IL-LIVELL 5 - 6 - 7sncrabatms.com/wp-content/uploads/2018/01/malti_f2_L5-6-7_qari_kitba... · Qalbu...

12
Il-Malti Il-Qari u l-Kitba It-Tmien Sena tas-Sekondarja L 5-6-7 2017 Paġna 1 minn 12 IT-TMIEN SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn L-Isem u l-Kunjom: ______________________________________________ Il-Klassi: _______ Għall-istudent/a: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar. Għall-għalliema: Il-MARKI It-Taħdit 10 Il-Fehim Mis-Smigħ 10 Il-Qari u l-Kitba 80 IT-TOTAL 100 Taqsima A B Ċ1 Ċ2 D1 D2 TOTAL Marka 14 10 15 15 8 18 80 Marka tal-Istudent/a Kummenti: __________________________________________________________________________________ __________________________________________________________________________________ __________________________________________________________________________________ IL-LIVELL 5 - 6 - 7

Transcript of IL-LIVELL 5 - 6 - 7sncrabatms.com/wp-content/uploads/2018/01/malti_f2_L5-6-7_qari_kitba... · Qalbu...

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena tas-Sekondarja – L 5-6-7 – 2017 Paġna 1 minn 12

IT-TMIEN SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn

L-Isem u l-Kunjom: ______________________________________________ Il-Klassi: _______

Għall-istudent/a:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb

riżultati aħjar.

Għall-għalliema:

Il-M

AR

KI

It-Taħdit 10

Il-Fehim Mis-Smigħ 10

Il-Qari u l-Kitba 80

IT-TOTAL 100

Taqsima A B Ċ1 Ċ2 D1 D2 TOTAL

Marka 14 10 15 15 8 18 80

Marka

tal-Istudent/a

Kummenti:

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

IL-LIVELL

5 - 6 - 7

5 – 6 – 7 – 8

Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena tas-Sekondarja – L5-6-7 – 2017

IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Aqra sewwa din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha.

Il-Festa

Il-festa tar-raħal Maltija hija l-essenza ta’ dak kollu li huwa Mediterranju magħsura f’avveniment

wieħed. F’dawn il-festi jispikkaw id-dwal ikkuluriti, il-mużika tal-banda u l-ispettakli impressjonanti u

storbjużi tal-logħob tan-nar, flimkien ma’ folla ta’ mijiet ta’ nies. (par. 1)

Ġeneralment, il-festi jiġu ċċelebrati bejn ix-xhur ta’ Mejju u Settembru. Matul dawk il-jiem magħżula

għall-festa, dak ir-raħal partikolari jżejjen it-toroq bi statwi u bandalori ddedikati lill-qaddis, u matul

dik il-ġimgħa kollha, in-nies tal-lokal u t-turisti jingħaqdu flimkien sabiex igawdu ċ-ċelebrazzjonijiet u

l-briju tal-festa. (par. 2)

Il-kjoskijiet tal-ikel li jarmaw fit-toroq iservu minn kollox, minn hot dogs sa ikel tradizzjonali bħall-

imqaret u l-qubbajt. Il-marċi tal-banda huma parti integrali miċ-ċelebrazzjoni. Il-banda lokali ddoqq

il-marċi favoriti tal-festa, li ħafna minnhom ikunu miktuba minn xi surmast lokali. (par. 3)

L-aktar mument importanti fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ kull festa hi ċ-ċerimonja tal-irfigħ tal-istatwa.

Id-devoti tal-festa jitfgħu l-offerta tagħhom sabiex dawk bl-ogħla offerta jingħataw il-privileġġ li

joħorġu l-istatwa mill-knisja u jpoġġuha f’post prominenti fil-pjazza tar-raħal. (par. 4)

L-aktar li jagħtu pjaċir lill-folla żgur li

huma l-ispettakli tal-logħob tan-nar.

