Ħidma tal-Gvern 2008 – 2013 -...
Transcript of Ħidma tal-Gvern 2008 – 2013 -...
Segretarjat Parlamentari għaż-Żghażagh u Sport
www.education.gov.mt
Ħidma tal-Gvern 2008 – 2013
Flimkien noħolqu x-xogħol. Għalik
F’dawn l-erba’ snin li għaddew, dan il-Gvern stinka kemm felaħ biex mhux biss inaqqas l-impatt tal-kriżi internazzjonali, iżda wkoll biex joħloq il-ġid għall-familji u ż-żgħażagħ Maltin.
Fuq kollox ħdimna biex ħloqna x-xogħol għalik. Ix-xogħol kien u jibqa’ pilastru ewlieni fil-ħidma tagħna għaliex aħna nemmnu li x-xogħol huwa l-għodda prinċipali fit-triq għall-progress. Ir-riżultati tal-politika tal-Gvern fil-qasam tax-xogħol qed ikunu kkonfermati minn statistika maħruġa mill-Eurostat u mill-NSO, fejn jirriżulta li pajjiżna:
• Jinsab fil-ħames post bl-anqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea
• Jinsab fir-raba’ post fl-Ewropa bl-anqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ
• Fit-tieni kwart tal-2011 f’Malta kien hawn 170,466 persuna jaħdmu bi qligħ
• F’Jannar tal-2012, dawk iż-żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol niżlu għal-livelli tal-2008, jiġifieri qabel faqqgħet il-kriżi.
• Fl-2011 l-ETC poġġiet 3,428 persuna fix-xogħol, li 1,871 minnhom kienu żgħażagħ
Il-fażi taż-żgħożija hija kkaratterizzata minn diversi transizzjonijiet, li jgħaddu lill-persuna żagħżugħa minn bidliet kbar, li jġibu magħhom sfidi u riskji. Il-Gvern qiegħed jassigura li l-mixja tal-iżvilupp taż-żgħażagħ tagħna llum qed jimxiha magħhom biex joffrilhom il-wens u l-appoġġ. Fost it-transizzjonijiet prinċipali li jiltaqgħu magħhom iż-żgħażagħ, hemm it-transizzjoni mill-iskola għax-xogħol; it-transizzjoni miż-żgħożija għall-adultezza, u t-transizzjoni mid-dar li jkunu trabbew fiha għal dar ġdida li fiha jiffurmaw il-familja l-ġdida tagħhom.
Fil-qasam taż-żgħażagħ ilħaqna diversi miljiet, fosthom:
• Ftaħna l-Aġenzija Żgħażagħ li tħares propju l-interess u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-ħidma tal-Gvern
• Aġġornajna l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ li tfasslet miż-żgħażagħ infushom, biex issa qed nużawha bħala l-boxxla tal-ħidma tagħna fost iż-żgħażagħ
• Ikkummissjonanja riċerka dwar oqsma differenti li jolqtu liż-żgħażagħ biex tgħinna nfasslu politika aktar relevanti għaż-żgħażagħ
• Qed noffru programmi nazzjonali ta’ empowerment biex nagħtu aċċess liż-żgħażagħ ħalli jkunu parteċipi fis-soċjetà permezz ta’ diversi programmi ta’ empowerment
2 0 1 2• 600 żagħżugħ u żagħżugħa ħadu sehem fil-programm tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ
• Qed niffinanzjaw il-każini tal-baned fi proġetti ta’ tagħlim mużikali taż-żgħażagħ
• Nidejna portal ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ, li żaruh 11,000 viżitatur
• Qed ninvestu €1.4 miljun kull ġurnata skolastika u qed nibnu skola kull sena
• Qed ninvestu €23 miljun f’sena biex nagħtu stipendju lil 18,600 student
• Tajna madwar 1,543 scholarship, inklużi dawk fl-arti u fl-isport
• Aktar minn mitt żagħżugħ u żagħżugħa qed jitħarrġu fil-programm post–sekondarju, Youth.inc
• Nidejna l-Politika Nazzjonali tat-Tfal u l-Adolexxenti
• Waqqafna s-servizz Be-Smart-Online, li qed jeduka u joffri appoġġ lit-tfal u lill-adolexxenti fuq l-internett
• Nidejna zewġ liġijiet li jħarsu l-protezzjoni tat-tfal
• Żidna l-maternity leave b’erba’ ġimgħat oħra, minn 14 għal 18-il ġimgħa
• Żidna r-rata minima taċ-childrens’ allowance għal €350, biex qed igawdu aktar minn 18,000 familja
• Naqqasna t-taxxa lil madwar 55,000 ġenitur li għadhom qed irabbu t-tfal. B’hekk, il-familji jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ €840 mit-taxxa
• Ftaħna 8 child-care centres ġodda biex illum 600 tifel u tifla qed jattendu f’child-care centre tal-Gvern jew tal-Privat
• Ftaħna sitt ċentri Klabb 3-16, li qed iżommu madwar 1,000 tifel u tifla biex jakkomodaw il-familja moderna u jagħtuha l-appoġġ fit-tqassim tal-ġurnata
• Isseħibna ma’ Kellimni.com, li huwa servizz online għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti li jixtiequ lil xi ħadd jismagħhom
• Madwar 300 żagħżugħ u żagħżugħa fl-2011 għamlu użu mis-servizzi tal-Youth-In-Focus fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ
• Kienu megħjuna 370 tifel u tifla u adolexxenti li ma jgħixux mal-familja naturali tagħhom, permezz tal-programm Looked-After Children
• 254 żagħżugħ u żagħżugħa kienu megħjuna jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol permezz tal-programm Embark-for-Life
Is-suċċessi sportivi tal-atleti kienu akkumpanjati b’politika ta’ appoġġ għall-isport:
• 344 entità sportiva kienu rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport mill-2008 sal-lum
• Nidejna l-Linji-Gwida għall-Protezzjoni tat-Tfal fl-Isport
• Nidejna l-Aġenzija Nazzjonali Kontra d-Doping
• 12,881 persuna ħadu sehem fi programmi sportivi tal-KMS mal-Kunsilli Lokali
• Madwar 750 persuna qed jipparteċipaw fil-Walking-and-Jogging Club tal-KMS fl-iskejjel tagħna, bla ħlas
• Madwar 2,000 persuna qed jużaw il-faċilitajiet sportivi f’Tal-Qroqq
• 4,121 persuna ħadu sehem f’waħda mis-sessjonijiet tal-High Ropes f’Ta’ Qali
• Aktar minn 31,000 tifel u tifla fl-iskejjel qed jieħdu sehem fi programmi tal-Isport-Promotion Unit (SPU)
• 4,333 student u studenta ħadu sehem f’festivals u f’tournaments tal-Atletika, tal-Basketball, il-Futsal, ir-Rugby u tal-Volleyball
• Madwar 7,000 student fl-iskejjel primarji pparteċipaw f’sessjonijiet ta’ ħiliet bażiċi fl-isport
• Ftaħna l-programm tal-Kunsill Malti għall-Isport, SkolaSport, f’ċentri ġodda, bil-għan li jkun aktar aċċessibbli fil-komunità. Dan wassal biex għandna rekord ta’ parteċipanti, li jaqbeż l-1,932 parteċipant
• Nidejna programmi sportivi ġodda wkoll għall-anzjani
• Se niftħu skola ġdida tal-isport, biex uliedna jirnexxu fl-isport ukoll
• Nidejna skemi ġodda għall-isportivi nazzjonali u l-elite, fosthom it-20/20 sport-training leave għall-ħaddiema fis-settur pubbliku u l-privat; l-AFM Scheme u l-Isports-Competion Leave
• Lestejna l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop b’investiment ta’ €3.5 miljun
• Ftaħna Outdoor Gym Fitness Centre f’Ta’ Qali, u se niftħu erbgħa oħra
• 34 għaqda sportiva qed jużaw il-faċilitajiet sportivi f’16-il skola tal-istat
• 115-il għaqda sportiva qed igawdu minn 129 biċċa art pubblika, b’valur ta’ kważi 47 miljun ewro
• Mill-2008 lil hawn għamilna 33 pitch tal-football bit-turf sintetiku mal-MFA, u se nagħmlu 19-il ground ieħor fil-15-il xahar li ġejjin
• Bi sħab mal-Malta Basketball Association se niżviluppaw faċilitajiet ġodda tal-basketball b’investiment ta’ madwar €800,000
• Sar titjib f’25 pitch tal-boċċi, u fix-xhur li ġejjin se jsir titjib f’10 pitches oħra
• Żviluppajna korsa għat-taħriġ u l-kompetizzjonijiet tal-karting u dixxiplini awtomobilistiċi oħrajn
• Din is-sena, l-għaqdiet sportivi qed igawdu minn 26 skema ta’ assistenza u pakkett rekord ta’ 8 miljuni ewro
• Għaddejna miljuni ta’ ewro kull sena f’assistenza lill-għaqdiet sportivi; b’din is-sena se nkunu qed ngħaddu pakkett ta’ assistenza li jammonta għal €8 miljun
• Permezz ta’ skema għat-turiżmu sportiv, fl-aħħar 3 snin inċentivajna lill-għaqdiet sportivi biex iġibu lejn pajjiżna aktar minn 134,000 bednight, li huwa stmat li ħallew f’pajjiżna 7.3 miljun ewro.
Clyde Puli Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Sport
1 Żgħażagħ
1.1 Iż-Żgħażagħ fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvern
Il-ħidma politika ta’ dan il-Gvern hi ffukata fuq il-ħtiġiet tal-familji u taż-żgħażagħ tagħna. Għalhekk, il-Gvern dejjem fittex joħloq l-opportunitajiet u jindirizza l-isfidi li jiltaqgħu magħhom persuni different fil-ħajja tagħhom. F’din il-leġiżlatura, il-Gvern impenja ruħu biex, mhux biss joħloq l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ, iżda wkoll biex jagħtihom l-għodod u l-ħiliet meħtieġa biex jirnexxu lkoll.
1.2 Nimxu pass pass maż-żgħażagħ
Il-Gvern jassigura li mhux biss ifassal politika relevanti għaż-żgħażagħ, iżda jqis ukoll li jimxi l-mixja tal-iżvilupp tagħhom magħhom. Iż-żgħożija hija perijodu tal-ħajja kkaratterizzat minn diversi transizzjonijiet, li jgħaddu lill-persuna minn bidliet kbar, li jġibu magħhom sfidi u riskji. Fost it-transizzjonijiet prinċipali li jiltaqgħu magħhom iż-żgħażagħ hemm it-transizzjoni mill-iskola għax-xogħol; it-transizzjoni miż-żgħożija għall-adultezza u t-transizzjoni mid-dar li jkunu trabbew fiha għal dar ġdida li fiha jiffurmaw il-familja l-ġdida tagħhom. Il-Gvern jifhem li r-riskji tat-transizzjonijiet jagħmlu liż-żgħażagħ aktar vulnerabbli u allura fi ħtieġa ta appoġġ; u f’ċirkustanzi partikulari jqegħduhom fil-bżonn ta’ għajnuna professjonali.
2 0 1 2
4
5
1.3 Aġenzija taż-Żgħażagħ
Iż-żgħażagħ – li jammontaw għal madwar kwart tal-popolazzjoni Maltija – għandhom bżonnijiet u interessi diversi fi stadji diversi ta’ ħajjithom. Bl-istess mod il-ħidma tal-Gvern fost iż-żgħażagh hija mferrxa fost diversi entitajiet Governattivi. Għal dan il-għan, fl-2011 twaqqfet l-Aġenzija Żgħażagħ, li qiegħda tieħu l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ bħala l-gwida tagħha, filwaqt li tissorvelja l-ħidma tal-Gvern u l-entitajiet governattivi tiegħu biex tassigura li l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ ikunu riflessi fil-ħidma tal-Gvern.
L-għanijiet ewlenin li għalihom ġiet imwaqqfa din l-Aġenzija huma li: tippromovi u tissalvagwardja l-interessi taż-żgħażagħ kif espressi fil-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ; tassigura li l-politika u l-programmi tal-Gvern li jikkonċernaw liż-żgħażagħ qed jiġu implimentati skont il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ; tagħmel u tikkummissjona riċerka dwar iż-żgħażagħ; toffri spazji u programmi ta’ empowerment liż-żgħażagħ; toffri informazzjoni liż-żgħażagħ u tkun ta’ appoġġ għall-għaqdiet taż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ infushom.
