Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf...

71
1 Il-Linji Gwida Interni Id-Dipartiment tal-Malti fid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni Edizzjoni nru 5 Aġġornata fit-3 ta’ Lulju 2020

Transcript of Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf...

Page 1: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

1

Il-Linji Gwida

Interni

Id-Dipartiment tal-Malti

fid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni

Edizzjoni nru 5

Aġġornata fit-3 ta’ Lulju 2020

Page 2: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

2

Page 3: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

3

Il-Werrej

Daħla mill-Kap tad-Dipartiment ........................................................................... 7

L-Ewwel Taqsima: Punti Grammatikali ............................................................. 10

1. Il-varjanti u l-konsistenza fid-dokumenti ..................................................................................... 10

2. L-aċċent ......................................................................................................................................... 10

3. L-appostrofu u l-virgoletti mżaqqin .............................................................................................. 11

3.1 L-appostrofu bħala kontrazzjoni fin-negattiv .................................................................. 11

4. L-artiklu .......................................................................................................................................... 12

4.1 L-artiklu fit-titli u fit-tabelli ................................................................................................ 12

4.2 L-artiklu mal-ismijiet ta’ Pubblikazzjonijiet, Fondi, Strateġiji u l-bqija ............................ 13

5. Il-konjugazzjoni tal-verbi bl-ixx .................................................................................................... 14

6. Il-markatur lil ................................................................................................................................. 15

7. Il-prepożizzjonijiet iridu jinkitbu kull darba? ................................................................................ 16

8. Il-binja għandu+kellu .................................................................................................................... 17

9. Il-qbil grammatikali ...................................................................................................................... 18

9.1 Il-qbil mal-pajjiżi ................................................................................................................ 18

9.2 Il-qbil fil-frażi nominali ...................................................................................................... 18

9.3 Il-każ ta’ ‘inkluż’ ................................................................................................................ 18

10. L-iżbarra jew il-parenteżi għall-ġens u għall-għadd ................................................................... 19

11. L-ordni sintattika fil-frażi nominali .............................................................................................. 20

12. Sintassi aħjar ................................................................................................................................. 21

12.1 Il-prepożizzjonijiet li jaħbtu bejn konġunzjoni ................................................................ 22

13. Il-binja sintattika kundizzjonali ................................................................................................... 23

14. Il-frażi nominali li tinkludi l-għadd .............................................................................................. 23

15. Il-frazzjoni deċimali ..................................................................................................................... 24

16. Il-vokali tal-leħen ......................................................................................................................... 25

16.1 Il-punteġġatura u l-vokali tal-leħen ................................................................................. 25

16.2 In-numri u l-vokali tal-leħen ............................................................................................. 25

It-Tieni Taqsima: Stil u Punteġġjatura ............................................................... 26

17. L-indirizzar tal-persuni ................................................................................................................ 26

18. Il-korrispondenza ........................................................................................................................ 26

18.1 Ittri indirizzati lill-ambaxxaturi u lir-rappreżentanti permanenti ................................... 26

18.2 L-indirizz sħiħ tar-Rappreżentant Permanenti................................................................ 27

Page 4: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

4

18.3 Il-format ta’ indirizz postali f’Malta ................................................................................. 27

18.4 L-għeluq tal-ittri (espressjonijiet ta’ korteżija) ............................................................... 27

19. Il-ħoloq ........................................................................................................................................ 28

20. Il-mezzi tal-kuntatt ..................................................................................................................... 29

21. Il-bliet u l-irħula Maltin ................................................................................................................ 29

22. Kwotazzjonijiet minn dokumenti mhux tradotti bil-Malti ........................................................ 30

22.1 Dokumenti disponibbli fil-EUR-Lex ................................................................................. 30

22.2 Dokumenti mhux disponibbli fil-EUR-Lex ........................................................................ 31

23. Il-punteġġatura ............................................................................................................................ 31

23.1 Il-virgoletti ......................................................................................................................... 31

23.2 Il-punt tal-waqfa ............................................................................................................... 32

23.3 Il-parenteżi ........................................................................................................................ 32

23.4 L-ispazju ............................................................................................................................ 32

23.5 Elementi tipografiċi oħra ................................................................................................. 32

24. In-numri ....................................................................................................................................... 34

24.1 Il-punteġġatura maċ-ċifri ................................................................................................. 35

24.2 In-numri ordinali mqassra ................................................................................................ 35

24.3 Id-dati ................................................................................................................................ 36

24.4 Is-snin ................................................................................................................................ 36

24.5 Il-ħin .................................................................................................................................. 36

25. Is-simboli u l-unitajiet tal-kejl ...................................................................................................... 37

25.1 Il-persentaġġi ................................................................................................................... 37

25.2 Is-simboli xjentifiċi ............................................................................................................ 37

25.3 L-unitajiet tal-kejl .............................................................................................................. 37

26. Akronimi, inizjaliżmi u taqsiriet oħra ......................................................................................... 38

26.1 L-ittri kapitali fl-akronimi .................................................................................................. 38

26.2 L-artiklu mal-akronimi ...................................................................................................... 38

26.3 L-abbrevjazzjoni EU-27 ..................................................................................................... 39

26.4 Kliem parzjalment imqassar ............................................................................................ 39

26.5 Taqsiriet fil-plural ............................................................................................................. 39

26.6 Il-jiem u x-xhur fil-qosor ................................................................................................... 39

26.7 Taqsiriet komuni ............................................................................................................... 40

27. Il-listi uffiċjali ............................................................................................................................... 41

27.1 Il-listi tal-pajjiżi, it-territorji, ir-reġjuni, il-lingwi u l-muniti ............................................... 41

27.2 Il-listi tal-aġenziji, il-kumitati, il-korpi u entitajiet oħra ................................................... 43

Page 5: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

5

28. Mudell ta’ dokument − punti importanti dwar l-istil ................................................................ 44

29. L-użu ta’ tfisser fid-definizzjonijiet ............................................................................................ 45

30. Każ jew kawża? ........................................................................................................................... 45

31. Ex jew eks? .................................................................................................................................. 45

32. Nota dwar l-atti delegati, l-atti ta’ implimentazzjoni, l-atti emendatorji ................................. 46

33. It-taqsira Nru fit-titli tal-atti ........................................................................................................ 47

34. Ir-referenzi għas-subdiviżjonijiet tal-atti ................................................................................... 47

35. Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali (l-Edizzjonijiet Speċjali) ........................................................ 48

36. Ir-referenzi għan-Nomenklatura Magħquda (NM) ................................................................... 48

37. L-Annessi ..................................................................................................................................... 49

38. Konsistenza bejn is-segments li jokkorru spiss ......................................................................... 49

It-Tielet Taqsima: Għodod, Riżorsi u Ħwejjeġ Oħra ......................................... 50

39. L-ordni alfabetika: a, b, c… jew a, b, ċ… .................................................................................. 50

40. Il-kelma ....................................................................................................................................... 50

40.1 Ir-reġistru legali ................................................................................................................ 50

40.2 Il-kliem mil-Latin ............................................................................................................... 50

40.3 Il-kliem mill-Għarbi ............................................................................................................ 52

40.4 Il-kliem bil-korsiv ............................................................................................................... 52

40.5 L-ewro ............................................................................................................................... 52

40.5.1 L-ifformattjar monetarju tal-ewro u taċ-ċenteżmi ..................................................... 53

41. L-ismijiet ...................................................................................................................................... 53

42. Il-listi ............................................................................................................................................ 53

43. Il-kliem draft u final fid-dokumenti COM/SEC ........................................................................... 54

44. L-għodda tal-Autocorrect għall-iżbalji ortografiċi .................................................................... 54

45. Kif ninnotifikaw żbalji fil-memorji tal-Euramis .......................................................................... 55

45.1 Kif inħassru verżjonijiet antiki fil-Euramis ....................................................................... 55

46. L-għodda interna tal-QA Checker .............................................................................................. 56

47. It-traduzzjoni ta’ shall/should .................................................................................................... 57

48. It-traduzzjoni ta’ data ................................................................................................................ 60

49. Ir-rettifiki ..................................................................................................................................... 61

49.1 Id-differenza bejn Corrigendum (CDM) u Demande de Correction (DCO) ................... 62

50. Il-punteġġatura fid-dokumenti tal-BUDG, l-aktar tas-CIBA ...................................................... 64

51. Ix-shortcuts fl-iStudio ................................................................................................................. 65

52. Id-dokumenti PP (u oħrajn) li jidħlu bħala fajls HTML .............................................................. 67

53. Id-dokumenti tal-QEs .................................................................................................................. 67

Page 6: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

6

54. Id-dokumenti SECEM ................................................................................................................. 67

55. L-istruzzjonijiet għall-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ................................................................. 68

56. It-traduzzjoni tal-istandards armonizzati tad-DĠ GROW ......................................................... 68

57. It-traduzzjoni ta’ avviżi ta’ fużjonijiet tad-DĠ COMP ................................................................ 69

58. It-traduzzjoni tas-sustanzi kimiċi ............................................................................................... 70

59. Id-DOP u l-IĠP ............................................................................................................................. 70

Referenzi............................................................................................................. 71

*It-taqsimiet immarkati bl-aħmar fil-Werrej huma taqsimiet ġodda jew li sarulhom xi tibdiliet.

Page 7: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

7

Daħla mill-Kap tad-Dipartiment

Il-Kummissjoni Ewropea għandha Direttorat Ġenerali apposta għat-Traduzzjoni. F’dan id-Direttorat, id-Dipartiment tal-Malti jieħu bosta inizjattivi biex kulma jmur titjieb il-kwalità tat-traduzzjoni. Kull sena nistiednu lil xi kelliema hawnhekk, il-Lussemburgu, biex inżommu ruħna aġġornati mal-aħħar żviluppi fi lsienna; isiru eżerċizzji biex nanalizzaw il-kwalità ta’ xogħolna; it-tim ta’ l-aċċent jistinka biex jiżdiedu l-kontributi lingwistiċi ta’ riċerkaturi stabbiliti. Qdifna bil-kbir ukoll fil-qasam terminoloġiku u dan is-suċċess nafuh lill-kollegi tagħna t-terminologi. Qed isir ukoll sforz biex, meta possibbli, fejn jinstabu żbalji ta’ traduzzjoni li tkun saret fil-passat, isiru l-korrezzjonijiet meħtieġa. Isir ħafna xogħol anki biex l-għodod kollha li jgħinuna fit-traduzzjoni jiġu adattati kemm jista’ jkun għall-ħtiġijiet tal-Malti.

X’inhuma Il-Linji Gwida Interni?

Dawn Il-Linji Gwida Interni huma inizjattiva oħra bil-għan li jkompli jogħla l-livell tat-traduzzjonijiet li naħdmu fuqhom. Huwa dokument li jipprova jwieġeb id-diffikultajiet li jixirfu b’mod frekwenti b’rabta mal-lingwa u mal-istil. Id-Dipartiment investa ħafna fir-riżorsi tiegħu biex dan il-proġett jirnexxi. Din hija l-ħames edizzjoni.

L-ewwel taqsima tindirizza kwistjonijiet grammatikali. Fid-Dipartiment tagħna jeżisti tim apposta li jgħin lit-tradutturi meta jkollhom diffikultajiet lingwistiċi. Meta l-mistoqsija u t-tweġiba tkun ta’ interess ġenerali, din issib ruħha fil-Linji Gwida. Qabel tiġi ppubblikata, kull linja gwida ġdida tingħata lill-Kapijiet għall-approvazzjoni tagħhom.

It-tieni taqsima hija dwar l-istil u l-punteġġatura. Din tfakkarna wħud mill-aktar punti importanti f’Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali iżda tiġbor ukoll tagħrif marbut mat-traduzzjoni ta’dawk id-dokumenti li ma jmorrux fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-Linji Gwida jittrattaw kwistjonijiet stilistiċi li l-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali ma tindirizzahomx.

It-tielet taqsima ssemmi għodod u prassi utli ħafna fit-traduzzjoni.

It-tradutturi tal-Kummissjoni Ewropea mitluba jimxu mal-Linji Gwida. Dan jgħodd ukoll għat-tradutturi esterni, li l-Linji Gwida jsibuhom bħala pdf fis-sit tar-riżorsi maħsub apposta għalihom. Meta jkollna mistoqsija jew dubju, nissuġġerixxu li wieħed ifittex fil-pdf permezz tas-search function.

Il-kontribut tiegħek f’dawn Il-Linji Gwida Interni

Jekk int u tittraduċi jkollok xi mistoqsija iktbilna: [email protected]. Jekk il-gwida li tingħatalek tkun ta’ interess għal kulħadd, ’il quddiem din tiġi inkluża fil-Linji Gwida wkoll.

It-tradutturi esterni jistgħu jibagħtu l-mistoqsijiet li jkollhom hawn: [email protected]. Huma mitluba jużaw l-indirizz tal-Freelance u mhux dak tal-Grupp Lingwistiku.

Page 8: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

8

Ħajr

F’din il-ħames edizzjoni, bħal f’dawk preċedenti, jidhru linji gwida li dwarhom ikkonsultajna ma’ bosta persuni minn barra l-Kummissjoni Ewropea. Ħajr lill-Prof. Albert Borg, lis-Sur Joe Caruana, lill-Prof. Ray Fabri, lil Dr George Farrugia, lill-Prof. Manwel Mifsud u lil Dr Michael Spagnol. Ħajr ukoll lil Joe Mizzi u lill-kollegi sħabu fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE tal-koperazzjoni kbira tagħhom, u lill-ġuristi lingwisti.

Finalment grazzi lill-Grupp Lingwistiku, kompost mit-Tim tal-Lingwa u mit-Tim tal-Istil. Il-Grupp jikkonsisti minn sitt persuni, iżda biex xogħlu ssawwar f’linji gwida taw sehemhom ukoll bosta assistenti u tradutturi ’l barra minnu.

Dr Helga Zahra Il-Kap tad-Dipartiment

Page 9: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

9

Id-dokumenti li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali

Il-biċċa l-kbira tad-dokumenti, fosthom dawk li jittrattaw leġiżlazzjoni tal-UE, jaqgħu f’din il-kategorija. Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le.

Għad-dokumenti li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, l-għajnuniet stilistiċi jinsabu f’Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali ppubblikata mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE.

Imxi biss mal-verżjoni online għax tiġi aġġornata regolarment.

F'dawn il-Linji Gwida enfasizzajna l-aktar punti importanti preżenti fil-Gwida tal-Istil tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

Fejn dawn il-Linji Gwida ma jaqdukx, fittex fil-Gwida tal-Istil.

Id-dokumenti li ma jiġux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali

Stqarrija għall-istampa jew ktejjeb informattiv ma jintrabtux bl-istess regoli li japplikaw għal testi leġiżlattivi. Dawn il-Linji Gwida jfakkruk li f’xogħlok ma tintalabx tħaddem dejjem il-lingwaġġ legali.

Li ġejjin huma d-dokumenti li ma jiġux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, maqsumin f’żewġ gruppi skont jekk jerġgħux jinqraw għall-provi fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE jew le. Minħabba x-xogħol voluminuż,

mhux kull dokument jinqara mill-qarrejja tal-provi tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

Jinqraw għall-provi Ma jinqrawx għall-provi

Ir-Rapport Ġenerali;

Is-sentenzi tal-Qorti Ewropea li jittraduċu t-tradutturi tal-QEĠ u li d-

DĠT-MT jużahom għar-referenza;

Kotba għat-tfal u għall-iskejjel, kotba informattivi, fuljetti, volantini,

powsters, bookmarks u materjal ieħor li jippromwovi x-xogħol tad-DĠT u li jiġi

ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

Il-PPs, il-QEs u t-testi fis-siti web;

Id-diskorsi tal-Kummissarji, tad-Diretturi, u l-bqija fl-istituzzjonijiet tal-UE;

L-ittri tal-ENER dwar l-esplorazzjoni taż-żejt;

Il-minuti tal-laqgħat tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà

Soċjali;

L-ittri jew l-avviżi informattivi tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iġġenerati awtomatikament mis-siti tal-Uffiċċju tal-

Pubblikazzjonijiet, bħall-EUR-Lex;

L-ittri ta’ stedina mingħand id-Direttorati lil xi dipartimenti tal-gvern permezz tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri

jew tal-Ambaxxaturi ta’ pajjiżi terzi;

L-ilmenti taċ-ċittadini;

Xogħol intern tad-DĠT;

Id-dokumenti tal-GROW li jaslu bħala spotcheck.

Page 10: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

10

L-Ewwel Taqsima: Punti Grammatikali

1. Il-varjanti u l-konsistenza fid-dokumenti

Minkejja li l-biċċa l-kbira tal-varjanti ortografiċi spiċċaw, fil-Malti nsibu bosta varjanti fonetiċi. B’differenza mill-varjanti ortografiċi, il-varjanti fonetiċi jirriflettu differenzi reali fil-mod kif jitkellmu l-Maltin, bħal pereżempju probabbiltà/probabbilità/probabiltà/probabilità. Jeżistu wkoll bosta varjanti lessikali li mhuma varjanti xejn imma kelmiet differenti li daħlu separatament mill-Ingliż u mit-Taljan, bħal xjentist, xjenzat u xjenzjat.

Meta niltaqgħu ma’ varjanti simili fit-traduzzjonijiet u fir-reviżjonijiet, qed nissuġġerixxu li jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet involuti biex tkun żgurata l-konsistenza fid-dokument. Dan japplika wkoll meta jkollna sensiela ta’ dokumenti marbuta flimkien.

Jekk ikollna xi dubju dwar l-użu ta’ varjant partikolari, jista’ jgħinna l-MLRS, is-Server għar-Riżorsi Lingwistiċi bil-Malti, rigward l-użu mifrux ta’ dak il-varjant.

2. L-aċċent

L-aċċent grafiku fi kliem bħal possibbiltà ma jistax jinbidel b’vokali u appostrofu: possibbilta’.

L-aċċent fuq l-a tista’ tiktbu wkoll billi tagħfas Ctrl+Alt+a meta l-Language Bar tkun attivata fuq il-Malti.

mill-Manwal li ħareġ il-Kunsill Nazzjonali

tal-Ilsien Malti

L-aċċent tal-Malti kif tiktbu?

Wara li tattiva t-tastiera tal-Malti, ikklikkja f’daqqa fuq it-tast Alt Gr u fuq it-tast tal-vokali li trid l-aċċent fuqha. Importanti li l-Language Bar

fl-iżbarra t’isfel tkun attivata fuq il-Malti biex l-aċċent joħroġ ’l isfel fuq l-ittra: à, u mhux bil-kontra: á. Dan jgħodd ukoll għall-vokali l-oħrajn bl-aċċent grafiku, ngħidu aħna Alt Gr+u jagħtuk ù, bħal fil-kelma virtù jew

menù.

Page 11: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

11

3. L-appostrofu u l-virgoletti mżaqqin

L-appostrofu fil-Malti, bħal fil-kelmiet ta’ u ma’, irid dejjem ikun imżaqqaq u hu l-istess bħall-virgoletta singola tal-għeluq. Din il-virgoletta tal-għeluq tintuża wkoll biex inqassru l-partiċella lil, jiġifieri meta niktbu ’l barra u ’l fuq minflok 'il barra u 'l fuq. Għall-ħeffa, fl-MS Word agħfas: Alt+0145 għal ‘ Alt+0146 għal ’ Alt+0147 għal “ Alt+0148 għal ”

Għalkemm Il-Gwida tal-Istil

Interistituzzjonali ma torbotniex nużawx

virgoletti mżaqqin jew le, jeħtieġ inkunu

konsistenti. Jekk se tuża l-virgoletti

mżaqqin, fl-MS Word dawn jiġu b’mod

awtomatiku jekk fis-settings ta’

File>Options>Proofing>Autocorrect

Options>Autoformat, taħt Replace, tkun

attivata l-istruzzjoni "Straight quotes"

with “smart quotes”.

U fl-iżbarra Autoformat As You Type, taħt

Replace as you type, naraw li tkun

attivata wkoll l-istruzzjoni "Straight

quotes" with “smart quotes”.

Meta nużaw il-Find & Replace bis-simbolu tal-

virgoletti singoli ‘ jew doppji “, noqogħdu

attenti li bir-Replace All ma ninkludux it-

tqassiriet tal-partiċella lil bħal fil-każ ta’ ’il fuq,

’l isfel, ’l hemm, ’l hawn, ’il quddiem, u

nagħmluhom ‘il barra u ‘l fuq.

Għal spjega iżjed dettaljata ara dan il-video.

3.1 L-appostrofu bħala kontrazzjoni fin-negattiv

Għad-dokumenti li jittrattaw leġiżlazzjoni tal-UE jeżisti qbil bejn l-Istituzzjonijiet biex l-appostrofu ma nużawhx bħala kontrazzjoni (aħna mitluba niktbu ma hemmx minflok m’hemmx). Madankollu din il-konvenzjoni m’aħniex marbutin biha fid-dokumenti maħsuba għall-pubbliku ġenerali. Id-Deċiżjoni 3.2.5 tal-KNM tgħid li ż-żewġ forom huma aċċettati.

Fi kliem ieħor, sakemm id-dokument ma jkunx ta’ natura legali, wieħed jista’ jikteb kemm m’għandux kif ukoll ma għandux.

Page 12: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

12

4. L-artiklu

Persuna esposta għall-Malti minn ċkunitha ma ssibx diffikultà meta tuża l-artiklu grammatikali u meta le. Imma meta tibda tiġi esposta ħafna aktar għall-Ingliż, dan il-mekkaniżmu jista’ jibda jintilef. Dawn l-eżempji jgħinuna nosservaw xi każijiet meta jiġri dan.

In the field of technical regulations, the notification has proved to be an effective instrument of prevention of barriers to trade.

minflok: Fil-qasam ta’ regolamenti tekniċi, in-notifika kienet strument effettiv għall-prevenzjoni ta’ ostakli għall-kummerċ.

niktbu: Fil-qasam tar-regolamenti tekniċi, in-notifika kienet strument effettiv għall-prevenzjoni tal-ostakli għall-kummerċ.

Consumer population exposed to sulphate from detergents.

minflok: Il-popolazzjoni ta’ konsumaturi esposti għas-sulfat minn deterġenti.

niktbu: Il-popolazzjoni ta’ konsumaturi esposti għas-sulfat mid-deterġenti.

There exist alternatives to perborates.

minflok: Jeżistu alternattivi għal perborati.

niktbu: Jeżistu alternattivi għall-perborati.

This initiative promotes alignment with technical and scientific developments.

minflok: Din l-inizjattiva tippromwovi aġġornament ma’ żviluppi tekniċi u xjentifiċi.

niktbu: Din l-inizjattiva tippromwovi l-aġġornament mal-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi.