L-ispettakli normalment jinvolvu

l-murtali, li huma xorta ta’ bombi li

jagħmlu splużjoni eċċezzjonali meta

jinfetħu fis-sema, logħob tan-nar

ikkulurit li jdawwal is-sema billejl, u

l-ġigġifogu jew irdieden tan-nar –

strutturi elaborati li jipproduċu

spettakli li jgħammxu l-għajnejn ta’

ħsejjes u lwien. (par. 5)

(Addattament minn artiklu li deher fis-sit tal-Airmalta)

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena tas-Sekondarja – L 5-6-7 – 2017 Paġna 3 minn 12

Taqsima A. Il-Fehim Mill-Qari (14-il marka)

Wieġeb il-mistoqsijiet fi kliemek skont is-silta li qrajt.

1. Għalfejn taħseb li din is-silta jisimha Il-Festa?

__________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (marka)

2. Semmi żewġ affarijiet li jispikkaw fil-festa Maltija? (par. 1)

__________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (marka)

3. Bejn liema xhur tas-sena jiġu ċċelebrati l-maġġoranza tal-festi? (par. 2)

___________________________________________________________________________ (marka)

4. B’liema mod jinbidel ir-raħal fi żmien il-festa? (par. 2)

__________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (marka)

5. Liema minn dawn issib fi kjosk fil-festa? Immarka t-tajba. (par. 3)

imqaret stuffat ġbejniet (marka)

6. X’jissejjaħ dak li jmexxi l-banda? (par. 3)

______________________________________ (marka)

7. Liema hu l-aktar mument importanti ta’ kull festa? (par. 4)

___________________________________________________________________________ (marka)

8. Immarka Veru jew Falz. (3 marki)

Veru Falz

a. Il-logħob tan-nar mhuwiex l-aktar li jagħtu gost lill-folla.

b. Fil-festa, it-turisti ma jingħaqdux mal-Maltin biex jiċċelebraw.

ċ. L-imqaret u l-qubbajt huma ikel tradizzjonali Malti.

_________

14

Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena tas-Sekondarja – L5-6-7 – 2017

Taqsima B. Għarfien il-Lingwa:

1. Mill-ewwel paragrafu, sib kelma waħda li tfisser grupp kbir ta’ nies.

__________________________________ (marka)

2. Mit-tieni paragrafu, sib kelma oħra minflok ‘patrun’

___________________________________ (marka)

3a. Kompli dan il-qawl billi timmarka t-tajba: Dak li tiżra’...

taħsad tixtri taqta’ (marka)

b. X’taħseb li jfisser dan il-qawl? Immarka t-tajba. (marka)

Il-kwalità tal-oġġett tidher mill-prezz tiegħu.

Mhux kulħadd jixtri u jonfoq flus fil-festa.

Il-festi huma sbieħ għax in-nies jaħdmu ħafna għalihom u jagħtu ħafna flus.

Taqsima B. Il-Grammatika (10 marki)

1. Agħżel it-tajba: Il-plural sptarijiet huwa: sħiħ miksur

(marka)

2. Agħżel it-tajba: In-nom ħut huwa: plural kollettiv

(marka)

3a. Il-Plural Imtenni ta’ widna hija:

______________________________________

b. Il-Plural Miksur ta’ żiemel hija:

______________________________________

(2 marki)

___________

10

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena tas-Sekondarja – L 5-6-7 – 2017 Paġna 5 minn 12

4. Poġġi fl-istat kostrutt: Il-Wied taż-Żurrieq

______________________________________

(marka)

5. Agħti kelma waħda minflok: id-dar tagħna ___________________________ (marka)

6. Aqta’ linja taħt il-pronom mehmuż fil-kelma

kissirhom.

k i s s i r h o m (marka)

7. Agħti l-mamma u l-għerq tal-verb kitbu

Mamma

__________________

Għerq

__________________

(2 marki)

9. Immarka jekk il-verb kitbu huwiex trilitteru

jew kwadrilitteru.

trilitteru

kwadrilitteru

(marka)

aqleb għall-paġna li jmiss...

Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena tas-Sekondarja – L5-6-7 – 2017

Taqsima Ċ. Il-Letteratura (30 marka)

Ċ1. Il-Poeżija (Nadriet 2 ta’ Tarċisju Zarb) (15-il marka)

I. Dawn huma żewġ strofi mill-poeżija Ġejja x-Xita ta’ Mary Meilak.

“Il-qattusa ħiemda f’rokna

Togħrok, togħrok lil widnejha

U t-tiġieġa tgerfex tgerfex

Sħab ta’ trab qajmet b’dufrejha”.

Il-bebbux sejjer jistaħba

Ġewwa t-toqob qalb il-blat

U l-kelb tħaxken maġenb sidu,

Qalbu sewda nofs skantat.

a. Liema żewġ annimali qed imorru jistkennu meta tkun ġejja x-xita?

__________________________________ ________________________________ (2 marki)

b. Għaliex taħseb li l-kelb għandu qalbu sewda?

i. Għax hu ferħan u mimli ħeġġa biex jgħix.

ii. Għax hu mimli kuraġġ għax jinsab maġenb sidu.

iii. Għax hu mdejjaq għax ġejja x-xita. (marka)

ċ. F’din il-poeżija l-qattusa qiegħda togħrok imneħirha peress li ġejja x-xita.

VERU FALZ (marka)

d. Mill-versi t’hawn fuq ikteb żewġ kelmiet li jirrimaw flimkien:

________________________ ___________________________ (marka)

e. X’tagħmel inti meta tkun ġejja x-xita u għaliex?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________ (2 marki)

__________

30

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena tas-Sekondarja – L 5-6-7 – 2017 Paġna 7 minn 12

II. Aqra din is-silta meħuda mill-poeżija Ballata ta’ Rużar Briffa u wara wieġeb il-mistoqsijiet.

Pawla, Pawla, xi sbuħija

saħħret wiċċek u mixjitek?

Kont il-għaxqa minn ta’ niesek:

Kemm malajr il-mewt ħatfitek!

a. Din il-poeżija tissejjaħ ballata għax tittratta storja ta’:

i. ħbiberija.

ii. ġlied u gwerer.

iii. mħabba. (marka)

b. Imla l-vojt:

F’din il-poeżija naraw ir-relazzjoni bil-moħbi bejn tfajla Maltija li jisimha

_____________________________ u _____________________________. (2 marki)

ċ. Aqta’ linja taħt it-tweġiba t-tajba:

Din il-koppja kienet tiltaqa’ ( f i l g ħ o d u / f i l g ħ a x i j a ) quddiem ( k n i s j a / s t a l l a ) .

(2 marki)

d. Min ġie maqtul fil-poeżija:

i. missier u omm it-tfajla.

ii. it-tfajla u l-kavallier.

iii. il-kavallier u missieru. (marka)

e. Liema żewġ kelmiet jirrimaw fl-istrofa li tidher hawn fuq:

___________________________ ___________________________ (marka)

f. L-istrofa t’hawn fuq fiha ___________ versi u tissejjaħ Kwartina. (marka)

Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena tas-Sekondarja – L5-6-7 – 2017

Ċ2. Ir-Rumanz (Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta ta’ Trevor Żahra) (10 marki)

Ommi kienet dejjem twiddibni: “Lin-nanna ħalliha bi kwietha!” ...

Imma għad li mhux żgur kelli sitt snin, kont inħobb immur bil-

moħbi ... nismagħha tgħid ir-rużarju.

1. Il-karattru prinċipali tal-ktieb, dak li qed jirrakkonta l-istorja tal-fuklar,

kien jismu ____________________ . (marka)

2. In-nanna kien jisimha: Grace Ġolina Ġemma. (marka)

3. In-nanna kellha kollezzjoni ta’: santi bnadar statwi. (marka)

4. Iz-zija _________________ u z-zija Antida kienu jaħdmu t-tnejn bħala _____________________

tal-primarja. (2 marki)

5. Dan il-fuklar kien jinsab fil-kamra:

tan-nanna ta’ Grace taz-zija Antida (marka)

