Home - Teleskola · Web viewPetrarca huwa figura importanti li influwenza t-triq li kellu jaqbad...

5
IS-SUNETT X’inhu sunett? Min kien Francesco Petrarca u x’għamel speċjali? Francesco Petrarca, kittieb u studjuż Taljan, twieled fl-20 ta’ Lulju 1304 u miet fl-1374. Huwa magħruf bħala studjuż li ta l- ħajja mill-ġdid lil bosta għorrief Latini tal-qedem li kienu għoddhom intesew, bħall-famuż oratur Ċiċerun, li Petrarca reġa’ ppubblika l- ittri tiegħu. Petrarca huwa figura importanti li influwenza t-triq li kellu jaqbad il-moviment tar-Rinaxximent fl- oqsma kollha tal-ħajja: ibda mill-arti u l-letteratura sal-politika. Fil-bidu tas- seklu sittax, Pietro Bembo bena l- istruttura tal-lingwa Taljan moderna fuq il-kitbiet ta’ Petrarca, u oħrajn, fosthom ta’ Dante. Is-sunetti li kiteb Petrarca ntlaqgħu tajjeb mal-Ewropa kollha u saru l-mudell tal-poeżija lirika tar- Rinaxximent. Jingħad li kien Petrarca li uża għall-ewwel darba t-terminu taż-Żminijiet tad-Dlam (Dark Ages) għaż-żminijiet koroh li ħakmu lill-Ewropa wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent (mill-5 sal-10 seklu w.k.) Huwa forma ta’ poeżija li jkun fiha 14-il vers bl- endekasillabu (fejn kull vers ikun fih ħdax-il sillaba). L- aktar żewġ forom popolari tas-sunett huma: i) dak Petrarkjan (imsemmi għal Francesco Petrarca) jew ta’ nisel Taljan li jkun fih żewġ strofi ta’ erba’ versi (kwartini) u żewġ strofi ta’ tliet versi (terzini); ii) dak Shakespearjan (imsemmi għal William Shakespeare) jew ta’ nisel Ingliż li jkollu tliet strofi ta’ erba’ versi

Transcript of Home - Teleskola · Web viewPetrarca huwa figura importanti li influwenza t-triq li kellu jaqbad...

Page 1: Home - Teleskola · Web viewPetrarca huwa figura importanti li influwenza t-triq li kellu jaqbad il-moviment tar-Rinaxximent fl-oqsma kollha tal-ħajja: ibda mill-arti u l-letteratura

IS-SUNETTX’inhu sunett?

Min kien Francesco Petrarca u x’għamel speċjali?Francesco Petrarca, kittieb u studjuż Taljan, twieled fl-20 ta’ Lulju 1304 u miet fl-1374. Huwa magħruf bħala studjuż li ta l-ħajja mill-ġdid lil bosta għorrief Latini tal-qedem li kienu għoddhom intesew, bħall-famuż oratur

Ċiċerun, li Petrarca reġa’ ppubblika l-ittri tiegħu. Petrarca huwa figura importanti li influwenza t-triq li kellu jaqbad il-moviment tar-Rinaxximent fl-oqsma kollha tal-ħajja: ibda mill-arti u l-letteratura sal-politika. Fil-bidu tas-seklu sittax, Pietro Bembo bena l-istruttura tal-lingwa Taljan moderna fuq il-kitbiet ta’ Petrarca, u oħrajn, fosthom ta’ Dante. Is-sunetti li kiteb Petrarca ntlaqgħu tajjeb mal-Ewropa kollha u saru l-mudell tal-poeżija lirika tar-Rinaxximent. Jingħad li kien Petrarca li uża għall-ewwel darba t-terminu taż-Żminijiet tad-Dlam (Dark Ages) għaż-żminijiet koroh li ħakmu lill-Ewropa wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent (mill-5 sal-10 seklu w.k.)

Il-lirika, fosthom is-sunetti ta’ Petrarca, ġiet ippubblikata fi ktieb bl-isem ta’ Il Canzoniere li fil-bidu kellu l-isem ta’ Rerum vulgarium fragmenta (Xrariet fuq Ħwejjeġ Komuni). Huma kitbiet bit-Taljan minkejja li dak iż-żmien il-lingwa letterarja kienet il-Latin. Din il-ġabra tiġbor fiha 366 biċċa xogħol li 317 minnhom huma sunetti. Kollha jibnu fuq it-tema tal-imħabba li l-poeta kellu lejn Laura, mara miżżewġa li ltaqa’ magħha fl-1327 fil-Knisja ta’ Santa Klara f’Avignon. Kienet imħabba sigrieta minħabba li Laura qatt ma setgħet tkun

Huwa forma ta’ poeżija li jkun fiha 14-il vers bl-endekasillabu (fejn kull vers ikun fih ħdax-il sillaba). L-aktar żewġ forom popolari tas-sunett huma: i) dak Petrarkjan (imsemmi għal Francesco Petrarca) jew ta’ nisel Taljan li jkun fih żewġ strofi ta’ erba’ versi (kwartini) u żewġ strofi ta’ tliet versi (terzini); ii) dak Shakespearjan (imsemmi għal William Shakespeare) jew ta’ nisel Ingliż li jkollu tliet strofi ta’ erba’ versi (kwartini) u ieħor ta’ żewġ versi (distiku).