4.1 L-artiklu fit-titli u fit-tabelli

Fil-Malti l-artiklu jifforma parti integrali min-nom definit. Iżda kien sar qbil interistituzzjonali li fit-titli li jidhru fil-leġiżlazzjoni u fit-tabelli jew fl-istampi, l-artiklu — meta possibbli — ma jinkitibx. Ir-raġuni għal dan ma kinitx waħda grammatikali iżda purament stilistika. Meta l-grammatika ma tippermettix li l-artiklu jitwaqqa’, inżommuh.

Fit-test innifsu xorta waħda nżommu l-artiklu ma’ dik it-taqsima tat-test, jiġifieri

minflok: Kif stipulat f’Artikolu 2 niktbu: Kif stipulat fl-Artikolu 2

minflok: Kif imniżżel f’Kapitolu 6 niktbu: Kif imniżżel fil-Kapitolu 6

Meta nirreferu għal Regolament, Direttiva, Deċiżjoni jew għal xi Kawża jew Sentenza tal-Qorti, nużaw l-artiklu. Dan isir ukoll fin-noti tal-qiegħ, kif tispjega t-Taqsima 5.9 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali.

1Ir-Regolament (KE) Nru 1186/2009 dwar it-twaqqif ta’ skema Komunitarja ta’ dazji doganali...

2Il-Kawża T-372/14, HK Intertrade Co.Ltd SA vs il-Kunsill...

Page 13: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

13

4.2 L-artiklu mal-ismijiet ta’ Pubblikazzjonijiet, Fondi, Strateġiji u l-bqija

L-isem sħiħ jew fil-qosor?

Meta isem ta' pubblikazzjoni nkunu se niktbuh sħiħ, l-artiklu la jitqassar u lanqas jitneħħa (għax hu parti mill-isem sħiħ). L-isem niktbuh bil-korsiv, pereż. Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan anki b’konsistenza mat-Taqsima 2.3 tad-Deċiżjonijiet tal-KNM.

Madankollu, meta l-isem jitqassar (>il-Ġurnal Uffiċjali) ma niktbuhx bil-korsiv.

Mela niktbu: Insiblek verżjoni PDF ta’ Il-Linji Gwida Interni?

Jeħtieġ li dik ir-referenza tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Imma: Ara l-paġna 2 ta’ dawn il-Linji Gwida.

Għax ma tfittixx fil-Ġurnal Uffiċjali?

Meta isem pubblikazzjoni jkun qasir minnu, ma nqassruh qatt (dan biex nevitaw il-konfużjoni).

Niktbu dejjem: Il-mappa ta’ Antoine Cassar ippubblikawha ma’ l-aċċent. (mhux mal-aċċent)

Din l-aħbar niftakarni naqraha f’Il-Ġens. (mhux fil-Ġens)

Il-possibbiltà ta’ riżenja kien semmieha The Economist. (mhux l-Economist)

Bl-artiklu jew mingħajru?

L-ismijiet sħaħ tal-Fondi u tal-Istrateġiji jinkludu l-artiklu. Anki jekk fil-IATE l-artiklu grammatikali ma jiddaħħalx dejjem, dan ma jfissirx li m’għandux jintuża. F’idejn it-traduttur biex jipproċessa grammatikalment l-informazzjoni terminoloġika li jsib fil-IATE.

L-ismijiet tal-Fondi, tal-Istrateġiji, u l-bqija jinkitbu bl-artiklu u kull prepożizzjoni tingħaqad miegħu. Eżempju:

Nota informattiva: Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

Il-finanzjament tal-UE jasal mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Page 14: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

14

5. Il-konjugazzjoni tal-verbi bl-ixx

Il-Prof. Mifsud jispjega li meta daħal fil-Malti, dan l-element żamm l-istess funzjoni li kellu fit-Taljan iżda beda jgħodd għas-sitwazzjoni tal-Malti. Jidher li ħafna drabi l-infiss ixx iġorr l-aċċent ewlieni meta dan ikun se jaqa’ fuq iz-zokk tal-verb.

Waqt taħriġ fl-2019 Dr Michael Spagnol spjega li l-verbi li għandhom l-element ixx, bħal inkoraġġixxa, issuġġerixxa u ttradixxa, nikkonjugawhom b’żewġ modi:

Fl-imperfett inżommu l-ixx u niktbu ninkoraġġixxi, jinkoraġġixxu, tissuġġerixxi, jissuġġerixxu, jittradixxi, nittradixxu, eċċ.

Fil-perfett inwaqqgħu l-ixx u niktbu inkoraġġejt, inkoraġġew, issuġġerejt, issuġġeriet, ittradejt, ittradew, eċċ., ħlief fil-każ tat-tielet persuna maskil singular (huwa), li fih inżommu l-ixx u niktbu inkoraġġixxa, issuġġerixxa, ittradixxa, eċċ.

Għalfejn l-infiss ixx daqqa nżommuh u daqqa nwaqqgħuh?

Jiddependi mill-aċċent tal-verb:

meta l-aċċent jaqa’ fuq iz-zokk tal-verb, l-ixx inżommuh u niktbu ninkoraġġixxi, issuġġerixxa, jittradixxi;

meta l-aċċent jaqa’ fuq is-suffiss tal-verb, l-ixx inwaqqgħuh u niktbu inkoraġġejt, ittradiet, issuġġerejna.

Jekk ma’ verb bħal ninkoraġġixxi nżidu suffiss, l-aċċent jimxi fuq dak is-suffiss u l-infiss ixx jaqa’: ninkoraġġixxi > ninkoraġġiha. Barra minn hekk, ninnutaw li fil-verbi fin-negattiv jew bi pronom mehmuż, jekk il-verb jispiċċa bl-i din ma tinbidilx, filwaqt li jekk jispiċċa bl-a din tinbidel f’ie:

nissuġġerixxi + lilha > nissuġġerilha

issuġġerixxa + lilna > issuġġerielna

Hawn taħt għandna xi eżempji oħra:

(i) Eżempji fejn l-infiss ixx jaqa’ minħabba ż-żieda ta’ pronom mehmuż u l-vokali tat-tmiem -i tibqa’ -i:

nissuġġerixxi > nissuġġerik, nissuġġeriha; tinkoraġġixxi > tinkoraġġih, tinkoraġġikom; jittradixxi > jittradihom, jittradina, eċċ.

(ii) Eżempji fejn l-infiss ixx jaqa’ minħabba ż-żieda ta’ pronom mehmuż u l-vokali tat-tmiem -a tinbidel f’-ie:

issuġġerixxa > ssuġġerieli; inkoraġġixxa > inkoraġġiena, inkoraġġiek;

ittradixxa > ittradiehom, ittradiena, eċċ.

Page 15: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

15

6. Il-markatur lil

Il-Prof. Albert Borg studja l-markatur lil u jiddistingwi bejn tlieta differenti:

1. Il-prepożizzjoni lil, pereż. Tlaqt ’il barra u Marru ’l hemm.

2. Il-lil tal-oġġett dirett li hija obbligatorja quddiem:

a. oġġetti diretti li jkunu ismijiet proprji personali niktbu Ktibt lil Rita minflok Ktibt Rita

b. nomi ta’ parentela bil-pronom mehmuż niktbu Widdbet lil binha minflok Widdbet binha

Quddiem nomi oħra li jfissru persuni u entitajiet personifikati, hemm tendenza qawwija li nużaw ukoll din il-lil, bħal ngħidu aħna Ra lit-tifel għaddej, Melles lill-kelb, u Sellem lill-imħabba ta’ ħajtu. Quddiem nomi proprji ta’ post nużaw lil skont xi rridu ngħidu, bħal Rajt Malta tinbidel jew Rajt lil Malta tinbidel.

Il-Prof. Borg josserva li n-nomi kollha jinsabu f’ġerarkija, fis-sens li aktar ma jfissru entitajiet umani, speċifiċi u personalizzati aktar qegħdin ’il fuq fil-ġerarkija, u aktar ma jfissru entitajiet inanimati u saħansitra astratti, aktar ikunu ’l isfel, pereż. Hu pejjep is-sigarett minflok Hu pejjep lis-sigarett; jew Hu ra l-veduta minflok Hu ra lill-veduta.

Iżda minħabba l-kreattività tal-lingwa, in-nomi jistgħu jiċċaqilqu ’l fuq jew ’l isfel f’din il-ġerarkija skont l-intenzjonijiet komunikattivi tal-kelliem. F’logħba fejn it-tfal qed jgħoddu n-numru ta’ persuni bl-istess isem tismagħhom jgħidu Rajt Pietru ieħor, jiġifieri ma jużawx il-lil, avolja ma’ nom proprju personali, għax iżjed ikunu qed jirreferu għall-isem bħala espressjoni lingwistika milli għal persuna partikolari. Min-naħa l-oħra, l-eżempju Is-sħaba farfret lix-xmara jesprimi effett poetiku ta’ personifikazzjoni.

F’suġġett kumpless bħal dan, mhux għaġeb li jkollna xi inċertezzi f’każijiet speċifiċi.

3. Il-lil tal-oġġett indirett, li ġġib ruħha xi ftit differenti. Meta ngħidu Hi bagħtet ittra l-qorti nkunu qed infissru li impustatha f’dak l-indirizz, filwaqt li meta ngħidu Hi bagħtet ittra lill-Qorti nkunu qed infissru li hi tkun kitbet lill-Maġistrat jew lill-Imħallef. Fl-aħħar eżempju l-lil qed tintuża meta l-post ikun qed jiġi personifikat jew qed jingħata tifsira ta’ istituzzjoni (involut il-bniedem).

Il-markatur lil fil-kuntest

Abbażi tal-analiżi t’hawn fuq dwar il-markatur lil, nimxu mal-ispjega tal-Prof. Borg:

minflok: Dawn il-linji gwida jipprovdu l-bliet b’ġabra ta’ indikaturi komuni.

niktbu: Dawn il-linji gwida jipprovdu lill-bliet b’ġabra ta’ indikaturi komuni.

minflok: L-Unjoni Ewropea tara li tappoġġa lit-turiżmu u lill-ekonomija kreattiva.

niktbu: L-Unjoni Ewropea tara li tappoġġa t-turiżmu u l-ekonomija kreattiva.

u minflok: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew joħroġ opinjonijiet lill-istituzzjonijiet — b’mod partikolari lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew.

niktbu: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew joħroġ opinjonijiet lill-istituzzjonijiet — b’mod partikolari lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew.

Page 16: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

16

7. Il-prepożizzjonijiet iridu jinkitbu kull darba?

Lill-Prof. Albert Borg għaddejnielu xi eżempji ta’ repetizzjoni ta’ prepożizzjoni fis-sentenza u staqsejnieh liema forma jissuġġerixxi minn dawn:

Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Forum, il-grupp tax-sherpa u s-sottogruppi ma jitħallsux għas-servizzi li jagħtu.

jew Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Forum, tal-grupp tax-sherpa u tas-sottogruppi ma jitħallsux għas-servizzi li jagħtu.

Din l-informazzjoni ssibha fis-sit tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Parlament. jew

Din l-informazzjoni ssibha fis-sit tal-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament.

Il-Prof. Borg jispjega li hemm tendenza li meta jkollok sekwenza bi frażijiet prepożizzjonali, ħafna mill-kelliema jwaqqgħu l-prepożizzjonijiet wara l-ewwel frażi, speċjalment fid-diskors mgħaġġel. Wieħed jista’ jargumenta li r-repetizzjoni tal-prepożizzjoni ttaqqal sentenza għalxejn. Hemm każijiet fejn għas-sens ta’ dak li qed nittraduċu, ftit li xejn tagħmel differenza nirrepetux il-prepożizzjoni ma’ kull element tas-sentenza.

Imma dan ma jgħoddx dejjem. Bħala prassi, f’każ ta’ dubju dwar iċ-ċarezza tat-traduzzjoni

tagħna, nirrepetu l-prepożizzjoni ma’ kull element tas-sentenza.

Dan li ġej huwa eżempju (titlu ta’ pubblikazzjoni) fejn il-prepożizzjoni ma ġietx repetuta, u dan

ikkomprometta biċ-ċar is-sens ta’ dak li qed jingħad fit-test oriġinali:

ORI: Protéger la santé et la sécurité des travailleurs dans les secteurs de l’agriculture, de

l’élevage, de l’horticulture et de la sylviculture.

MT: Il-ħarsien tas-saħħa u tas-sikurezza tal-ħaddiema fis-setturi tal-agrikoltura, it-trobbija tal-

bhejjem, l-ortikoltura u l-forestrija.

>... fis-setturi tal-agrikoltura, tat-trobbija tal-bhejjem, tal-ortikoltura u tal-forestrija.

Madankollu, meta l-lista tal-elementi tkun twila ħafna, flok ma nirrepetu l-prepożizzjoni ma’ kull element, nistgħu nippruvaw nintroduċu dawn l-elementi f’sentenza b’colon:

Din it-tendenza ġiet osservata f’dawn il-pajjiżi: ir-Renju Unit, Malta, l-Italja, Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, u anki Spanja.

Page 17: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

17

8. Il-binja għandu+kellu

Hu żball komuni li dak li jkun jassumi li l-psewdoverb, pereż. għandu, irid jaqbel mas-suġġett fl-għadd u fil-ġens, anki fil-kuntest ta’ kellu. Għaldaqstant naraw binjiet bħal:

L-Għaqda għandha jkollha żewġ regoli fundamentali. L-Istati Membri għandhom ikollhom l-appoġġ tal-Kummissjoni.

Hawnhekk għandu jibqa’ invarjabbli, filwaqt li l-pronom mehmuż mal-verb impersonali fil-perfett ‘kellu’ irid jaqbel mas-suġġett tal-verb:

L-Għaqda għandu jkollha żewġ regoli fundamentali. L-uffiċċju tad-dwana għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu d-dokumenti kollha. L-Istati Membri għandu jkollhom l-appoġġ tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk niktbu wkoll: jibqa’ jkollu, jaf ikollha jew jeħtieġ ikollhom.

Page 18: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

18

9. Il-qbil grammatikali

9.1 Il-qbil mal-pajjiżi

Xi drabi fit-traduzzjoni niġu bejn ħaltejn dwar l-għadd u l-ġens ta’ xi pajjiżi.

Rigward l-għadd, għall-konsistenza fit-traduzzjoni, il-pajjiżi bħall-Istati Uniti u n-Netherlands

inqisuhom bħala nomi proprji fil-plural u għalhekk l-elementi li jimmodifikawhom għandhom

jinflettu għall-plural.

Rigward il-ġens tal-pajjiżi, qed issir ħidma mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti b’konsultazzjoni

anki mal-istituzzjonijiet tal-UE. Ladarba l-lista uffiċjali tibda tinkludi anki l-ġens, din l-informazzjoni

ġdida se tittella’ online fil-Gwida tal-Istil fl-Anness A5.

9.2 Il-qbil fil-frażi nominali

Il-prinċipju ġenerali hu li fil-frażi nominali (FN), l-elementi anċillari/modifikaturi għandhom jaqblu grammatikalment man-nom ewlieni fl-għadd u fil-ġens grammatikali.

Rapport (s.m.): rapport qasir ċertu rapport qasir dak ir-rapport qasir

Miżura (s.f.): miżura urġenti adottata ċerta miżura urġenti adottata dik il-miżura urġenti adottata

Miżuri (pl.): miżuri urġenti adottati ċerti miżuri urġenti adottati dawk il-miżuri urġenti adottati

F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li mhux il-kelmiet kollha għandhom forma partikolari għal kull parti mill-paradimma grammatikali. Pereżempju, l-aġġettiv urġenti hawn fuq għandu biss forma waħda, invarjabbli.

Biss, għall-fini ta’ konsistenza fl-istil, meta l-morfoloġija ta’ kelma tiddistingwi bejn bosta forom, jeħtiġilna nagħżlu. Pereżempju, bil-kontra tal-użu ta’ xi wħud li jittrattaw din il-kelma bħallikieku kellha biss forma waħda invarjabbli, ċertu/a/i dejjem tassumi waħda mit-tliet forom tagħha skont ma jirrikjedi l-qbil grammatikali man-nom ewlieni, l-istess bħal qasir, qasira, qosra u adottat, adottata, adottati hawn fuq.

Intennu li ma teżisti l-ebda regola uffiċjali dwar ċertu, ċerta u ċerti. Madankollu, għall-fini ta’ stil konsistenti, nosservaw il-qbil grammatikali.

9.3 Il-każ ta’ ‘inkluż’

Meta inkluż tintuża bħala aġġettiv/partiċipju passiv, din jeħtieġ taqbel billi tinfletti għall-persuna, l-għadd u l-ġens tal-frażi li qed timmodifika, eżempju:

Id-dokumenti kollha inklużi f’din it-taqsima saru mill-ġdid.

Ix-xogħol li sar ġie inkluż kollu fil-kont.

Iżda meta inkluż tintuża bħala prepożizzjoni, il-qbil grammatikali mhuwiex obbligatorju, eżempju:

Id-dokumenti waslu kollha, inkluż dawk li bgħattli int.

Id-dokumenti waslu kollha, inklużi dawk li bgħattli int.

Page 19: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

19

10. L-iżbarra jew il-parenteżi għall-ġens u għall-għadd

L-Artikolu 4 tal-Kapitolu 249 tal-Att dwar l-Interpretazzjoni jgħid li “kliem li juru ġens maskil jinkludu l-ġens femminil”. Meta nittraduċu minn test li fil-lingwa sors juża kelma/frażi b’ġens newtrali, m’hemmx għalfejn nirrappreżentaw kemm il-maskil kif ukoll il-femminil. Niktbu biss: l-uffiċjal jista’ japplika; il-persuna trid tasal.

X’nagħmlu meta d-dokument oriġinali juża żbarra bejn il-pronom maskil u dak femminil?

Meta t-test sors bl-Ingiż jagħti alternanza tal-pronomi he/she, bil-Malti tkompli tfaqqas alternanza oħra ta’ forom verbali mmarkati għall-ġens:

He/she will have to submit his/her report by Monday.

Hu/hi jkollu jressaq/ikollha tressaq ir-rapport tiegħu/tagħha sa nhar it-Tnejn.

Is-Sur Joe Caruana jispjega li l-aktar strateġija produttiva hija l-pluralizzazzjoni tas-suġġett:

Huma jkollhom iressqu r-rapport tagħhom sa nhar it-Tnejn.

Strateġiji oħra, għalkemm inqas ippreferuti minħabba l-użu tal-passiv, huma li:

(i) nostru s-suġġett tas-sentenza attiva li jesprimi l-aġent:

Ir-rapport irid jitressaq sa nhar it-Tnejn.

(ii) nesprimu l-aġent permezz ta’ frażi prepożizzjonali (b’minn):

Ir-rapport irid jitressaq minnu/ha sa nhar it-Tnejn.

Meta fl-oriġinal ifeġġu anki l-parenteżi

Dan l-eżempju meħud minn sit web:

The information you are looking for is available in these language(s): EN, FR, DE.

F’dan il-kuntest, fil-Malti:

il-parenteżi () jindikaw żieda ma’ dak li jiġi eżatt qabel: l-Istat(i), il-kandidat(a)

l-iżbarra / tindika sostituzzjoni tal-ittra li tiġi qabilha: l-ittra/i, jikteb/tikteb, lingwa/i

Fejn nistgħu, nittraduċu s-sens mingħajr żbarri u parenteżi żejda. Allura niktbu:

L-informazzjoni li qed tfittex issibha b’dawn il-lingwi: EN, FR, DE

Meta frażi trid tintuża b’mod standard (pereż. f’tabella jew fuq sit web), jekk possibbli niktbuha fil-plural. Ma jimpurtax jekk imbagħad ikun hemm okkorrenzi fejn isegwiha biss element wieħed.

Il-pdf li qed tfittex issibu b’dawn il-lingwi: EN

Il-pdf li qed tfittex issibu b’dawn il-lingwi: EN, FR

Page 20: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

20

11. L-ordni sintattika fil-frażi nominali

L-ordni tal-kostitwenti fil-frażi nominali tal-Malti ħafna drabi tkun differenti għalkollox mill-ordni

fl-Ingliż. Tant hu hekk, li meta jkollna frażijiet b’sensiela ta’ aġġettivi li jkunu qed jimmodifikaw lin-

nom f’ras il-frażi jew lill-bqija tal-frażi nominali, ħafna drabi rridu nittraduċu s-sekwenza bil-kontra

tal-Ingliż, eżempju:

gross domestic product

prodott domestiku gross mhux prodott gross domestiku

competent national authority

awtorità nazzjonali kompetenti mhux awtorità kompetenti nazzjonali

Meta n-nom ikun qed jiġi modifikat b’aġġettiv li anki dan ikun qed jiġi modifikat b’avverb, ħafna

drabi rridu nittraduċu s-sekwenza bil-kontra tal-Ingliż, eżempju:

genetically modified organism

organiżmu modifikat ġenetikament meqjusa aħjar minn organiżmu ġenetikament modifikat

Iżda mhux kull avverb għandu jinxteħet fl-istess keffa u għalhekk dan il-mudell ma jgħoddx għal

kull frażi li jkun fiha avverb. Xi drabi l-ordni tvarja, eżempju:

tifel daqsxejn imqareb mhux tifel imqareb daqsxejn

Xi frażijiet mhux faċli tinfilza kliem f’nofshom, bħal donnhom ikunu saru fossila. Pereżempju

frażijiet bħal kamra tal-banju jieħdu l-aġġettiv warajhom u mhux f’nofshom:

kamra tal-banju ġdida meqjusa aħjar minn kamra ġdida tal-banju

Hu żgur, madankollu, li l-frażi kollha tiret l-għadd u l-ġens ta’ ras il-frażi kamra u għalhekk meta l-

aġġettiv jinzerta wara r-ras (kamra ġdida) jew wara l-frażi sħiħa (kamra tal-banju ġdida), dan ikun

qed jinfletti għall-istess ġens u għadd.

F’dan il-każ, ir-ras u s-sieq tal-frażi għandhom ġens jew għadd differenti u għalhekk din il-kwistjoni

tal-ordni mhix daqshekk problema għax il-qarrej mill-ewwel jagħraf li ġdida qed timmodifika lir-ras

kamra jew lill-frażi kamra tal-banju kollha, u mhux lil banju/tal-banju.

Id-diffikultà tfeġġ meta r-ras u s-sieq tal-frażi jinzertaw bl-istess għadd u ġens u allura tinħoloq

ambigwità dwar liema frażi jew kelma jkun qed jimmodifika l-aġġettiv.