1.3.1 Policy Mainstreaming
B’policy mainstreaming nifhmu li l-aspirazzjonijiet u l-aspettattivi taż-żgħażagħ ikunu rrappreżentati fil-politika u fl-inizjattivi kollha tal-Gvern. Għal dan il-għan, l-Aġenzija tiġi kkonsultata u tintalab tikkontribwixxi biex jinbnew diversi policies minn Ministeri differenti. F’din is-sena li ilha mwaqqfa, l-Aġenzija Żgħażagħ tat kontribut biex tiġi abbozzata l-Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol, is-Sexual Health Policy u l-Istrategic Plan for Environment & Development, it-Teen
Aġenzija Żgħażagħ qed tħares l-interessi u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ
Parties Regulations; il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali u l-istrateġija għall-Impjiegi fost iż-żgħażagħ. Dan ir-rwol ta’ mainstreaming mistenni jkompli jikber fis-snin li ġejjin.
1.3.2 Riċerka
Biex tifhem aħjar liż-żgħażagħ u biex tkun tista’ tipproponi titjib fil-politika li tirrigwarda liż-żgħażagħ, l-Aġenzija Żgħażagħ ikkummissjonat riċerka f’diversi oqsma, fosthom dwar iż-żgħażagħ u d-divertiment; iż-żgħażagħ u s-soċjetà tal-lum; u ż-żgħażagħ u l-impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-benessri, il-kultura u d-divertiment. Matul is-sena li għaddiet ukoll il-Gvern, permezz tal-Ministeru ta’ Għawdex, iffinanzja studju intitolat Young People in Gozo. Dan l-istudju jagħti ħarsa lejn iż-żgħażagħ Għawdxin u l-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom, filwaqt li jelenka l-isfidi li dawn jiltaqgħu magħhom.
Fuq il-livell Ewropew, l-Aġenzija Żgħażagħ hija wkoll parti minn policy network; The European Knowledge Centre for Youth Policy (EKCYP) u tagħmel aġġornamenti ta’ informazzjoni relatata maż-żgħażagħ f’Malta għal dan iċ-ċentru.
1.3.3 Youth Empowerment
B’empowerment nifhmu li ż-żgħażagħ ikollhom aċċess għall-parteċipazzjoni fl-istituzzjonijiet tas-soċjetà. L-Aġenzija Żgħażagħ tfittex li toħloq diversi opportunitajiet ta’ empowerment għaż-żgħażagħ.
Programmi ta’ empowerment għaż-żgħażagħ
2 0 1 2
6
7
1.3.3.1 Djalogu u Konsultazzjoni maż-Żgħażagħ
Lil hinn mit-tfassil tal-politika taż-żgħażagħ u r-reviżjoni tagħha kull tliet snin, l-Aġenzija Żgħażagħ toħloq spazju biex ikun hemm djalogu u konsultazzjoni maż-żgħażagħ. Matul din is-sena kien hemm djalogu dirett maż-żgħażagħ dwar suġġetti bħall-pensjonijiet, il-politika tat-tfal, il-Valletta Cultural Capital 2018, u d-djalogu strutturat tal-Unjoni Ewropea li għal din is-sena ttrattat l-impjiegi.
1.3.3.2 Sena tal-VolontarjatL-Aġenzija Żgħażagħ twaqqfet fl-istess sena li kienet iddedikata lill-volontarjat mill-Unjoni Ewropea u għaldaqstant ingħatat l-importanza politika lil dan l-ispazju li jipprovdi opportunitajiet ta’ empowerment għaż-żgħażagħ.
1.3.3.2.1 Voltours
Bħala parti mis-sena Ewropea ddedikata għall-volontarjat, l-Aġenzija Żgħażagħ nediet inizjattiva bl-isem Voltours, li huwa tour tal-volontarjat sabiex iż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità li jesperjenzaw u jifhmu aktar xi jfisser il-volontarjat. Dan isir billi ż-żgħażagħ iżuru wħud mill-għaqdiet volontarji li hawn f`pajjiżna, jiltaqgħu ma’ żgħażagħ oħrajn li huma involuti f`dan is-settur, u b’hekk ikunu jistgħu japprezzaw iktar il-ħidma tal-volontarjat. Sa issa ġew organizzatti 10 Voltours, bil-parteċipazzjoni ta’ 185 żagħżugħ u żagħżugħa.
Konsultazzjoni maż-żgħażagħ dwar il-pensjonijiet
1.3.3.2.2 Pubblikazzjoni U Volunteer flimkien mal-Eurodesk
L-Aġenzija Żgħażagħ ippubblikat ukoll ktejjeb flimkien mal-Eurodesk sabiex tħeġġeġ liż-żgħażagħ fil-volontarjat u tagħtihom ideat fejn jistgħu jipparteċipaw fil-volontarjat, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
1.3.3.2.3 Ċentru għall-Għaqdiet Volontarji
F’Diċembru tal-2011, il-Gvern ħabbar proġett għar-riġenerazzjoni tal-biċċerija l-antika fil-Belt Valletta. Dan il-proġett se jingħata għall-użu tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. Din il-binja, li se tiswa madwar miljun ewro, għandha tintuża bħala ċentru għall-għaqdiet volontarji u titgawda wkoll minn għexieren ta’ voluntiera, fosthom żgħażagħ.
1.3.3.3 Attivitajiet u spazji li joħolqu opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jitgħallmu u biex jesprimu lilhom infushom
1.3.3.3.1 Il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ
Il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ giet iċċelebrata fl-Istati-Membri kollha bil-għan li tiffaċilita d-djalogu strutturat li jippermetti liż-żgħażagħ jinfluwenzaw il-politika taż-żgħażagħ u l-implimentazzjoni tagħha, kif ukoll l-istrateġiji tal-Istati-Membri fil-qasam taż-żgħażagħ.
L-Aġenzija Żgħażagħ organizzat serje ta’ attivitajiet għaż-żgħażagħ biex tiċċelebra l-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2011. L-attivitajiet saru mill-Ħadd 15 ta’ Mejju sal-Ħadd 22 ta’ Mejju 2011.
L-Aġenzija Żgħażagħ kellha programm ta’ attivitajiet biex il-medda wiesgħa tal-interessi taż-żgħażagħ tiġi milqugħa. Dawn l-attivitajiet kienu mħejjija wkoll fid-dawl tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat u s-Sena tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina taż-Żgħażagħ 2011. L-attivitajiet kienu jinkludu wirjiet, kunċerti, fora, esperjenzi interkulturali u l-volontarjat, u Rock Mass. Numru ta’ attivitajiet oħra kienu speċifikament ippreparati għall-istudenti fl-iskejjel sekondarji u kienu jinkludu sessjonijiet ta’ informazzjoni, diskussjonijiet, taħriġ u anki avventura.
1.3.3.3.2 Youth Days
Għal sena oħra, f’Ottubru tas-sena li għaddiet, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ organizzat il-Youth Days bil-għan li tipprovdi soft skills għaż-żgħażagħ u jagħmluhom konxji dwar il-ħiliet tagħhom filwaqt li jxettlu kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja u jżidu l-għarfien fuq is-servizzi tal-impjieg u tat-taħriġ. L-Aġenzija Żgħażagħ kienet preżenti u parteċipi fl-attivitajiet li saru f’Dar il-Mediterran.
1.3.3.4 Proġetti Ewropej
L-Aġenzija Żgħażagħ involviet ruħha f’diversi proġetti Ewropej, fosthom:
Better Water Better Life: fejn grupp ta’ żgħażagħ mill-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ ipparteċipaw f’leadership training fil-Lake District.
All-in-vol: fejn gruppi ta’ żgħażagħ minn diversi pajjiżi Ewropej iltaqgħu f’Seville biex jiddiskutu prattiċi tajbin fil-pajjiżi rispettivi fuq volontarjat, fosthom Malta.
Exploring Online-Peer-to-Peer Support: Opportunità lil ħames żgħażagħ Maltin li ħadmu fuq proġett edukattiv f’Malta bis-support tal-Aġenzija Żgħażagħ stess, biex imbagħad ippreżentaw dan il-proġett il-Belġju, fil-preżenza ta’ ħames pajjiżi oħra Ewropej.
Informed-Included: Opportunità lil grupp ta’ żgħażagħ Maltin biex dawn iltaqgħu ma’ żgħażagħ oħrajn mill-Kroazja u ddiskutew l-esperjenza rigward l-involviment tagħhom fis-soċjetà u kif huma jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mis-servizzi tal-informazzjoni li joffru l-gvernijiet f’Malta u l-Kroazja.
2 0 1 2
8
9
Drama tools for Youth Workers: Dan il-programm ta’ taħriġ, li huwa bbażat fuq ħamest ijiem, iffoka fuq kif dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ jistgħu jużaw l-għodod tad-drama li jistgħu jippermettulhom biex jimmotivawhom, u liż-żgħażagħ biex jieħdu sehem fi proġetti b’dimensjoni Ewropea u interkulturali. It-taħriġ innifsu kien hands-on, li jippermetti lill-parteċipanti jakkwistaw ħiliet prattiċi fid-drama biex japplikawhom fix-xogħol maż-żgħażagħ.
1.3.3.5 Ġranet iċċelebrati mill-Aġenzija Żgħażagħ
Matul din is-sena, l-Aġenzija Żgħażagħ issieħbet ma’ entitajiet oħrajn biex ipparteċipat f’għadd ta’ ġranet li jkunu ċċelebrati mal-Ewropa, fosthom: il-Cultural Diversity Day; l-Information Society Day; il-World No-Tabacco Day; l-International Youth Day; u l-International Day of the Elderly.
1.3.3.6 Iljieli Sajfin
Matul dan is-sajf, l-Aġenzija Żgħażagħ kellha numru ta’ avvenimenti li fihom ipprovdiet opportunità biex it-talent emerġenti taż-żgħażagħ jiġi espost. Dawn l-iljieli saru kollha fil-ġonna tal-Aġenzija Żgħażagħ u servew ukoll bħala divertiment alternattiv għaż-żgħażagħ. Fost l-attivitajiet li ttellgħu kien hemm wirja ta’ ritratti u serata ta’ mużika akustika, drama, kif ukoll letteratura.
Attività imtellà minn Aġenzija Żgħażagħ fil-Jum Internazzjonali tal-Anzjani
1.3.4 Informazzjoni għaż-Żgħażagħ
Informazzjoni korretta u aċċessibbli hija d-dritt ta’ kull żgħażugħ u żgħażugħa għaliex tipprovdilhom il-kapaċità li jieħdu deċiżjonijiet awtonomi fil-perijodu meta huma jgħaddu minn diversi transizzjonijiet tul ħajjithom. Għalhekk, informazzjoni tajba hija mezz ieħor ta’ empowerment għaż-żgħażagħ.
Fis-26 ta’ Frar 2011 ġiet imnedija l-Youth Information Portal tal-Aġenzija Żgħażagħ. Is-servizz ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ huwa forma partikulari ta’ xogħol fil-qasam taż-żgħażagħ li żviluppa b’mod imgħaġġel madwar l-Ewropa. Dan il-Portal ta’ Informazzjoni għaż-Żgħażagħ, apparti milli joffri informazzjoni interessanti mmirata lejn il-ħtiġiet taż-żgħażagħ, fih kalendarju ta’ avvenimenti speċifikament għall-attivitajiet organizzati mill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u jinkludi aħbarijiet riċenti relatati ma’ diversi opportunitajiet għaż-żgħażagħ. Fuq kollox, dan il-Portal qed ikun il-link bejn l-għaqdiet taż-żgħażagħ, iż-żgħażagħ Maltin u l-Aġenzija Żgħażagħ. Sa issa, dan is-sit kellu 11,000 viżitatur, li jagħmlu użu mis-servizz ta’ informazzjoni li qed toffri l-Aġenzija Żgħażagħ. Mit-tnedija ta’ dan is-sit ġew offruti 85 opportunità u 141 attività għaż-żgħażagħ.
Apparti l-portal tal-infromazzjoni, ftit tal-ġimgħat ilu tnieda wkoll sit elettroniku ġdid tal-Aġenzija Żgħażagħ b’aktar tagħrif u informazzjoni għaż-żgħażagħ.
Portal ta’ Informazzjoni għaż-żgħażagħ
2 0 1 2
10
11
Biex inkomplu nsaħħu dan is-servizz ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ, f’Ottubru li għadda ġew imnedija 13-il fuljett ta’ informazzjoni kumplimentari mal-portal, filwaqt li ġie ppubblikat ktejjeb, U-Volunteer, b’informazzjoni għaż-żgħażagħ dwar il-volontarjat.
Fi Frar li għadda, il-portal ġie ċċertifikat mill-European Youth Information and Counselling Agency (ERYICA), li hija aġenzija Ewropea li tiffoka fuq l-informazzjoni għaż-żgħażagħ. Fil-preżent din l-Aġenzija taħdem ma’ 28 pajjiż biex tassigura li l-informazzjoni li tingħata liż-żgħażagħ tkun waħda aġġornata u tal-kwalità skont il-European Youth Information Charter.
