eġittu sabiex isalva lil Ġesù minn dawk l-omiċidji terribli li beda jwettaq Erodi. Ġużeppi kien jaf li t-tifel tiegħu kien it-tifel t’Alla, b’mod speċjali meta sema’ lil Ġesù jirrispondi fit-tempju bil-frażi “id-dar ta’ Missieri.”

Mingħajr m’għandha għalfejn tir-rispondi għall-mistoqsija jekk it-trabi li jinqatlu waqt l-abort ikunux jistgħu jitilgħu l-ġenna avolja mhux mgħammda, dik l-omm imnikkta tista’ titgħallem minn San Ġużepp sabiex ikollha dejjem il-fidi f ’Alla tal-Providenza. Kif għidna aktar ’il fuq, il-Papa Ġwanni Pawlu II jirrif-eri għal dik it-tarbija li “tgħix fi ħdan il-Ħallieq.” L-istatwa tal-Patrun ta’ dawk li baqgħu ma tweldux, turi lil San Ġużepp iżomm tarbija bi ħlewwa bħala missier. Idejn it-tarbija huma miftuħa sabiex jilħqu lil Kristu li hu d-dawl tad-dinja. Bil-kunsens tal-omm, bilqegħda quddiemu, hu joffri t-tar-bija lil Kristu b’imħabba liema bħala. San Ġużepp iwassal lill-omm sabiex tafda f ’Alla u tħalli t-tarbija tagħha f ’ idejn Ġesù. Din li ġejja hi t-talba li tingħad: “O San Ġużepp, wara dik martek, li hi l-Omm Qaddisa tagħna,

int kont l-ewwel wieħed li kel-lek f ’idejk u f ’qalbek lil Ġesù tar-bija. Mill-ewwel darba li int ħarist lejh u żammejtu, il-qalb u r-ruħ tiegħek kienu għal dejjem għalih. Int ħabbejt lill-Bambin Ġesù b’imħabba paterna u b’ħarsien ta’ missier, u int ikkomettejt ruħek li tħobbu, tħarsu u tipproteġi lil dan Ibnek. Ħares issa b’imħabba simili fuq din it-tarbija tiegħi, li telqet min din id-dinja. Inpoġġi lil din it-tarbija tiegħi, bħal kif inpoġġi

l-ħtija u n-niket tiegħi, fit-tgħannieqa eterna ta’ jdejk. Żomm u ħu ħsieb lit-tarbija tiegħi għalija bl-imħabba ta’ jdejja u bi ħlewwa bus u fissed lit-tarbija tiegħi b’din l-imħabba ħelwa li għandi f ’qalbi. Filwaqt li Alla l-Missier afda l-aktar Iben prezzjuż li għandu fl-imħabba u l-ħarsein ta’ jdejk, hekk ukoll ħares u ħobb b’imħabba pater-na lil din it-tarbija tiegħi. Nitolbok, ippreżentah f ’idejn is-Sinjur tagħna, u għamel li jkun jistħoqqli li meta nħalli din id-dinja, it-tarbija tiegħi tkun tista’ tilqagħni fil-ħajja eterna. Amen.”

Dan il-proċess kollu ta’ rikonċiljazzjoni mat-tarbija u li tafdahha f ’idejn Alla, hija għajnuna qawwija ta’ rikonċiljazzjoni ma’ Alla. Meta taċċetta l-maternità tagħha fuq it-tarbija, meta titlob maħfra ta’ dak li għamlet u jkollha l-fidi f ’Alla, l-omm tista’ issa tindem u Alla jaċċetta l-in-diema tagħha. Verament meta taħseb fil-maħfra tiegħu hi tista’ taħfer lilha nnifisha u ssib ftit serħan.

KonklużjoniSan Ġużepp, mudell bħala raġel miżżewweġ u missier. L-akbar patrun għall-miżżewġin u l-ġenituri. Huwa jgħin lill-miżżewġin sabiex japprez-zaw u jgħixu l-vokazzjoni tagħhom fil-ħajja u fl-imħabba, u jgħin lill-ġenituri sabiex jirrispettaw il-ħajja ta’ dawk uliedhom li ma jkunux twieldu u jirrikonċiljaw ruħhom wara d-dnub li wettqu fil-konfront ta’ dik il-ħajja.

San Ġużepp iżomm f ’idejh wild fil-ġuf (b’referenza għall-abort).

Page 148: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 149: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Spiritwalità

147

Patri Deo DebonoOSA

Trabba fir-raħal tal-Kalkara u ħa l-edukazzjoni primarja fl-istess

raħal, fejn wara kompla l-istudji tiegħu ġewwa l-Kulleġġ Santu

Wistin. Gradwat fl-Istudji Umani, il-Filosofija, u t-Teoloġija Sagra.