Pereżempju, meta nqisu l-frażijiet awtorità nazzjonali ta’ kompetenza u awtorità ta’

kompetenza nazzjonali, peress li awtorità nazzjonali u awtorità ta’ kompetenza t-tnejn

jokkorru f’xogħolna kif inhuma, u peress li awtorità u kompetenza huma t-tnejn nomi fis-

singular femminil, l-aħjar hu li bħala regola, l-aġġettiv nazzjonali jinxteħet kemm jista’ jkun qrib

in-nom li jkun qed jimmodifika. F’dan il-każ it-traduttur irid jiddeċiedi jekk hux awtorità jew

kompetenza.

Page 21: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

21

12. Sintassi aħjar

Fit-traduzzjoni, l-użu tajjeb tal-grammatika — inkluż tas-sintassi — hu ħaġa waħda ma’ tifsira ċara, u traduttur tajjeb jaf sa liema punt għandu jkun flessibbli f’dik li hi struttura tas-sentenza. Il-lealtà żejda għat-test oriġinali, kemm mil-lat ta’ sens kif ukoll mil-lat ta’ sintassi, twassal għal traduzzjoni dgħajfa.

Minflok: Isiru diskussjonijiet mal-Istati Membri dwar l-isfidi marbuta mal-politika ekonomika fl-Istati Membri taħt temi differenti fuq bażi regolari.

niktbu: Isiru diskussjonijiet mal-Istati Membri, b’mod regolari u b’temi differenti, dwar l-isfidi marbuta mal-politika ekonomika fl-Istati Membri.

Minflok: Minħabba li dawn id-Delegazzjonijiet se jkomplu jimplimentaw l-għajnuna esterna, li bħalissa huwa għal bosta minnhom il-kompitu ewlieni tagħhom, għandhom jinstabu modi biex...

niktbu: Minħabba li bħalissa l-kompitu ewlieni ta’ bosta minn dawn id-Delegazzjonijiet huwa li jkomplu jimplimentaw l-għajnuna esterna, għandhom jinstabu modi biex...

Minflok: Meta l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti, huma għandhom jirreferu, meta d-dmirijiet tagħhom bħala uffiċjali awtorizzanti jkunu jeħtieġu hekk, għall-Kummissjoni bħala l-istituzzjoni tagħhom.

niktbu: Meta l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti, huma għandhom jirreferu għall-Kummissjoni bħala l-istituzzjoni tagħhom meta d-dmirijiet tagħhom bħala uffiċjali awtorizzanti jitolbu hekk.

It-traduttur irid jagħti prijorità lis-sens ta’ dak li jrid jgħid, u mhux lill-kwantità ta’ marki tal-punteġġatura li hemm fl-oriġinal. Jekk is-sentenza fit-test oriġinali fiha żewġ virgoli, ma jfissirx li s-sentenza tradotta jrid ikollha żewġ virgoli wkoll.

Page 22: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

22

12.1 Il-prepożizzjonijiet li jaħbtu bejn konġunzjoni

Meta f’sentenza jkollok aktar minn prepożizzjoni waħda marbuta mal-istess frażi nominali, bil-Malti l-ewwel waħda minn dawk il-prepożizzjonijiet għandha tingħaqad mal-frażi nominali rilevanti u dawk ta’ warajha għandhom jinħadmu bil-pronomi mehmużin skont il-bżonn.

Ara pereżempju s-sentenzi li ġejjin, li ttieħdu minn dokumenti u pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet, u l-korrezzjonijiet tagħhom:

Minflok: Il-kwantitajiet għandhom jiġu kkalkulati minn u għandhom ikunu kompatibbli mal-valuri ddikjarati skont it-tabella preċedenti.

niktbu: Il-kwantitajiet għandhom jiġu kkalkulati mill-valuri ddikjarati skont it-tabella preċedenti u jkunu kompatibbli magħhom.

Minflok: Il-problema tinqala’ meta parti interessata tirrifjuta aċċess għal jew ma tipprovdix l-informazzjoni neċessarja.

niktbu: Il-problema tinqala’ meta parti interessata tirrifjuta aċċess għall-informazzjoni neċessarja jew ma tipprovdihiex.

Minflok: Jekk jogħġbok agħti eżempji konkreti ta’ jew data fir-rigward ta’ problemi persistenti ta’ aċċess għall-finanzjament, jekk hemm.

niktbu: Jekk jogħġbok agħti eżempji konkreti ta’ problemi persistenti ta’ aċċess għall-finanzjament inkella agħti data dwarhom, jekk hemm.

Minflok: Kitba ċara tibda bi u tiddependi fuq ħsieb ċar.

niktbu: Kitba ċara tibda bi ħsieb ċar, u tiddependi fuqu.

Dan hu eżempju ieħor fejn din it-tendenza tidher saħansitra darbtejn:

Minflok: Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’, u fid-dokumenti li jakkumpanjaw, il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum SYN-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-9 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (c).

niktbu: Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti li fihom il-qamħirrum SYN-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-9 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (c), jew li jikkonsistu minnu, kif ukoll fid-dokumenti li jakkumpanjaw dawn il-prodotti.

Page 23: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

23

13. Il-binja sintattika kundizzjonali

Nixħtu ħarsitna fuq il-binjiet sintattiċi li jinvolvu sitwazzjonijiet li għadhom ma seħħewx. Qed nirreferu, ngħidu aħna, għal meta f’dokument jissemmew ċerti kundizzjonijiet li, jekk iseħħu, il-Kummissjoni jkollha tieħu ċerti miżuri. Ladarba s-sitwazzjoni tkun għadha ma ġratx, ma jistax jintuża l-indikattiv.

The condition obliging the Commission to apply net financial corrections is the following:

After 15 February, the Member State has not taken appropriate remedial measures.

Din hija l-kundizzjoni li torbot lill-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet finanzjarji netti:

Wara l-15 ta’ Frar, l-Istat Membru ma ħaxma jkunx ħa miżuri ta’ rimedju adegwati.

The Annex shall be amended once the products are included in the said list.

L-Anness għandu jiġi emendat ladarba l-prodotti huma inklużijiġu inklużi fil-lista inkwistjoni.

If the authorisation is granted, the costs of the treatment are covered according to the conditions and reimbursement rates in the country of treatment.

Jekk tingħata l-awtorizzazzjoni, l-ispejjeż tat-trattament humajiġu koperti skont il-kundizzjonijiet u r-rati ta’ rimborż fil-pajjiż tat-trattament.

14. Il-frażi nominali li tinkludi l-għadd

Filwaqt li fil-frażi nominali nnifisha bosta numri Maltin jieħdu s-singular, fil-bqija tas-sentenza n-numru jiġi ttrattat bħala plural.

Minflok: Is-sena li għaddiet inbiegħet 500 karozza.

niktbu: Is-sena li għaddiet inbiegħu 500 karozza.

Bħalma jispjegaw il-Prof. Manwel Mifsud u l-Prof. Albert Borg, f’din il-kwistjoni tal-aġġettiv man-nom enumerat, li ma tantx ġiet mistħarrġa fi lsienna, is-singular mitlub min-numri jgħodd ukoll għall-bqija tal-elementi fil-frażi nominali.

Niktbu: 51 raġel twil (għax twil hi parti mill-istess frażi nominali)

iżda niktbu: 51 raġel twil daħlu fil-kamra tagħhom (għax daħlu ma tinsabx fil-frażi nominali u tagħhom mhix parti mill-istess frażi nominali)

Mela: Tnax-il xahar ieħor huma twal wisq għalija.

Nieħdu eżempju ieħor: The 133 temporary posts were authorised in the establishment plan.

Il-Prof. Borg jispjegalna li l-frażi [il-133 post temporanju] hija entità sħiħa u l-aġġettiv għandu jkun temporanju, fis-singular, biex jaqbel man-nom fis-singular fl-istess frażi nominali.

Iżda għalkemm fil-frażi nominali tas-suġġett [post temporanju] jitħaddem is-singular, il-bqija tas-sentenza jeħtieġ tkun fil-plural [ġew awtorizzati...] biex taqbel mal-għadd tal-frażi nominali tas-suġġett kollha kemm hi.

Mela niktbu: Il-133 post temporanju ġew awtorizzati fil-pjan ta’ stabbiliment.

Page 24: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

24

15. Il-frazzjoni deċimali

Meta jkollna numri bi frazzjoni deċimali, pereż. 21.87 gallun, il-qbil grammatikali tal-għadd (singular jew plural) għandu jimxi mal-prinċipju ikteb kif taqra.

Ngħidu “wieħed u għoxrin gallun punt tmienja sebgħa” u niktbu 21.87 gallun.

Ngħidu “sitta u għoxrin miljun ewro punt tlieta” u niktbu EUR 26.3 miljun.

Ngħidu “punt sitta (ta’) litru” u niktbu 0.6 litru (mhux 0.6 litri).

Meta l-ammont jinzerta bejn il-11 u d-19, anki jekk ikun bid-deċimali, jeħtiġilna niktbu l-forma sħiħa, jiġifieri EUR 14-il miljun jew EUR 14.6-il miljun għax ngħidu “erbatax-il miljun ewro” jew “erbatax-il miljun ewro punt sitta” u mhux “erbatax punt sitta miljuni ewro”.

Aktar tagħrif dwar in-numri fis-sentenza jagħtih l-artiklu ta’ David Agius Muscat fil-ħarġa nru 7 ta’ l-aċċent p. 11 u t-tweġiba tal-Prof. Mifsud fis-sit web tal-KNM.

Page 25: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

25

16. Il-vokali tal-leħen

16.1 Il-punteġġatura u l-vokali tal-leħen

Fil-każ ta’ lista b’colon, indaħħlu l-vokali tal-leħen ma’ kull element tal-lista kif jidher hawn taħt.

L-Istati Membri għandhom jaraw li:

i) il-kundizzjonijiet kollha jkunu ssodisfati,

ii) ikun hemm kemm jista’ jkun konformità fl-implimentazzjoni tal-miżuri.

Dan jgħodd ukoll meta jkollna parenteżi. Il-vokali tal-leħen niktbuha kemm wara l-parenteżi tal-

ftuħ u kemm wara dik tal-għeluq. Eżempju:

Illejla (immorru fejn immorru) irridu naraw li nieħdu pjaċir.

jew

Malta (l-istess bħas-sena li għaddiet) irnexxielha żżomm mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

Madankollu meta jkun hemm kontinwazzjoni (bħal fil-każ tal-virgoletti) ma ndaħħlu l-ebda vokali

tal-leħen. Eżempju:

Il-Kummissarju sostna li “ż-żewġ pajjiżi għamlu titjib kbir”.

jew

Skont ir-rapport, il-Portugall mitlub “jadotta ċerti miżuri” llum qabel għada.

16.2 In-numri u l-vokali tal-leħen

Wara numru, nimxu mal-prinċipju fonetiku biex niddeċiedu jekk il-kelma ta’ wara tkunx teħtieġ il-

vokali tal-leħen jew le. Għaldaqstant, jekk in-numru jkun jispiċċa b’vokali meta tlissnu, m’hemmx

bżonn il-vokali tal-leħen mal-kelma ta’ warajh. Min-naħa l-oħra, jekk in-numru jkun jispiċċa

b’konsonanti, il-vokali tal-leħen trid tiżdied mal-kelma ta’ warajh.

Dan jgħodd kemm għan-numri tat-tip 1, 2, 3, eċċ. kif ukoll għan-numri tat-tip I, II, III, eċċ.

Jiġifieri:

Il-Kapitolu 4 jmur għall-istampar għada. Il-Kapitolu IV nkiteb bħala żieda għall-Kapitolu preċedenti.

Il-Kapitolu 2 imur għall-istampar għada. Il-Kapitolu II inkiteb bħala żieda għall-Kapitolu preċedenti.

Il-Parlament u l-Kunsill japprovaw il-programm Edukazzjoni u Taħriġ 2010 wkoll.

Il-Parlament u l-Kunsill japprovaw il-programm Orizzont 2020 ukoll.

Page 26: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

26

It-Tieni Taqsima: Stil u Punteġġjatura

17. L-indirizzar tal-persuni

Meta fl-Ingliż il-persuna tiġi indirizzata bħala Mr jew bħala Sir, fil-Malti din tinqaleb għal Sinjur jew Sur (bl-artiklu jekk fil-bidu ta’ ittra jew fuq envelopp > Is-Sur jew Is-Sinjur) mingħajr distinzjoni semantika. Meta mara tiġi indirizzata bħala Ms (kulma jmur il-forom Mrs u Miss qed jitwarrbu biex iħallu wisa’ għaliha), nistgħu nżommu t-tismija kif ġejja mill-Ingliż, jew jekk il-kuntest ikun jippermetti, nużaw il-forma Sa (taqsira ta’ Sinjura li ilha tintuża fil-Malti, forma pjuttost klassika, u li toqgħod anki bħala taqsira ta’ Sinjorina, li llum ftit li xejn tintuża u li jaf tinstema’ patronizzanti).

L-użu ta’ l-Onorevoli għandu jakkomoda kemm lil ministru raġel kif ukoll mara, u anki lill-membri parlamentari nazzjonali u Ewropej, pereż. l-Onorevoli Tania Calleja. Fil-qosor niktbu l-Onor (l-ittra tal-artiklu tiġi kapitalizzata fejn hemm bżonn).

Il-karigi

It-titlu tal-kariga jinżamm fil-maskil anki meta l-kariga tkun tokkupaha mara. Jekk ikun hemm aġġettiv irid jinżamm qbil strett mal-ġens grammatikali tan-nom, filwaqt li l-verb f’sentenza b’dan it-tip ta’ suġġett jieħu forma femminili:

“Il-president elett/l-Ombudsman Ewropew Ursula Schmit insistiet li... ”.

“Ir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini ħarġet dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni Ewropea …”

18. Il-korrispondenza

Meta f’dokument l-indirizz ikun postali, ngħidu aħna indirizz ta’ kumpanija fiċ-Ċina, inkella indirizz ta’ korp jew organizzazzjoni fejn dak li jkun jista’ jibgħat applikazzjoni, dan jitħalla kif jidher fid-dokument oriġinali.

Meta tiġi fid-dubju jekk indirizz għandux jiġi tradott inkella jridx jidher l-istess fil-lingwi kollha, importanti tikkuntattja lir-requestor.

Indirizz li fid-dokument oriġinali jkun bil-Malti jitħalla bil-Malti, u meta jingħata kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż jitħalla hekk. Dan minħabba li teżisti prassi differenti għad-dokumenti monolingwi u dawk multilingwi. Ara t-Taqsimiet 9.1.2, 9.1.3 u 9.1.4 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali.

18.1 Ittri indirizzati lill-ambaxxaturi u lir-rappreżentanti permanenti

Meta fl-Ingliż il-persuna tiġi indirizzata bħala Your Excellency, fil-Malti din tinqaleb għal sempliċement Eċċellenza. Dan l-indirizz jintuża għall-presidenti tal-pajjiżi, għall-kummissarji Ewropej u għad-dinjitarji ekkleżjastiċi.

I have the honour to acknowledge receipt of Your Excellency’s Note No 1, dated…

Eċċellenza, għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt in-Nota Nru 1 tiegħek, li ġġib id-data …

Page 27: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

27

18.2 L-indirizz sħiħ tar-Rappreżentant Permanenti

Bil-Malti: L-ET Marlene Bonnici Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju Rappreżentant Permanenti Ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-UE Rue Archimède 25 1000 Bruxelles Belgique

Bl-Ingliż (għall-finijiet postali): HE Ms BONNICI Marlene Ambassador Extraordinary and Plenipotentiary Permanent Representative of Malta Rue Archimède 25/Archimedesstraat 25 1000 Bruxelles/Brussel Belgique

Importanti: dejjem iċċekkja jekk il-persuni fil-kariga jkunux inbidlu.

18.3 Il-format ta’ indirizz postali f’Malta

Is-Sur Tony Muscat 29, Triq it-Tempji Neolitiċi Il-Ħamrun ĦMR 1428 MALTA

Is-Sa Mary Debono Kaxxa Postali 85 Tas-Sliema SLM 1000 MALTA

18.4 L-għeluq tal-ittri (espressjonijiet ta’ korteżija)

Aħna u nittraduċu l-espressjonijiet ta’ korteżija (Yours truly, Yours faithfully u l-bqija) irridu nevitaw li fil-Malti nittrażmettu interferenzi minn ilsna barranin.

Fl-eżempji li ġejjin, wieħed ma jkunx qed inaqqas mill-piż tal-espressjoni jekk jittraduċihom sempliċement bħala Dejjem tiegħek jew Għoddni tiegħek.

I have the honour to be, Sir/Madam, Yours faithfully,… I have the honour to be, Your Excellency, Yours faithfully,… Please* accept, Your Excellency, the assurance of my highest consideration. Dejjem tiegħek, …

Veuillez agréer, Monsieur, l’expression de mes sentiments distingués. Je vous adresse, Madame, Monsieur, mes salutations distinguées. Je vous prie de croire, Madame, en nos sentiments dévoués. Dejjem tiegħek, …

Għandna nevitaw li nittraduċu l-kelma please (anki fil-formularji u fil-kwestjonarji) għax intaqqlu t-test għalxejn.

Page 28: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

28

19. Il-ħoloq

Biex niffaċilitaw il-ħajja tal-qarrejja u tal-utenti tad-dokumenti li nittraduċu, meta possibbli nieħdu ħsieb li d-dokument tradott ikun fih ħoloq li jwasslu għal dokumenti bil-Malti.

Qabelxejn, niċċekkjaw il-ħoloq tal-oriġinal biex niżguraw li huma attivi. Imbagħad importanti li jekk ħolqa tkun marbuta ma’ paġna bl-Ingliż, naraw jekk din l-istess paġna tkunx teżisti bil-Malti. Jekk iva, nimmodifikaw il-ħolqa biex il-qarrej isib il-ħolqa t-tajba bil-lest.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ikun biżżejjed li nibdlu l-kodiċi tal-lingwa fil-ħolqa oriġinali u nagħmlu dak Malti. Xi drabi jiġri li meta naqilbu l-ħolqa tal-paġna għall-Malti, xi kontenut jibqa’ bl-Ingliż. Minkejja li jiġri hekk, it-traduttur xorta għandu jaqleb il-ħolqa għall-Malti, biex jekk dak li jkun ikompli jqalleb fis-sit, ikun jista’ jara l-paġni li jkunu ġew tradotti bil-Malti.

Meta d-dokument tal-ORI ma jirnexxilniex insibuh bil-Malti wkoll, ħafna mid-drabi dan ikun ifisser li d-dokument ma jeżistix bil-Malti u allura nħallu l-ħolqa tal-ORI. Iżda jista’ jkun il-każ ukoll li d-dokument ikun jeżisti bil-Malti imma b’xi format ieħor (pereż. DOC jew HTML, flok PDF) jew inkella jkun aċċessibbli minn xi ħolqa oħra.

Eżempju:

Plans for the new measures were first set out as part of the Commission’s European Agenda on Security [...].

Il-pjanijiet għall-miżuri l-ġodda kienu ġew ippreżentati bħala parti mill-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà [...].

Il-ħolqa fl-ORI għall-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà twassalna għal paġna tad-DĠ HOME fuq ec.europa.eu, li hija disponibbli biss bl-Ingliż. Ma jeżisti l-ebda mod kif nistgħu nibdlu l-ħolqa biex tkun tista’ twassal għall-verżjoni bil-Malti tad-dokument.

Iżda bi ftit riċerka nsibu li dan id-dokument jinsab fil-EUR-Lex bir-referenza COM(2015) 185.

B’mod ġenerali, tiftixa sempliċi tat-titolu tad-dokument tal-ħolqa fil-EUR-Lex jew fir-Reġistru ta’ Dokumenti tal-Kummissjoni bil-lingwa tal-ORI għandha mnejn twassalna għal ħolqa oħra li tagħti għad-dokument bil-Malti bl-istess format jew inkella b’format ieħor. Niċċekkjaw li din il-ħolqa tkun twassal għall-istess dokument, bl-istess data.

Nota: mod effettiv kif tfittex titolu ta’ leġiżlazzjoni tal-UE hu billi tagħżel it-test tal-ORI u tagħfas Ctrl+Alt+O (ittra mhux żero) fl-iStudio. Hekk jitla’ d-DocFinder mill-Eur-Lex. B’shortcut waħda, it-traduttur jista’ jagħżel l-iżjed verżjoni kkonsolidata riċenti.

Page 29: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

29

20. Il-mezzi tal-kuntatt

L-indirizz tal-posta elettronika nintroduċuh b’colon.

Niktbu: Posta elettronika: [email protected]

U anki l-indirizz tas-siti web, pereż. Is-sit web: https://www.europarl.europa.eu/portal/mt

Wara l-indirizz tas-sit web ipprova evita l-punt tal-waqfa jew xi punteġġatura oħra inkella l-indirizz jista’ ma jaħdimx, bħal meta jinqabad il-punt fil-hyperlink. Xi drabi jistgħu jintużaw il-parenteżi madwar l-indirizz:

Niktbu: Ara l-Internet (http://europa.eu)

In-numri tat-telephone fiss u tal-mobile jeħtieġu spazju bejn ir-raba’ u l-ħames numru.

Niktbu: Tel. 2345 6789 jew 7999 1234

Il-kelmiet fax, telex u mobile niktbuhom sħaħ u warajhom ma nagħmlux colon.

21. Il-bliet u l-irħula Maltin

Din hi l-lista uffiċjali tal-ismijiet tal-lokalitajiet f’Malta.

Il-kodiċi postali tal-lokalitajiet Maltin bi tliet ittri u erba’ numri jitniżżel taħt l-isem tal-belt, bi spazju bejn l-ittri u n-numri. F’indirizz postali, l-ewwel ittra tal-artiklu fl-isem tal-belt jew tar-raħal tinkiteb kbira: Il-Ħamrun, L-Imdina.

Page 30: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

30

Jekk it-test ikkwotat ma jkunx

akkumpanjat minn numru ta’

referenza tad-dokument:

> Nittraduċuh għall-Malti

mingħajr rimarki fil-parenteżi.

Ma nagħtux (miegħu) il-

kwotazzjoni bil-lingwa oriġinali.