1.3.5 Appoġġ liż-Żgħażagħ u lill-Għaqdiet taż-Żgħażagħ
L-Aġenzija Żgħażagħ taħdem mill-qrib maż-żgħażagħ u mal-għaqdiet taż-żgħażagħ b’diversi modi.Matul din is-sena li ilha mwaqqfa, l-Aġenzija Żgħażagħ ħadmet mill-qrib mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ bħala l-kunsill li jirrappreżenta lill-għaqdiet kollha taż-żgħażagħ f’pajjiżna.
Fil-fatt, l-Aġenzija Żgħażagħ għandha 55 organizzazzjoni taż-żgħażagħ irreġistrati magħha li tassistihom b’diversi modi, fosthom billi tagħtihom u billi tislifhom l-apparat biex jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom.
1.3.5.1 Sħubija fl-EYCA
Biex l-Aġenzija Żgħażagħ tkompli żżid fis-support li toffri liż-żgħażagħ, din l-aġenzija għadha kemm issieħbet fil-European Youth Card Association (EYCA).
L-EYCA hija organizzazzjoni mhux-għall-profitt, immexxija minn Assemblea Ġenerali, fejn l-organizzazzjonijiet kollha msieħba huma rrappreżentati. L-uffiċċju EYCA jipprovdi appoġġ amministrattiv u support ieħor lill-organizzazzjonijiet kollha msieħba fl-EYCA.
Il-European Youth Card tipprovdi benefiċċji għall-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet kulturali, fost oħrajn. B’dan il-mod ukoll tkun qed tippromovi l-mobbiltà taż-żgħażagħ fil-pajjiżi Ewropej.
Ninvestu fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ – l-għodda biex iż-żgħażagħ tagħna jirnexxu
Il-Gvern jemmen li meta murija t-triq u mogħtija l-għodda neċessarja, iż-żgħażagħ huma kapaċi jimirħu u jirnexxu f’kull qasam tal-ħajja, inkluż dak tax-xogħol; li jeħtieġ ħaddiema edukati u mħarrġa tajjeb.
Għaldaqstant, din is-sena, il-Gvern qed jinvesti l-akbar nefqa fl-edukazzjoni li qatt saret minn kull Gvern mill-Indipendenza ’l hawn, b’żieda ta’ 15-il miljun ewro fuq is-sena ta’ qabel.
2.1 Edukazzjoni Obbligatorja
Is-snin tal-edukazzjoni obbligatorja huma snin importanti għall-formazzjoni ta’ wliedna għaliex jittrattaw is-snin delikati tat-tfulija u tal-adolexxenza.
2.1.1 Skola ġdida kull sena
L-ambjent li fih uliedna jitgħallmu huwa parti importanti mill-iżvilupp edukattiv tagħhom., Għalhekk, il-Gvern qed jinvesti miljuni ta’ ewro f’bini ta’ skejjel ġodda għal uliedna.
2 0 1 2
12
13
Din is-sena se tinfetaħ skola sekondarja ġdida għall-bniet f’Ħal Qormi. F’dawn l-aħħar snin, il-Gvern żamm mal-wegħda tiegħu li jiftaħ skola ġdida kull sena u fetaħ skejjel ġodda f’Ħal Qormi, Ħal Kirkop, Bormla, Pembroke, u anki f’Għawdex. Dan, filwaqt li s-sajf li għadda sar l-up-grading f’64 skola oħra madwar Malta u Għawdex, u għal din is-sena, il-Gvern qed jiddedika wkoll miljun ewro għall-immodernizzar u l-investiment fl-iskejjel indipendenti u fond ta’ €45 miljun għat-tmexxija tal-iskejjel tal-knisja.
2.1.2 Skejjel mgħammra bl-aqwa teknoloġija
L-iskejjel illum mhux biss qed ikollhom ambjent sabiħ u modern, iżda qed jużaw ukoll l-aħħar teknoloġija biex uliedna jkollhom l-aħjar għodda biex jitħarrġu. Fl-iskejjel illum hemm:
• 2,326 interactive whiteboard, li jgħinu biex jagħmlu l-edukazzjoni aktar interattiva u divertenti
• Kompjuter għal kull 3 studenti, fil-primarja u s-sekondarja, u din is-sena se jiddaħħlu l-kompjuters fil-Kindergarten
Skola ġdida kull sena
• Sistema ġdida tal-e-learning, fejn issa t-tfal u l-ġenituri tagħhom ikunu jistgħu jaċċessaw minn fuq l-internet in-noti, il-preżentazzjonijiet u materjal ieħor li jintwera fil-klassi waqt il-lezzjonijiet. Dan se jgħin ukoll biex aktar tfal jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fit-teknoloġija tal-informatika fi stadju bikri.
• Laboratorji ġodda li jilħqu l-eżiġenzi ta’ suġġetti differenti, fosthom foodlabs; textile labs u science labs• Faċilitajiet sportivi ta’ kwalità għolja.
2.1.3 Edukazzjoni ħolistika u ta’ kwalità
Fl-iskejjel, it-tfal u l-adolexxenti ma jitgħallmux biss is-suġġetti akkademiċi, iżda jitgħallmu wkoll ħiliet anċillari, fosthom ħiliet soċjali li huma jkunu jistgħu jużaw matul ħajjithom lil hinn mill-bankijiet tal-iskola.
• F’din il-leġiżlatura, wara li daħlet fis-seħħ is-sistema tal-kulleġġi, tnediet riforma importanti oħra fl-edukazzjoni, ir-Reviżjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali, li se jkun qed jindirizza l-ħtiġiet tat-tfal tagħna sa minn stadju bikri
• L-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli saret parti mill-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali. B’dan il-pass, Malta ingħaqdet ma’ ħafna pajjiżi oħra li jaraw fl-edukazzjoni għodda siewja sabiex jintlaħqu l-miri tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li t-tfal jitgħallmu jirrispettaw l-ambjent ta’ madwarhom. Fil-fatt, f’Malta, b’aktar minn mitt skola tipparteċipa fil-proġett, EkoSkola tikkumpara tajjeb ħafna ma’ pajjiżi oħrajn Ewropej
• Inħoloq fond ta’ €100,000 biex iż-żgħażagħ fl-iskejjel pubbliċi u privati joħolqu proġetti u inizjattivi dwar l-imprenditorija taħt il-programm Entrepreneurship through Education, biex verament iż-żgħażagħ tal-lum isiru l-imprendituri ta’ għada.
2 0 1 2
14
15
2.1.4 Edukazzjoni Inklussiva
L-inklużjoni soċjali qed tiġi implimentata sa minn età bikrija biex uliedna jibqgħu jirriflettu din il-mentalità bħala n-norma tas-soċjetà meta jikbru. Fost il-miljiet li ksibna nsibu li:
• Pajjiżna qiegħed fl-ewwel post fl-Ewropa bl-ogħla rata ta’ inklużjoni soċjali fl-edukazzjoni. (mainstreaming tal-istudenti b’diżabbiltà)
• Hemm 2,000 LSA fl-iskejjel tal-knisja u tal-istat, li qed jagħtu assistenza lil 3,000 tifel u tifla li għandhom il-ħtieġa għall-għajnuna
• Inħolqu Nurture Classes fl-iskejjel li fihom jingħata tagħlim speċjalizzat lit-tfal bi bżonnijiet speċjali, bi ħtiġiet fl-imġiba u emozzjonali
• Infetħu 19-il learning-support zone, li joffru programmi fl-iskejjel sekondarji għall-istudenti li għandhom diffikultajiet soċjali, emozzjonali u fl-imġiba. Matul is-sena skolastika li għaddiet kien hemm 420 student u studenta li għamlu użu minn dan is-servizz li jingħata minn youth workers; LSAs u għalliema speċjalizzati.
2.2 Edukazzjoni Ogħla
Fl-Edukazzjoni Ogħla wkoll kien irreġistrat progress sostanzjali, fejn f’temp ta’ 11-il sena (mill-1999 sal-2010), in-numru ta’ studenti li qed ikomplu bl-istudji tagħhom wara s-sittax-il sena tela’ minn 43% għal 73%. Aktar minn hekk, mill-2008 sal-lum, l-istudenti fl-edukazzjoni ogħla żdiedu minn 19,700 għal 22,500 – li tfisser żieda ta’ 14%.
Din iż-żieda kbira fiż-żgħażagħ li jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom wara li jagħlqu s-sittax-il sena ma kinitx tkun possibbli jekk mhux b’investiment kbir tal-Gvern biex joħloq diversi opportunitajiet u inizjattivi.
L-Università ta’ Malta din is-sena rat dħul rekord ta’ studenti li laħħaq it-3,561, b’ammont totali ta’ studenti li issa qed ilaħħaq il-11,341 (4,825 raġel u 6,516-il mara). Dan sar permezz ta’ aktar investiment qawwi, fosthom:
• Żieda ta’ 25 kors universitarju fuq is-sena ta’ qabel, biex din is-sena qed jiġu offruti 697 kors,
• 7.2 miljun ewro biex jinbena Ċentru ġdid tal-ICT u faċilitajiet ta’ Health Biotechnology biex nimirħu fi swieq ekonomiċi ġodda, innovattivi u ta’ valur miżjud għoli
• Stipendji lil 18,600 żagħżugħ u żagħżugħa li jlaħħqu t-€23 miljun. Dan ipoġġina fit-tieni post fl-Ewropa fil-lista tal-pajjiżi bl-aħjar inċentivi għall-istudenti.
Madwar 6,000 student qed isegwu wieħed mill-156 kors full-time, kif ukoll madwar 4,000 student li qed isegwu kors part-time fl-MCAST. Dan sar permezz ta’ investiment:
• Fil-kampus il-ġdid fl-MCAST beda l-bini wara li ġiet ipproċessata s-sejħa għall-bini tal-parkeġġ u l-istituti l-ġodda, li jinkludu l-istituti tax-Xjenza Applikata, in-Negozju u l-Kummerċ, u Dar l-Istudent
• €2,203,409.28 biex jgħolli l-livell tal-edukazzjoni fil-qasam tal-Arti Viżiva
• Biex isir titjib, żvilupp u espansjoni fl-Istitut tal-Inġinerija
• 19-il kors ġdid fil-livell tal-Baċellerat.
Mill-2008 sal-lum, iż-żgħażagħ Maltin gawdew minn aktar minn 1,500 borża ta’ studju:
• Permezz tal-iSTEPS u l-MGSS ingħataw scholarships għall-Baċellerat, għall-Masters u d-Dottorati
• Tnedew boroż ta’ studju fl-arti
• Tnedew boroż ta’ studju fl-isport għall-ewwel darba
• Investiment mill-Aġenzija Żgħażagħ, u flimkien mal-APS Bank jamministraw l-Iskema Youth Specialisation Studies Scheme (YSSS), li toffri l-opportunità liż-żgħażagħ fl-età bejn it-18 u t-30 sena, biex japplikaw għal self b’imgħax baxx, b’rata ssussidjata ta’ interess biex ikomplu l-istudji tagħhom jew isegwu korsijiet ta’ tagħlim mid-distanza, sakemm dawn il-korsijiet ma jkunux disponibbli f’Malta. Matul dawn l-aħħar erba’ snin, 78 żagħżugħ u żagħżugħa ħadu din l-opportunità.
2.3 Ċans ieħor għal min ma jirnexxilux mal-ewwel
Il-mira tal-Gvern tibqa’ li wliedna jirnexxu lkoll. Għaldaqstant, il-Gvern mhux biss joħloq opportunitajiet varji għaż-żgħażagħ bi bżonnijiet u aspirazzjonijiet differenti, iżda qiegħed jara li joħloq ċans ieħor għal min ma jirnexxix mal-ewwel.
2 0 1 2
16
17
2.3.1 Youth. Inc
F’Jannar 2011 tnieda programm ġdid ta’ edukazzjoni post-sekondarja, imsejjaħ Youth.Inc, li qiegħed jagħti opportunità oħra liż-żgħażagħ fl-età bejn is-16 u l-24 sena, li għal xi raġuni jew oħra ma ħarġux b’biżżejjed ħiliet u ċertifikati wara l-edukazzjoni sekondarja tagħhom. Il-Youth.Inc huwa fil-fatt programm ta’ edukazzjoni post-sekondarja li jipprovdi triq oħra għat-tagħlim u kisbiet tal-kompetenzi permezz ta’ tagħlim formali u mhux-formali, filwaqt li jagħti wkoll stipendju lil dawk li jipparteċipaw fil-programm.
