IS -SINJURA S -SEWDA

18
merlin addattat għall-Malti minn Dwayne Ellul Illustrazzjonijiet ta’ Iacopo Bruno IS - SINJURA S - SEWDA

Transcript of IS -SINJURA S -SEWDA

Page 1: IS -SINJURA S -SEWDA

merlin

addattat għall-Malti minnDwayne Ellul

Illustrazzjonijiet ta’

Iacopo Bruno

IS-SINJURA S-SEWDA

Page 2: IS -SINJURA S -SEWDA

61

Waqafna wara l-blat, ftit passi ’l bogħod minnu. Sibnieh wiċċu mgħaddas ġor-ramel b’xagħru twil imwaħħal miegħu.

Kien mitluq, donnu mxaħxaħ f ’raqda fil-fond. Kellu ħwejġu għasra u mimlijin ramel. Kien liebes ġlekk, qmis bil-pulzieri maqfula bil-cufflinks, qalziet tal-bellus u żarbuna waħda.

KAPITLU 6

Il-bajja tal-biża’

Page 3: IS -SINJURA S -SEWDA

62

“Ibqgħu hawn …” avżana Sherlock, u b’pass wieħed kien diġà qabeż il-blat.

“Oqgħod att—” għedt jien, imma mill-ewwel waqqafni Lupin. Sherlock mexa bil-mod il-mod u warajh ħalla l-passi ta’ saqajh midfuna ġor-ramel. Resaq qrib in-nawfragu, flieh minn fuq s’isfel, dar nofs dawra madwaru u fl-aħħar ikkonkluda, “Dan mejjet.”

Dak il-ħin ħassejt dehxa tielgħa mas-sinsla ta’ dahri.

“Mejjet?” staqsejtu mbellha.“Mejjet,” tenna Sherlock.“Illallu! … Ħaqq ix-xjaten!” beda jredden Lupin u

ndunajt li anki hu ried imur ħdejn il-mejjet.“Stenna naqra!” waqqaftu.Ħarisna lejn xulxin. Ma ridtux iħallini hemm

waħdi, imma lanqas kienet l-akbar xewqa ta’ ħajti li nersaq qrib katavru stendut f ’nofs ta’ bajja. Għajnejn Lupin ileqqu kixfuh: il-kurżità kienet għamlet bih.

“Ġejja miegħek …” għedtlu jien u nipprova nagħmel kuraġġ. U rsaqna ħdejn Sherlock.

Il-ġuvnott, li ’l quddiem kellu jsir l-aqwa investigatur li qatt rat id-dinja, niżel fuq irkoppa waħda ħdejn il-ġisem bla ħajja tan-nawfragu u beda jeżaminah billi jmissu ’l hawn u ’l hemm b’zokk li

Page 4: IS -SINJURA S -SEWDA

63

kien daħal mal-mewġ. “X’int tagħmel, għid?” staqsieh Lupin.“Qed nipprova niskopri min hu,” wieġbu Sherlock.“Tgħid indawruh?” “X’tagħmlu?! Iddawruh?” bdejt neqred. “Ara biss

ifettlilkom tmissuh!”Lupin u Sherlock ħadu posthom wieħed ħdejn

l-ieħor. U jien, b’idi fuq ħalqi, bdejt inħares madwari, imbarazzata.

“Eee … jien n-n-aħseb li … a-aħjar …” bdejt intemtem. Imma stajt nara ċar daqs il-kristall li għal dawk it-tnejn, jien stajt ma kontx hemm.

“Fina dil-qmis … l-għonq la Ingliża …” osserva Sherlock b’dak iz-zokk f ’idu li kien bħal prova ta’ għerfu, “mhux lakemm issib tixtrihom minn dan-naħiet …”

“Ilbies veru lussuż,” qabel Lupin. “Ara l-cuff - links …”

“Ija daqshekk issa!” insistejt.“Forsi waqa’ l-baħar minn fuq xi vapur tat-turisti,”

kompla Lupin.Sherlock ferfer rasu. “Dan mhux ilbies ta’ turist.