Dan minħabba struzzjoni li taw

il-ġuristi lingwisti

fl-20 ta’ Settembru 2019.*

22. Kwotazzjonijiet minn dokumenti mhux tradotti bil-Malti

22.1 Dokumenti disponibbli fil-EUR-Lex

* “Is-sitwazzjoni hija differenti fil-każ fejn ikun hemm traduzzjoni ta’ partijiet sħaħ mit-test. Hawnhekk il-possibbiltà ta’

riperkussjonijiet legali huma ferm inqas peress li: (i) it-termini fit-test ikunu tradotti b’mod konsistenti mal-bqija tat-test

f’ġieħ il-konsistenza interna, (ii) il-probabbiltà li l-istess parti tat-test terġa’ tidher f’partijiet oħra mhix kbira. B’hekk il-

konsiderazzjoni ta’ konsistenza esterna hija anqas rilevanti f’dan il-każ, filwaqt li l-IATE dejjem huwa strument utli biex

jassigura traduzzjoni konsistenti ta’ termini operattivi bejn atti diversi. Għaldaqstant nikkunsidraw li t-traduzzjoni ta’

partijiet sħaħ minn testi oħra li baqgħu bl-Ingliż huwa riskju kkalkulat li m’għandux ikun daqshekk problematiku.”

Jekk it-titolu jew it-test ikkwotat ikun akkumpanjat

minn numru ta’ referenza tad-dokument,

eż: dokumenti COM (Proposti, Komunikazzjonijiet,

Rapporti, Rakkomandazzjonijiet: COM/xxxx/xxx);

dokumenti ta’ ħidma tal-persunal (SWD/xxxx/xxx);

Kawżi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (eż: T-157/01);

jew dokumenti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali:

> Nittraduċuh għall-Malti mingħajr rimarki fil-parenteżi.

Ma nagħtux (miegħu) il-kwotazzjoni bil-lingwa oriġinali.

Dan għaliex f’dan il-każ, anke jekk it-traduzzjoni hija

waħda “mhux uffiċjali”, il-qarrej jista’ jmur faċilment

għat-test ORI permezz tan-numru ta’ referenza.

Jekk it-titolu kkwotat ma jkunx

akkumpanjat minn numru ta’

referenza tad-dokument:

> Nittraduċuh għall-Malti

u fil-parenteżi niktbu t-titolu

bil-lingwa oriġinali.

F’każ ta’ isem ta’ kawża tal-Qorti

tal-Ġustizzja tal-UE li ma jkunx

akkumpanjat minn numru ta’

referenza (eż: “Jean-Claude

Kazembe Musonda v Council of

the European Union”),

dan nittraduċuh għall-Malti

mingħajr l-Ingliż fil-parenteżi.

Jekk niġu biex nittraduċu

tikketta fuq prodott:

> Għalkemm mhux strettament

marbuta mat-traduzzjoni

tal-kwotazzjonijiet,

importanti niftakru li t-tikketti u l-

istruzzjonijiet fuq il-prodotti rridu

nħalluhom bil-lingwa oriġinali

u jekk niġu fid-dubju jekk, ngħidu

aħna, għandniex inħalluhom bil-

Franċiż biss, niktbu lir-requestor.

Page 31: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

31

22.2 Dokumenti mhux disponibbli fil-EUR-Lex

1. IT-TITLI ta’ studji, rapporti, Stqarrijiet għall-Istampa jew pubblikazzjonijiet oħrajn li ma

jkunux jeżistu bil-Malti, eż: l-istudju Trade in Counterfeit and Pirated Goods: Mapping the Economic

Impact, inħalluhom bil-lingwa oriġinali.

2. IL-KWOTAZZJONIJIET minn dawn id-dokumenti nittraduċuhom dejjem biex it-test finali

jkun aktar mexxej. Meta l-kwotazzjoni tkun minn lingwa mhux tant magħrufa, nistgħu:

i) nużaw pivot language,

ii) nikkuntattjaw lir-requestor u ninfurmawh bil-problema, u/jew

iii) nitolbu l-għajnuna tat-tradutturi ta’ dik il-lingwa partikolari.

3. Meta jiġi rrappurtat DISKORS DIRETT fit-tul (eż: kummenti ta’ Kummissarji jew esperti fl-

Istqarrijiet għall-Istampa) għandna nittraduċuh u nħalluh fil-virgoletti, mingħajr ma naqilbuh għal

diskors indirett.

23. Il-punteġġatura

B’mod ġenerali, is-sistema tal-punteġġatura fil-Malti tistrieħ fuq dik tal-Ingliż. Iżda importanti li fit-test jiġu osservati dawn il-punti li ġejjin, l-aktar fejn jidħlu t-testi li jkunu se jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

23.1 Il-virgoletti

Meta nikkwotaw, nużaw il-virgoletti doppji, eżempju:

Ir-Regolament jgħid li “l-awtorità trid tinħatar mill-Istat Membru rispettiv”.

Nużawhom meta fit-test inkunu se nibdew nirreferu għal terminu b’mod differenti:

Il-kelliem irrefera għall-ktejjeb ta’ informazzjoni dwar il-Politika Agrikola Komuni (minn hawn ’il quddiem il-“PAK”).

Il-virgoletti doppji nużawhom anki meta jinbidel xi test, bħal xi parti minn Artikolu:

Fil-paragrafu 3, ir-raba’ sentenza tinbidel b’dan li ġej: “Meta l-awtorità jidhrilha mod ieħor, trid tinforma b’dan lill-Kummissjoni minnufih”.

Skont Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali, il-virgoletti doppji nużawhom ukoll biex nirreferu għal terminu partikolari biex nagħtuh definizzjoni. Dan japplika anki meta t-termini jkunu f’lista:

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet: (a) “Trażmissjoni b’veloċità varjabbli” tfisser konvertitur tal-enerġija elettronika li jadatta kontinwament l-enerġija elettrika; (b) “Fażi” tfisser it-tip ta’ konfigurazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-mejns.

Skont Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali, ismijiet ta’ kotba, espressjonijiet jew kliem mhux bil-Malti ma jitqegħdux bejn il-virgoletti għax dawn diġà jkunu miktubin bil-korsiv. Għal aktar tagħrif dwar il-virgoletti ara t-Taqsimiet 4.2.3, 5.5.4 u 5.10 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali.

Page 32: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

32

Il-virgoletti Franċiżi « » m’għandhom jidhru qatt f’test bil-Malti anki jekk ikunu qed jidhru fit-test oriġinali. Minflokhom nużaw is-simboli “ ”.

Meta jkollna sentenza fil-virgoletti u l-aħħar kelma tagħha tkun tispiċċa b’appostrofu, ta’ min wieħed jipprova jbiddel il-font tal-appostrofu jew tal-virgoletti. Filwaqt li l-virgoletti jistgħu jkunu wieqfa jew imżaqqa (importanti l-konsistenza), l-appostrofu tal-għ huwa dejjem imżaqqaq.

23.2 Il-punt tal-waqfa

Man-noti ta’ qiegħ il-paġna u r-referenzi dejjem niktbu l-punt tal-waqfa.

F’każ ta’ sentenza sħiħa miġbura fil-parenteżi, il-punt tal-waqfa finali jitniżżel fil-parenteżi.

Meta sentenza tinzerta tispiċċa b’abbrevjazzjoni li tieħu l-punt tal-waqfa (bħal eċċ.) jew inkella b’sinjal tal-punteġġatura li jġorr fih il-punt tal-waqfa (mistoqsija jew esklamazzjoni), ma nagħmlux punt tal-waqfa ieħor:

It-test jitkellem dwar l-għasafar, il-fjuri, ix-xmajjar, eċċ. Iżda fl-ebda punt ma jsemmi l-bniedem. Churchill kien qal: “Sabiħa kemm hi sabiħa l-istrateġija, kultant trid tħares waħda lejn ir-riżultati.” Kliem tad-deheb!

23.3 Il-parenteżi

Biex niċċitaw Artikolu nużaw il-parenteżi tondi madwar il-paragrafu enumerat. Biex niċċitaw Artikolu ma nagħmlux spazju bejn in-numru tal-Artikolu u l-parenteżi li jiġu warajh.

Niktbu: l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 3(1)(a), l-Artikolu 3a(1), eċċ.

23.4 L-ispazju

Mal-punteġġatura mhux dejjem jintuża spazju. Issib tabella sħiħa dwar l-ispazji fit-Taqsima 6.4 tal-

Gwida tal-Istil.

Minkejja li f’xi każijiet il-Gwida tal-Istil tippreskrivi l-użu tal-ispazju fiss, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jagħtina l-parir li m’għandniex għalfejn niddistingwu bejn spazju fiss u dak normali. Dan l-Uffiċċju ħoloq għadd ta’ macros u shortcuts biex jieħdu ħsieb dawn id-dettalji tipografiċi (hekk, it-traduttur jista’ jiffoka fuq it-traduzzjoni nnifisha).

Iżda fejn jidħlu d-dokumenti tal-BUDG li jiġu ġġenerati mill-bażi tad-data CIBA, ma nistgħux nistrieħu fuq il-macros tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Aqra aktar dwar il-punteġġatura fid-dokumenti tal-BUDG, l-aktar tas-CIBA f’dawn il-Linji Gwida.

23.5 Elementi tipografiċi oħra

Il-macros tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet li semmejna fil-parti ta’ qabel dwar l-ispazju fiss ma jkoprux l-elementi tipografiċi kollha. Lill-kollegi ta’ dan l-Uffiċċju nkunu qed ngħinuhom ħafna jekk f’dan li ġej nimxu ma’ dak li tgħid Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali:

il-punteġġatura fl-elenkar (ara t-Taqsima 3.5 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali)

is-sing il-qasir (ara t-Taqsima 10.1.8 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali)

is-singijiet it-twal (ara t-Taqsima 10.1.9 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali)

Page 33: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

33

U jekk l-ORI stess ma jimxix ma’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali? Tajjeb inżommu f’moħħna li d-dokumenti tagħna mhux dejjem jgħaddu għall-qari tal-provi qabel jiġu ppubblikati. Aħna m’għandniex mezz kif inkunu nafu jekk dan ikunx se jsir jew le. Għalhekk hu rrakkomandat li nieħdu ħsieb nużaw is-sing il-qasir (-) għall-artiklu, għan-numri bejn il-ħdax u d-dsatax, xi drabi wara l-kelma ‘kemm’, u f’xi ismijiet, pereż. il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u l-Istrateġija Konġunta UE-Afrika. Iżda fejn jidħol is-sing it-twil, irridu niddistingwu bejn l-em dash u l-en dash għax dawn jaqdu funzjoni differenti.

L-em dash, li fil-Word Processor isir b’Alt+Ctrl+sing jew b’Alt+0151, idaħħal kunċett sekondarju iżda li jkollu rabta qawwija mal-bqija tas-sentenza. Eżempju: L-azzjonijiet marbuta ma’ din l-inizjattiva — li se tibqa’ għaddejja tul is-sajf kollu — għandhom l-għan li jattiraw kemm jista’ jkun nies.

L-en dash isir b’Ctrl+sing jew b’Alt+0150 u jintuża biex jindika sensiela ta’ paġni jew firxa ta’ snin. Ġieli jindika wkoll kwantità negattiva, eżempju: p. 12–28, 2000–2001, – 2°C, – 10%.

Jekk għandek xi mistoqsija dwar dawn l-elementi tipografiċi, tista’ tikteb lill-Grupp Lingwistiku.

Page 34: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

34

24. In-numri

In-numri minn wieħed sa disgħa jinkitbu fi kliem, filwaqt li minn 10 ’l fuq jinkitbu f’ċifri.

Jekk il-frażi tkun tinkludi numru taħt id-disgħa u ieħor akbar, in-numri jinkitbu dejjem f’ċifri.

Niktbu minn 5 sa 14 minflok minn ħamsa sa 14

Ma niktbux minn 50–100 iżda minn 50 sa 100, jew sempliċiment 50–100.

Dwar dan il-punt ara t-Taqsima 5.9.1 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali jew il-punt 34 ta’ dawn il-Linji Gwida.

Madankollu għall-istatistika nużaw dejjem iċ-ċifri.

Niktbu Fl-2002 ġew appuntati 3 uffiċjali ġodda; 2 minnhom fuq bażi permanenti.

U l-istess għall-voti, għal firxa ta’ numri maqsuma b’sing u għat-taqsimiet tal-leġiżlazzjoni.

Niktbu il-Kapitolu 5, l-Artikolu 9

Meta nistgħu, nevitaw li nibdew sentenza b’ċifra jew simbolu, u nippruvaw nibdlu t-tqassim tas-sentenza. Jekk ma jkollniex għażla oħra, niktbu n-numru fi kliem. Kull meta numru jkollu miegħu unità ta’ kejl espressa bħala simbolu jew taqsira, niktbu ċifri u mhux kliem.

Niktbu EUR 50

250 KW

Meta l-unità tal-kejl tkun espressa fi kliem, nistgħu niktbu kemm ċifri kif ukoll kliem.

Niktbu 250 kilowatt, 500 metru, ħames metri

Mal-kliem mija u elf ma niktbux in-numri f’ċifri.

Niktbu 300 jew tliet mija mhux 3 mija

Iżda l-kliem miljun u biljun jistgħu jkunu akkumpanjati minn numri miktuba f’ċifri.

Niktbu 10 miljuni, 16-il biljun

Meta numru jinkiteb f’ċifri, dan xorta se jinqara fi kliem u allura nittrattawh bħallikieku kien miktub fi kliem. Dan jgħodd ukoll għall-artiklu.

Ir-rata tal-qgħad laħqet il-5 %.

Il-baġit allokat kien EUR 14-il miljun.

Page 35: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

35

24.1 Il-punteġġatura maċ-ċifri

Dokumenti li ma jiġux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali

Dokumenti li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali

Insegwu Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali

Qed nirreferu għad-dokumenti ta’ natura soċjali.

Nużaw is-sistema Ingliża li titħaddem f’Malta: nużaw il-virgola bejn l-eluf u

l-punt mal-persentaġġi.

Niktbu 3,000,000 student u 1.5 %.

Nimxu mas-sistema kontinentali: bejn l-eluf nagħmlu spazju;

mal-persentaġġi nagħmlu virgola.

3, 000, 000 > 3 000 000 1.5 % > 1,5 %

39, 803.57 > 39 803,57

Kull lingwa uffiċjali tal-UE tħaddem din is-sistema biex fil-Ġurnal Uffiċjali ċ-ċifri jidhru

kollha l-istess, l-aktar fejn jidħlu t-testi tal-baġit.

Meta firxa tan-numri nippreżentawha bil-kliem biss (ma nużawx is-sing), nirrepetu s-simboli u l-ammonti.

Niktbu minn EUR 20 miljun sa EUR 30 miljun

minflok minn 20 sa 30 miljun EUR jew minn EUR 20 sa 30 miljun

Meta l-firxa nippreżentawha bis-sing (en dash) nistgħu ma nirrepetux is-simboli u l-ammonti.

Niktbu EUR 20–30 miljun

24.2 In-numri ordinali mqassra

Nevitaw li nqassru numri bħal l-ewwel, it-tieni u t-tielet. Meta ma jkollniex triq oħra, bħal f’xi tabella bi spazju tassew ristrett, nipproponu dawn it-taqsiriet mill-ewwel sal-għaxar.

l-ewwel l-1el is-sitt is-6tt it-tieni it-2ni is-seba’ is-7a’ it-tielet it-3et it-tmien it-8ien ir-raba’ ir-4a’ id-disa’ id-9a’ il-ħames il-5es l-għaxar l-10ar

Page 36: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

36

24.3 Id-dati

Id-dati fit-test iridu jkunu fil-forma sħiħa, jiġifieri niktbu fid-9 ta’ Marzu 2017.

Iżda fin-noti tal-qiegħ, id-dati għandhom jinkitbu dejjem fil-qosor, jiġifieri niktbu 9.3.2017 (mhux 9.3.17, tad-9.3.2017 jew 09.03.2017).

24.4 Is-snin

Meta s-snin niġbruhom għaxr’għaxra,

niktbu: is-snin 90 minflok is-snin 1990

Fir-reġistru formali nevitaw espressjonijiet bħal it-tmeninijiet jew id-disgħinijiet:

niktbu: fis-snin 80, fis-snin 90

Għalkemm l-Ingliż u xi ilsna oħra jużaw AD qabel is-sena u BC warajha, fil-Malti nimxu mal-gwida ta’ dik li kienet l-Awtorità Maltija għall-Istandards u niktbu l-era dejjem wara s-sena:

1500 WK jew 450 QK

Għaċ-ċarezza, meta jkollna firxa ta’ snin:

niktbu mill-1990 sal-1995 minflok mill-1990–95

u niktbu bejn l-1990 u l-1995 minflok bejn l-1990–95

Il-firxa 1990–91 tirreferi għal sentejn. Meta nkunu rridu nirreferu għal perjodu li jkopri parti mill-1990 u parti mill-1991, bħas-snin finanzjarji ta’ xi entità, sena skolastika jew xi staġuni sportivi, niktbu 1990/91.

Bħala eċċezzjoni, għas-sena tal-millennju għandha tiddaħħal il-kelma is-sena qabel iċ-ċifra 2000.

Niktbu Fis-sena 2000 jew is-sena 2000 u l-2005

24.5 Il-ħin

Meta l-ħin jinkiteb f’forma ta’ numri, xorta waħda jieħu l-artiklu normali tiegħu.

Niktbu Il-laqgħa saret fl-16:00

Niktbu It-tieni sessjoni tibda fis-14:00

Page 37: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

37

25. Is-simboli u l-unitajiet tal-kejl

25.1 Il-persentaġġi

Għandna niddistingwu bejn il-persentaġġi u l-punti perċentwali. Pereżempju, tnaqqis minn 30 % għal 15 % nistgħu niddeskrivuh bħala tnaqqis ta’ 50 % jew tnaqqis ta’ 15-il punt perċentwali.

Meta n-numru fit-test Malti nkunu ktibnieh f’ċifri, miegħu nużaw is-simbolu % biex nuru li huwa persentaġġ. Iżda meta n-numru niktbuh fi kliem, is-simbolu nibdluh bil-frażi fil-mija:

Niktbu 5 % jew ħamsa fil-mija

Meta niktbu l-persentaġġi għandna nużaw is-sinjal tal-persentaġġ bi spazju (komuni) bejnu u bejn

in-numru. Jekk ma nagħmluhx, l-għodda tar-Regex ma taħdimx. Barra minn hekk, il-makro tal-OJ Format — għodda indispensabbli għall-qarrejja tal-provi tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet — ma jaħdimx kif suppost.

25.2 Is-simboli xjentifiċi

Il-biċċa l-kbira tas-simboli xjentifiċi huma l-istess fil-lingwi kollha. Għall-piżijiet u għall-kejl, is-Sistema Internazzjonali tal-Unitajiet issa kważi ġiet adottata b’mod universali u allura nimxu magħha. Għal gwida tajba tas-sistema internazzjonali tal-unitajiet ara l-Encyclopedia Britannica.

25.3 L-unitajiet tal-kejl

Ħafna mill-ismijiet tal-unitajiet tal-kejl internazzjonali ma jiħdux plural fil-Malti:

250 volt (mhux 250 volts) ħames gradi Celsius jew 5 °C

Ismijiet tal-unitajiet tal-kejl bħal gradi Celsius u gradi Kelvin, ġejjin minn ismijiet ta’ persuni, iżommu l-ewwel ittra kapitali meta jintużaw bħala aġġettiv. Anki s-simbolu li jirrappreżenta dawn l-unitajiet tal-kejl jibda b’ittra kapitali: Hz u K.

Min-naħa l-oħra, l-unitajiet tal-kejl innifishom (mhux isimhom) jibdew dejjem b’ittra żgħira. Dan jgħodd anki meta jkunu ġejjin minn isem ta’ persuna: hertz u kelvin. Il-lista sħiħa tinsab fl-Anness A3 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistuzzjonali. Dawn huma l-aktar unitajiet tal-kejl komuni:

kejl

line

ari kilometru km metru m

deċimetru dm ċentimetru cm

millimetru mm

il- kap

aċit

à ettolitru hl litru l

deċilitru dl ċentilitru cl

millilitru ml

il-m

assa

tunnellata t kilogramma kg

libbra lb gramma g

deċigramma dc ċentigramma cg

milligramma mg

kejl

Ing

liż pulzier ins pied ft

mil ‒ gallun ‒

Page 38: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

38

26. Akronimi, inizjaliżmi u taqsiriet oħra

Akronimu huwa taqsira li jirnexxilna naqrawha sħiħa, bħallikieku kienet kelma waħda: NATO. Inizjaliżmu huwa wkoll tip ta’ taqsira, imma dan naqrawh ittr’ittra: WTO. Hawnhekk, dak li se ngħidu għall-akronimi japplika għall-inizjaliżmi wkoll.

Meta waqt traduzzjoni niltaqgħu ma’ akronimu, infittxu fil-leġiżlazzjoni Ewropea ta’ referenza u naraw jekk l-akronimu ntużax hemm. Jekk insibu li fil-verżjoni Maltija tal-leġiżlazzjoni Ewropea ta’ referenza l-akronimu hu identiku għal dak tal-lingwa sors, ma nittraduċuhx. Jekk ikun ġie tradott bil-Malti, nużawh eżatt kif insibuh fil-verżjoni Maltija.

Jekk fl-att leġiżlattiv ta’ referenza ma nsibu ebda okkorrenza tal-akronimu li qed infittxu, niċċekkjaw fil-IATE. Fl-entrata MT l-akronimu tħalla bl-Ingliż jew le? Nimxu ma’ kif indikat.

Fil-każ li l-IATE dak l-akronimu ma jagħtihx, jew inkella jagħtih biss fl-entrata tal-lingwa sors, nikkuntattjaw lit-terminologi permezz ta’ rikjesta online.

Minħabba li t-tradutturi esterni m’għandhomx aċċess għall-helpdesk tat-terminoloġija, jekk wara li jimxu mal-linja gwida spjegata hawn fuq jibqgħu ma jinqdewx, biżżejjed jiktbu kumment fid-dokument.

Għal-lista tal-akronimi u tat-taqsiriet, ara l-Anness A4 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali.

26.1 L-ittri kapitali fl-akronimi

Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali tgħidilna biex fid-dokumenti destinati għall-Ġurnal Uffiċjali l-akronimi b’ħames ittri jew anqas niktbuhom kollha b’ittra kbira u mingħajr punt bejniethom. L-istess għall-inizjaliżmi. Dawk b’aktar minn ħames ittri niktbuhom bl-ewwel ittra biss kapitali:

Niktbu: KEE minflok K.E.E. (għax b’ħames ittri jew anqas)

imma: Unesco minflok UNESCO jew U.N.E.S.C.O.(għax b’aktar minn ħames ittri).

26.2 L-artiklu mal-akronimi

Kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet 2, quddiem akronimu l-artiklu niktbuh skont kif inlissnu l-akronimu. Niktbu, pereżempju, is-Systran u l-MEPA.