Permezz tal-programm Youth.Inc, dawn iż-żgħażagħ b’mod attiv qed jinvolvu ruħhom fit-tagħlim u qed ikollhom l-opportunità biex jiksbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi permezz ta’ tagħlim formali u mhux-formali. Il-Programm tal-Ewwel Livell tal-Qafas Nazzjonali għall-Kwalifiki jikkonsisti f’minimu ta’ 1,000 siegħa, mifruxa fuq 30 ġimgħa, filwaqt li l-programm tat-Tieni Livell tal-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki jinkorpora 1,500 siegħa, mifruxa fuq 44 ġimgħa. Il-programm jinkludi sessjonijiet fuq Life Skills, Malti, Ingliż, Matematika, Teknoloġija Informatika, Taħriġ Vokazzjonali / Sessjonijiet Prattiċi u attivitajiet u tagħlim fuq bażi individwali.
Fl-ewwel żewġ intakes li saru minn meta beda dan il-programm, f’Jannar u f’Ottubru 2011, kien hemm 109 żgħażagħ jipparteċipaw.
2.3.2 Foundation Courses mill-MCAST
L-MCAST joffri wkoll Foundation Courses għall-istudenti li joħorġu mill-iskola sekondarja mingħajr ebda kwalifika formali jew li jkunu jeħtieġu kwalifika speċifika biex jieħdu kors tal-għażla tagħhom. B’hekk, l-istudenti jingħataw ċans ieħor biex jimbarkaw fuq il-linja ta’ studju li jippreferu u sussegwentement fuq il-karriera li togħġobhom.
2.4 Tagħlim tul il-Ħajja
F’dinja li kontinwament tinbidel jeħtieġ li l-individwi jaġġornaw il-ħiliet tagħhom b’mod daqstant kontinwu. Kien għalhekk li l-kunċett tat- tagħlim tul il-ħajja ngħata importanza kbira tul dawn l-aħħar snin.
2.4.1 Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja
Matul l-2011 kien hemm xejn anqas minn 13,750 persuna li applikaw għall-korsijiet offruti mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, li jfisser żieda ta’ kważi d-doppju fuq l-2008. Fost il-korsijiet offruti mid-Dipartiment tal-Lifelong Learning insibu korsijiet fl-arti u fil-crafts; korsijiet dwar in-negozju u l-finanzi; il-literacy & numeracy; il-matemetika, ix-xjenza u l-mużika. Din is-sena, id-direttorat qed joffri ’l fuq minn 1,000 kors differenti.
2.4.2 Il-Korporazzjoni għall-Impjiegi u t-Taħriġ (L-ETC)
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) – li għandha funzjoni strateġika fit-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħaddiema – ħarrġet 13,679 persuna matul l-2010, filwaqt li matul l-2011, l-ETC ħarrġet 15,072 persuna. Dan ifisser li bejn l-2008 u l-2011, aktar minn 41,000 persuna pparteċipaw f’korsijiet ta’ taħriġ ipprovduti mill-korporazzjoni.
Il-Youth Employment Programme: tnieda f’Marzu tal-2010 biex jilħaq iż-żgħażagħ fl-età bejn is-16 u l-24 sena. Dan il-programm hu kkofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew, u għandu l-għan li jgħin lil dawn iż-żgħażagħ jidħlu fid-dinja tax-xogħol billi joffrilhom gwida fl-għażliet importanti għall-karrieri futuri tagħhom.
2 0 1 2
18
19
Il-YEP, li hu kompost minn youth workers, psikologu, occupational therapist u career-guidance practitioner, iħarreġ liż-żgħażagħ fil-ħiliet relattivi biex jirnexxu u jfittxu li jsibu l-motivazzjoni fihom. Il-YEP saħansitra jagħmel pjani ta’ azzjoni personali għaż-żgħażagħ l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.
Matul l-2011, dan il-programm għen madwar 3,036 żagħżugħ u żagħżugħa.
L-Employment & Aid Programme: jipprovdi għajnuna finanzjarja lil min iħaddem f’Malta u f’Għawdex sabiex jiffaċilitalhom u jippromovilhom ir-reklutaġġ tal-persuni żvantaġġati u/jew b’diżabbiltà. Il-fondi jikkonsistu f’sussidju fuq is-salarji mħallsa lil dawn l-individwi, kif ukoll sussidju fuq il-kontribuzzjoni min-naħa ta’ min iħaddem għas-Sigurtà Soċjali tal-impjegat. It-tul tas-sussidju jvarja minn minimu ta’ 52 ġimgħa għal massimu ta’ 156 ġimgħa, u l-ammont tas-sussidju jvarja skont f’liema kategorija jaqa’ l-parteċipant (sal-aħħar ta’ Settembru 2013).
Dan, bil-għan li jittejbu l-produttività u ċ-ċans sabiex ikunu impjegati gruppi vulnerabbli li għandhom rata baxxa ta’ impjieg, jitjiebu l-opportunitajiet tax-xogħol u l-impjiegi, jittejbu l-ħiliet ta’ dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, u ssir kontribuzzjoni aħjar biex tiżdied il-provista tal-impjegati fil-pajjiż u tinħoloq koeżjoni soċjali akbar.
Ta’ min isemmi li fl-2011 kienu 1,119-il persuna li bbenefikaw minn dan il-programm.
It-Training Aid Framework: qed jagħti inċentiv permezz ta’ għajnuna finanzjarja mill-ETC lill-intrapriżi biex joffru opportunitajiet ta’ taħriġ lill-impjegati fis-settur privat. Mill-2009 ’l hawn kważi 20,000 impjegat, fosthom żgħażagħ, tħarrġu permezz ta’ din l-iskema.
Is-sena li għaddiet (2011) biss, dan il-Unit irċieva 1,152 applikazzjoni biex iħarreġ 10,208 impjegati minn 412-il intrapriża.
L-iskema tal-Apprentistat: tagħti l-opportunità lill-istudenti li jagħmlu taħriġ vokazzjonali u jiksbu l-esperjenza tax-xogħol ma’ xi kumpanija. Din l-iskema qed iżżid fil-popolarità tagħha, anki minħabba l-fatt li ħafna kumpaniji qed iżommu magħhom lil dawn l-istudenti, tant li matul l-2010, din l-iskema tat l-opportunità lil 692 student, filwaqt li s-sena li għaddiet kien hemm 712-il student.
Community Work Scheme: oriġinarjment tfasslet għal dawk li ilhom ifitxxu x-xogħol għal aktar minn 5 snin u qed jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad. Il-Kunsilli Lokali, l-NGOs u l-entitajiet tal-Gvern huma eleġibbli li japplikaw għall-persuni li jridu jħaddmu magħhom għal mhux anqas minn 30 siegħa fil-ġimgħa, għal 6 xhur. Dawn il-ħaddiema jirċievu 75% tal-paga minima nazzjonali. Minn din l-iskema, sa issa bbenefikaw 441 persuna.
It-Training Subsidy Scheme: hija intiża biex tinkoraġġixxi t-taħriġ u l-iżvilupp kontinwu fost il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-ħaddiema individwali f’intrapriżi żgħar (jiġifieri 10 impjegati jew inqas). Din tipprovdi assistenza finanzjarja għall-ispejjeż involuti għat-taħriġ li ma jsirx fil-post tax-xogħol. L-assistenza finanzjarja hija għotja ekwivalenti għal 75% tal-ispejjeż tat-taħriġ, sal-ammont massimu ta’ €1000. Minn din l-iskema bbenefikaw 301 persuna.
It-Training Subsidy Scheme (Academic): hija mmirata biex tipprovdi assistenza finanzjarja fil-forma ta’ għotja ta’ taħriġ, lil dawk il-persuni li qed ifittxu impjieg jew lil dawk li jirreġistraw mal-Korporazzjoni u li jkunu interessati jiksbu kwalifika fl-edukazzjoni ogħla fil-ħames jew is-sitt livell tal-EQF/MQF fil-qasam relatat mad-Digital Media jew fis-Servizzi Finanzjarji. Permezz ta’ din l-iskema, 85 persuna kienu megħjuna matul l-2011.
Il-Work Trial Scheme: matul l-2010 ħarrġet 377 persuna billi poġġiethom bi prova ma’ xi kumpanija għal 20 siegħa fil-ġimgħa, għall-perijodu ta’ 12-il ġimgħa, u l-ETC ħallset lil dawn il-ħaddiema 50% tal-paga minima. Din l-iskema, fl-2011 ħarrġet 602 ħaddiema.
Bridging-the-Gap: hija skema oħra tal-ETC li timmira li tkabbar il-kapaċitajiet ta’ dawk fi gruppi żvantaġġati fis-soċjetà u tintegrahom fis-suq tax-xogħol. Dan isir billi tipprovdi servizzi ta’ counselling; placements; u taħriġ għal dawn il-persuni. Fl-2011, 92 persuna bbenefikaw minn din l-iskema.
2.5 Aġenzija Żgħażagħ: Youth Empowerment Programme
L-Aġenzija Żgħażagħ tamministra l-Youth Empowerment Programme. Dan il-programm qed jagħti l-opportunità liż-żgħażagħ jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom permezz ta’ edukazzjoni mhux-formali lil hinn mill-bankijiet tal-iskola.
Dawn il-programmi huma mifruxin kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell lokali.
2.5.1 Programm ta’ Empowerment fil-Livell Lokali
2.5.1.1 Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ
Il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ twaqqfu għall-ewwel darba fl-2010 b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Matul dawn is-sentejn, iż-żgħażagħ fl-età bejn l-14 u s-17-il sena, ingħataw taħriġ fil-leadership, fil-liġi tal-Kunsilli Lokali, kif għandhom isiru business plan u pjan finanzjarju, fost aspetti oħrajn, biex wara, dawn iż-żgħażagħ iffurmaw il-kunsilli u ħadu sehem fi proċess demokratiku ta’ diskussjoni, deċiżjoni u implimentazzjoni ta’ proġetti.
2.5.1.1.1 Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ: Edizzjoni 2010
Fl-2010, f’dan il-proġett ħadu sehem 136 żagħżugħ u żagħżugħa. Minn 14-il sottomissjoni ta’ proġetti, 3 kunsilli lokali taż-żgħażagħ intgħażlu biex il-proġett propost minnhom jiġi ffinanzjat mill-Gvern.
2 0 1 2
20
21
2.5.1.1.2 Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ: Edizzjoni 2011
Għall-ewwel darba, fl-2011, dan il-proġett ġie amministrat mill-Aġenzija Żgħażagħ.
27 Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ ħadu sehem f’din l-inizjattiva li tat l-opportunità lil 236 żagħżugħ u żagħżugħa biex jipparteċipaw b’mod aktar dirett fil-komunitajiet tagħhom billi joħorġu bi proposti ta’ proġetti għall-komunitajiet rispettivi. 2.5.1.1.3 Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ: Edizzjoni 2012
Matul l-2012 tnediet ukoll it-tielet edizzjoni ta’ dan il-proġett u kellna input tajjeb ħafna mill-Kunsilli Lokali u miż-żgħażagħ fil-lokalitajiet. Fil-fatt, din is-sena, 23 lokalità applikaw għal din l-edizzjoni tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ, li għaliha qed jipparteċipaw 238 żagħżugħ u żagħżugħa.
2.5.1.2 It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda
Din is-sena qed titwettaq wegħda elettorali oħra tal-Gvern billi tnediet skema li tgħin lill-baned fit-taħriġ u t-tagħlim tal-mużika. Il-Gvern jemmen li l-baned għandhom rwol importantissmu fis-soċjetà tagħna għaliex iħarrġu liż-żgħażagħ tagħna f’ħiliet ġodda li huma jistgħu jużaw fil-ħajja tagħhom lil hinn mis-soċjetajiet li jagħmlu parti minnhom. Għal din l-iskema applikaw 36 għaqda mużikali.
Skema ġdida għat-taħriġ mużikali fil-każini tal-banda
2.5.1.3 It-taħriġ Empower
Empower huwa programm ta’ edukazzjoni mhux-formali, immirat għaż-żgħażagħ fl-età minn 16-il sena ’l fuq. Il-programm kollu huwa magħmul minn 6 skedi ta’ taħriġ ta’ 6 sessjonijiet kull skeda. Kull sessjoni tieħu sagħtejn. Dan il-programm qed jittella’ b’kooperazzjoni mal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ u l-għaqdiet taż-żgħażagħ.
L-iskedi tat-taħriġ huma mmirati biex iż-żgħażagħ:
• joħorġu l-potenzjali tagħhom;
• jiżviluppaw il-kapaċitajiet tat-tmexxija;
• ikunu konxji u b’saħħithom;
• itejbu l-kreattività u l-ħiliet tagħhom;
• isaħħu l-istudji tagħhom;
• jimpenjaw ruħhom għall-bidla fil-lokalità tagħhom.