Iktar qisu lbies ta’ xi ħadd tan-negozju … jew ta’ xi ħadd'—”

Lupin tbaxxa ftit biex iħares lejn wiċċ in-nawfragu

Page 5: IS -SINJURA S -SEWDA

64

mill-qrib. Innota li kellu wiċċu donnu tal-kina, imma mbagħad, mid-dehra, ma kienx jagħti wisq kas tad-daqna.

Ma stajtx nibqa’ hemm ħdejhom. Bdejt nitbiegħed, kull darba ndur dawriet sħaħ madwar il-bajja. Ma stajtx nifhem kif setgħu jibqgħu hekk, friski bħal ħassa. Jien kelli qalbi trid tinqala’ minn postha u titlaq tiġri, u jdejja u saqajja bbisuli f ’salt. Imbagħad tħares lejn dawk it-tnejn … u taħsibhom xi żewġ tobba f ’sala tal-operazzjonijiet.

“Ejja mmorru nsejħu għall-għajnuna!” għedt b’leħni jirtogħod.

Baqgħu jitkellmu minn taħt l-ilsien bejniethom.Infaħt waħda kbira u rġajt mort ħdejhom.“Lupin, Sherlock … x’intom'—?”Biz-zokk li kellu f ’idu, Sherlock beda jqalleb fil-

but tal-ġlekk tal-mejjet. Irnexxielu jżellaq ’il barra żewġ ġebliet imdaqqsin u biljett imxarrab.

Lupin dawru wiċċu ’l fuq. Erġajt inħsadt. Fuq il-biljett kien hemm sentenza

miktuba bil-linka li kienet iżżellġet bl-ilma baħar u kienet diġà bdiet tintefa.

“Il-baħar iħassar ħtijieti,” qara Sherlock.Għamilt pass lura, erġajt tajt daqqa t’għajn

madwarna u, did-darba, rajt li ftit ’il bogħod, fuq

Page 6: IS -SINJURA S -SEWDA

65

il-blat għoli … kien hemm xi ħadd. Kien imleffef f ’kapott blu li kien jaħbilu wiċċu kollu minn quddiem. Imma mnejn kont, stajt nara l-profil tiegħu. Kien jidher sew fuq l-isfond tas-siġar li kienu jkennu l-pas-saġġ li konna għaddejna minnu ftit tal-ħin qabel.

U kien donnu qed iħares lejna. Dak il-ħin ħassejtni negħreq taħt mewġa ta’ biża’.

Ippuntajt lejh u qbadt inwerżaq kemm niflaħ.“Tlaqna ’l hemm!”Lupin u Sherlock qamu minn fejn kienu qishom

kellhom il-molol. Ma kontx ċerta kinux rawh huma wkoll lil dak tal-kapott imma żgur li b’dik it-twerżiqa qtajtilhom għaxar snin minn ħajjithom. Tlaqna niġru t-tlieta li aħna, saqajna ma’ daharna, u ma waqafniex qabel ma wasalna f ’bieb il-belt.

Kif sibna ruħna hemm, imbagħad, intfajna nis-trieħu b’daharna jmiss mal-ġebel tas-swar li kien għadu jarmi s-sħana, u żżerżaqna ħelu ħelu għal mal-art, nilhġu.

“X’inhu … jiġri … a?” staqsa Lupin xħin ġab ftit tan-nifs.

“Kien hemm ra-raġel …” laqlaqt, “liebes kapott …”Sherlock kien għalaq għajnejh. “Raġel liebes kapott … fuq il-blat t’hemm fuq …”“Inti ċerta?”

Page 7: IS -SINJURA S -SEWDA

66

Għamiltlu iva b’rasi u bqajt nipprova niġi f ’tiegħi.“Kien qed iħares lejna … lejna u lejn … il-mejjet …”“Ir-raġel li m’għandux isem …” daħal Sherlock.

Fetaħ il-ponn. Kien ġab miegħu l-biljett li kien sablu fil-but.

Rasna kienet mimlija ħsibijiet li kienu qed iduru u jagħqdu aktar minn raddiena miġnuna. X’kellna nagħmlu? Lil min kellna nirrappurtaw? Min kien rana fil-bajja ħdejn il-mejjet? U min kienet dik il-persuna misterjuża li rajt tispjunana?