Meta naraw li hemm aktar minn mod wieħed kif inlissnu l-akronimu, naraw li nkunu konsistenti fit-test. Niktbu l-Unesco jew il-Unesco; l-IATE jew il-IATE, imma nkunu konsistenti.

Dan japplika wkoll għall-inizjaliżmi (hawn naqraw it-taqsira ittr’ittra). Niktbu l-MUT, l-GħSL (l-Għaqda Studenti tal-Liġi), id-WTO (mhux il-WTO). Fil-każ tal-inizjaliżmi bil-Malti nagħmlu l-istess: il-KDŻ, il-KNPD. Jekk inizjaliżmu jista’ jitnissel b’aktar minn mod wieħed, it-traduttur jista’ jikteb skont kif qed jaqra, dejjem b’rispett lejn il-konsistenza fit-test: il-UĦM (fejn l-inizjaliżmu jinqara la Ingliża) jew l-UĦM (la Maltija).

Importanti nosservaw il-konsistenza wkoll f’taqsiriet oħra bħalma huma l-Europol/il-Europol; il-Eurostat/l-Eurostat u l-euro/il-euro.

Nota: meta l-akronimu jinkiteb waħdu fil-parenteżi, l-artiklu ma niktbuhx. Din il-prassi tirrifletti dik applikata f’Il-Gwida tal-istil Interistituzzjonali. Ara t-Taqsima 10.4.

Page 39: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

39

26.3 L-abbrevjazzjoni EU-27

Fid-dokumenti destinati għall-Ġurnal Uffiċjali (biex tikkonferma, dejjem ikkonsulta mal-job sheet) iż-żewġ ittri EU f’EU-27 jitqiesu abbrevjazzjoni ta’ EUROPA (ġeneralment in-numru indikat ikun l-għadd ta’ pajjiżi msieħba f’punt fl-istorja tal-UE). Dan skont dak li hemm imniżżel fl-Anness A3 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali. Din hi r-raġuni għaliex l-abbrevjazzjoni EU tibqa’ kif inhi wkoll f’għadd ta’ każijiet oħra, bħal f’dak ta’ EU-6, EU-9, eċċ.

26.4 Kliem parzjalment imqassar

Il-kliem parzjalment imqassar (li jkollu l-parti tal-aħħar nieqsa) jieħu l-punt fit-tmiem:

Niktbu: il-para. 5 tal-Art. 3

Niktbu: fil-Kap. 3, p.13

Dak li ma jkollux il-parti tal-aħħar nieqsa ma jiħux punt: Nru 7, Dr Borg

26.5 Taqsiriet fil-plural

Meta niġu biex nużaw akronimu fil-plural, fejn nistgħu għandna niktbu l-frażi sħiħa u nuru l-plural b’mod normali. Fejn bilfors irridu nużaw l-akronimu (pereż. użu frekwenti, jew spazju ristrett) nikkonsultaw mat-terminologi. Importanti li akronimu bil-Malti (pereż. DĠ) jibqa’ l-istess fil-plural (DĠ mhux DĠs, għax ngħidu Direttorati Ġenerali). Is-sens joħroġ mill-kuntest:

Fil-Kummissjoni joperaw bosta DĠ, ilkoll b’qasam differenti.

Id-DOP huma ħafna, u lkoll jissodisfaw kriterji speċifiċi.

L-akronimi li jibqgħu bl-Ingliż jieħdu l-plural Ingliż: ETFs, SMEs, MRLs

26.6 Il-jiem u x-xhur fil-qosor

Il-jiem u x-xhur fil-qosor skont il-gwida ta’ dik li kienet l-Awtorità Maltija għall-Istandards:

il-ji

em

It-Tnejn Tne It-Tlieta Tli

L-Erbgħa Erb Il-Ħamis Ħam

Il-Ġimgħa Ġim Is-Sibt Sib

Il-Ħadd Ħad

ix-x

hu

r

Jannar Jan Frar Fra

Marzu Mar April Apr

Mejju Mej Ġunju Ġun

Lulju Lul Awwissu Aww

Settembru Set Ottubru Ott

Novembru Nov Diċembru Diċ

Page 40: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

40

26.7 Taqsiriet komuni

ante meridiem a.m. post meridiem p.m.

eċċetra eċċ. referenza ref.

eżempju eż. telephone tel.

pereżempju pereż. numru nru ** (nru.)**

paġna/paġni p./pp.* Artikolu Art.

paragrafu para. Kapitolu Kap.

Din it-Tabella mhix eżawrjenti. Nistednukom tgħaddulna t-taqsiriet komuni li tiltaqgħu magħhom.

* Meta jkollna aktar minn paġna waħda, niktbu p. fid-dokumenti li se jmorru għall-Ġurnal Uffiċjali, u pp. fid-dokumenti l-oħrajn. Dan skont it-Taqsima 10.4 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali.

** Aqra iżjed dwar it-taqsira Nru fit-Taqsima 33 f’dawn il-Linji Gwida.

Page 41: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

41

27. Il-listi uffiċjali

27.1 Il-listi tal-pajjiżi, it-territorji, ir-reġjuni, il-lingwi u l-muniti

Fejn jidħlu l-listi tal-lingwi, tal-pajjiżi, it-territorji u l-muniti, u tar-reġjuni nimxu biss mal-listi li hemm f’Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali. Huwa biss fil-Gwida tal-Istil li nsibu dejjem l-aktar verżjoni aġġornata tal-listi. Il-listi japplikaw kemm għal-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll għal dokumenti oħra, bħall-istqarrijiet għall-istampa u l-bqija.

Eżempju:

Pajjiż Lingwa Aġġettiv Demonimu

in-Netherlands l-Olandiż Netherlandiż

(pereż. liġi Netherlandiża)

Netherlandiż

l-Istati Uniti l-Ingliż Amerikan Amerikan

l-Irlanda l-Irlandiż

(mhux il-Gaeliku)

Irlandiż Irlandiż

L-unika eċċezzjoni huma d-dokumenti li jsemmu r-reġjuni fil-kuntest tan-NUTS għax, f’dawn il-

każijiet, l-isem li ssir referenza għalih ma jiġix tradott iżda jingħata skont kif inhu fl-ORI.

Meta qed nikkwotaw isem li nbidel

Jekk inkunu qed nikkwotaw titolu ta’ att li jkun fih isem ta’ pajjiż li ma jkunx skont l-aħħar lista tal-

pajjiżi ppubblikata fil-Gwida Interistituzzjonali, aħna obbligati nikkwotaw it-titolu kif diġà hu

ppubblikat. Madankollu, għandna nużaw it-terminu l-ġdid fil-kumplament tat-test. Jekk, aħna u

nikkwotaw it-titolu verbatim, ninnutaw biss varjazzjoni ortografika fl-isem tal-pajjiż, dan nistgħu

nikkoreġuh mill-ewwel. Dan jgħodd meta l-verżjoni ġdida tal-isem tkun inbidlet biss ftit, tant li ma

jinħoloq ebda dubju li qed nirreferu għall-istess pajjiż (pereż. l-Isvezja > l-Iżvezja, il-Guinea-Bissaw

> il-Guinea-Bissau, Singapor > Singapore).

Eżempji ta’ ismijiet ta’ pajjiżi li nbidlu:

Isem bl-Ingliż (verżjoni ġdida)

Isem bil-Malti (verżjoni ġdida)

Isem bl-Ingliż (verżjoni antika)

Isem bil-Malti (verżjoni antika)

Czechia iċ-Ċekja Czech Republic Ir-Repubblika Ċeka

Eswatini l-Eswatini Swaziland Is-Swaziland

North Macedonia il-Maċedonja ta’ Fuq Ex Yugoslav Republic of Macedonia

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Page 42: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

42

L-ordni tal-ismijiet tal-pajjiżi

Skont it-Taqsima 7.1.2 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali, “L-Istati Membri għandhom ikunu

elenkati b’mod alfabetiku skont il-lingwa oriġinali (l-ordni tal-protokoll)”.

Fi kliem ieħor, meta jkun hemm elenku tal-Istati Membri trid tiġi segwita mhux l-ordni alfabetika

bil-Malti iżda l-ordni tal-protokoll kif definita fil-Gwida tal-Istil. Iżda l-Gwida ma tgħidx meta

għandna nużaw din l-ordni, u meta le.

Fil-każ ta’ lista f’dokumenti legali u uffiċjali, dejjem nużaw l-ordni tal-protokoll. Meta jkun hemm

pubblikazzjonijiet maħsuba għall-pubbliku aktar wiesa’, nistgħu nelenkaw l-Istati Membri bħala

lista bl-ordni alfabetika bil-Malti.

Meta l-lista tal-pajjiżi tkun qed issir bil-kodiċijiet tal-pajjiżi ma tinħoloq l-ebda problema għax dawn

ikunu dejjem l-istess, bil-lingwi kollha.

Jekk fil-lista hemm pajjiżi li mhumiex Stati Membri, x’ordni nuża?

Meta l-lista jkun fiha pajjiżi li mhumiex Stati Membri jew ikun hemm taħlita ta’ Stati Membri u

pajjiżi li mhumiex, l-ordni tvarja skont il-verżjoni lingwistika. Fil-pubblikazzjonijiet bil-Malti nużaw l-

ordni alfabetika Maltija. Dan dejjem skont il-Gwida tal-Istil.

L-ordni tal-ilsna tal-pajjiżi

Meta nkunu se nelenkaw l-ilsna tal-pajjiżi, dejjem ninkludu l-artiklu. Imma meta niġu għall-ordni

alfabetika, nieħdu kont tal-ewwel ittra tal-ilsien innifsu, mhux tal-artiklu:

il-Bulgaru iċ-Ċek id-Daniż l-Estonjan il-Finlandiż

...

Page 43: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

43

27.2 Il-listi tal-aġenziji, il-kumitati, il-korpi u entitajiet oħra

(Din in-nota tgħodd ukoll għall-ismijiet tat-task forces, tas-sistemi u tan-netwerks.)

Xi drabi t-traduzzjonijiet tad-dokumenti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ikunu jikkonsistu minn

linja waħda jew tabella Excel li jkun fiha isem ta’ aġenzija, kumitat, direttorat, uffiċċju ta’

Kummissjoni, eċċ. jew xi referenza għalihom. Il-listi tal-ismijiet tal-uffiċċji, tal-korpi u tal-aġenziji

jinsabu fit-Taqsima 9.5 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali (dejjem ara l-verżjoni online għax din

tiġi aġġornata minn żmien għal żmien).

F’każ li l-isem li fittixt ma sibtux hemmhekk:

L-isem uffiċjali jrid jinkiseb mill-EUR-Lex. Dejjem jintuża l-isem kif jidher fl-att li jistabbilixxi l-

entità kkonċernata. Eżempju:

European Research Council Executive Agency

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

mhux L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew dwar ir-Riċerka/tar-Riċerka biex

nimxu mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li

tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-

Deċiżjoni 2008/37/KE

Jekk isem l-entità ma ġiex stabbilit b’att legali, importanti li l-isem neħduh mill-IATE.

Tajjeb inkunu nafu li bħala prassi tal-IATE, l-artiklu qatt ma jitniżżel iżda dan ma jfissirx li

m’għandux jintuża fit-traduzzjoni. Eżempju:

Uffiċċju Alimentari u Veterinarju [IATE:1162472]

> L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju

Jekk l-isem sħiħ ma jinstabx fil-IATE, il-partijiet differenti li jikkomponu l-isem sħiħ iridu jkunu

skont il-partijiet individwali diġà stabbiliti fil-IATE.

Importanti: dawn l-aħħar snin bdew ifeġġu ħafna każijiet ta’ ismijiet differenti għall-istess entità.

L-inkonsistenzi fl-ismijiet (anki fl-akronimi tagħhom) jista’ jkollhom implikazzjonijiet legali.

Jekk waqt it-traduzzjoni ta’ xi dokument, inkluż dak RUE jew SECEM, niltaqgħu ma’ isem ġdid ta’ aġenzija (jew ta’ xi entità oħra), jew ma’ isem li fil-IATE jkun differenti milli hu fl-att legali li jistabbilixxi dan l-isem, ngħarrfu b’dan minnufih lit-terminologi. It-tradutturi esterni huma mitluba jagħmlu kumment fil-parti tad-dokument rilevanti.

Page 44: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

44

28. Mudell ta’ dokument − punti importanti dwar l-istil

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ġlieda kontra l-frodi fl-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-

Artikolu 325(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea u l-Komunikazzjoni li takkumpanjaha

dwar “Unjoni Ewropea mingħajr frodi”1,

Billi:

(1) Jenħtieġ li jiġi vvalutat l-impatt sostanzjali fuq l-interessi finanzjarji tal-UE. (2) Kif iddikjarat fl-Istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea kontra l-frodi: “Il-pajjiżi tal-UE

jamministraw kważi d-dħul kollu mill-baġit tal-UE”2.

(3) Jenħtieġ li l-liġi kriminali fl-Istati Membri tittejjeb sabiex tilqa’ għall-frodi fl-Unjoni

Ewropea u jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Istati Membri ma jiġux kompromessi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi.

Artikolu 2

Reati kriminali relatati ma’ frodi

L-Istati Membri3 għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li...

Artikolu 3

Responsabbiltajiet ta’ persuni ġuridiċi

1. Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika ma għandhiex teskludi...

2. Għall-għan ta’ din id-Direttiva, “persuna ġuridika” għandha tfisser ...

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-

Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

1 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u

lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-24 ta’ Lulju 2017 “Unjoni Ewropea mingħajr frodi” (COM(2017) 542 final). 2 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-Qorti tal-Awdituri tal-11 ta’ Mejju 2011 “L-Istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-Frodi”

(KUMM(2011) 376 finali). 3 Il-lista tal-Istati Membri tinsab fl-Anness 2 ta’ din id-Direttiva.

it-t

ito

lu

Il-f

orm

uli

tal-

elu

q

L-A

rtik

oli

Il-p

rem

ess

i

Il-k

un

sid

eraz

zjo

niji

et

(il-

baż

i ġu

rid

ika

+

il-p

assi

pro

ċed

ura

li)

Il-p

ream

bo

lu

It

-te

rmin

i ta’

pro

mu

lgaz

zjo

ni

Jekk wara l-kwotazzjoni jkun hemm nota f’qiegħ il-paġna, il-punt finali

ta’ waqfa jitqiegħed wara n-nota f’qiegħ il-paġna, fil-każijiet kollha.

Kull premessa tibda b’ittra kapitali u tispiċċa b’punt finali,

għajr għall-aħħar premessa li tispiċċa dejjem b’virgola.

Fit-titli, il-kliem bħal Artikolu jew

Titolu ma jiħux l-artiklu definit l-.

Din hi prassi anki fil-liġijiet ta’ Malta.

Għad-definizzjonijiet nużaw

dejjem il-femminil “tfisser”

kif jagħmlu l- istituzzjonijiet l-

oħra. Aqra iżjed dwar L-użu

ta’ fisser fid-definizzjonijiet

f’dawn il-Linji Gwida.

Fir-referenzi għad-dokumenti tal-

Kummissjoni bid-data mis-27 ta’ Jannar 2012

’il quddiem, niktbu “COM” u “final”, u jekk

tokkorri “SEC”. Fir-referenzi għad-dokumenti

ta’ qabel, nużaw it-traduzzjonijiet bil-Malti

“KUMM”, “finali” u “SEG”. Aqra iżjed hawn.

Tibqa’ dejjem bil-

forma tal-maskil

“Magħmul fi”.

In-numru hawnhekk jinkiteb dejjem

bħala kelma sħiħa u qatt f’ċifri.

In-noti ta’ qiegħ il-paġna dejjem jispiċċaw b’punt fl-aħħar.

Page 45: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

45

29. L-użu ta’ tfisser fid-definizzjonijiet

Il-kwistjoni ta’ tfisser kif użata fid-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 ta’ strument legali ġiet diskussa

mal-ġuristi lingwisti tal-Kummissjoni u mal-Kap tad-Dipartiment. Fid-dokumenti tagħna nużaw

‘tfisser’ għax din hi prassi tal-istituzzjonijiet l-oħra, u t-tradutturi tal-Kummissjoni jaħdmu flimkien

magħhom.

Irrispettivament minn jekk is-suġġett li qed jiġi ddefinit hux maskil jew femminil, niktbu:

“Stat Membru tat-tweġiba” tfisser l-Istat Membru li lilu kienet indirizzata r-rikjesta;

“tfittxija mmirata” tfisser messaġġ ta’ rikjesta mingħand Stat Membru.

30. Każ jew kawża?

Fejn jidħlu l-każijiet interni tal-Kummissjoni, inkunu korretti biss jekk nużaw it-terminu każ,

eżempju:

MT

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8207 Emerson Electric / In-negozju tal-valvi u r-regolaturi ta’ Pentair)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C.../…)

Iżda meta tkun qed issir referenza għall-qrati, ikun aktar korrett li nużaw kawża. L-istess meta

nkunu qed nirreferu għal xi sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja: nużaw kawża għax dan hu t-terminu li

jintuża fil-Qorti tal-Ġustizzja u fir-referenzi inkwistjoni. F’sitwazzjonijiet oħra, jekk ikollna xi dubju,

nistgħu nużaw każ għax, b’mod ġenerali, dan it-terminu jkopri s-sitwazzjonijiet kollha ta’ case bl-

Ingliż.

Fejn jidħlu l-Kawżi tal-Qorti, it-terminu “Joint Cases” nittraduċuh “Kawżi Magħquda” (mhux

Kawżi Konġunti) biex nimxu mat-terminu standard tal-Qorti.

31. Ex jew eks?

Kif jikkonfermaw id-Deċiżjonijiet 2, l-element ex jista’ jinkiteb kif inhu, inkella eks (importanti l-

konsistenza fit-test) imma dejjem jieħu spazju warajh.

Fir-reġistru ġuridiku u fi frażijiet bil-Latin niktbu ex (bil-korsiv): ex Artikolu, ex officio, ex gratia.

Page 46: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

46

32. Nota dwar l-atti delegati, l-atti ta’ implimentazzjoni, l-atti emendatorji

L-atti delegati jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att bażiku. It-traduzzjoni tagħhom trid tidħol kexxun fl-att bażiku, għalhekk trid tirrispetta l-istess terminoloġija li jkun hemm fl-att bażiku.

L-atti ta’ implimentazzjoni jistabbilixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti leġiżlattivi. It-traduzzjoni tagħhom trid tirrispetta l-istess terminoloġija li jkun hemm fl-att bażiku.

L-atti emendatorji jissupplimentaw u jemendaw l-att bażiku. L-effett legali tal-att emendatorju jispiċċa hekk kif jidħol fis-seħħ u jibqa’ jeżisti biss l-att bażiku kif emendat. It-traduzzjoni tagħhom trid tidħol kexxun fl-att bażiku, għalhekk trid tirrispetta l-istess struttura/stil u terminoloġija li jkun hemm fl-att bażiku.

B’hekk, għal dawn it-tipi ta’ atti, importanti li:

it-titolu tal-att jiġi kkwotat tale quale, għajr meta tkun saret rettifika ta’ titolu tal-att, f’liema każ nikkwotaw it-titolu kif rettifikat,

insegwu l-frażijiet standard li hemm fit-Taqsima 18 tal-Gwida Prattika Komuni, jiġifieri:

Frażi bl-Ingliż Frażi bil-Malti Eżempji

Emenda is amended shall be amended

huwa emendat għandu jiġi emendat

“Ir-Regolament... huwa emendat kif ġej:” “Il-punt 2 għandu jiġi emendat kif ġej:”

Sostituzzjoni is replaced shall be replaced

huwa sostitwit għandu jiġi sostitwit

“L-Artikolu X tar-Regolament ... huwa sostitwit b’dan li ġej:” “Fil-paragrafu 3, il-kliem ‘mingħajr l-opinjoni’ għandu jiġi sotitwit bil-kliem ‘mingħajr l-opinjoni tal-ESMA’.”

Inseriment is inserted shall be inserted

jiddaħħal għandu jiddaħħal

“Fil-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:” “Għandu jiddaħħal l-Artikolu Xa li ġej:”

Żieda is added shall be added

jiżdied għandu jiżdied

“Fl-Artikolu X, jiżdied il-paragrafu Y li ġej:” “Fl-Artikolu X, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:”

Tħassir is deleted shall be deleted

jitħassar għandu jitħassar

“Fl-Anness I tar-Regolament... titħassar l-entrata li ġejja:” “Fl-Artikolu X, għandu jitħassar il-paragrafu Y.”

jekk fl-att bażiku shall u should intużaw ħażin, fl-atti delegati u dawk ta’ implimentazzjoni

jeħtieġ nużawhom tajjeb skont il-qbil interistituzzjonali

ikun hemm konsistenza terminoloġika mal-att bażiku.

Att delegat, att ta’ implimentazzjoni jew att emendatorju ma jistax jiġi tradott bla ma jiġi

kkonsultat l-att bażiku. Jekk ikun hemm xi inkonsistenzi terminoloġiċi, importanti li navżaw lit-

terminologi u lill-korrispondenti tar-rettifiki biex jaraw jekk hemmx bażi għal rettifika. L-Anness ta’

strument legali hu parti integrali mill-istess att. Għalhekk it-terminoloġija li tintuża fih trid tkun

konsistenti ma’ dik tal-att bażiku.

Page 47: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

47

33. It-taqsira Nru fit-titli tal-atti

Id-dokumenti kollha ppubblikati wara l-1 ta’ Jannar 2015 m’għadhomx jinkludu t-taqsira ‘Nru’.

Għaldaqstant, l-informazzjoni li ġejja hi utli biss meta qed nirreferu għal dokumenti ppubblikati

qabel l-1 ta’ Jannar 2015 (jew dawk li r-referenza tagħhom ma tkunx sewgiet din ir-regola).

Uħud mit-titli kien ikun fihom Nru u Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonalikienet tiddistingwi bejn

dawn it-tnejn:

Jekk in-numru sekwenzjali tal-att kien jiġi qabel is-sena, konna niktbu Nru, eżempju:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1004/2014

Id-Deċiżjoni Nru 438/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Jekk is-sena kienet tiġi qabel in-numru sekwenzjali tal-att, konna nħallu Nru barra, eżempju:

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/2371/UE

Id-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ta’ min jenfasizza li għalkemm id-dokumenti kollha ppubblikati wara l-1 ta’ Jannar 2015

m’għadhomx jinkludu t-taqsira Nru, ir-regola msemmija hawn fuq xorta waħda tapplika għall-

bqija tad-dokumenti li ġew ippubblikati qabel din id-data.