Page 2: Home - Teleskola · Web viewPetrarca huwa figura importanti li influwenza t-triq li kellu jaqbad il-moviment tar-Rinaxximent fl-oqsma kollha tal-ħajja: ibda mill-arti u l-letteratura

tiegħu. Petrarca baqa’ ma żżewwiġx u bosta studjużi jqisu l-figura ta’ Laura bħala simbolika: il-mara ideali tal-ħolm.

Jekk trid tisma’ tliet sunetti ta’ Petrarca kantati mill-vuċi tat-tenur ċelebri Lawrence Brownlee fuq mużika tal-kompożitur Liszt, idħol f’din il-ħolqa:https://www.youtube.com/watch?v=c8ii2cUAje0&list=RDc8ii2cUAje0&start_radio=1&t=11

Bjuda Dun KarmRajtek filgħodu tidħak qalb il-ħdura Ta’ ġnien, fuq ġilju u ġiżimina,Safja bla nikta, u fuqek dik il-ħmuraLi tixgħel fit-twelid tax-xemx ħanina. U rajtek f’nofsinhar ħiemed, minxura Fuq is-silġ tal-għoljiet ilbies u żina,Tiddi mill-bogħ’d fuq il-għajnejn għajjuraTa’ min iħoss tal-għoli x-xewqa rżina. Sabiħa, o Bjuda! U f’qalbi kibes ġamar Ta’ mħabba meta rajtek filgħaxijaTħares minn fuq wiċċ il-qamar: U ħlomt ħolma tal-ġenna – dehra ġdida!Rajtek tkebbeb, bħal star, Tfajla LhudijaLi kienet xebba u kellha ’l binha f’idha.

Din il-preżentazzjoni hija meħuda minn

Page 3: Home - Teleskola · Web viewPetrarca huwa figura importanti li influwenza t-triq li kellu jaqbad il-moviment tar-Rinaxximent fl-oqsma kollha tal-ħajja: ibda mill-arti u l-letteratura

https://lehhilmalti.wixsite.com/lehhilmalti b’ħajr speċjali lis-Sur Alan Saliba.Taħriġ u tiftix

Taħriġ fuq l-għamla tas-sunett1. Fittex fuq l-internet jekk hemmx forom oħra tas-sunett barra t-tnejn imsemmija.Jekk iva, agħti lista ta’ tnejn oħra u għid kif dawn ivarjaw minn dak Petrarkjan.2. Għaliex taħseb li s-sunett huwa forma popolari ta’ poeżija?

Taħriġ fuq Petrarca u xogħlu1. Fittex ftit tagħrif u ikteb ftit punti fuq Ċiċerun.(Cicero)2. Qatt smajtha l-idjoma: jippriedka qisu Ċiċerun? Taħseb li għandha x’taqsam ma’ dan il-persunaġġ Ruman?3. Fittex ftit tagħrif fuq il-bidu tar-Rinaxximent fl-Italja u aqra għall-gost u t-tagħrif.4. Ikteb bijografija qasira ta’ Petrarca wara li tkun għamilt riċerka fuqu.5. Sib u niżżel stampi oħra li juru edizzjonijiet illustrati tas-sunetti ta’ Petrarca.6. Min kien il-kompożitur Liszt? Fittex u aqra ftit dwar ħajtu u xogħlu.7. Sib il-lirika tas-sunett ta’ Petrarca Pace non Trovo minn dan is-sit https://www.oxfordlieder.co.uk/song/3754 u filwaqt li tisma’ lit-tenur Lawrence Brownlee (isma’ mill-ħolqa mogħtija qabel minn youtube) segwi l-kliem tas-sunett ta’ Petrarca.8. Wara li qrajt dan is-sunett, taħseb li għadu japplika għall-ħajja tagħna llum? Għaliex?9. Agħżel vers jew tnejn li laqtuk/għoġbuk l-aktar u iktibhom fuq karta kbira bil-kulur u waħħalha xi mkien fejn taraha għal ftit jiem.

Taħriġ fuq is-sunett Bjuda ta’ Dun Karm.

1. Semmi t-tliet postijiet li fihom Dun Karm jara l-bjuda fl-aqwa tagħha.

Page 4: Home - Teleskola · Web viewPetrarca huwa figura importanti li influwenza t-triq li kellu jaqbad il-moviment tar-Rinaxximent fl-oqsma kollha tal-ħajja: ibda mill-arti u l-letteratura

2. Aħseb ftit fuq dawn il-postijiet. Tara xi rabta speċjali bejniethom u għalxiex taħseb li l-poeta għażel lilhom u poġġihom f’dik l-ordni.3. Il-qofol tas-sunett jitlaħaq fl-aħħar. Għid kif tara dan jintlaħaq.4. Sib eżempju ta’ alliterazzjoni mis-sunett u għid jekk joqgħodx tajjeb fil-kuntest li fih użah Dun Karm.5. Sib eżempju ta’ personifikazzjoni u għid jekk togħġbokx kif jużaha l-poeta.5. X’sens taħseb li għandha l-kelma ‘star’ fil-poeżija? Għaliex Dun Karm għażel lilha mill-kelma ‘velu’?

Tmiem