“Ara ma nivvintaw xejn,” qal Lupin qisu kien qrali moħħi. “Ma nagħmlu xejn u ma nparlaw xejn. Aħna qatt ma konna f ’dik il-bajja u ma rajna ebda mejjet. Qed tifhmuni?”

“Imma hemm il-passi tagħna fuq ir-ramel,” qal Sherlock.

“Issa jgħattihom il-baħar dawk'—'qed jimla.”Sherlock għamel sinjal li kien qed jifhem. “Imma

xorta jibqa’ l-fatt li laħaq rana xi ħadd,” u pponta lejja b’geddumu.

“M’aħniex ċerti mija fil-mija …” enfasizza Lupin.“Qed ngħidilkom: kien hemm xi ħadd. Żgur!”“Aktarx hekk hu,” qal Sherlock.“U allura issa x’ħa nagħmlu?” staqsejt. “Irridu

ngħidu lil xi ħadd!”

Page 8: IS -SINJURA S -SEWDA

67

Lupin xengel rasu, determinat. “Le. Kieku stess, jaqbel li nistennew li jitkellem min rana. Aħna m’għandna għalfejn nagħmlu xejn.”

“U intom ċerti li … dak ir-raġel li rajt jien … se jitkellem?”

Sherlock qam minn mal-art u għattiena bid-dell twil tiegħu. “Sewwa qal Lupin. Jekk dar-raġel misterjuż imur għand il-pulizija … l-aħbar tinxtered mal-belt kollha f ’kemm ili ngħidlek.”

“U jekk ma jmurx?”“Ikun ifisser li int, probabbilment, tkun rajt lill-

qattiel, Irene.” Għal mument ma stajtx nieħu nifs. Għajnejn

Sherlock kienu qishom il-fetħa ta’ għar mudlam. “U li hu ra lilna t-tlieta,” ikkonkluda b’geddum

sal-art.

Page 9: IS -SINJURA S -SEWDA

83

Iltqajna fil-post tas-soltu, quddiem il-monument tal-pirata fit-tarf tas-sur li jagħti għal fuq il-baħar. Sherlock u Lupin kienu bilqiegħda fuq

it-trunċieri, ibandlu saqajhom fil-vojt kif iħobbu jagħmlu s-subien. Jien ippreferejt nintefa’ minn tuli, żaqqi maċ-ċinta tas-sur b’geddumi mserraħ fuq il-pali ta’ jdejja.

KAPITLU 9

Is-sigrieti ta’ stranġier

Page 10: IS -SINJURA S -SEWDA

84

Minn taħt il-libsa stajt inħoss il-ġebel imqabbeż tas-sur iniggiżni.

“Jiġifieri intom taħsbu li għandna għalfejn nin-kwe taw?” staqsejthom. Għaliex jien ħassejtni xi ftit imbeżżgħa u bejni u bejn ruħi bdejt niskanta kif la Lupin u lanqas Sherlock ma kienu qed juru l-iċken ħjiel ta’ biża’.

“Ninkwetaw għaliex?” ried jaf Lupin.Ma semma xejn dwar is-serp u lanqas jien ma

qgħadt insemmi l-biċċa ta’ kif daħalli mit-tieqa.“Uuu, sibna katavru fil-bajja …” għedt. “Naħseb li

xi ħadd qatlu jien, mhux hekk?”“Mhux bilfors,” sa fl-aħħar lissen Sherlock, “jista’

jkun hemm qattiel, jista’ jkun hemm anki aktar minn wieħed, imma jista’ jkun ukoll li ma qatlu ħadd.”

“Kif ma qatlu ħadd, Sherlock?” staqsieh Lupin. “Lanqas li ma tafx kif sibnieh … Kif jista’ jkun miet waħdu?”

“Ħeqq ara, forsi għax xi darba jew oħra l-mewt tasal fuq kulħadd?”

“Ija, imma l-biljett li kellu fil-but —”“Jitkellem dwar xi ħtijiet li kellu jħassar il-baħar.