34. Ir-referenzi għas-subdiviżjonijiet tal-atti

Skont Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali, referenza enumerata tibda mis-subdiviżjoni l-kbira u

tispiċċa bis-subdiviżjoni ż-żgħira — mingħajr virgoli u mingħajr spazji. Importanti li nevitaw ir-

repetizzjoni tal-kelma ‘punt’, pereż. fl-Artikolu 1(2)(a) mhux fil-punt (a), il-punt (2) tal-Artikolu 1.

Meta jissemmew xi subdiviżjonijiet tal-istess tip, l-isem ma jiġix repetut, eżempju: l-Artikoli 2, 3 u

4, u mhux nirrepetu s-subdiviżjoni kull darba.

Iżda r-repetizzjoni mhux dejjem nistgħu ngħaddu mingħajrha. Meta d-dokument jagħmel

referenza għal subdiviżjonijiet tal-istess tip iżda wieħed minnhom (jew aktar) ikun akkumpanjat

minn subdiviżjonijiet oħra, is-subdiviżjoni kkonċernata jeħtieġ tissemma kull darba.

Niktbu: l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament […]

u mhux l-Artikoli 2 u 3(1) tar-Regolament […]

Niktbu: l-Artikolu 2, l-Artikolu 5(2) u (3) u l-Artikoli 6 sa 9 tar-Regolament […]

u mhux l-Artikoli 2, 5(2) u (3) u 6 sa 9

Nikteb u jew sa?

Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali tagħmel differenza ċara bejn l-Artikoli 2, 3 u 4 u l-Artikoli 2 sa 4.

Filwaqt li l-ewwel każ jaqta’ barra l-Artikoli l-oħra li jaf ikun hemm, bħall-Artikolu 2a, 3b, u l-bqija, it-

tieni każ jinkludi l-Artikoli u s-subdiviżjonijiet kollha mill-Artikolu 2 sal-Artikolu 4.

Page 48: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

48

35. Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali (l-Edizzjonijiet Speċjali)

Ikun hemm każijiet fejn, fil-Ġurnal Uffiċjali, in-numru ta’ referenza ta’ dokument bil-Malti ma jkunx

jikkorrispondi man-numru ta’ referenza tad-dokument oriġinali. Ħafna drabi din ir-referenza tkun

immarkata bħala “Edizzjoni Speċjali bil-Malti” (pereż. ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1–22; Edizzjoni Speċjali

bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 026 p. 102–104.)

Mhuwiex meħtieġ li nniżżlu dan in-numru ta’ referenza. Biżżejjed inniżżlu r-referenza għall-Ġurnal

Uffiċjali oriġinali għaliex, minn hemm, min ikun qed ifittex xorta waħda jkun jista’ jasal għall-

verżjoni Maltija.

Dokumenti li nħarġu f’“Ħarġiet Speċjali” minħabba d-deroga li ngħata d-Dipartiment tal-Malti fl-

ewwel tliet snin tiegħu wkoll għandhom numru ta’ referenza differenti minn dak tal-oriġinal

(pereż. in-numru ta’ referenza ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67–73 għall-verżjoni Maltija huwa mniżżel

bħala ĠU L 327M, 5.12.2008, p. 488–498).

F’dan il-każ, ukoll, peress li r-referenza għar-Regolament oriġinali tkun qiegħda turik ukoll f’liema

Ħarġa Speċjali tkun tista’ ssib il-verżjoni MT, m’għandniex għalfejn nindikaw il-verżjoni xxxM,

imma tkun biżżejjed ir-referenza oriġinali bħal tal-lingwi l-oħra.

36. Ir-referenzi għan-Nomenklatura Magħquda (NM)

Importanti li d-dokumenti li jinvolvu prodotti elenkati fin-Nomenklatura Magħquda (NM) jiġu

kkupjati kif inhuma fil-verżjoni tan-NM li tkun intużat fl-oriġinal. It-traduzzjoni trid telenka l-

prodotti skont l-Anness li qed issir referenza għalih fit-traduzzjoni.

Minkejja li l-Anness ta’ dawn id-dokumenti (ġeneralment TRADE, TAXUD, REACH jew SANTE) jiġi

aġġornat kull sena, il-prodotti jridu jiġu kkwotati kelma b’kelma mill-verżjoni li tkun intużat fl-

oriġinal. Nistgħu nemendaw biss l-iżbalji ortografiċi.

L-aktar Anness riċenti hu dak tal-2019 li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020.

Jekk l-ORI jkun qed jirreferi għal Anness ieħor ta’ sena oħra partikolari, il-bqija tal-Annessi jinsabu

fil-EUR-Lex:

l-Anness ippubblikat fl-2011 u li japplika għall-2012,

l-Anness ippubblikat fl-2013 u li japplika għall-2014,

l-Anness ippubblikat fl-2014 u li japplika għall-2015,

l-Anness ippubblikat fl-2015 u li japplika għall-2016,

l-Anness ippubblikat fl-2016 u li japplika għall-2017,

l-Anness ippubblikat fl-2017 u li japplika għall-2018,

l-Anness ippubblikat fl-2018 u li japplika għall-2019.

Jekk fis-snin li ġejjin tkun teħtieġ xi aġġornamenti tan-Nomenklatura Magħquda, ikkuntattja lill-

Grupp Lingwistiku b’dan l-email: [email protected].

Page 49: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

49

37. L-Annessi

Jekk ikollna aktar minn Anness wieħed, dawn jiġu enumerati bin-numri Rumani. Skont it-Taqsima 3.2.3 ta’ ll-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali, meta ssir referenza għal Anness niktbu hekk:

L-Anness IV huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

u mhux: L-Anness IV huwa sostitwit bit-test fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Importanti nsewgu wkoll it-Taqsima 3.7 ta’ dik il-gwida biex meta t-test mehmuż ma jkunx Anness, nużaw il-partiċipju/l-aġġettiv mehmuż u mhux anness. Dan jgħodd l-iżjed għall-Ftehimiet Internazzjonali preċeduti b’att ta’ leġiżlazzjoni sekondarja, li ġeneralment japprovahom.

Niktbu: Dawn jiġu mehmuża minflok dawn jiġu annessi ma’ dan l-Att, Deċiżjoni jew Regolament.

38. Konsistenza bejn is-segments li jokkorru spiss

Ninnutaw li xi segments jokkorru sikwit fid-dokumenti li nittraduċu. Jekk ninfurmaw lit-terminologi bihom, dawn jiġu standardizzati u jibdew jaslu għand kulħadd tradotti lesti.

Il-proċedura hi sempliċi:

1. It-traduttur jgħaddi lista EXCEL lit-terminologi bil-frażijiet EN–MT ikkonċernati. 2. It-terminologi jiddiskutuhom mat-traduttur ikkonċernat. 3. Ladarba l-frażijiet jiġu riveduti, it-terminologi jinkluduhom fil-lista EXCEL NON-IATE u

din tinbidel f’termbase permezz tal-Glossary Converter.

Kull darba li t-traduttur jaġġorna t-termbases, dak kollu li jkun laħaq ġie standardizzat se jitla’ lest fl-iStudio. Anki t-tradutturi esterni jistgħu jaċċessaw in-NON-IATE termbases EN–MT, FR–MT u IT–MT, u dan jaslilhom bħala EXCEL (minħabba li mhux kollha jaħdmu bl-iStudio).

Min-naħa l-oħra fl-ambjent tar-RUE m’hemmx aċċess għat-termbases. Madankollu, għall-konsistenza, meta f’dokument RUE nidentifikaw xi frażijiet standardizzati nistgħu nirreferu għan-NON-IATE termbases EN–MT, FR–MT jew IT–MT bħala EXCEL u nittrasferuhom fl-iStudio kelma b’kelma minnhom.

L-aktar ġabriet riċenti ta’ frażijiet standardizzati jinsabu fil-P drive tad-DĠT.

Uħud mill-eżempji ta’ standardizzazzjoni inklużi fit-termbases

1. il-frażijiet standard fid-dokumenti tal-BUDG, 2. l-ismijiet tar-reġjuni, 3. il-frażijiet standard tad-DOP u tal-IĠP, 4. il-frażijiet standard tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva u l-Annessi, 5. l-affissi tas-sistema metrika u tas-sistema binarja, 6. il-frażijiet standard tal-Appendiċi tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, 7. l-ismijiet tal-karigi tal-Gvern ta’ Malta skont il-lista aġġornata tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 8. il-frażijiet standard tas-Sommarju Eżekuttiv tal-Valutazzjoni tal-Impatt tad-

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, 9. l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fil-kuntest tal-Aġenda tal-UE 2030 għall-Iżvilupp

Sostenibbli, 10. termini/sekwenzi standard oħrajn li jaslulna mingħand il-Kapijiet tal-Unità, it-

tradutturi u l-ġuristi lingwisti (ngħidu aħna: position to be adopted > pożizzjoni li għandha tiġi adottata, filwaqt li position to be taken > pożizzjoni li għandha tittieħed).

Page 50: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

50

It-Tielet Taqsima: Għodod, Riżorsi u Ħwejjeġ Oħra

39. L-ordni alfabetika: a, b, c… jew a, b, ċ…

Dokumenti li ma jiġux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali

Dokumenti li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali

Insegwu Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali

Fejn tidħol l-ordni alfabetika nimxu mas-sekwenza tal-Malti.

Din hi l-ordni tal-ittri tal-alfabett bil-Malti: a, b, ċ, d, e, f, ġ, g, għ, h, ħ, i, ie, j, k, l, m, n, o, p, q, r, s, t, u, v, w, x, ż, z.

Fid-dokumenti li jittrattaw leġiżlazzjoni tal-UE, l-ittri li jidhru f’lista nħalluhom fis-sekwenza tal-

Ingliż bħalma jsir fil-liġi Maltija, jiġifieri a, b, c, eċċ.

Il-leġiżlatur Malti adotta din is-sistema biex il-partijiet fil-liġijiet Maltin ikunu bl-istess ittra,

kemm fil-Malti kif ukoll fl-Ingliż.

40. Il-kelma

40.1 Ir-reġistru legali

Dokumenti li ma jiġux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali

Dokumenti li jiġu ppubblikatifil-Ġurnal Uffiċjali

Insegwu Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali

F’poster dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, fi ktejjeb maħsub għall-istudenti jew

f’test li jkun se jintuża f’filmat, nużaw il-Malti li nħaddmu fil-lingwaġġ ta’ kuljum.

Ma ndurux għal kliem Taljanizzat bla bżonn.

Niktbu kapitlu, artiklu u titlu.

F’dokument li jittratta leġiżlazzjoni tal-UE nużaw

ċertu kliem bħal kapitolu, artikolu u titolu, jiġifieri r-reġistru legali.

40.2 Il-kliem mil-Latin

Kemm jista’ jkun, nużaw il-kliem u l-frażijiet bil-Malti li jinftiehmu l-aktar. Biex il-kitba tkun aktar

ċara u mexxejja, f’dokumenti mhux ta’ natura legali u f’komunikazzjonijiet mal-pubbliku, hija fid-

diskrezzjoni tat-traduttur li minflok jirriproduċi jew jintroduċi espressjonijiet bil-Latin, juża

espressjonijiet bil-Malti li jfissru l-istess. Din il-lista hija maħsuba bħala gwida għal frażijiet

alternattivi għal dawk bil-Latin:

Page 51: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

51

Bil-Latin Bil-Malti Tifsira bl-Ingliż1

inter alia fost l-oħrajn / fost affarijiet oħra including, partly, for example, among other things, in particular

ad hoc apposta / skont il-każ for this, for this situation

prima facie mal-ewwel daqqa f’għajn / apparentement at first appearance, on the face of it

de facto fil-fatt / fil-verità in reality, in effect, actual

circa madwar / bejn wieħed u ieħor about, approximately

in toto kompletament / interament / għalkollox completely, as a whole, entirely

ipso facto għaldaqstant / b’konsegwenza t’hekk / b’hekk

therefore

mutatis mutandis bil-bidliet meħtieġa / bil-bidliet korrispondenti / filwaqt li jitqiesu l-bidliet meħtieġa

with the necessary modifications, necessary changes made, the necessary changes having been made, by analogy

a priori fil-prinċipju / dedott / b’mod deduttiv in principle, deduced, deductively

in concreto b’mod konkret / konkretament specific, in a concrete sense

expressis verbis / verbatim

espressament / espliċitament / kelma b’kelma / il-kliem testwalment

expressly, explicitly, word for word

sui generis uniku / atipiku one of a kind, unique

per se minnu nnifsu necessarily, by itself, as such

ceteris paribus jekk ma jinbidel xejn all other things being equal

quod non li mhuwiex il-każ which it is not

ex officio ex uffiċċju / minn jeddu by right of office, of its own motion

interim sadanittant / temporanju / għal xi żmien meantime, meanwhile, provisional, temporary

per capita ras għal ras per person

Bl-istess mod, fin-noti ta’ qiegħ il-paġna nevitaw kliem Latin bħal idem u ibidem fir-referenzi.

Din l-informazzjoni ma tapplikax għal dokumenti tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u

dokumenti oħra ta’ natura legali fejn l-espressjonijiet bil-Latin jitħallew bħal tal-ORI minħabba li

jkunu wkoll parti integrali mir-reġistru ġuridiku Malti.

Barra minn hekk, il-ġuristi lingwisti jiġbdulna l-attenzjoni biex noqogħdu attenti meta fit-

traduzzjoni bil-Malti nintroduċu minn jeddna espressjonijiet mil-Latin bħal tale quale, bona fide,

pari passu u mutatis mutandis f’testi tal-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll testi oħra. Dan minħabba li fil-

lessiku ġuridiku Malti, espressjonijiet bħal dawn jaf ikollhom tifsira ġuridika kuntestwali speċifika

li tkun tvarja minn dik ta’ reġistri ġuridiċi oħrajn.

1 Għal aktar tagħrif ara l-“Clear Writing Campaign”: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/clear_writing_tips_en.pdf pp. 14–15.

Is-siti interni (ristretti għall-impjegati tal-Kummissjoni) jagħtu aktar dettall: https://myintracomm-

collab.ec.europa.eu/networks/dgtedit/Knowledge_base/clear-writing-tips/Lists/Posts/Post.aspx?ID=103 u https://myintracomm-

collab.ec.europa.eu/networks/dgtedit/Knowledge_base/clear-writing-tips/Lists/Posts/Post.aspx?ID=232.

Page 52: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

52

40.3 Il-kliem mill-Għarbi

Il-kliem mill-Għarbi niktbuh bl-ortografija tal-Malti biss jekk dan ikun daħal sew fil-Malti. M’għandniex nippruvaw naqilbu l-ittri Għarab fl-ekwivalenti storika tagħhom Maltija.

Niktbu il-Magreb, il-Koran, ix-Xejk minflok il-Magħreb, il-Quran, ix-Xejħ

In-nomi proprji mill-Għarbi, bħal Al-Qaida, u kliem ieħor li ma nistgħux ngħidu li sar parti mill-Malti (anki jekk l-użu tiegħu mhux rari, bħal halal) niktbuh bil-forom ta’ romanizzazzjoni barranin — aktarx Ingliżi — li aħna mdorrijin naraw fl-istampa.

40.4 Il-kliem bil-korsiv

B’mod ġenerali, l-espressjonijiet mil-Latin li huma stabbiliti fil-forma oriġinali jibqgħu hekk u niktbuhom fil-korsiv.

Niktbu deus ex machina, bona fide, ipso facto, ex cathedra

Iżda jekk inkunu qed nittraduċu test ta’ natura soċjali jew edukattiva, jew inkella xi stqarrija għall-istampa, il-korsiv nistgħu nużawh anki ma’ kliem ta’ nisel ieħor bħal genre, foie gras u nom de plume.

Dan ma jgħoddx għall-kliem li daħal fil-Malti mill-Ingliż: hemmhekk japplikaw id-Deċiżjonijiet 2 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, jiġifieri l-korsiv jintuża biss f’każ ta’ xi pubblikazzjoni maħsuba għall-istudenti.

Dwar il-kliem mil-Latin ara l-punt 40.2 Il-kliem mil-Latin ta’dawn il-Linji Gwida.

40.5 L-ewro

Dokumenti li ma jiġux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali

Dokumenti li jiġu ppubblikatifil-Ġurnal Uffiċjali

Insegwu Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali

Dan it-terminu jinkiteb ewro kif stabbilixxa l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

It-terminu hu fil-maskil u jieħu l-artiklu: l-ewro. Fil-plural jibqa’ l-istess: ħames ewro.

Maċ-ċifri nistgħu nużaw is-simbolu €. Ma nagħmlux spazju: €500.

F’test mingħajr ċifri, nistgħu nużaw il-kelma l-ewro:

Mindu daħal l-ewro, is-safar fl-UE żdied.

Fid-dokumenti li jittrattaw leġiżlazzjoni tal-UE jeħtiġilna nimxu

mad-dikjarazzjoni nru 58 mehmuża mat-Trattat ta’ Lisbona dwar it-terminu euro.

Maċ-ċifri nużaw l-abbrevjazzjoni b’ittri kbar EUR u nħallu spazju: EUR 500.

Aktar tagħrif dwar dan tagħtih it-Taqsima 7.3.3 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali.

It-Taqsima 7.3.1 ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali tispeċifika li t-terminu uffiċjali għal ‘eurozone’ hu ż-żona tal-euro. Tgħidilna nevitaw termini oħra.

Page 53: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

53

40.5.1 L-ifformattjar monetarju tal-ewro u taċ-ċenteżmi

Għall-ifformattjar monetarju nimxu mal-ifformattjar numeriku, kif jispjega d-dokument ta’

standardizzazzjoni (2009) tal-MCCAA. Jiġifieri meta jkollna:

1. simbolu monetarji internazzjonali, niktbu €543.21 jew EUR 543.21

2. sinjal negattiv, niktbu – €543.21 jew – EUR 543.21

3. ammonti inqas minn ewro, niktbu €0.20 jew EUR 0.20

Kif għedna, Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali tgħidilna biex f’dokumenti mhux maħsuba għall-

Ġurnal Uffiċjali, nistgħu nużaw liberament is-simbolu €. Fit-testi tal-leġiżlazzjoni tal-UE, iżda,

nużaw biss EUR. Għalkemm il-kelmiet ewro (pl. ewro) u ċenteżmu (pl. ċenteżmi) ma nistgħux

nużawhom fit-testi tal-leġiżlazzjoni tal-UE, xejn ma jżommna milli nużawhom fid-dokumenti

maħsuba għall-pubbliku ġenerali. Skont il-KNM, iċ-ċenteżmi nesprimuhom bit-taqsira ċ.

41. L-ismijiet

L-ismijiet personali jżommu l-aċċent u l-forma oriġinali:

Potočnik, Šefčovič, Lenarčič,Crețu

Ismijiet li għandhom forma Maltija jibqgħu kif inhuma:

Marija, Ġorġ, Gabrijel

42. Il-listi

F’lista, kull punt irid ikun ikompli ma’ dak li hemm miktub eżatt qablu. Il-punti elenkati għandhom iżommu l-istess tiswira, jiġifieri mhux jaqilbu (ngħidu aħna) bejn l-imperattiv fit-tieni persuna u l-imperfett fit-tielet persuna, jew bejn verb u nom:

Eżempju minn dokument:

Ikun meħtieġ tagħmir tal-laboratorju standard, b’mod partikolari dan li ġej: — jintużaw vireg manjetiċi; — strument analitiku; — reċipjent b’tapp fil-qiegħ.

Il-konsistenza fil-mod kif jiġu elenkati l-punti hija importanti biex is-sens joħroġ ċar.

Eżempju: Ir-reġistrazzjoni tingħata jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) ikollhom ċertifikazzjoni EN ISO 9001 jew l-ekwivalenti tagħha; (b) juru kompetenza fil-forniment tas-servizzi elettroniċi; (c) ikunu f’pożizzjoni finanzjarja xierqa; (d) ikollhom pjan globali ta’ ġestjoni tar-riskju; (e) ikollhom reputazzjoni tajba.

Meta nkunu qed nittraduċu lista, inżommu wkoll dejjem l-istess forma ta’ għadd (in-numri Għarab, l-ittri żgħar, in-numri Rumani, eċċ.) bħalma jidher fl-oriġinal, u nużaw il-balal u s-singijiet jekk dawn ikunu ntużaw fl-oriġinal. Aqra iżjed dwar il-vokali tal-leħen fil-listi f’dawn il-Linji Gwida.

Page 54: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

54

43. Il-kliem draft u final fid-dokumenti COM/SEC

Kif hemm spjegat fl-Anness C ta’ Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali, mis-27 ta’ Jannar 2012, il-kliem bl-Ingliż bħal draft u final fid-dokumenti COM/SEC ma jridx jiġi tradott abbozz u finali. Dan jgħodd anki għall-cover page.

Skont Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali: 1. jekk id-dokument ġie ppubblikat qabel is-27 ta’ Jannar 2012, il-kelma għandha tidher bil-

Malti, jiġifieri niktbu KUMM, SEG, abbozz, finali, 2. jekk id-dokument ġie ppubblikat wara s-27 ta’ Jannar 2012, il-kelma għandha titħalla bl-

Ingliż kif inhi fl-ORI, jiġifieri niktbu COM, SEC, draft, final.

Jekk l-ORI ma jkunx bl-Ingliż, dawn ir-regoli xorta japplikaw.

Iżda importanti li meta traduttur jirreferi għal dokument tal-Kummissjoni, ir-referenza ssir skont kif inhi fil-EUR-Lex, anki jekk it-traduttur tal-passat ma jkunx mexa mar-regola stabbilita f’Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali.

44. L-għodda tal-Autocorrect għall-iżbalji ortografiċi

Aħna u nittraduċu jew nirrevedu, xi drabi niltaqgħu ma’ żbalji ortografiċi jew typos li jkunu spissi.

Dawn nistgħu nevitawhom bl-iStudio permezz tal-Autocorrect għall-Malti. Din l-għodda ħarġet

mal-verżjoni tal-2015 tal-SDL Trados Studio u tiġbor l-aktar żbalji frekwenti. L-installazzjoni hi faċli

u tista’ tibqa’ tiġi aġġornata b’aktar entrati maż-żmien. L-Autocorrect tista’ tintuża biss fil-

proġetti maħduma bl-iStudio 2015 jew bl-iStudio 2017, tkun xi tkun il-lingwa sors. Il-lista tinkludi

biss l-iżbalji u mhux il-varjanti.

Din l-għodda ma tikkoreġix l-iżbalji fis-segments li jitilgħu direttament mill-memorji permezz tal-

Pretranslate, tal-Perfect Match, jew tal-Context Match. Biex nikkoreġu terminu li jkun fil-lista tal-

Autocorrect u li jkun ittella’ miktub ħażin fis-segment bil-Malti, kemm nixħtu l-cursor fi tmiem il-

kelma u nagħfsu l-ispacebar. Il-korrezzjoni ssir weħidha.