Daħal Patri Agostinjan u għamel l-ewwel quddiesa fil-Kalkara nhar

id-9 ta’ Lulju 2010.

nità tal-Kapuċċini, minħabba ċerti nies kbar li ħarġu minn dan ir-raħal, minħabba l-baħar sabiħ tar-Rnella kif ukoll minħabba l-bini ta’ Smart City f ’dawn l-aħħar snin. Dawn huma af-farijiet li taw isem lil raħalna u aħna għandna napprezzaw dan kollu u ntuh attenzjoni partikolari għax din hija l-identità tagħna u ta’ l-ulied li għad iridu jiġu. Hija sfortuna li għal ħafna snin dawn it-teżori ma ħadniex ħsiebhom iżda f ’dawn l-aħħar snin donnu ndunajna li aħna għandna po-tenzjal li nistgħu niskopru u nħaddmu aħjar. Għarafna l-potenzjal storiku tal-Kappella tas-Salvatur li sa ftit snin ilu kienet maħżen u issa reġgħet kisbet il-glorja tagħha. Imma hemm bżonn li dawn il-postijiet li nirrestawraw ntuhom iktar ħajja filwaqt li nsibu mkejjen oħra li forsi ma nafux u nisko-pruhom bil-mod. Eżempju klassiku ta’ postijiet li għandhom valur storiku kbir immens u li qatt ma ħadna ħsiebu huwa l-bieb tas-Salvatur u l-fortizza tar-Ricasoli bil-kappella ta’ San Nikola li tant ġiet mitluqa li għodda spiċċat fix-xejn. Irridu wkoll nifhmu li mhux ir-restawr biss huwa importanti iżda anke l-ħajja li nagħtu lill-post. Insem-mi per eżempju ċ-ċimiterju ta’ Wied Għammieq. Minn hawn insellem lil dawk li jippruvaw jieħdu ħsiebu kemm jistgħu. Nafu lkoll li ċ-ċimiterju ta’ Wied Għammieq huwa post li fil-futur qarib nittamaw li narawh re-stawrat iżda mhux billi tirrestawrah għax aħna għandna r-responsab-

biltà li nżommuh ħaj. Jien mort in-qaddes hemmhekk diversi drabi u għalkemm ikun hemm ammont sabiħ ħafna ta’ nies, ftit ikunu mill-Kalkara. M’għadhomx isiru pellegrinaġġi għal dan il-post devot. Dan juri kemm aħna stess ma tajniehx importanza u jekk aħna li ngħixu maġenbu ma nagħtux kasu, aħseb u ara l-barrani. Żgur li waħda mill-aktar affarijiet li żviluppat f ’raħalna hija l-festa. Għamilna passi ’l quddiem u anke uħud li tefgħuna xi ftit lura. Iżda l-familja Kalkariża ħadmet fuq li ħadmet biex il-festa tagħna tikber u

Il-bniedem minn dejjem identifika ruħu ma’ nies oħra u ma’ postijiet. Dawn jagħtuna identità. Meta nitkell-mu fuq bniedem partikolari, mingħajr ebda intenzjoni ħażina, nirreferu għalih bħala t-tifel ta’ dik il-persuna, jew ir-raġel ta’ dik il-persuna jew l-għarus ta’ dik il-persuna jew il-man-ager ta’ dik il-persuna jew il-ħabib ta’ dik il-persuna u nibqgħu sejrin hekk. Dan kollu jsir għax aħna m’aħniex ngħixu bħala gżira imma aħna parti minn komunità u allura il-komunità lili trid tibnini bil-mod tagħha. Meta persuna tħares lejja, miegħi tara lil ommi, lil missieri, lil oħti, lill-familti b’mod iktar wiesgħa, forsi wkoll lil ħbiebi u tant affarijiet oħra li jibnu l-persuna sħiħa tiegħi. Dan juri kemm jien bniedem soċjali, parti minn strut-tura ħafna ikbar minni.

Żgur li min jafni sewwa, waħda mill-ewwel affarijiet li jgħid fuqi huwa li jien mill-Kalkara. Il-Kalkara tista’ tgħid li hija t-tieni isem tiegħi. Kburi wisq biha u allura kburi bikom ħuti l-Kalkariżi. Minkejja li l-Kalkara huwa raħal żgħir u forsi xi ftit moħbi wara s-swar tat-tlitt ibliet, aħna għandna isem kbir. Il-Kalkara minn dejjem kienet magħrufa minħabba s-sehem kbir ta’ l-Ingliżi, minħabba s-sehem kbir tal-Kalkara fil-gwerra, minħabba l-isptar ta’ Bighi, minħabba l-kanun il-kbir, minħaba l-Mediterranean Film Studios, minħabba ċ-ċimiterju ta’ Wied Għammieq, minħabba l-Komu-

