Konsonanti li jixxiebħu
Transcript of Konsonanti li jixxiebħu
Jien l-iskola nħobbha ħafna. Iżda
ġara li għandi problema fil-Malti.
L-għalliem dejjem jgħidli linispelli ħażin!
Ara…ħa nagħtikom eżempju!
Fejn il-kompjuter kien hemmżewċ lapsijiet!
Fil-ħanut rajt ħafna żdieri żbieħ.
Wara il-futbol mort nixrop tassa
ilma.Ilbieraħ irqadd fuq is-sodda tal-ħadit.
Il-Konsonanti
Qawwija Rotob
Il-konsonanti qawwija jitlissnu bil-qawwa.
Il-konsonanti rotob jitlissnu bil-ħlewwa.
Qawwija Rotob
b - ballun
d – dar
ġ - ġelat
g – granċ
v – vann
ż - żarbun
għ – għasfur
h - huma
p - pupa
t – torri
ċ - ċirasa
k – kejk
f - fjura
s – sema
x – xemx
ħ - ħuta
Biex tkun taf liema hu l-leħen tal-konsonanti li tkun qed tfixklek, għamel hekk:
a) Jekk il-konsonanti tkun f’tarf il-kelma, żid vokali jew sillaba warajha.
Eż: ngħidu ġilt imma niktbu ġild għax ġilda.
ngħidu pajjis imma niktbu pajjiż għax pajjiżek.
b) Jekk il-konsonanti tkun quddiem konsonanti oħra, indaħħlu vokali bejniethom.
Eż: ngħidu żdieri imma niktbu sdieri għax sidrija.
ngħidu gbar imma niktbu kbar għax kiber.