Kull skeda tat-taħriġ hija ddisinjata biex twassal tagħlim informali fiha nnifisha.,Madankollu, iż-żgħażagħ li jsegwu s-6 sessjonijiet tat-taħriġ kollha jiksbu ammont sostanzjali ta’ għarfien u ħiliet biex isiru aktar immotivati biex jagħmlu l-affarijiet tagħhom fil-ħajja.
2.5.2 Programm ta’ Empowerment f’Livell Nazzjonali
2 0 1 2
22
23
2.5.2.1 Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ
Inizjattiva annwali oħra ta’ empowerment hija l-Konkors Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ, li jsir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Ktieb. Din l-inizjattiva, li qiegħda fit-tielet edizzjoni tagħha, tħeġġeġ lill-awturi stabbiliti jiktbu letteratura għaż-żgħażagħ adolexxenti fl-età bejn it-tnax (12) u s-sbatax (17)-il sena.
Fl-istess waqt li jimtela l-vojt ta’ din ix-xorta ta’ letteratura, dan il-proġett qed joħloq ukoll motivazzjoni għall-awturi żgħażagħ biex jibdew jiktbu. Dan qed isir billi jingħata premju speċjali lil awtur żagħżugħ, u wara, dan ikun irreferut għall-gwida ta’ awtur u pubblikatur bl-esperjenza biex ikompli fl-iżvilupp tat-talent tiegħu.
Fl-ewwel edizzjoni, dan il-konkors intrebaħ minn Rita Saliba, bit-test “Inżul ix-Xemx”, u minn Simon Bartolo, bit-test “Kliem ir-Riħ”. Ir-rebbieħ żagħżugħ tal-ewwel edizzjoni tal-Konkors kien Renè Cilia, bil-manuskritt “Ħalluhom Jgħidu ’l-Kbar”.
Is-sena li għaddiet, il-konkors intrebaħ minn Emanuel Psalia bit-test, “Storja Maqsuma”, u minn Ivan Bugeja, bit-test “Tmiem il-Ġimgħa”. Il-Premju għall-Kittieba Żgħażagħ intrebaħ minn Cherise Ann Abela, bit-test “Is-Sigriet tal-Castellani” u minn Kenneth Curmi, bit-test “L-Aħħar Sena Qabel Nikber”.
2.5.2.2 Divergent Thinkers
Bħala parti mill-Empowerment Programme, l-Aġenzija Żgħażagħ, b’kollaborazzjoni mal-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru għall-Kreattività, qed torganizza esibizzjoni kollettiva għall-artisti żgħażagħ.
Din hija esibizzjoni innovattiva dwar il- brainstorming involut fil-ħolqien tax-xogħlijiet artistiċi.
L-artisti magħżula se jkollhom ix-xogħol tagħhom inkluż f’esibizzjoni fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, f’Lulju tal-2012. Ix-xogħlijiet kollha magħżula se jiġu inklużi f’katalgu li jakkumpanja l-esibizzjoni. L-artist bl-aqwa xogħol jingħata residenza f’ċentru tal-Arti Internazzjonali.
2.5.2.3 Konkors Teatru Soċjali
L-Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-Malta Drama Centre se torganizza dan il-Konkors għall-gruppi teatrali taż-żgħażagħ li għandhom l-età bejn it-18 u t-30 sena.
Il-gruppi teatrali taż-żgħażagħ interessati li jipparteċipaw f’dan il-konkors għandhom jippreżentaw prestazzjoni oriġinali ta’ mhux itwal minn 30 minuta fi kwalunkwe stil teatrali li jkun immirat għal udjenza żgħira.
Dan il-programm jipprovdi opportunità għaż-żgħażagħ Maltin li huma involuti fit-teatru biex jaqsmu, jesploraw u jiżviluppaw it-talenti tagħhom fl-isfera teatrali.
Bħalissa hemm l-applikazzjonijiet miftuħa għal dawk il-gruppi interessati li jaqsmu, jesploraw u jiżviluppaw it-talenti tagħhom fl-isfera teatrali.
2.5.2.4 Upcoming Artist Award
L-Aġenzija Żgħażagħ, b’kollaborazzjoni mat-tim tal-Malta Music Awards, qed toffri opportunità lil kantant / kantanti ġodda fl-età bejn is-17 u t-30 sena biex jieħdu sehem fl-avveniment kbir tal-Malta Music Awards; avveniment nazzjonali li jsir kull sena.
Permezz ta’ din l-opportunità, l-Aġenzija Żgħażagħ qed tħeġġeġ u tagħti liż-żgħażagħ spazju biex jesponu t-talenti tagħhom.
Fl-ewwel edizzjoni, dan l-award intrebaħ mill-grupp mużikali Red Electric, u fit-tieni edizzjoni ntrebaħ mill-grupp Voices. Is-sena li għaddiet, dan il-konkors intrebaħ mill-grupp mużikali Dry Connections.
2.5.3 Youth Activity Centre
Il-Youth Activity Centres huma ċentri ideali fejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jorganizzaw seminars, laqgħat u workshops għaż-żgħażagħ.
2.5.3.1 Marsaxlokk Youth Activity Centre
Matul is-sena 2010, l-Aġenzija għamlet xogħlijiet ta’ tisbiħ fil-Marsaxlokk Youth Activity Centre, partikularment fil-kċina u d-dining areas, u installat ukoll is-sistema tal-WIFI fil-bini. Dan ix-xogħol għamel lil dan il-bini ħafna aktar attraenti għaż-żagħżagħ. Matul din is-sena, il-post intuża minn madwar 980 żagħżugħ u żagħżugħa, flimkien ma’ 59 leader.
2.5.3.2 Villa Psaigon Youth Activity Centre
L-Aġenzija Żgħażagħ bdiet tmexxi wkoll iċ-Ċentru tal-Attivitajiet Villa Psaigon. Bħalissa għaddej xi xogħol ta’ manutenzjoni sabiex dan il-post jibda jintuża fuq l-istess kriterji taċ-Ċentru tal-Attivitajiet taż-Żgħażagħ Marsaxlokk. Dan iċ-ċentru se jkun jista’ jospita sa madwar 40 żgħażugħ u żagħżugħa f’faċilitajiet moderni.
Attivitajiet taż-żgħażagħ fil-Youth Activity Centre ta’ Marsaxlokk
2 0 1 2
24
25
3. Nipproteġu l-Adolexxenti fil-vjaġġ tagħhom biex isiru Adulti
Il-Gvern hu kommess li jimxi mal-adolexxenti tagħna fil-vjaġġ tagħhom biex isiru adulti. U dan jagħmlu b’diversi modi.
3.1 Politika Nazzjonali tat-Tfal
Sentejn ilu ġiet aġġornata u ppubblikata l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, li permezz ta’ konsultazzjoni wiesgħa ħafna kienet tirrifletti l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ infushom. Ftit tax-xhur ilu, il-Gvern nieda għall-konsultazzjoni pubblika, dokument li jipproponi abbozz għall-Politika Nazzjonali tat-Tfal, li tinkludi l-adolexxenti. Dan id-dokument ukoll qed jitfassal b’konsultazzjoni mat-tfal u l-adolexxenti nfushom.
L-għaxar prinċipji li fuqhom hu mibni dan l-abbozz ta’ politika huma: l-aħjar interessi tat-tfal, l-integrazzjoni, il-kuntentizza, il-parteċipazzjoni, l-inklużjoni, l-aċċessibbiltà, il-protezzjoni, il-familja, ir-responsabbiltà u s-sostenibbiltà. Id-dokument jitratta seba’ temi ewlenin, li huma: il-ġid, id-drittijiet u d-dmirijiet, il-ħarsien, il-parteċipazzjoni attiva, l-inklużjoni, il-kreattività u l-ħin liberu.
Din il-politika se tkun qed tiffoka fuq l-iżvilupp ħolistiku tat-tfal permezz ta’ servizzi ta’ intervent bikri u preventiv, aċċess għall-provisti, u mekkaniżmi ta’ appoġġ, filwaqt li għandha tingħata l-għajnuna lil dawk interessanti permezz ta’ aktar investiment fit-taħriġ u fir-riżorsi.
3.2 Iż-Żgħażagħ u d-Dinja Virtwali
Id-dinja taż-żgħażagħ illum hija waħda teknoloġikament avvanzata ħafna. Statistika li ħarġet mill-Malta Communications Authority f’Ottubru tal-2010, turi li 97% tal-istudenti Maltin fl-età bejn it-8 u l-15-il sena għandhom aċċess għall-internet mid-dar. Aktar minn hekk, statistika aktar riċenti li nġabret minn Velislava Hillman turi li nofs it-tfal fl-età ta’ 12-il sena għandhom aċċess għall-internet fil-kamra tas-sodda tagħhom, u kwart minnhom għandhom aċċess għat-televizjoni fil-kamra tas-sodda tagħhom.
Minkejja li l-aċċessibbiltà għall-metodi l-ġodda tal-komunikazzjoni hija għodda importanti għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna fl-iżvilupp tagħhom, l-internet, bħal kull mezz ieħor ta’ komunikazzjoni, joffri sfidi ġodda. Illum il-ġurnata, it-tfal sa minn età żgħira qed ikunu esposti għal kull tip ta’ informazzjoni.
Fl-2010, il-Gvern waqqaf il-programm BeSmartOnline, biex jeduka lit-tfal u lill-adolexxenti jużaw l-internet bl-aħjar mod, u fl-istess ħin joffri helpline u hotline għall-appoġġ u għall-pariri. Permezz ta’ dan il-programm, minn Frar 2011 sa Frar tal-2012, daħlu 194 rapport dwar abbuż fuq l-internet għand it-Tim tal-Hotline tal-Aġenżija Appoġġ. 131 minn dawn ir-rapporti waslu permezz tas-sistema elettronika li qiegħda biex wieħed jista’ jirrapporta dan l-abbuż – li tinsab fis-sit elettroniku www.appogg.gov.mt; waqt li 63 rapport ieħor daħlu permezz tat-telefon fuq Supportline 179. Dawn ir-rapporti jinkludu: każijiet ta’ cyber bullying (bullying fuq l-internet); grooming jew fastidju sesswali; messaġġi bil-mobile phone b’kontenut ta’ natura sesswali; kwistjonijiet relatati ma’ privatezza; edukazzjoni dwar il-mezzi tax-xandir; rapporti oħra dwar il-vizzju tal-użu eċċessiv tal-internet; kif ukoll rapporti dwar kontenut illegali.
2 0 1 2
26
27
3.3 L-Att dwar ir-Reġistrazzjoni għall-Protezzjoni tal-Minuri
Fl-2010, il-Gvern nieda żewġ liġijiet li jħarsu l-protezzjoni tat-tfal: l-Att tal-2010 li jemenda diversi liġijiet (Materji
Kriminali) u l-Att tal-2010 dwar il-Ħarsien tat-Tfal (Konvenzjoni tal-Aja).
Imbagħad, f’Novembru tal-istess sena, il-Gvern nieda wkoll l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni għall-Protezzjoni tal-Minuri, li
l-għan tiegħu hu li jipproteġi lill-persuni minuri, mhux biss minn reati ta’ natura sesswali, iżda anki minn reati li t-tfal
jistgħu jkunu esposti u vulnerabbli għalihom. Dan ir-reġistru qed jinżamm fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
Għalkemm l-abbozz tal-liġi qed isemmi speċifikament liema reati jwasslu biex perpetratur jitniżżel fir-Reġistru, il-
Qorti ngħatat il-libertà li tinkludi lill-persuni ssentenzjati dwar reati oħrajn, jekk il-Qorti ssib li jkun hemm ċirkustanzi
b’potenzjali li jikkawżaw il-ħsara lill-minuri.
Ir-Reġistru qed ikun aċċessibbli għal dawk il-persuni li jkollhom il-bżonn ġenwin li jiksbu l-informazzjoni minnu u
mhux se jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod ġenerali. L-informazzjoni fih se tkun disponibbli għal dawk l-entitajiet
relevanti li huma b’xi mod jew ieħor involuti mat-tfal.
4 Aktar xogħol għaż-żgħażagħ tagħna
Dan il-Gvern qiegħed jiffoka l-ħidma tiegħu fuq ix-xogħol għaliex jemmen li x-xogħol huwa ċ-ċavetta tas-suċċess tal-
poplu Malti. Il-ħolqien tax-xogħol huwa l-aħjar forma ta’ solidarjetà, u għalhekk sa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura, il-
Gvern poġġa x-xogħol bħala pilastru ewlieni fil-ħidma tiegħu. Il-ħidma li qed jagħmel il-Gvern fil-qasam edukattiv u
fil-qasam taż-żgħażagħ tirrifletti r-riżultati li pajjiżna qed jikseb fil-qasam tax-xogħol.