Page 150: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

148

tisbieħ. Kellna ċerti tradizzjonijiet li kienu timbru ta’ popolarità fuq il-festa tagħna u li llum sfortunatament tlifni-ehom. Konna magħrufin ħafna għas-suffarelli imma llum ma tistax tużahom kif ġieb u laħaq. Żgur li ħafna ferħu li naqas l-istorbju u d-dħaħen kbar li kienu joħolqu. Spiċċat it-tradizzjoni li l-vari tal-marċ jgħaddu minn qud-diem il-każini. Din id-deċiżjoni forsi għenet biex ikun hawn iktar kontroll u sigurtà waqt il-festa imma żgur li lkoll kemm aħna ħassejna li tlifna mumenti li kienu saru jiġbdu ħafna nies lejn il-festa tagħna. Kien hemm xorta waħda tradizzjonijiet li ħadu forma differenti iżda baqgħu ħajjin bħal ngħidu aħna l-għoti tal-kuruni lill-istatwi tal-marċ. Min-naħa l-oħra rajna żviluppi kbar fil-qasam mużikali tal-baned tagħna, rajna żviluppi kbar fl-armar u anke fin-nar ta’ l-ajru u n-nar ta’ l-art. Minn hawn, f ’isimkom, nirringrazzja lil dawk responsabbli u nawguralhom kull suċċess. Fil-Knisja rajna żviluppi enormi kemm fil-qasam mużikali u iktar u iktar fl-armar. Il-Knisja tagħna, kif dejjem ngħid, hija kbira ħafna u għalhekk kull proġett ifisser spejjeż kbar. F’dawn l-aħħar snin ra-jna l-Knisja tagħna tiżżejjen bl-isbaħ mod u dan kollu grazzi għax-xogħol u d-dedikazzjoni ta’ uħud li intom tafu sewwa u li b’imħabba jlestulna dan it-tempju mill-aħjar li jistgħu. Żgur li l-isbaħ żvilupp li rajt jien b’għajnejja kien li l-Kalkariż sar iħossu iktar minn qabel li huwa Ġużeppin. Erġajt bdejt nara djar bl-isem tal-Patrun fu-qhom, rajt kwadri tal-Patrun fid-djar u fil-ħwienet u l-isbaħ ħaġa għalija fil-

festa hija meta nisma’ l-ilħna miġbura jkantaw l-antifona meta l-vara tagħna terġa’ tidħol lura fil-Knisja wara l-purċissjoni. Meta nisma l-kant tal-Josef filii David u tisma’ mhux biss lill-kor iżda anke lil dawk li jinġabru fil-Knisja, hemmhekk nara verament kemm dak kollu li jagħmilna Kalkariżi sar jagħmilna Ġużeppini. Illum meta ssemmi l-Kalkara tisma’ diversi per-suni li jgħidulek, “ta’ San Ġużepp mela int!” u lili din tagħmilli tant unur għax hemmhekk nintebah li aħna lkoll qed naħdmu biex nkunu xhieda ta’ l-imħabba li l-Kalkara għandha għal San Ġużepp. Meta kont tfajjel konna nidentifikaw ruħna bħala ‘tal-Malta’ jew ‘tas-Sagra’ imma qisu ħadd ma kien jgħid li hu ta’ San Ġużepp! Il-lum, il-Kalkariż għaraf li għalkemm huwa jista’ jkun partitarju ta’ każin partikolari, imma fuq kollox huwa iben San Ġużepp. Illum jekk inkixfet irħama li tfakkar il-jum li fih tlifna l-Knisja Parrokkjali, irringrazzjajna l’Alla li bl-għajnuna ta’ San Ġużepp imxejna ’l quddiem u bnejna Knisja ġdida frott l-imħabba tagħna lejn il-padrun tagħna San Ġużepp. Jekk kxifna monument tal-gwerra, tlabna lill-Mulej biex ikompli jħeġġeġ fina l-imħabba tagħna lejn San Ġużepp. Jekk iċċelebrajna anniversarju ta’ każin u jekk sar xogħol ġdid fit-tiżjin tal-festa, kollox idur mal-qima tagħna lejn San Ġużepp. Dan kollu juri li l-Kalkariż issa verament sab l-identità tiegħu bħala Ġużeppin għax minke-jja li għandna żewġ każini u minke-jja li nikkompetu b’mod tajjeb biex inżejjnu lil raħalna u biex inkabbru u

nsebbħu l-festa tagħna, iżda lkoll nafu li l-Jum tal-Ħadd għandu jkun jum ta’ ferħ għalina bħala familja waħda.