Min jaf, forsi huwa speċi ta’ kundanna kerha? Għandu mnejn. Jew forsi l-messaġġ iddisprat ta’ xi ħadd li kien jaf li ħa joqtol lilu nnifsu. Fil-bwiet sibnielu l-ġebel: u

Page 11: IS -SINJURA S -SEWDA

85

inti jekk ma tridx tegħreq, titfa’ l-ġebel fi bwietek?”Ma kkonvinċinix daqshekk, imma kompla, “La

nafu min kien dan il-proxxmu, la nafu kif miet u lanqas x’seta’ ġiegħlu jneħħi ħajtu'—'dejjem jekk għamel suwiċidju'—'allura …”

Sherlock tella’ saqajh irqaq u mibruxa fuq is-sur u rasshom ma’ sidru.

“M’għandniex biżżejjed provi biex nikkonkludu li nqatel. U l-ipotesi ta’ suwiċidju drammatiku trieġi ħafna wkoll!”

“Qed tinsa lir-raġel tal-kapott,” irribatta Lupin.“U żgur: ir-raġel tal-kapott blu li qalet li rat Irene

warajna.”“Vera rajtu!” ipprotestajt.“M’għandix dubju li inti ċerta li rajtu,” ikkoreġieni

Sherlock, “imma aħna ma nistgħux inkunu ċerti mija fil-mija daqsek. Ma nistgħux.”

“Nirringrazzjak ta’ kemm tafdani b’għajnejk magħluqa, għażiż Sherlock.”

“Mhix kwistjoni ta’ nafdakx jew le. Kieku rajtu jien, l-istess ħaġa kont ngħid.”

“Ir-raġel li lmaħt jien jista’ jkun il-qattiel,” insistejt.“Jiddispjaċini, Irene, imma fuq dil-ħaġa anki jien

għandi d-dubji,” daħal Lupin.“Ukoll. U għaliex da’?”

Page 12: IS -SINJURA S -SEWDA

86

“Għax qattiel imur jinħeba, jagħmel minn kollox biex ma jarah ħadd … jekk jista’ jkun lanqas tlett itfal bħalna.”

“Mmm, għandek punt,” ammettejt.“Imma xorta għad fadal ħafna affarijiet li xejn

mhuma jdoqquli e.”“U kif! Għadna lanqas biss bdejna: Ta’ min hu

l-katavru? Inqatel? U jekk iva, dak tal-kapott huwa l-qattiel?” ftaħtilha jien.

Lupin qagħad jaħseb ftit, imbagħad wieġeb, “Fil-biċċa karta li sibnielu hemm il-kelma ħtijieti. Il-ħtijiet ta’ xi ħadd dejjem iħallu l-marka tagħhom fil-ħajja ta’ ħaddieħor. Barra minn hekk il-karta għandna qiegħda. Għandna f ’idejna ħjiel li ħadd aktar ma għandu aċċess għalih, lanqas il-pulizija! Jien naħseb li għandna nibdew ninvestigaw għal rasna.”

“Vera hekk taħseb?” staqsejtu kif irrealizzajt li beda jitkellem bis-serjetà. “Taħseb li … dak il-biljett l-aħjar'—”

Sherlock xengel rasu. “Naħseb l-aħjar dak il-biljett ngħadduh ’il-pulizija.”

“Dażgur, mhux hekk!” sploda Lupin. “Inkunu tfal bravi, nagħtu l-ħjiel li għandna lill-pulizija u mmorru nkomplu nilagħbu bit-toys li tant inħobbu … Possibbli daqshekk bla demm li ma tixtiqux tiskopru

Page 13: IS -SINJURA S -SEWDA

87

x’ġara?” qalilna fl-aħħar, ixejjer idejh u jitbaqbaq.Sherlock l-ewwel ħares lejja, imbagħad lejn Lupin.

U nfaqa’ jidħaq.“Nista’ nkun naf biex qed tidħaq?” staqsieh Lupin.“Għax, ngħidlek id-dritt, qed naraha impossibbli

dil-biċċa tax-xogħol. Perikoluża u impossibbli.”“Jiġifieri għadna ’qas biss bdejna u ġa qtajt qalbek.”“Jien mhux hekk għedt. Imma rraġunaw ftit:

imbilli għandna dak il-biljett, kif se niskopru min hu l-mejjet, minn fejn kien u x’kien qed jagħmel hawn? U dan m’aħniex inqisu l-periklu li nistgħu nidħlu fih!”