6. Mal-ġenb tal-fuklar kien hemm żewġ _________________. (marka)

7. Meta Toni daħal wara l-fuklar ra:

saqqu u xi bnadar vetrina bl-istatwi katavru ta’ raġel. (marka)

8. Meta l-protagonista tar-rumanz kien jorqod wara l-fuklar:

kien joħlom ikrah

ruħu kienet toħroġ minn ġismu

kien jibża’ ħafna. (marka)

9. Imla l-vojt billi tagħżel il-kliem mit-tabella t’hawn taħt: (mhux il-kliem kollu jrid jintuża)

Tittu bnadar abjad Żejtun Susanna

żiemel Paċifku aħdar Wistina Żurrieq

In-nanniet tan-naħa ta’ missier Toni kienu joqogħdu ż-_______________. In-nannu kien jismu

____________ filwaqt li n-nanna kien jisimha ____________. In-nannu ħa lil Toni sa fuq il-Monti u

xtralu ____________ tal-injam. Mingħand in-nannu sar jaf li l-bandiera tar-reliġjon tkun ħamra b’salib

____________. In-nannu sar jaf li Toni kien iħobb ħafna l-____________. (6 marki)

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena tas-Sekondarja – L 5-6-7 – 2017 Paġna 9 minn 12

Taqsima D. Il-Kitba (26 marka)

D1. Il-Kitba Komunikattiva (8 marki)

Agħżel waħda minn Di JEW Dii.

Di. Turist li ġie Malta, wasal fir-raħal u jixtieq l-għajnuna sabiex imur sal-Kunsill Lokali. Talbek

ftit għajnuna biex ikun jista’ jsib fejnu. Għinu billi tagħtih id-direzzjonijiet meħtieġa biex jasal.

Ikteb madwar 40-60 kelma.

Għajnuniet: ninsabu..., imxi..., dur..., ibqa’ tiela’..., ikser fuq il-lemin/xellug..., tara

quddiemek.

JEW

Dii. Wasal student ġdid fl-iskola tiegħek u inti tixtieq tgħinu billi tgħidlu kif jasal sal-librerija tal-

iskola. Agħtih id-direzzjonjiet biex jasal. Ikteb madwar 40-60 kelma.

Għajnuniet: bħalissa qegħdin..., taraġ..., klassijiet..., uffiċċju tal-kap tal-iskola..., sala tal-

iskola

Immarka n-numru u l-ittra tal-mistoqsija magħżula D i D i i

26

Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena tas-Sekondarja – L5-6-7 – 2017

D2. Il-Komponiment (18-il marka)

Agħżel WIEĦED mit-titli li ġejjin u ikteb komponiment ta’ madwar 150 kelma fuqu fil-linji

pprovduti.

1. Kont fuq tal-linja u waqfet għax kellha l-ħsara. F’dak il-mument.... Kompli l-istorja.

Għajnuniet:

Fejn kont sejjer/sejra?

Għaliex waqfet tal-linja?

X’qalilkom ix-xufier?

Kellkom tinżlu jew stajtu tibqgħu fuqha?

X’ġara f’dak il-mument?

X’rajt u xi smajt?

X’għamilt inti?

X’ħassejt?

Kif spiċċat l-istorja?

2. Is-seksieka tat-triq tagħna!

Għajnuniet:

Min hi din il-mara li toqgħod ħdejkom u li tgħid ħafna fuq in-nies?

Iddiskriviha.

X’karattru għandha?

Għaliex issibuha bħala ‘s-seksieka’?

Kif tqatta’ l-ġurnata tagħha?

X’relazzjoni għandek magħha? Tkellimha jew ma tagħtix kasha?

Kulħadd jaħseb li hi seksieka?

Ġieli għamlet xi praspura?

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena tas-Sekondarja – L 5-6-7 – 2017 Paġna 11 minn 12

Spazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek. (Ma jingħatawx marki għall-pjan.)

Immarka n-numru tal-komponiment magħżul 1 2

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena tas-Sekondarja – L5-6-7 – 2017

TMIEM IL-KARTA