4.1 Statistika li tixhed suċċess ġenerali fil-qasam tal-impjiegi
Ir-riżultati ta’ pajjiżna fil-qasam tal-impjiegi huwa ċertifikat ukoll bl-istħarriġ li tagħmel kull xahar l-Aġenzija Ewropea,
il-Eurostat, li fost l-oħrajn tqabbel ir-rata tal-qgħad tal-pajjiżi Ewropej ma’ xulxin.
Statistika maħruġa mill-Eurostat fl-1 ta’ Marzu, 2012 turi li f’Jannar 2012, ir-rata tal-qgħad f’pajjiżna kienet 6.5%, li mhux
biss hija 4 punti perċentwali anqas mill-medja Ewropea, iżda hija rata ferm anqas minn dik ta’ pajjiżi ferm akbar minna,
fosthom l-Italja, b’rata ta’ qgħad ta’ 9.2%; ir-Renju Unit 8.4%; Franza 10%; l-Irlanda 14.8% u Spanja 23.3%.
2 0 1 2
28
29
Statistika oħra li tikkonferma s-suċċessi miksubin mill-Gvern fil-qasam tax-xogħol hija dik tal-NSO, l-Uffiċċju Nazzjonali
tal-Istatistika, fejn skont il-Labour Force Survey, fit-tielet kwart tas-sena 2011, f’Malta kien hawn 170,466 persuna
jaħdmu, li jfisser żieda ta’ 4,153 persuna fuq is-sena li għaddiet (2010).
Dan jiġi sostnut ukoll minn statistika oħra tal-NSO, dik tar-Registered Unemployed, li turi li f’Jannar 2012, in-numru tal-
persuni jirreġistaw għax-xogħol kien 6,714.
Dan tikkonfermah l-informazzjoni maħruġa mill-ETC, li tgħid li bejn Jannar u Diċembru 2011 kienu rreġistrati mal-ETC
13,653 vacancy. Aktar minn hekk, il-Gvern, permezz tal-ETC, għamel aktar minn 3,428 placement, li minnhom 1,871
kienu placements ta’ żgħażagħ fl-età bejn is-16 u l-24 sena.
January to December 2010 January to December 2011
All Placements 4,043 3,428
Youth Placements 1,956 1,871
4.2 Xogħol għaż-Żgħażagħ Tagħna
Is-suċċess fil-qasam tax-xogħol huwa rreplikat fix-xogħol għaż-żgħażagħ. Skont il-Eurostat, f’Jannar 2012, Malta kienet
tinsab fir-raba’ post tal-pajjiżi li għandhom l-anqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ fl-età bejn il-15 u l-25 sena.
2 0 1 2
30
31
Meta skont il-Eurostat, Malta għandha rata ta qgħad ta’ 13.8% fost iż-żgħażagħ fl-età bejn il-15 u l-25 sena, pajjiżi ġirien
Ewropej għandhom rata ta’ qgħad ferm ogħla minn tagħna, fosthom, Spanja 49.9%, l-Italja 31.1%, il-Portugall 35.1% u
l-Greċja 48.1%.
Fl-Ingilterra, ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija 22.2%, u skont ir-rapporti li dehru fil-media Ingliża, fosthom il-BBC,
ir-rata tal-qgħad fl-Ingilterra hija l-ogħla fl-aħħar 17-il sena, bi kważi miljun (991,000) żagħżugħ u żagħżugħa fl-età bejn
is-16 u l-24 sena bla xogħol.
Skont l-aħħar statistika ppubblikata mill-NSO, f’Jannar 2011 (Labour Force Survey Q3/2011) kien hemm żieda ta’ 1%
fiż-żgħażagħ fl-età bejn il-15 u l-24 sena li kienu qed jaħdmu fit-tielet kwart tas-sena.
Statistika oħra, din id-darba dwar ir-registered unemployed, maħruġa wkoll mill-NSO, turi li f’Jannar 2012, iż-żgħażagħ
jirreġistraw għax-xogħol Part 1 u Part 2 fir-reġistru, reġgħu niżlu għal-livelli tal-2008, jiġifieri għal-livelli ta’ qabel
faqqgħet il-kriżi ekonomika u finanzjarja.
Annual Average 2008 Annual Average 2010 January 2012
Under 20 551 589 531
20-24 782 834 751
25-29 760 782 692
4.3 Impjiegi mal-privat mhux mal-Gvern
L-Istatistika tal-Gainfully Occupied, li ħarġet fit-2 ta’ Marzu 2012, tgħid li f’Ottubru li għadda kien hawn 149,467 persuna
jaħdmu full-time, li minnhom, 41,077 biss jaħdmu mal-Gvern. Dan ifisser li 108,390 jaħdmu fis-settur privat. Dan ifisser
ukoll li meta mqabbel mas-sena li għaddiet, hemm żieda ta’ kważi 2,000 persuna jaħdmu fis-settur privat.
4.4 Ħiliet ġodda għal xogħlijiet ġodda
Illum, il-politika tal-UE dwar l-edukazzjoni u x-xogħol qed tinsisti fuq il-kunċett ta’ new-skills-for–new-jobs: Ħiliet ġodda
għal xogħlijiet ġodda. Dan il-Gvern ukoll miexi fuq din il-politika. Fl-aħħar snin, minflok l-industrija tal-produzzjoni tal-
massa ġibna lejn pajjiżna industrija li tħallas pagi aħjar, bħall-ICT; il-Farmaċewtika, is-Servizzi Finanzjarji u l-Avjazzjoni,
li kollha jirrikjedu ħiliet ġodda. Propju għalhekk illum żidna ħafna opportunitajiet ta’ taħriġ f’diversi oqsma, bħat-
teknoloġija tal-informazzjoni, l-inġinerija u l-mediċina.
Huwa propju għalhekk li l-Gvern investa f’fakultà ġdida tal-ICT, u qiegħed jinvesti f’faċilitajiet ta’ Health Bio-Technology
permezz tal-proġett tal-BioMalta Campus f’San Ġwann, b’investiment li jlaħħaq it-30 miljun ewro.
Permezz ta’ oqsma bħall-ICT, is-servizzi finanzjarji – u issa wkoll permezz tal-industrija tal-Bijo Teknoloġija – fl-4 snin li
għaddew inħolqu aktar minn 20,000 impjieg.
Illum, anki sa minn età żgħira, il-Gvern, permezz tal-edukazzjoni moderna, qiegħed irawwem lit-tfal jisfruttaw niċeċ
ekonomiċi ġodda. Fil-fatt, fl-iskola l-ġdida li fetħet il-Mosta, hemm 9 laboratorji tax-xjenza; 5 laboratorji tal-IT; klassijiet
tas-Design & Technology; klassijiet tal-Arti, u 82 klassi atrezzati bl-aħħar teknoloġija.
Dan il-Gvern qed jinvesti fiż-żgħażagħ biex dawn ikunu kapaċi jaħtfu l-opportunitajiet li jġibu magħhom l-inċentivi li
qed jingħataw lill-industrija.
Ġibna lejn pajjiżna industija ta’ valur miżjud għoli
2 0 1 2
32
33
5 Biex inkunu ta’ appoġġ għall-familja Żagħżugħa u Moderna
Dan il-Gvern ipoġġi lill-familja fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu bil-fatti, u l-inizjattivi li saru f’din il-leġiżlatura joffru sostenn u appoġġ lill-familja żagħżugħa u moderna.
5.1 Leave tal-Maternità
Sal-2013, dan il-Gvern se jkun żied il-leave tal-maternità b’4 ġimgħat, minn 14 għal 18-il ġimgħa – ġimagħtejn din is-sena u ġimagħtejn fl-2013. Dan jagħti aktar flessibbiltà lin-nisa li għad kemm kellhom tarbija li jridu jżommu l-impjieg tagħhom wara li jkunu irkupraw sew mit-tqala.
5.2 Children’s Allowance
Wara li fl-2007 l-Gvern ta ċ-Children’s Allowance lil kull familja, din is-sena kompla jinvesti fil-familji u qed iżid ir-rata minima taċ-Children’s Allowance minn €250 għal €350. B’din l-inizjattiva, aktar minn 18,000 familja li kienu jirċievu r-rata minima se jkollhom żieda ta’ €100 fis-sena għal kull wild.
5.3 Korsijiet fil-Parenting Skills
Kull sena jsiru korsijiet fil-Parenting Skills mill-Foundation for Social Welfare Services għal dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal żgħar u / jew adolexxenti. Matul dawn il-korsijiet ikunu trattati bosta suġġetti relatati mal-adolexxenza, bħal kif tifhem l-iżvilupp psikoloġiku tal-adolexxenti, kif għandek tikkomunika magħhom, il-pressjoni mill-ħbieb, is-sesswalità,
u l-vizzji. Fl-2010 saru 18-il kors għall-ġenituri bit-tfal żgħar, li għalihom attendew 281 persuna, filwaqt li saru 2 korsijiet għall-ġenituri tal-adolexxenti, li għalihom attendew 50 persuna. Bejn Jannar u Ġunju 2011 saru 13-il kors, li għalihom attendew 211-il persuna.
5.4 Tnaqqis fit-taxxi tal-ġenituri li qed irabbu lil uliedhom
Il-Komputazzjoni Ġenitur, imħabbra fil-Baġit għal din is-sena, se tnaqqas bejn €75 u €420 mit-taxxa ta’ kull ġenitur, sa massimu ta’ €840 għal kull familja li qed trabbi tfal li ma jaħdmux, sa 18-il sena, u fil-każ li t-tfal ikunu għadhom jistudjaw, sa 21 sena. Il-Gvern qed jistma li minn din il-komputazzjoni l-ġdida se jibbenefikaw 55,000 ġenitur, u għalhekk se jkun qed iħalli madwar 10 miljun ewro aktar f’idejn in-nies.
5.5 Eżenzjoni mit-taxxa għal sena għan-nisa li jirritoraw fid-dinja tax-xogħol
F’dawn l-aħħar snin, il-Gvern introduċa sistema ta’ inċentivi fiskali għan-nisa li jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol, fosthom tnaqqis fl-income tax u tax holidays. B’dawn l-inċentivi, madwar 8,600 mara daħlu lura fid-dinja tax-xogħol u ffrankaw madwar 10 miljun ewro mill-ħlas tal-income tax.
Dan ħalla riżultati pożittivi, u ta’ min jinnota li f’Ottubru tal-2011 kienet irreġistrata żieda ta’ 574 mara li daħlu fid-dinja tax-xogħol fuq bażi full-time meta mqabbel ma’ Ottubru 2010. Kien hemm ukoll żieda ta’ 491 mara li għandhom xogħol part-time bħala l-impjieg ewlieni tagħhom, biex issa n-nisa li jaħdmu part-time telgħu minn 17,195 għal 17,686.
5.6 Miżuri Family-Friendly
Il-Gvern, permezz ta’ diversi miżuri favur il-familja, qiegħed jinkoraġġixxi lil kull min jixtieq biex jagħti kontribut ekonomiku u soċjali. Għalhekk, fis-settur pubbliku, matul dawn l-aħħar snin, il-Gvern imbarka fuq diversi inizjattivi family-friendly, bħall-flexicurity, it-teleworking, il-maternity leave u r-reduced hours, fost miżuri oħrajn.
5.7 Ċentri ta’ Matul il-Jum għat-Tfal
Il-Gvern jibqa’ impenjat li jinvesti f’servizzi ġodda u tal-aqwa kwalità għal uliedna. Fil-fatt, bħalissa, aktar minn 600 tifel u tifla fl-età taħt it-3 snin qed jattendu f’child-care centre tal-Gvern jew tal-Privat. F’dawn l-aħħar 4 snin, il-Gvern fetaħ 8 ċentri għall-ħarsien tat-tfal, f’Bormla; il-Furjana; il-Marsa; fl-MCAST; Pembroke; Ħal Qormi; Santa Venera u s-Siġġiewi. Bħalissa qed issir ħidma biex jinfetħu tliet ċentri oħra, fl-Imsida, San Ġwann u ż-Żurrieq. Dawn jingħaqdu ma’ ċentri oħrajn li jinsabu l-Birgu; Birkirkara, il-Qawra; Ħal Luqa, Ħal Għargħur; Raħal Ġdid; l-Università u fl-ETC, Ħal Far.
Aktar minn hekk, il-Gvern qiegħed iżid l-ammont massimu għall-eżenzjoni mit-taxxa lill-familji li jibagħtu lil uliedhom fiċ-ċentri ta’ matul il-jum, minn €1,000 għal €1,300 fis-sena.