“Qed tibża’?”Sherlock daħaqha. “Ma tarax! Anzi … xi rridu

aktar!” Lupin ħa r-ruħ. “U mela hekk, fl-aħħar! U int,

Irene? X’jidhirlek?”“Jien għalija di’ ġennata kbira. Il-belt kollha

mixgħula bis-sejba tal-katavru fil-bajja … Sa anki ġurnalist kien hemm il-posta, jipprova jitkixxef xi ħaġa. Imbagħad hemm ukoll il-pulizija sintendi …”

“Ajma ħej, iss’għedt waħda!” qabeż Lupin. “L-Ispet-tur Flebourg! Skont missieri għanbaqru mill-kbar nett. U jqatta’ nofs il-ġurnata rieqed u n-nofs l-ieħor jiekol. Jiġifieri dak, bih u mingħajru xorta.”

Page 14: IS -SINJURA S -SEWDA

88

“Ija, ok … Imma l-oħrajn? Dil-biċċa fuq fomm kulħadd qiegħda ta.”

“Sewwa qed tgħid Irene …” qal Sherlock. “Aktar ma jdeffsu mneħirhom nies f ’dil-biċċa aktar hemm ċans li jekk ikun hemm xi ħjiel jintilef.”

Lupin ta daqqa b’idejh fuq irkupptejh u b’vuċi għolja qal, “Allura jekk inhu hekk, mhux aħjar niċċaqilqu?!”

“Jien ġejja magħkom,” għedtilhom, “imma fejn sejrin?”

Sherlock ħares lejna. Kien qed jiggustana jarana daqstant determinati.

“Fejn jibdew u jispiċċaw kważi l-istejjer kollha li jiġru f ’din il-belt,” wieġeb hekk kif qam bis-salt minn postu. “Il-port!”

“Ħeqq ħimm …” qaħqaħ Lupin biex jiġbdilna l-atten-zjoni.

Sherlock u jien waqafna. Konna kważi wasalna fit-trejqa li tinżel isserrep lejn il-parti l-qadima tal-belt.

“Ejja, x’se tagħmel?” staqsejtu. “Jew wara li kkon-vinċejtna se tibqa’ hemm, qisek statwa tal-melħ?”

Lupin ma ċċaqlaqx minn fejn kien u beda jżebbeġ lejna bi tbissima enigmatika. Qisu kien qed jieħu gost

Page 15: IS -SINJURA S -SEWDA

89

jilgħabha tal-misterjuż. Li hu żgur hu li rnexxielu jġibli demmi ilma!

“Nista’ nkun naf x’inhu għaddej minn dik ir-ras?” għedtlu kif imxejt lura sa ħdejh.

“Xi tgħidu li kieku kelli ngħidilkom li hawn xi ħadd li jaf min kien in-nawfragu?” beżaqha fl-aħħar Lupin.

“Sempliċi: nistaqsik jekk tafux lil dan it-tali,” weġibtu.

“Jista’ jkun,” wieġeb xott xott.U mexa sa ħdejna jċeklem u jiżżegleg, donnu xi

żeffien redikolu.“Ilbieraħ billejl bqajt inberren fuq min seta’ kien

dak ir-raġel u ma stajtx nagħlaq għajn m’għajn,” beda jispjegalna, “u għamilt raġunament sempliċi. Il-ħwejjeġ li kellu fuqu juru biċ-ċar li kien raġel ta’ ċerta eleganza: il-ġlekk, il-cufflinks … Xi ħadd hekk żgur li jispikka, bdejt ngħid bejni u bejn ruħi. Imma mbagħad dalgħodu, meta kulħadd beda jgħid tiegħu dwar is-sejba tal-katavru, kollha qablu fuq l-istess ħaġa'—”

“Li ma kienx minn hawn,” weġibt minfloku billi anki jien kont smajt l-istess xnigħat.