Fost it-termini li tifli l-Autocorrecthemm dawk li jidhru:

1. fid-Deċiżjonijiet 1 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti,

2. fil-lista uffiċjali tal-pajjiżi,

3. fil-preżentazzjonijiet tas-sessjonijiet ta’ taħriġ li ngħataw lit-tradutturi tad-Dipartiment

tal-Malti tal-Kummissjoni Ewropea fil-Lussemburgu.

Struzzjonijiet għall-installazzjoni tal-Autocorrect

1. Niżżel il-fajl tal-Autocorrect u ixħtu ġo folder tal-preferenza tiegħek. Inkella itlob kopja

tiegħu lil [email protected].

2. Fl-iStudio, agħfas File>Options>Editor>Autocorrect.

3. Biddel il-lingwa għall-Malti, agħfas Import Settings u agħżel il-kopja tal-fajl tal-

Autocorrect.

Tista’ żżid xi termini minn tiegħek billi ddaħħal it-terminu żbaljat fil-kexxun ta’ Replace u t-terminu

korrett fil-kexxun ta’ With u agħfas fuq Add u OK.

Page 55: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

55

45. Kif ninnotifikaw żbalji fil-memorji tal-Euramis

Waqt ix-xogħol tat-traduzzjoni jaf niltaqgħu ma’ żbalji fil-memorji li nimportaw fl-iStudio. Dawn

jistgħu jokkorru wkoll meta nisiltu xi segment fl-iStudio u nagħfsu F3 biex nivverifikaw il-

konkordanza, inkella meta nagħmlu xi tiftixa fil-Quest.

Meta dawn il-memorji jkunu ġejjin minn dokumenti tal-Kummissjoni, tajjeb li nagħfsu l-buttuna

mmarkata bl-isfar u b’ċirku aħmar fil-lemin fl-eżempju ta’ hawn taħt.

B’hekk awtomatikament it-tim tas-sentence management jirċievi rikjesta dettaljata u jkun jista’

jaġġorna l-memorji minnufih. Dan iservi mhux biss biex insaħħu l-memorji fil-Euramis iżda anki

biex indirettament insaħħu n-Neural Machine Translation.

F’każ li l-iżbalji li niltaqgħu magħhom ikunu f’memorji li jkunu ġejjin minn dokumenti ta’

istituzzjonijiet oħra, jew inkella f’każ li ma tasal l-ebda tweġiba mis-sentence managers, dejjem

nistgħu nikkuntattjawhom fuq [email protected].

45.1 Kif inħassru verżjonijiet antiki fil-Euramis

Fil-Euramis, taħt Search insibu Document Search. Din toffrilna l-possibbiltà li nħassru l-memorji

tal-verżjonijiet preċedenti tad-dokument finali.

Biex nagħmlu hekk, kemm indaħħlu n-numru bil-ħames ċifri tad-dokument partikolari (Doc. No.),

nagħżlu l-lingwa sors (Source language), il-memorja (Memories) (normalment għal xogħolna din

tkun Policies, imma jekk ma nkunux ċerti nistgħu anki nħalluha *), il-lingwa fil-mira (Target

language) u r-Requestor (Req. Serv.(s)) u nagħfsu Submit.

Ladarba jitilgħu l-memorji kollha tad-dokument ikkonċernat, nagħżlu dawk li m’għadhomx tajbin

billi nittikkjaw il-kaxxa vojta taħt Doc. No. u nagħżlu Write a feedback on this document.

Jonqosna biss nagħfsu Delete whole document, u wara nagħżlu Delete document u ndaħħlu

kumment. Hawnhekk niktbu r-raġuni għalfejn irridu nħassru l-memorja, fil-każ tagħna

normalment dan ikun għax din il-memorja saret obsoleta minħabba verżjoni ġdida, għalhekk

nistgħu niktbu Replaced with Version xx. Fl-aħħar nett, nagħfsu Submit.

Page 56: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

56

46. L-għodda interna tal-QA Checker

L-iStudio fih sett ta’ għodod biex jgħinu lit-traduttur itejjeb il-kwalità tat-traduzzjoni tiegħu.

Waħda minnhom hi r-Regular Expressions Checker (REGEX) li biha nistgħu niddefinixxu sett ta’

regoli li, meta nattivawhom, awtomatikament juruna l-inkonsistenzi bejn dak miktub fl-ORI u t-

traduzzjoni korrispondenti.

L-ewwel eżempju jurina l-iżball fit-traduzzjoni tal-kelma Decision. Malli t-traduttur jattiva r-REGEX,

dan jurih sinjal ta’ twissija bi trijangolu isfar fuq dak is-segment biex it-traduttur jagħraf l-iżball: li

kiteb Direttiva minflok Deċiżjoni.

It-tieni eżempju juri inkonsistenza fil-parenteżi bejn l-ORI u t-traduzzjoni għax fit-traduzzjoni

hemm parenteżi żejda.

Ir-regoli li tinkorpora fiha r-REGEX jiġu aġġornati minn żmien għal żmien u jitqiegħdu f’fajl.

Struzzjonijiet għall-installazzjoni tar-REGEX (il-QA checker) – għodda interna biss

1. Niżżel il-fajl tal-QA Checker u ixħtu ġo folder tal-preferenza tiegħek. Inkella itlob kopja

tiegħu hawn: [email protected].

2. Fl-iStudio, agħfas File>Options>Verification>QA Checker 3.0>Regular Expressions.

3. Fuq il-lemin, ikklikkja fuq Search Regular Expressions, agħfas Action mill-pavaljun

>Import Items>Yes u importa l-fajl tal-QA Checker.

4. Ir-REGEX tista’ tattivaha meta tlesti t-traduzzjoni tiegħek billi tagħfas F8. Jekk ikun

hemm xi inkonsistenzi bejn l-ORI u t-traduzzjoni, dawn jidhru f’lista bħala twissijiet bin-

numru tas-segment.

Jekk din l-għodda trid tużaha għat-traduzzjonijiet antika jew biex tirrevedi, kemm timporta l-fajl

għal dak il-proġett partikolari billi tmur Home>Project Settings>Verification, eċċ...

Page 57: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

57

47. It-traduzzjoni ta’ shall/should

L-istrumenti legalment vinkolanti

Hawnhekk qed nitkellmu fuq:

1. il-leġiżlazzjoni primarja, jiġifieri t-Trattati, 2. il-leġiżlazzjoni sekondarja, jiġifieri r-Regolamenti, id-Direttivi u d-Deċiżjonijiet u l-atti

emendatorji (inklużi l-atti delegati u l-atti ta’ implimentazzjoni).

L-istrumenti legalment vinkolanti huma mandatorji, jiġifieri joħolqu obbligi u drittijiet.

Peress li hemm differenza bejn il-Preambolu li għandu valur interpretattiv iżda mhux vinkolanti, u t-Termini ta’ promulgazzjoni, kif ukoll minħabba li fil-Preambolu ġeneralment insibu l-verb Ingliż “should” filwaqt li fit-Termini ta’ promulgazzjoni nsibu “shall”, sar ftehim bejn l-istituzzjonijiet biex il-verżjoni bil-Malti turi din id-differenza.

L-istrumenti jinqasmu f’erbgħa hekk:

it-Titolu

il-Preambolu (il-kunsiderazzjonijiet + il-premessi)

it-Termini ta’ promulgazzjoni (l-Artikoli + il-formuli tal-għeluq)

l-Annessi

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1 Kuntest ġenerali

[...]

2017/0373 (COD)

Page 58: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

58

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ġlieda kontra l-frodi fl-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l- Artikolu

325(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea u l-Komunikazzjoni li takkumpanjaha dwar

“Unjoni Ewropea mingħajr frodi”1,

Billi:

(1) Jenħtieġ li jiġi vvalutat l-impatt sostanzjali fuq l-interessi finanzjarji tal-UE. (2) Kif iddikjarat fl-Istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea kontra l-frodi: “Il-pajjiżi tal-UE

jamministraw kważi d-dħul kollu mill-baġit tal-UE”2.

(3) Jenħtieġ li l-liġi kriminali fl-Istati Membri tittejjeb sabiex tilqa’ għall-frodi fl-Unjoni Ewropea u

jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Istati Membri ma jiġux kompromessi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi.

Artikolu 2

Reati kriminali relatati ma’ frodi

L-Istati Membri3 għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li...

Artikolu 3

Responsabbiltajiet ta’ persuni ġuridiċi

1. Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika ma għandhiex teskludi ...

2. Għall-għan ta’ din id-Direttiva, “persuna ġuridika” għandha tfisser...

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal

Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

1 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-

Kumitat tar-Reġjuni tal-24 ta’ Lulju 2017 “Unjoni Ewropea mingħajr frodi” (COM(2017) 542 final). 2 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-

Kumitat tar-Reġjuni, u lill-Qorti tal-Awdituri tal-11 ta’ Mejju 2011 “L-Istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-Frodi”

(KUMM(2011) 376 finali). 3 Il-lista tal-Istati Membri tinsab fl-Anness 2 ta’ din id-Direttiva.

it-t

ito

lu

Il-p

ream

bo

lu

It

-te

rmin

i ta’

pro

mu

lgaz

zjo

ni

shall/ shall not

= għand+SUFFISS/

ma għand+SUFFISS+x

should / should not = jenħtieġ li / jenħtieġ li ma+x

= għand+SUFFISS/

ma għand+SUFFISS+x

Il-f

orm

uli

tal-

elu

q

L-A

rtik

oli

Il-p

rem

ess

i

Il-k

un

sid

eraz

zjo

niji

et

(il-

baż

i ġu

rid

ika

+

il-p

assi

pro

ċed

ura

li)

Page 59: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

59

ANNESS

LISTA TA’ REATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

Din il-lista għandha tintuża bħala referenza ewlenija għall-Istati Membri:

− parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali,

[...]

Fil-Kummissjoni ġeneralment nittraduċu proposti għal atti. Dawn jikkonsistu fi: 1. Memorandum ta’ Spjegazzjoni, 2. Proposta għall-att innifsu, u 3. Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (xi drabi).

Il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni m’għandux effetti legali u ma jiġix ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali. Għaldaqstant m’aħniex marbutin bil-qbil interistituzzjonali tax-shall/should u nistgħu nadattaw it-traduzzjoni tagħhom għas-sens mixtieq.

Il-Proposti jsiru bil-għan li jiġu adottati u jsiru liġi. Għaldaqstant fihom u fl-Annessi tagħhom, inklużi l-Appendiċi u l-Addenda, irridu nimxu mal-qbil dwar kif nittraduċu shall/should.

Shall tintuża meta t-terminu jrid ikun tassattiv (mandatorju) jiġifieri fit-Termini ta’ promulgazzjoni tal-att (fl-Artikoli, fil-Formuli tal-għeluq, u fl-Annessi).

Should tintuża meta t-terminu ma jridx ikun vinkolanti, jiġifieri fil-Preambolu.

shall =għandu u should =jenħtieġ li

Xi drabi s-sens joħroġ aħjar jekk niktbu hu mistenni, ikun tajjeb li. Hu imporanti li nevitaw it-traduzzjoni ta’ shall/should fil-forma ta’ se+VERB għax ikun xi jkun it-test, dawn qatt ma jintużaw biex jirreferu għal azzjoni fil-futur.

Fil-premessi, nużaw shall jew should?

Fil-premessi tal-atti bl-Ingliż jintuża ‘should’ għax il-premessi mhumiex termini ta’ promulgazzjoni. Iżda jekk fil-premessi l-awtur juża ‘shall’ minflok ‘should’, importanti li nsegwu l-parir tal-ġuristi lingwisti tal-Kummissjoni u niġbdu l-attenzjoni tar-requestor biex joħroġ verżjoni ġdida. Jekk dan jinsisti li d-dokument hu tajjeb, nimxu mad-deċiżjoni tiegħu u nittraduċu ‘shall’ bħala għandu.

shall = għandu

should = jenħtieġ li

Page 60: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

60

U x’nagħmlu fl-istrumenti li mhumiex legalment vinkolanti?

L-istrumenti bħar-Rakkomandazzjonijiet, il-Komunikazzjonijet, il-Konklużjonijiet, ir-Riżoluzzjonijiet, l-Opinjonijiet, il-White Papers u l-Green Papers, mhumiex mandatorji u ma joħolqux obbligi u drittijiet. Għaldaqstant mhux fundamentali li fil-Malti nuru d-differenza ta’ shall/should. Il-qbil interistituzzjonali ta’ shall/should hawn ma jħollx u jorbot.

Riżoluzzjoni, fiha nfisha, mhix att vinkolanti. Il-Gwida Prattika Komuni tispjega li ladarba Riżoluzzjoni tgħaddi u tkun se ssir liġi, l-abbozzatur tal-liġi jieħu ħsieb jirriproduċi r-riżoluzzjoni fl-att vinkolanti. Għalhekk, it-traduzzjoni tar-Riżoluzzjoni mhix marbuta mal-qbil interistituzzjonali. Min jabbozza l-liġi se jkun qed jieħu ħsieb il-preżentazzjoni finali tat-test. Nagħmlu tajjeb li nżommu f’moħħna li għalkemm mhix strettament vinkolanti, Riżoluzzjoni għandha l-potenzjal li parti minnha jew kollha kemm hi tiddaħħal f’att vinkolanti. Għalhekk, u minħabba li dak l-att vinkolanti jinbena fuq il-bażi tat-traduzzjoni tar-Riżoluzzjoni, dik it-traduzzjoni għandha dejjem tingħata l-attenzjoni kollha xierqa.

Nota: Fejn jidħlu l-Ftehimiet Interistituzzjonali, dawn jistgħu jkunu legalment vinkolanti jew ma jkunux legalment vinkolanti, skont l-intenzjoni tal-istituzzjonijiet li qed jagħmlu dan il-Ftehim. B’mod ġenerali, fid-dispożizzjonijiet finali tal-Ftehimiet Interistituzzjonali jkun hemm miktub jekk il-Ftehim ikunx vinkolanti jew le u għalhekk għandna napplikaw il-qbil interistituzzjonali ta’ shall/should skont in-natura tal-Ftehim Interistituzzjonali.

48. It-traduzzjoni ta’ data

Ġie deċiż li fil-Malti, it-terminu bl-Ingliż data jinkiteb bil-korsiv: data. B’hekk issir differenza formali minn ‘date’ li fil-Malti tinqaleb għal ‘data’ wkoll. Minkejja li fil-IATE, fil-memorji tat-traduzzjoni u fit-termbases, dan mhux dejjem jidher jew ifeġġ bil-korsiv, it-traduttur jaqilbu bil-korsiv dejjem. Meta niltaqgħu ma’ difett bħal dan fil-IATE, ninfurmaw lit-terminologi tad-Dipartiment.

Il-kliem konġunt bl-Ingliż li jinkludi data, fil-Malti jiġi sseparat u għalhekk data tinkiteb ukoll bil-korsiv. Ngħidu aħna database nittraduċuha bħala bażi tad-data u databank bħala bank tad-data.

Il-kliem l-ieħor li jinkludi xi prefiss jew suffiss ma’ data, bħal metadata u microdata, fil-Malti ma jinkitibx bil-korsiv: mikrodata u metadata.

Il-kunċetti relatati ma’ dan it-terminu li daħlu mill-Ingliż u li fil-Malti jibqgħu jinkitbu bl-Ingliż, ma jinkitbux bil-korsiv, eżempju Big Data.

Meta nikkwotaw minn dokumenti ppubblikati jew nirreferu għalihom, kull okkorrenza tal-kelmiet dejta jew data (mhux bil-korsiv) għandna nibdluha skont l-eżempji ta’ hawn fuq.

Page 61: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

61

49. Ir-rettifiki

L-iżbalji ortografiċi fit-titoli u fl-atti: nikkoreġuhom?

Il-prassi interna hija identika għal dik imħaddna mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni

Ewropea. Meta nkunu qed nittraduċu testi tal-leġiżlazzjoni tal-UE u jkollna bżonn nikkwotaw

Regolamenti, Direttivi jew Deċiżjonijiet — inkluż it-titolu tagħhom — dawn għandna

nittraskrivuhom bl-ortografija tal-lum. It-typos jiġu kkoreġuti wkoll. Dan dejjem jekk l-iżball

ortografiku jew it-typo ma jkunx jikkomprometti anki s-sens, f’liema każ tintalab rettifika.

X’inhi rettifika?

Ladarba hawn se nitkellmu fuq ir-rettifiki, se nkunu qed nirreferu għal meta fl-ORI niltaqgħu, kif

nagħmlu spiss, ma’ titolu, ma’ kwotazzjoni jew mat-terminoloġija tal-atti legali ta’ referenza għat-

traduzzjoni inkwistjoni, pereż. Regolament jew Trattat.

L-iżbalji nikkwotawhom?

Irridu naraw jekk l-iżball li nsibu jkunx qed jibdel it-tifsira. Jekk niltaqgħu ma’ ortografija skaduta,

il-kliem nittraskrivuh skont l-ortografija tal-lum, u l-iżbalji mhux serji tal-ortografija nikkoreġuhom

minnufih mingħajr rettifika jew parenteżi. Iżda jekk l-iżball ikun wieħed serju (kultant anki żball

ortografiku jaf jikkomprometti s-sens tal-ħsieb oriġinali) hemm prassi stabbilita li rridu nsegwu.

Eżempju:

Article 1 of the Protocol on the convergence criteria further stipulates that “the criterion on

price stability […], that does not exceed by more than 1,5 percentage points that of…”

L-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-kriterji ta’ konverġenza jistipula wkoll li “il-kriterju fuq l-

istabbiltà tal-prezzijiet […], li ma teċċedix b’aktar minn 1,5 % dik ta’…”

Dan hu żball serju fit-traduzzjoni għax minflok 1,5 punti perċentwali nkiteb 1,5 %. Minkejja dan, it-

traduttur irid jikkwota l-Artikolu 1 tal-Protokoll preċiżament kif ġie ppubblikat, u dan minħabba l-

implikazzjonijiet legali li taf iġġorr traduzzjoni li ma tikkwotax eżatt mill-Protokoll.

Dan jgħodd ukoll meta niltaqgħu ma’ titolu ta’ leġiżlazzjoni tal-UE li jkun ġie tradott ħażin:

inżommuh kif inhu imma navżaw lil min jieħu ħsieb ir-rettifiki.

Tul dokument għandna nużaw it-termini skont kif ikunu ntużaw diġà fil-leġiżlazzjoni Ewropea ta’

referenza (anki jekk naħsbu f’terminu aqwa jew li skontna joqgħod aħjar). F’każ li xi terminu li

ntuża fil-leġiżlazzjoni Ewropea ta’ referenza jkun żbaljat, għandna navżaw lil dawk responsabbli

mir-rettifiki.

U l-parenteżi l-kwadri?

Fil-passat, għar-rettifiki kien hemm min juża l-parenteżi l-kwadri biex jindika li titolu jew terminu

jkun ġie tradott ħażin. Dik il-prassi ilha li nqatgħet. Illum il-ġurnata, għalkemm nużawhom

f’każijiet speċifiċi — bħal ngħidu aħna meta fit-test ikollna data li għad trid timtela, jew meta

nkunu rridu nindikaw li qed inħallu parti nieqsa fi kwotazzjoni (ara t-Taqsima 10.1.6 ta’ Il-Gwida tal-

Istil Interistuzzjonali) —ma nistgħux nużawhom biex it-traduttur minn jeddu jirretifika t-

titolu/test/terminu ta’ dokument.

Page 62: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

62

Kif nitlob rettifika?

Meta jkun hemm żball serju fit-titolu jew fit-test ta’ att legali ppubblikat fil-EUR-Lex, niktbu lill-

korrispondenti tar-rettifiki fuq [email protected] biex jiddeċiedu jekk l-

iżball jeħtieġx rettifika (u nikkupjaw lill-kapijiet u lit-terminologi). Meta ssir, ir-rettifika jkollha

effett retroattiv. Dan ifisser li ladarba l-iżball jiġi rrettifikat, wieħed imbagħad ikun jista’ jikkwota t-

titolu skont kif jidher fir-rettifika ppubblikata fil-EUR-Lex jew fl-att ikkonsolidat li jkun jinkludi r-

rettifika inkwistjoni.

Jekk aħna nikkoreġu dan it-titolu minn jeddna, ir-rettifika ma tibqax tagħmel sens u agħar minn

hekk ikollna t-test bil-Malti li ma jkunx sinottiku mat-test oriġinali.

Fi ftit kliem:

1. It-titoli tal-EUR-Lex għandhom jiġu kkwotati dejjem kelma b’kelma mingħajr l-ebda tip

ta’ parenteżi żejda.

2. F’każ ta’ żball serju fit-titolu jew fit-terminoloġija użata f’att legali ta’ referenza

għandna niktbu lill-korrispondenti tar-rettifiki biex issir rettifika u fl-istess waqt

nikkuppjaw lill-Kap tad-Dipartiment, lill-Kap tal-Unità rispettiva u lit-terminologi.

3. Aħna liberi li nużaw it-terminu t-tajjeb (jew li nippreferu) biss meta fit-traduzzjoni ma

tkun qed issir l-ebda referenza għal titolu ta’ Trattat jew att legali diġà ppubblikat fil-

Ġurnal Uffiċjali u fis-seħħ.

49.1 Id-differenza bejn Corrigendum (CDM) u Demande de Correction (DCO)

It-talbiet għal rettifika (msemmija aktar ’il fuq) jirrigwardaw każijiet ta’ rettifika ta’ atti legali tal-

Kummissjoni li jkunu diġà ġew adottati mill-Kummissjoni. Dawn it-talbiet għal rettifika jaslu fid-

Dipartiment tal-Malti bil-kodiċi CDM (Corrigendum) u jiġu assenjati lill-korrispondenti tar-rettifiki

inkarigati fl-Unitajiet rispettivi.

Min-naħa l-oħra, id-DCOs jieħdu ħsiebhom is-Setturi 1, 2 u 3 tal-Planning. Dawn huma talbiet għall-

korrezzjoni ta’ dokumenti tal-Kummissjoni, ħafna drabi leġiżlattivi iżda mhux biss, li jkunu

għadhom kemm ġew tradotti u rrilaxxati iżda li ma jkunux għadhom ġew adottati. DCO tista’

tintalab mill-Planning kif ukoll mit-tradutturi individwali f’każ li jintebħu b’xi żball jew b’xi nuqqas

f’xi dokument.