5.8 Klabb 3-16
Apparti s-servizzi taċ-child-care li issa qed jidħlu sew fil-gżejjer tagħna, dan il-Gvern ħoloq iċ-ċentri Klabb 3-16 bil-għan li jakkomodaw lill-familja moderna u jagħtuha l-appoġġ fit-tqassim tal-ġurnata, u fl-istess ħin, it-tfal ikunu f’ambjent li jixbaħ lil dak tad-dar.
2 0 1 2
34
35
Il-Gvern ħoloq dawn ċentri bil-għan ukoll li jiffaċilita d-dħul tal-ġenituri, l-aktar in-nisa, fid-dinja tax-xogħol billi joffri li jżomm it-tfal fl-età bejn it-3 u s-16 il sena f’ambjent tajjeb u sigur fil-ħin li l-ġenituri jkunu fil-post tax-xogħol tagħhom.
Għalhekk, filwaqt li l-ġenituri jkunu x-xogħol, ikunu b’moħħhom mistrieħ li t-tfal tagħhom ikollhom min jindukrahom u fl-istess ħin dawn ikunu jistgħu jagħmlu l-homework tal-iskola u jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi, edukattivi u kulturali, immexxija minn nies professjonali.
Klabb 3-16 jiftaħ kuljum mis-2.15pm sas 6pm għat-tfal kemm mill-iskejjel tal-Gvern kif ukoll mill-iskejjel tal-knisja u indipendenti. Aktar minn hekk, dan il-klabb jiftaħ ukoll fil-vaganzi bejn is-7.15am u l-5.15pm.
Din l-inizjattiva kienet suċċess tant li minn tliet ċentri fl-2009, li kienu jilqgħu fihom 156 tifel u tifla, illum hemm sitt ċentri li fihom jattendu aktar minn 1,035 tifel u tifla. Dawn iċ-ċentri jinsabu B’Kara; il-Fgura; il-Mosta; San Pawl il-Baħar; Wied il-Għajn u ż-Żurrieq.
5.9 Għajnuna lill-Ġenituri li Jibagħtu lil Uliedhom fi Skejjel Indipendenti
Il-Gvern qiegħed jgħin ukoll lill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fl-iskejjel indipendent, b’żieda fit-tax credit, li jvarja minn €100 sa €700. Fil-fatt, fl-aħħar Baġit, din l-għajnuna żdiedet minn €1,200 għal €1,300 għat-tfal li jmorru f’day-centre, f’reception u f’kindergarten; minn €1,200 għal €1,600 għat-tfal li jattendu l-primarja, u minn €1,600 għal €2,300 għat-tfal li jmorru skola sekondarja.
5.10 Inċentivi Fiskali għal dawk li jibagħtu lil uliedhom fi programmi tal-isport u tal-arti
Wara li aktar kmieni f’din il-leġiżlatura nidejna inċentiv fiskali li jagħti tnaqqis fl-income tax lill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għall-programmi sportivi, minn din is-sena qed nestendu dan l-inċentiv għall-edukazzjoni kulturali. Għalhekk, dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal jattendu skejjel ta’ tagħlim kulturali jew kreattiv se jibbenefikaw ukoll minn tnaqqis ta’ €100 mid-dħul pagabbli għall-ispejjeż marbutin ma’ dawn il-korsijiet.
2 0 1 2
36
37
6. Biex ħadd ma jibqa’ lura
Il-Gvern jibqa’ kommess li jistinka biex iż-żgħażagħ tagħna jirnexxu lkoll billi jipprovdi l-għodod neċessarji. Iżda minkejja dawn l-opportunitajiet, nifhmu li xorta waħda jkollok faxxa ta’ nies li minħabba raġunijiet soċjali differenti, jaqtgħu lura u ma jkunux kapaċi jaħtfu dawn l-opportunitajiet. Għalhekk, il-Gvern joffri s-servizzi biex dawn in-nies ukoll ma jibqgħux dipendenti fuq l-istat u jkunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti.
Għalhekk il-Gvern dejjem saħaq fuq sistema soċjali robusta u sostenibbli, li mhux biss isservi ta’ wens għal min għandu l-bżonn, iżda li tgħolli ’l fuq mill-ġdid lil dawk li jaqgħu fir-riskju tal-faqar.
Għal dan il-għan, il-Gvern joffri għadd ta’ servizzi u programmi għaż-żgħażagħ u l-familji permezz tal-Aġenzija Appoġġ, l-Aġenzija Sedqa u l-Aġenzija Support.
6.1 Aġenzija Appoġġ – Supportline 179
Is-Supportline179 huwa servizz mogħti minn voluntiera mħarrġa b’mod professjonali, taħt superviżjoni kontinwa tal-istaff tal-Aġenzija Appoġġ. Minkejja li s-servizz huwa offrut fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum, wara l-ħinijiet tal-uffiċċju xorta waħda jkun hemm persuni professjonali on-call li l-voluntiera jistgħu jirreferu għalihom f’każ ta’ bżonn. Is-Support Line joffri s-support f’aktar minn 60 sitwazzjoni differenti, fosthom il-vjolenza domestika, l-abbuż fuq it-tfal, il-ħsibijiet għas-suwiċidju, is-solitudni, id-diffikultajiet emozzjonali, il-problemi ta’ mġiba, fost sitwazzjonijiet oħrajn. Kulħadd huwa liberu li juża din il-linja, kemm tfal kif ukoll adulti. Bejn Jannar u Diċembru 2010, il-voluntiera tas-Supportline 179 irċevew 16,446 telefonata, li 10,868 minnhom kienu ġenwini. Aktar minn hekk, bejn Jannar u Ġunju 2011, il-voluntiera tas-Supportline 179 irċevew 8,054 telefonata, li 5,589 minnhom kienu ġenwini minn persuni li kellhom bżonn informazzjoni jew support immedjat.
6.2 Kellimni.Com
L-Aġenzija Żgħażagħ issieħbet uffiċjalment ma’ Kellimni.Com. Dan huwa servizz onlajn li joffri appoġġ liż-żgħażagħ u l-adolexxenti li jkunu jixtiequ lil xi ħadd jismagħhom permezz tal-e-mail, iċ-chatlines u l-fora. L-iskop ta’ dan il-proġett huwa li jagħti l-opportunità liż-żgħażagħ jaqsmu l-ħsibijiet u l-ideat tagħhom online. Din l-inizjattiva hija parti mill-istrateġija tal-Gvern fuq l-informazzjoni għaż-żgħażagħ.
6.3 Youth In Focus: Biex nindirizzaw diffikultajiet relatati maż-żgħożija
Il-Youth In Focus huwa tim speċjalizzat fi ħdan l-Appoġġ, li twaqqaf f’Lulju tal-2010. Dan is-servizz jiltaqa’ maż-żgħażagħ li jkollhom problema ta’ mġiba, li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet relatati maż-żgħożija, fost l-oħrajn. Iż-żgħażagħ u l-persuni qrib tagħhom jirċievu l-counselling, gwida, kif ukoll jiġu rreferuti għal servizzi oħrajn, skont il-bżonn. Kull persuna jkollha pjan ta’ kura mfassal apposta li jista’ jilħaq il-bżonnijiet tagħha. Bejn Jannar u Diċembru tal-2010, dan is-servizz ħadem ma’ 260 każ, u din is-sena (2011), bejn Jannar u Ġunju, dan is-servizz ħadem mal-278 każ.
6.4 Looked-After Children: Biex insegwu lit-tfal li ma jkunux jgħixu mal-familja naturali tagħhom
Dan is-servizz jassigura li t-tfal li jkunu fl-età taħt it-18-il sena u li ma jkunux qed jgħixu mal-familja naturali tagħhom, ikunu segwiti regolarment bl-aħjar pjan ta’ kura skont il-bżonnijiet individwali tagħhom. Dan is-servizz huwa responsabbli għat-tfal kollha li huma protetti minn Ordni għall-Ħarsien, kemm jekk ikunu qed jgħixu f’istituzzjonijiet jew ma’ foster carers, u kemm jekk ikunu jgħixu mal-familija tagħhom. Fi Frar tal-2012, dan is-servizz kien qed jaħdem ma’ 370 persuna.
6.5 Fostering: Biex it-tfal jitrabbew fl-ambjent tal-familja
Il-Fostering jipprovdi l-opportunità lil dawk it-tfal u l-adolexxenti li l-familji tagħhom ikunu għaddejjin minn xi diffikultajiet, biex ikollhom ambjent familjari aħjar, u fejn ikun jista’ jkollhom l-imħabba u s-sigurtà li jkollhom bżonn.
Dawn it-tfal jibdew jgħixu flimkien ma’ familji oħrajn sakemm il-ġenituri naturali tagħhom ikunu lesti biex ikomplu jrabbuhom huma. B’hekk, dawn it-tfal ikollhom attenzjoni individwali mill-foster carers u jerġgħu jesperjenzaw l-imħabba u s-support li tagħti l-familja. Bejn Jannar u Diċembru tal-2011 kien hemm 259 tifel u tifla li jinsabu f’foster placement, filwaqt li hemm 228 foster carer. In-numru tal-foster carers mhux daqs in-numru tat-tfal fostered, minħabba li jkun hemm familji li jiffosterjaw iktar minn tifel wieħed jew tifla waħda. Bħalissa hemm madwar 120 tifel u tifla jistennew biex ikunu fostered.
6.6 Integrazzjoni tal-Persuni b’Diżabbiltà fid-dinja tax-Xogħol
Il-proġett Me2! qed jiġi kkoordinat mill-Aġenzija Support, fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, b’kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC), u l Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabbiltà. L-għan ewlieni tal-proġett Me2! huwa li jassisti lill-persuni b’diżabbiltà biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, u għalhekk biex itejbu l prospetti tagħhom tax-xogħol. Dan iservi biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom u huma jkunu aktar indipendenti. Għan ieħor tal-Me2! huwa li jiffaċilita r-relazzjoni bejn l-impjegati u l-persuni b’diżabbiltà, bil-għan ewlieni li jipprevjeni milli dawn il-persuni jkunu esklużi soċjalment.
Permezz tal-proġett Me2! Integration of persons with disability into the labour market, li tnieda f’Ġunju 2009, kienu megħjuna 430 persuna b’diżabbiltà. Tmien persuni b’diżabbiltà sabu impjieg full-time permanenti, 31 persuna b’diżabbiltà qed jingħataw l-appoġġ sabiex iżommu l-impieg attwali tagħhom, filwaqt li 21 persuna oħra, ukoll b’diżabbiltà, qed jingħataw taħriġ, bl-għajnuna ta’ istituzzjonijiet edukattivi bħall-MCAST, sabiex jakkwistaw ħiliet ġodda. Fl-istess ħin, 67 persuna b’diżabbiltà ngħataw iċ-ċans li jsegwu lil xi ħaddiema fuq postijiet tax-xogħol differenti. 10 persuni oħra b’diżabbiltà saħansitra kellhom esperjenza tax-xogħol fi Bristol, l-Ingilterra. L-etajiet ta’ dawn il-parteċipanti jvarjaw minn 16-il sena sa 55 sena.
6.7 Integrazzjoni taż-Żgħażagħ fis-Soċjetà
Il-proġett Embark for Life (E4L – ESF 3.61) huwa kkofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew, ikkoordinat mill-Aġenzija Sedqa u mill-Aġenzija Appoġġ, b’kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ u l-Awtorità tad-Djar.
L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jingħata s-support liż-żgħażagħ fl-età bejn is-16 u l-24 sena, li jkollhom bżonn is-support sabiex jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol u fis-soċjetà. Iż-żgħażagħ li diġà qed jibbenefikaw mis-servizzi tal-Aġenzija Sedqa u l-Aġenzija Appoġġ ukoll qed jingħataw iċ-ċans jibbenefikaw minn dan il-proġett. Sa Diċembru tal-2011 kienu diġà ntlaħqu 254 parteċipant, li 71 minnhom sabu impjieg.
Dawn iż-żgħażagħ qed jibbenefikaw minn sessjonijiet individwali flimkien ma’ Professional Youth Support Worker, fejn se jkunu qed jidentifikaw il-ħiliet u d-diffikultajiet tagħhom flimkien u jaraw liema aspetti f’ħajjithom ikollhom bżonn itejbu sabiex ikollhom aktar prospetti tax-xogħol. Qed ikollhom ukoll iċ-ċans jibbenefikaw minn taħriġ vokazzjonali, kif ukoll bl-għajnuna tal-ETC qed jiġu megħjuna jsibu prospetti tax-xogħol adatti għalihom. Min-naħa l-oħra, l-Awtorità tad-Djar tintervjeni u tissapportja f’każijiet fejn iż-żgħażagħ ikollhom bżonn akkomodazzjoni adegwata.