“Eżattament,” qal Lupin waqt li b’sebgħu messli

Page 16: IS -SINJURA S -SEWDA

90

l-ponta ta’ mnieħri. “U la ma kienx minn hawn, allura hemm biss żewġ alternattivi: jew kien qiegħed villeġġatura bħalek, Irene, inkella kien xi stranġier li nzerta hawn; jew vi jew va. Dalgħodu kmieni, ħaffift dort l-aqwa lukandi tal-belt, u …”

Lupin ċarrat ħalqu fit-tbissima solita tiegħu: “Fil-Maritime ħadd ma kien jaf xejn imma fl-…”

Sherlock kien jidher mejjet biex jgħid xi ħaġa. Imma baqa’ ħalqu magħluq u ħallieh ikompli.

“… fl-Hotel de la Paix, is-soluzzjoni għall-misteru tar-raġel tagħna kienet qed tistenniena.”

“E,” fetaħ ħalqu fl-aħħar Sherlock.“Ħabib ta’ missieri receptionist hemm,” kompla

Lupin. “Għamiltlu ftit mistoqsijiet u sirt naf li n-nawfragu kien alloġġat hemm. U mid-dehra kien ġej u sejjer il-lukanda … fuq xogħol, skont ma qalli.”

“U dal-ħabib ta’ missierek qallek ukoll x’kien jismu?” staqsejtu, mejta biex inkun naf kif se jkompli r-rakkont, imma fl-istess ħin bla paċenzja biex nisimgħu kollu.

“Mais oui!” qal Lupin b’ton trijonfanti. “In-nawfragu misterjuż kien jismu François Poussin!”

Tant kont emozzjonata b’dak li kien għadu kif skopra Lupin u bil-mod inġenjuż kif kien wasal għalih, li qbadt u għannaqtu istintivament u

Page 17: IS -SINJURA S -SEWDA

91

fraħtlu għall-iskoperta li kien għadu kif għamel. Għalhekk bqajt imbellha meta rajt li Sherlock ma tħarrikx pulzier u ma lissinx kelma li hi kelma, donnu kien qed jaħseb fuq xi ħaġa.

Sa anki għaddieli minn moħħi li Sherlock seta’ … kien qed jgħir għal Lupin. Hekk, qishom kienu qed jimpikaw bejniethom min minnhom kellu l-ħila jimpressjonani l-aktar.

Dit-tifkira għadha tnissilli tbissima sal-lum. Jidher ċar li dak iż-żmien kont għadni ma nafux tajjeb biżżejjed lil Sherlock Holmes! Kelli nikkoreġi l-impressjoni li ħadt mal-mument li l-ħabib Ingliż tiegħi, sa fl-aħħar, iddeċieda li jiftaħ ħalqu. “Prosit, Lupin. Impressjonanti …” qal.

“U insomma, ħaġa żgħira ta …” lagħabha tal-modest Lupin hekk kif irħejt dirgħajja minn madwaru.

“Impressjonanti, u dettall li vera ma stennejtux,” kompla Sherlock, dejjem aktar assorbit minn dak li kien qed jingħad.

“X’ma stennejtx? X’fiha daqshekk ta’ barra minn hawn li tibbukkja kamra fl-Hotel de la Paix?”

“Xejn, xejn …” ħaffef iżid Sherlock. “M’hemm xejn ta’ barra minn hawn li xi ħadd jibbukkja kamra fl-Hotel de la Paix … aktar u aktar jekk ikun

Page 18: IS -SINJURA S -SEWDA

92

barrani … imma …” Xufftejh miġbudin komplew għamluh jidher aktar diffidenti. “B’xorti tajba, kum binazzjoni, dalgħodu għamilt indaġni simili ħafna għal tiegħek. Jien ukoll għaddieli minn moħħi li r-raġel li sibna mejjet fil-bajja seta’ kien barrani, li kellu ċerta eleganza u dak kollu li għedt int, insomma …” Sherlock waqaf ftit, għall-effett. “Li hemm tad-daħq hu li … eee … anki jien sibtu!” żve lalna b’għajnejh itajru x-xrar. “Biss li sibt jien jismu Jacques Lambert u kien joqgħod fl-Hotel des Artistes.”