Fi tmiem dan il-messaġġ tiegħi għal din il-festa, inkompli nħeġġiġkom biex inkabbru l-imħabba tagħna lejn San Ġużepp bħala l-missier tagħna lkoll. Huwa veru li l-Ħadd filgħodu nifirħu flimkien fil-marċ ta’ filgħodu iżda l-ewwel dmir tagħna bħala Kalkariżi huwa li nqaddsu l-jum bit-tqarbina. Ejjew nagħmlu ħilitna biex il-Jum tal-Festa jkun verament jum li jgħaqqadna. Iż-żewġ għaqdiet mużikali tagħna flimkien mal-Kum-missjoni Festa ftehemu biex il-marċ ta’ filgħodu u l-quddiesa tal-festa ma jaħbtux ġo xulxin minħabba li dawn iridu li kollha kemm aħna ngawdu kull parti mill-festa. Niftakru li l-festa hija waħda u sħiħa u tkun ħasra jekk ingawdi biċċa u nitlef l-oħra. Ejjew flimkien ingawdu kull parti tal-festa. L-isforz tagħna jrid ikun li minke-jja li jien ‘tal-Malta’, xorta waħda ser noħroġ mal-familja jew il-ħbieb biex ingawdi l-festa tas-Sagra Familja u viċe versa. Kemm tkun sabiħa s-Sagra Familja tiela’ fuq il-kolonna b’baħar ta’ nies madwar il-kolonna tagħha. U kemm tkun sabiħa l-Malta tagħna meta narawha tiela’ fuq il-kolonna u quddiemha tara baħar ta’ nies u zun-tier mimli nies iċapċpu għall-mużika ferriħija. Iktar u iktar sabiħ ikun San Ġużepp huwa u dieħel il-knisja u tara Knisja kbira bħal tagħna mimlija nies. Kemm ikun isbaħ San Ġużepp meta joħroġ mill-Knisja għall-purċissjoni u minkejja x-xemx tiżreġ jara lil uli-edu miġbura fuq iz-zuntier. Kemm ikun isbaħ San Ġużepp għaddej mit-toroq tagħna fejn kulħadd joħroġ isel-limlu quddiem il-bieb tad-dar daqs li kieku tistednuh ibierek lilkom u lid-dar tagħkom waqt li hu għaddej fi triqatna. Dawn jagħmlu l-festa tagħna isbaħ. Pass pass kollox isir imma rridu nkunu aħna li nagħtu din il-ħajja, aħna li nagħtu l-kulur, aħna li nagħtu s-sens ta’ ferħ, aħna li nkunu magħquda u nuru xi ssarraf l-għaqda tal-Kalkariżi, aħna li npoġġu isem raħalna fuq quddiem, aħna li flimkien b’ħeġġa u b’imħabba nkantaw u ngħajtu l-uniku għajta li għandha tidwi fil-Kalkara: Viva San Ġużepp!

Page 151: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

149

Page 152: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

150

Page 153: Ktieb Festa Sagra Familja 2012

Spiritwalità

151

Joseph Attardli mar jiltaqa’ mal-Mulej

fit-12 ta’ Lulju 2011fl-età ta’ 73 sena.

Obitwarjuis-Soċjetà ssellem lil dawn il-membri, partitarji, familjari u Kalkariżi li ħallewna f ’din l-aħħar sena:

Emanuel Favamill-Kalkara

li mar jiltaqa’ mal-Mulejfid-29 ta’ Awwissu 2011

fl-età ta’ 84 sena.

Daniel Mulvaneymill-Kalkara

li mar jiltaqa’ mal-Mulejfis-6 ta’ Awwissu 2011

fl-età ta’ 58 sena.

John Ridewoodli mar jiltaqa’ mal-Mulej

fid-19 ta’ Novembru 2011fl-età ta’ 80 sena.

Josephine Venturamill-Kalkara

li marret tiltaqa’ mal-Mulejfl-24 ta’ Diċembru 2011

fl-età ta’ 67 sena.

Emmanuel Micallefmill-Kalkara

li mar jiltaqa’ mal-Mulejfis-17 ta’ Frar 2012fl-età ta’ 76 sena.

Rita Diaconomill-Kalkara

li marret tiltaqa’ mal-Mulejfil-15 ta’ April 2012

fl-età ta’ 80 sena.

Ġużeppa Camenzulili marret tiltaqa’ mal-Mulej

fit-2 ta’ Ġunju 2012fl-età ta’ 88 sena.

Lorenza Piccominn Ħaż Żabbar

li marret tiltaqa’ mal-Mulejfit-3 ta’ Awwissu 2011

fl-età ta’ 81 sena.

Permezz ta’ dawn il-paġni nitolbu għal dawn ħutna sabiex jiltaqgħu fis ma’ dak li tant kienu jħobbu fuq din l-art. Sadanittant napprezzaw jekk dawk il-familjari li jkunu jixtiequ li persuna tidher fuq din il-paġna sabiex jgħaddulna santa jew ritratt.

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. Amen.

Page 154: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 155: Ktieb Festa Sagra Familja 2012
Page 156: Ktieb Festa Sagra Familja 2012