Traduzzjoni Adozzjoni Pubblikazzjoni

DC

O

Page 63: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

63

Każ 1: It-traduttur jitlob għal DCO rigward dokument tradott minnu stess

It-traduttur jibgħat att tradott għar-rilaxx iżda wara jinduna bi żvista pjuttost serja, ngħidu aħna

żball fil-mod kif ikun ittraduċa t-titlu bil-Malti jew ikun nesa jittraduċi l-SRCs. L-iskadenza tad-

dokument tkun għaddiet. It-traduttur irid jikkomunika mal-assistenti u mal-Kap tal-Unità. Jekk il-

Kap tal-Unità jaċċetta li ssir talba għal DCO, l-assistenti jieħdu ħsieb jagħmlu t-talba huma. Id-DCO

li titla’ bit-Task Code COR fit-Tradesk idealment tinħadem mit-traduttur inkarigat mit-traduzzjoni

oriġinali u tiġi rrilaxxata bil-proċeduri tas-soltu.

Każ 2: DCO li tasal fl-Unità mill-Planning

Wara li att tradott jiġi rrilaxxat mill-Unità, jista’ jagħti l-każ li l-Planning jibagħtu d-dokument lura

lill-Unità b’xi korrezzjonijiet u billi jkun tard wisq biex tinħareġ verżjoni, dan jasal fl-għamla ta’

DCO bil-kodiċi COR fil-Mandesk.

Ġeneralment, talba għal korrezzjoni ssir meta DĠ jirċievi xi kummenti u/jew xi korrezzjonijiet

mingħand l-awtoritajiet nazzjonali. Ġieli r-raġuni tkun li min ikun fassal l-ORI jinduna b’xi żball, jew

inkella xi ħadd mit-tradutturi jiġbed l-attenzjoni dwar xi żball komuni għal-lingwi kollha jew uħud

minnhom.

Din id-DCO idealment tiġi assenjata lit-traduttur inkarigat mit-traduzzjoni tad-dokument oriġinali

jew lir-reviżur, li jkollhom stampa aktar kompluta tad-dokument. Jekk it-traduttur/reviżur jaqbel

mal-korrezzjonijiet mitluba, idaħħal il-bidliet fit-TRA u jiffinalizza d-dokument bil-proċeduri tas-

soltu. Jekk għal xi raġuni (ġustifikata) it-traduttur jidhirlu li m’għandux jaċċetta l-modifiki fit-test

tiegħu, irid jitkellem mal-Kap tal-Unità. Jekk il-Kap jaqbel li xi bidliet m’għandhomx jiġu aċċettati,

jiġi infurmat ir-Requestor u anki l-Planning.

F’din il-preżentazzjoni ssibu aktar informazzjoni dwar id-differenzi ewlenin bejn talba għal

rettifika u talba għal korrezzjoni.

Page 64: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

64

50. Il-punteġġatura fid-dokumenti tal-BUDG, l-aktar tas-CIBA

Dan li ġej ma japplikax għal kull dokument tal-BUDG, imma għad-dokumenti tal-BUDG li jinkludu l-abbozz tal-baġit li l-Kummissjoni tħejji f’April/Mejju. Il-kapijiet jassenjaw id-diversi partijiet tal-abbozz lil tradutturi differenti. Importanti li t-tradutturi jsegwu l-istruzzjonijiet li jibgħatulhom il-korrispondenti tal-baġit (tad-Dipartiment tal-Malti).

Għal dawn id-dokumenti japplikaw sett ta’ regoli differenti għax min-natura tagħhom huma differenti:

1. Id-dokumenti huma ġġenerati minn bażi tad-data li jisimha CIBA. Partijiet minnhom ikunu identiċi għas-snin preċedenti u oħrajn ikunu jridu jiġu tradotti l-ewwel darba. L-ORI jgħaddi minn sistema li ddaħħal fih bil-lest il-partijiet li jkunu identiċi bil-lingwa mira (fil-każ tagħna l-Malti) u l-bqija jitħalla bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Għalhekk, dawn id-

dokumenti ma nittraduċuhomx mill-ORI imma mid-dokument li jkun “ittrattat” minn qabel: il-PRT.

2. Meta jitlaq minn idejna, il-baġit tradott imur lura fil-bażi tad-data CIBA. Il-konsistenza fit-traduzzjoni, speċjalment ta’ ċerti aspetti bħaċ-ċifri, hija importanti. Hawnhekk irridu nużaw esklussivament il-punteġġatura kontinentali: virgola għall-punt deċimali u spazju fiss bejn il-mijiet, l-eluf u l-miljuni: 12,3 minflok 12.3 u 12 345 678 minflok 12,345,678.

3. Meta dawn id-dokumenti jgħaddu għand l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, minħabba n-natura partikolari tagħhom, ma jingħaddewx mill-macros tas-soltu. Lill-qarrejja tal-provi nkunu qed ngħinuhom ħafna jekk insegwu Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali fejn jidħlu l-elementi tipografiċi, speċjalment fejn jidħlu l-ispazji fissi u s-singijiet (il-hyphens) kif jissemma fit-Taqsima 10 ta’ dik il-gwida.

4. Importanti wkoll il-konsistenza fit-terminoloġija u għalhekk kull min jittraduċi dokumenti bħal dawn hu mitlub juża t-termbase aġġornat tal-baġit.

5. Jekk ikollok xi mistoqsija, ikteb lill-korrispondenti tal-baġit tad-Dipartiment tagħna.

Page 65: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

65

51. Ix-shortcuts fl-iStudio

Hawnhekk insibu ġabra tal-aktar għaxar shortcuts ta’ siwi għall-ħidma ta’ kuljum tagħna bl-

iStudio. Uħud diġà nużawhom u oħrajn jaf huma ġodda u ta’ interess għal xi wħud minna. Ix-

shortcut Alt+f+t twassalna għal lista aktar eżawrjenti tax-shortcuts kollha possibbli fl-iStudio,

imbagħad agħżel Keyboard Shortcuts mill-kolonna tax-xellug.

jekk tagħfas dawn jiġri hekk

SHIFT+F3 wara li tagħmel highlight ta’ kelma/frażi bil-Malti

il-kelma/frażi tiġi kollha b’ittri kapitali, b’ittri żgħar jew bl-ewwel ittra ta’ kull kelma biss kapitali

CTRL+T wara li tikklikkja fuq il-memorja bil-Malti fl-iStudio

is-segment kollu mill-memorja jikkopja ruħu fis-segment li tkun qed taħdem fuqu

CTRL+Insertwara li tikklikkja fuq is-segment tal-ORI li tkun qed taħdem fuqu

COPY SOURCE TO TARGET

CTRL+ALT+Q wara li tagħmel highlight tat-terminu fl-ORI/MT

jinfetaħ il-QUEST awtomatikament

CTRL+ALT+O wara li tagħmel highlight tat-tip, numru u s-sena tad-dokument li tixtieq tfittex fl-ORI/MT

jinfetaħ id-DOCFINDER awtomatikament

CTRL+H FIND AND REPLACE

CTRL+spacebar wara li tkun għamilt highlight tas-segment kollu/kliem li trid taħdem fuqu

tneħħi l-formatting kollu (inkluż italic/bold/underline)

CTRL+G+Nru tas-segment+Enter tmur f’segment partikolari f’REI jew fi TRA

F3 wara li tkun għamilt highlight ta’ kelma/frażi

Concordance Search fil-memorja

F8 VERIFY għal tags neqsin, fost oħrajn, hekk kif titlesta t-traduzzjoni

F’dak li jirrigwarda shortcuts speċifiċi għall-alfabett Malti, insibu dawn il-ħames shortcuts għall-

vokali bl-aċċent:

għall-vokali... trid tagħfas...

à ALT Gr+A jew CTRL+ALT+A

è ALT Gr+E jew CTRL+ALT+A

ì ALT Gr+I jew CTRL+ALT+I

ò ALT Gr+O jew CTRL+ALT+O

ù ALT Gr+U jew CTRL+ALT+U

għall-punteġġatura... trid tagħfas...

“ Alt+0147 min-Numpad

” Alt+0148 min-Numpad

‘ Alt+0145 min-Numpad

’ Alt+0146 min-Numpad

Page 66: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

66

Dawn huma xi shortcuts oħra li jaf niġu bżonn:

CTRL+I wara li tagħmel highlight ta’ kelma/frażi bil-Malti

il-kelma/frażi tiġi bil-korsiv

CTRL+B wara li tagħmel highlight ta’ kelma/frażi bil-Malti

il-kelma/frażi tiġi b’tipa grassa

CTRL+U wara li tagħmel highlight ta’ kelma/frażi bil-Malti

il-kelma/frażi tiġi ssottolinjata

CTRL+C wara li tkun għamilt highlight ta’ kelma/frażi mill-Oriġinali/memorja

il-kelma/frażi tikkopja ruħha

CTRL+V fis-segment li tkun qed taħdem fuqu

PASTE dak li tkun għamilt highlight tiegħu permezz ta’ CTRL+C

CTRL+X wara li tagħmel highlight ta’ kelma/frażi bil-Malti

CUT

CTRL+Enter tikkonferma segment u tmur f’li jmiss (mhux ikkonf.)

CTRL+ALT+Enter tikkonferma u timxi fis-segment li jmiss

CTRL+ALT+Shift+Enter tikkonferma u tibqa’ fl-istess segment

CTRL+Shift+space spazju fiss (non-breaking space)

CTRL+Backspace tħassar kelma sħiħa flok ittr’ittra

CTRL+comma biex iddaħħal tags, dati, placeables

CTRL+HOME jieħdok fl-ewwel segment tad-dokument

CTRL+END jieħdok fl-aħħar segment tad-dokument

SHIFT+ Page Up wara li tikklikkja fuq segment partikolari

biex tagħmel highlight ta’ dak is-segment u s-segments kollha ta’ qablu

SHIFT+Page Down wara li tikklikkja fuq segment partikolari

biex tagħmel highlight ta’ dak is-segment u s-segments kollha ta’ warajh

SHIFT+CTRL+Right Arrow Key biex tagħżel is-segment li tkun qed taħdem fuqu u segment wieħed jew aktar ta’ warajh fit-target segment

ALT+SHIFT+Down Arrow Key biex tagħżel is-segment li tkun qed taħdem fuqu u segment wieħed jew aktar ta’ warajh fis-source u fit-target segment

ALT+DEL jew ALT+L fuq is-segment iħassarlek is-segment kollu

CTRL+L wara li tagħżel is-segment li trid LOCK segment

CTRL+L fuq segment illokkjat UNLOCK segment

CTRL+M biex tara jekk hemmx COMMENTS

CTRL+P fl-iStudio jiftaħlek window fil-browser bi Preview tat-traduzzjoni tiegħek maġenb il-verżjoni oriġinali

CTRL+Z UNDO

CTRL+Y REDO

CTRL+F FIND

CTRL+S SAVE tal-proġett

CTRL+F4 toħroġ mill-proġett iżda mhux mill-iStudio

CTRL+TAB tagħżel bejn diversi windows fl-iStudio (pereż. Term Recognition, Messages, eċċ.)

F9 tara hemmx TRK CH. u timxi minn TRK CH. għal oħra

Page 67: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

67

52. Id-dokumenti PP (u oħrajn) li jidħlu bħala fajls HTML

Meta tidħol verżjoni ta’ dokument li jkun HTML, il-formatting ma jistax jintmess manwalment. Dan ifisser li t-traduttur ma jistax jagħmel Create from previous document mit-Tradesk. Importanti li kull verżjoni, tkun kemm tkun qasira, tinħadem bil-CAT u bl-iStudio għax inkella d-dokument jaf jerġa’ jintbagħat lura.

Biex naraw eżatt it-traduzzjoni kif tidher bħala HMTL, nagħfsu View/Print minflok Edit għax din tal-aħħar tiftħilna d-dokument bin-Notepad u jekk nippruvaw naħdmu minn fuqu, il-formatting jitħarbat kollu.

53. Id-dokumenti tal-QEs

Fit-traduzzjonijiet tad-dokumenti tal-QEs (questions écrites), il-formola [dd.mm.yyyy] għandna nħalluha kif tidher fid-dokument oriġinali. Ir-requestors minn żmien għal żmien ifakkruna biex ma nittraduċuhiex jj.xx.ssss.

Dan japplika anki meta fil-jobsheet tidher ir-rimarka Insertion date: xx/xx/xxxx għax din ma tkunx intiża għat-tradutturi (kull meta tidher dan, dan ikun bi żball. Dik tkun id-data meta tkun saret it-talba għat-traduzzjoni).

Nota: Il-frażi standard EN “Answer given by XXX” nittraduċuha dejjem bil-frażi standard MT Tweġiba tal-XXX, Tweġiba tas-XXX, eċċ.

54. Id-dokumenti SECEM

Importanti li d-dokumenti SECEM, jiġifieri dawk b’kontenut meqjus sensittiv jew sigriet u għal ċirkolazzjoni ristretta, jiġu mmaniġġjati u trasferiti bis-sistema tal-għoti tad-drittijiet tal-aċċess u bis-sistema tal-iffirmar u tal-kriptaġġ elettroniku.

Meta jintalab jittraduċi dokument SECEM, it-traduttur irid jingħata wkoll id-drittijiet tal-aċċess mingħand il-Kap jew is-segretarji tal-Unità. B’hekk ikollu aċċess għall-ispazju fit-Tradesk ta’ dan id-dokument minn fejn ikun jista’ joħloq il-proġett u jwettaq azzjonijiet oħra relatati ma’ dan id-dokument ta’ natura sensittiva.

Wara li t-traduttur joħloq il-proġett b’mod normali mit-Tradesk, il-proġett se jmur direttament fit-taqsima Sensitive tal-CAT Client. Hemmhekk se jkun jista’ jimporta l-memorji, juża memorji ta’ verżjonijiet preċedenti u jtella’ d-dokument lest u l-fajl .sdlxliff fuq it-Tradesk. Is-sistema tieħu ħsieb li dan isir kollu fi spazju protett. Ebda memorja mhu se tintbagħat fil-Euramis.

Sfortunatament il-mod kif issir ir-reviżjoni għadu mhux awtomatizzat u trid tintuża s-sistema ta’ skambju ta’ Project Packages kif spjegat hawnhekk. Importanti li kemm it-traduttur kif ukoll ir-reviżur ikollhom ċertifkati SECEM 2 validi għall-iffirmar u l-kriptaġġ tal-emails. Għal aktar informazzjoni dwar ix-xenarji kollha tad-dokumenti SECEM u l-CAT Tools ikkonsulta t-Taqsima VI.1. Sensitive projects (SECEM). Wara li jkun sar il-proċess kollu, it-traduttur għandu jara li jħassar kull fajl relatat ma’ dak il-proġett u jbattal ukoll ir-Recycle Bin.

Aqra aktar dwar is-SECEM u dwar id-dokumenti klassifikati u mmarkati.

Page 68: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

68

55. L-istruzzjonijiet għall-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

Ta’ sikwit fid-dokumenti varji li nittraduċu niltaqgħu ma’ struzzjonijiet għall-Uffiċċju tal-

Pubblikazzjonijiet li ħafna drabi jkunu bejn il-parenteżi kwadri, pereż. [Note to OP: please insert

date].

Ittieħdet deċiżjoni fil-livell tad-DĠT biex dawn it-tip ta’ struzzjonijiet jinqalbu dejjem għall-Malti

kemm fit-traduzzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll jekk inkunu qed nittraduċu

pubblikazzjonijiet ġenerali mhux intiżi għall-ĠU.

Meta tkun se tiddaħħal data, u allura fil-verżjoni bil-Malti jkun hemm bżonn il-prepożizzjoni, din

jieħdu ħsiebha l-kollegi tagħna fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

56. It-traduzzjoni tal-istandards armonizzati tad-DĠ GROW

Il-prassi li għandna nsegwu għat-traduzzjoni tat-titli tal-istandards hija din:

1. Żur dawn l-istandards armonizzati, u jekk issib l-istandard tradott lest bil-Malti uża lilu

(diversi standards ISO ġew emulati mill-ESOs b’numerazzjoni differenti bi qbil mal-ISO).

Pereżempju jekk qed tittraduċi dokument li jsemmi l-istandards dwar il-kożmetiċi, tista’

tiftaħ il-link ta’ hawn fuq, tagħżel Cosmetic products, u tfittex il-Komunikazzjoni bil-

Malti li tinkludi l-istandards diġà tradotti bil-Malti.

F’każ ta’ dubju terminoloġiku t-traduttur intern għandu jikkonsulta lit-terminologi.

2. Jekk ma ssib xejn, fittex fil-EUR-LEX u ara ssibx traduzzjoni bil-Malti. Jekk issib l-

istandards tradotti f’xi leġiżlazzjoni tal-UE li għadha fis-seħħ imxi magħhom.

3. Jekk l-istandard inkwistjoni ma ssibu tradott imkien, ittraduċih bil-Malti.

Page 69: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

69

57. It-traduzzjoni ta’ avviżi ta’ fużjonijiet tad-DĠ COMP

1. Meta nittraduċu l-avviżi ta’ fużjonijiet tad-DĠ COMP, hemm ċerti punti li jeħtieġ

nirrispettawhom. Għal kull punt li qed insemmu, indikajna xi rridu nfissru f’eżempju

minn dokument reali: L-isem tal-każ (it-titolu) qatt m’għandu jiġi tradott, anki jekk dan

normalment ikun fih biss l-ismijiet tal-kumpaniji. Dawn għandhom jibqgħu bħal fid-

dokument oriġinali.

2. Ma nżidux spazji qabel jew wara l-iżbarra fit-titolu tal-każ.

3. Ix-xahar għandu jinkiteb sħiħ u fi kliem, mhux bin-numri (jiġifieri “l-1 ta’ Jannar 2020”,

mhux “l-1/01/2020”).

4. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jinsisti li ma nbiddlux is-sing it-twil bis-sing il-qasir.

5. L-indirizz tal-Kummissjoni fl-aħħar tad-dokument jibqa’ dejjem u kollu kemm hu bħal fl-

ORI.

Page 70: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

70

58. It-traduzzjoni tas-sustanzi kimiċi

Is-sustanzi kimiċi, għajr l-agrokimiċi u l-pestiċidi ISO, jiġu tradotti skont “L-ismijiet tas-sustanzi

kimiċi bil-Malti − Linji gwida interistituzzjonali” (fil-qosor “il-linji gwida tas-sustanzi kimiċi”).

Fuq parir tal-ġuristi tal-Kummissjoni, b’rabta mat-traduzzjoni tas-sustanzi kimiċi skont il-linji gwida

tas-sustanzi kimiċi u l-entrati ekwivalenti rreġistrati fil-IATE, mil-lat legali, fil-każ tal-atti leġiżlattivi

rridu nimxu kif ġej:

1. Fil-każ ta’ isem jew ismijiet ta’ sustanzi kimiċi fit-titolu ta’ att ippubblikat, it-titolu ta’

dak l-att jiġi kkwotat kif inhu.

2. Jekk issir kwotazzjoni diretta (test fil-virgoletti) ta’ parti mit-test ta’ att ippubblikat li

jsemmi xi ismijiet ta’ sustanzi kimiċi, it-test jiġi kkwotat kif inhu.

3. Jekk jissemma l-isem ta’ sustanzi kimiċi b’relazzjoni ma’ att, jew b’relazzjoni ma’ xi

artikolu f’att, mingħajr ma ssir kwotazzjoni diretta ta’ parti mit-test tal-att ippubblikat,

jiġu segwiti l-linji gwida tas-sustanzi kimiċi u/jew l-IATE.

4. Fil-każ ta’ emenda ta’ xi att ippubblikat li tinvolvi l-ismijiet ta’ sustanzi kimiċi, jiġu

segwiti l-linji gwida tas-sustanzi kimiċi u/jew l-IATE jekk is-sustanza hija ġdida u ma

tissemmiex diġà fl-att bażiku li qed jiġi emendat:

a. l-emenda ma tridx toħloq inkonsistenza terminoloġika fl-att li qed jiġi emendat,

b. jekk tinħoloq inkonsistenza terminoloġika, b’mod partikolari meta s-sustanza fl-att

bażiku tkun ġiet tradotta ħażin, tista’ tintalab rettifika, anki tat-titolu jekk ikun

meħtieġ, iżda

c. jekk rettifika ma tkunx meħtieġa jew ma tkunx possibbli, wieħed għandu jimxi

mat-terminu kif jidher fl-att bażiku biex ma jkunx hemm inkonsistenza fl-att

konsolidat.

59. Id-DOP u l-IĠP

Tfasslu mudelli u gwida ddettaljata biex nimxu magħhom meta nittraduċu dokument marbut mal-

protezzjoni ta’ isem ġeografiku ta’ ikel jew inbid tradizzjonali (DOP, IĠP, STG).

Tista’ taċċessa l-gwida u l-mudelli minn hawn u għat-tradutturi esterni minn hawn.

F’każ ta’ mistoqsijiet iktbilna fuq: [email protected].

Page 71: Il-Linji Gwida Interni - European Commission...Dejjem ikkonsulta l-job sheet biex tkun taf id-destinazzjoni tad-dokument hijiex il-Ġurnal Uffiċjali jew le. Għad-dokumenti li jiġu

71

Referenzi

2009, Maltese Data and Information Requirements on Information and Communication Technology L-Awtorità Maltija għall-Istandards

2015, Kif tikteb ċar Il-Kummissjoni Ewropea

2010, Linguistic analysis of published texts in the Maltese version of the Official Journal Dr George Farrugia

2010, Maltese verbal morphology, associated parts of speech and Maltese translation Il-Prof. Albert Borg

2017, Il-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali (aġġornamenti online kontinwament) L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE

2011, Maltese Style Guide Il-Microsoft

2011, Follow-up to linguistic analysis of published texts Dr George Farrugia

2012, External ex-post linguistic analysis of published texts Dr George Farrugia

2013, Aġġornament dwar il-ħidma tal-Kunsill tal-Malti u analiżi ta’ kampjun ta’ dokumenti ppubblikati Il-Prof. Mifsud u Dr George Farrugia

2013, The standardization of the Maltese language: the structure of the Maltese lexicon Il-Prof. Joseph Brincat

2014, “Kelma! Kelma! Xi Tkun Inti?”— Language at work and language at play Dr Michael Spagnol

2015, Linguistic analysis of published texts in the Maltese version of the Official Journal Dr George Farrugia

2016, External ex post linguistic analysis of published texts in Maltese Dr George Farrugia

2018, A further linguistic analysis of published texts in Maltese Dr George Farrugia

2019, Syntactic and stylistic issues in Maltese translations Dr Michael Spagnol