6.8 Niġġieldu l-Vjolenza Domestika
Il-vjolenza domestika hija pjaga soċjali oħra li għadha prevalenti fid-dinja moderna tal-lum. Din mhux biss tkisser lill-vittma, iżda wkoll lil dawk ta’ madwarha, fosthom it-tfal u l-adolexxenti. Għalhekk, l-Aġenzja Żgħażagħ daħlet fi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa biex flimkien, dawn jagħmlu kampanja sħiħa sabiex iż-żgħażagħ ikunu edukati fuq din il-materja.
2 0 1 2
38
39
6.9 Home Start
Il-Home-Start Malta ġie introdott mill-Aġenzija Appoġġ b’kollaborazzjoni mal-Home-Start International, u sponsorjat mill-HSBC Malta Foundation u l-Vodafone Malta Foundation. Huwa immirat għall-familji li jkollhom tifel jew tifla fl-età taħt il-ħames snin u li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet li minħabba fihom isibuha diffiċli jrabbu lil uliedhom. Fil-bidu beda jingħata servizz lil dawk il-familji li joqogħdu fl-inħawi tal-Kottonera, u gradwalment bdew jintlaqgħu familji minn lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Dan is-servizz jingħata bis-support tal-voluntiera mħarrġa b’mod professjonali li jżuru lill-familji fid-dar tagħhom stess, joffrulhom is-support u jgħinuhom biex jibnu ambjent ta’ familja. Bejn Jannar u Diċembru tal-2010, dan is-servizz ħadem ma’ 12-il familja.
6.10 Biex insaħħu l-ġlieda kontra l-vizzji
Il-vizzji tad-droga u l-alkoħol huma problemi ta’ ħafna żgħażagħ Ewropej, u Malta ma hix ħielsa minn dawn il-problemi. Dawn il-vizzji jaqbdu lill-vittma u lil dawk ta’ madwarha f’xibka ta’ problemi soċjal oħrajn.
Skont ir-riċerka li għamel grupp ta’ studenti fl-Università, joħroġ li f’Malta madwar 10 persuni jmutu b’overdose kull sena, u 40% tal-imwiet konnessi mad-droga jkunu ta’ persuni taħt l-età tal-25 sena.
Aktar minn hekk, din il-problema meta ssir vizzju tiġbed lill-vitma u lil dawk ta’ madwarha f’xibka ta’ problemi soċjali oħrajn.
Il-Gvern jemmen li l-prevenzjoni hija l-aħjar arma biex tiġġieled dawn il-problemi, u għalhekk permezz tal-Aġenzija Sedqa qed joffri diversi programmi ta’ prevenzjoni u programmi ta’ riabilitazzjoni sabiex il-persuna involuta toħroġ minn dawn il-vizzji.
6.10.1 Riabilitazzjoni mill-Vizzju tad-Droga
Bejn Jannar u Ġunju tal-2011 kien hemm 15-il żagħżugħ u żagħżugħa fl-età inqas minn 19-il sena, li għamlu użu mis-servizz tad-Detox, filwaqt li 23 oħra tal-istess età għamlu użu mis-servizz tad-Drugs Community Services. Barra minn hekk, matul is-sena li għaddiet (2010), kien hemm 14-il żagħżugħ u żagħżugħa fl-età inqas minn 19-il sena, li attendew il-programm tar-riabilitazzjoni mid-droga fil-Komunità Santa Marija.
6.10.2 Informazzjoni fl-Iskejjel
Matul is-sena akkademika jsiru bosta sessjonijiet mill-Aġenzija Sedqa ta’ taħdidiet informattivi f’diversi skejjel sekondarji dwar suġġetti varji, inklużi d-dipendenza teknoloġika, il-logħob tal-azzard, l-alkoħol, id-drogi, l-użu għaqli tal-mediċini, u d-delinkwenza. Waqt xi sessjonijiet, xi vittmi tal-abbuż jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-istudenti. Isiru taħdidiet għall-istudenti fl-iskejjel sekondarji. Bejn Jannar u Diċembru tal-2010 kien hemm 13-il taħdita, li għalihom attendew madwar 1,079 student u studenta, filwaqt li bejn Jannar u Ġunju tal-2011 kien hemm 9 taħdidiet, li għalihom attendew 710 studenti. Isiru wkoll laqgħat mal-ġenituri; kif ukoll laqgħat u seminars mal-għalliema.
Isiru wkoll ħidma u kollaborazzjoni matul is-sena akkademika, dejjem fuq prevenzjoni tal-vizzji, ma’ diversi organizzazzjonijiet tal-istudenti, inklużi l-Università ta’ Malta, il-Junior College, il-kunsill tal-istudenti tal-MCAST, u l-istudenti tal-ITS.
6.10.3 Sessjonijiet oħra tal-prevenzjoni tal-vizzji
Ingħataw sessjonijiet fuq il-prevenzjoni tal-vizzji waqt il-grupp tal-pre-adolexxenti li jiltaqa’ fil-Kumpless AĊĊESS, il-Birgu. Matul l-2010, attendew 13-il pre-adolexxent waqt dawn il-gruppi. Dan il-grupp kien organizzat mill-Cottonera Community Service tal-Aġenzija Appoġġ, b’kollaborazzjoni mas-Servizzi tal-Prevenzjoni tal-Aġenzija Sedqa. Permezz ta’ dan il-proġett, dawn il-pre-adolexxenti kellhom iċ-ċans jiżviluppaw il-ħiliet u l-abbiltajiet tagħhom b’mezzi ta’ edukazzjoni informali. Dan il-proġett qed jerġa’ jitwettaq din is-sena – bejn Jannar u Ġunju tal-2011 attendew 24 pre-adolexxent.
2 0 1 2
40
41
7. SPORT
Is-sena 2011 tat numru ta’ suċċessi sportivi, fosthom ir-rebħ tal-kampjonat mondjali fl-isparar minn William Chetcuti; ir-rebħ tal-kampjonat mondjali fil-Powerboats fl-Istati Uniti minn Aaron Ciantar; ir-rebħ ta’ diversi midalji fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Liechtenstein, u r-rebħ ta’ ħafna unuri mill-Ispecial Olympics; ir-rebħ tal-kampjonat mondjali mit-Tim Nazzjonali tal-pool ta’ taħt il-21 sena; ir-rebħ tal-kampjonat tal-Ewropa fil-bodybuilding minn Ralph Decelis u Blanche Coppola; ir-rebħ ta’ midalja tad-deheb fil-bowling fil-logħob tal-Mediterran minn Sue Abela, u r-rebħ tal-Middle Sea Race mill-crew tal-yacht Artie.
Dan is-suċċes fil-kamp sportiv kien ikkumplimentat ukoll b’serje ta’ policies, skemi u inizjattivi li kienu daqstant pożittivi għall-isport Malti.
7.1 Il-Viżjoni u l-Missjoni tal-Gvern fl-Isport
Il-Gvern jemmen li l-isport:
1. jgħin fil-formazzjoni tal-karattru taż-żgħażagħ tagħna
2. jikkultiva soċjetà fiżikament u mentalment b’saħħitha, u
3. huwa ta’ benefiċċju għall-ekonomija ta’ pajjiżna.
Attività sportiva mill-KMS fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera
Kien propju għalhekk li sa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura, il-Gvern poġġa t-tixtil ta’ kultura sportiva fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu.
It-twettiq tal-viżjoni u l-missjoni ta’ dan il-Gvern huwa mibni fuq sitt pilastri ta’ ħidma, li huma:
1. It-tisħiħ tal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) bħala awtorità regolatorja, li tippromovi prattiċi etiċi u professjonali fl-amministrazzjoni
2. Il-promozzjoni u l-provediment ta’ aktar programmi sportivi indirizzati għal kulħadd
3. It-tisħiħ tal-Atleti Nazzjonali, li jagħmluna kburin li aħna Maltin
4. Investiment akbar fil-faċilitajiet sportivi billi ntejbu dawk li għandna u billi nibnu oħrajn ġodda
5. It-tisħiħ tal-għaqdiet sportivi permezz ta’ skemi u inċentivi
6. It-tisħiħ fir-relazzjoni bejn l-isport u l-attività ekonomika ta’ pajjiżna biex nipprovdu għas-sostenibbiltà tal-isport.
7.2 Tisħiħ tal-Kunsill Malti għall-Isport
Mingħajr ma jinterferixxi fl-operat u fl-awtonomija tal-Organizzazzjonijiet Sportivi f’pajjiżna, il-Gvern qiegħed isaħħaħ il-Kunsill Malti għall-Isport bħala r-regolatur ewlieni tal-qasam sportiv f’pajjiżna.
Il-Gvern jibqa’ jemmen li din l-awtorità għandha tkun strutturata b’mod li toffri gwida, direzzjoni u sostenn lill-għaqdiet sportivi.
7.2.1 Reġistrazzjoni u Ċertifikazzjoni tal-Għaqdiet Sportivi mill-KMS
Matul is-sena li għaddiet, il-KMS kompla jżid n-numru ta’ organizzazzjonijiet sportivi rreġistrati miegħu. Dan għaliex ħafna aktar assoċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi qed jagħrfu l-ħtieġa li jkunu affiljati f’Awtorità li kull ma jmur qed tissaħħaħ.
Fil-fatt, fl-2011 kien hemm 344 entità sportiva rreġistrati mal-KMS, u 20 oħra qed ikunu pproċessati – żieda ta’ 35 entità sportiva fuq l-2010 u żieda ta’ 175, kważi d-doppju, fuq l-2008, minn meta bdejna l-proċess li nirreġistraw l-għaqdiet sportivi mall-KMS.
7.2.2 Professjonalità u Kontabbiltà:
Sa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura saret ħidma biex jogħlew l-istandards tal-operat u l-amministrazzjoni tal-għaqdiet sportivi. Għalhekk, bħala prekundizzjoni għar-reġistrazzjoni, il-KMS beda jesiġi statut demokratiku u accounts awditjati mill-għaqdiet sportivi biex jassigura strutturi ta’ trasparenza u kontabbiltà.
Bl-istess mod, l-għaqdiet sportivi rreġistrati qed ikunu mitluba jimxu bi standards għolja ta’ etika u ta’ fairplay.
7.2.2.1 Linji-Gwida għall-Protezzjoni tat-Tfal fl-Isport
F’Mejju tal-2011, il-KMS nieda politika għall-protezzjoni tat-tfal fl-isport, u qiegħed jesiġi li l-għaqdiet sportivi rreġistrati miegħu jibdew jaderixxu għalihom. Dan, biex jiġu stabbiliti prinċipji komuni għal prattika tajba fil-protezzjoni tat-tfal fl-isport u fl-attività fiżika, bil-għan li jinħoloq ambjent sportiv aktar sigur għat-tfal u għaż-żgħażagħ tagħna.
Dawn il-linji-gwida kienu tfasslu minn kumitat imwaqqaf apposta li rriċerka policies simili lil hinn minn xtutna, u wara, ressaqhom għall-konsultazzjoni mal-Assoċjazzjonijiet Sportivi u l-Kummissarju tat-Tfal.
2 0 1 2
42
43
7.2.2.2 Titwaqqaf l-Aġenzija Nazzjonali ta’ Kontra d-Doping
Ftit tal-ġimgħat ilu, pajjiżna rratifika żewġ konvenzjonijiet: Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-doping. Dan, wara li aktar kmieni, permezz ta’ Avviż Legali, twaqqfet l-Awtorità Nazzjonali li tirregola r-regolamenti tad-Doping, fi ħdan il-KMS.
Sussegwentement, ftit tal-ġimgħat ilu, twaqqfet ukoll in-National Anti-Doping Agency, li tinkludi: L-Anti Doping Commission, l-Anti Doping Disciplinary Board, l-Anti Doping Appeals Board u t-Therapeutic-Use Exemptions Committee. Dan, wara li aktar kmieni fil-leġiżlatura, il-KMS ġie rikonoxxut bħala n-National Anti Doping Organisation mill-World Anti Doping Agency (l-WADA).
Ġie impjegat ukoll Koordinatur tal-Aġenzija Nazzjonali ta’ kontra d-Doping, u matul din is-sena se jibdew isiru t-testijiet fuq pool ta’ atleti.
7.2.2.3 Coaching Policy
Issa l-pass li jmiss hu li titjieb ukoll il-kwalità tal-coaching billi jiżdiedu n-numru tal-coaches fil-gżejjer tagħna. Għal dan il-għan, kummissjoni tal-KMS qed tifformula abbozz, biex joħroġ għall-konsultazzjoni, ta’ kriterji u standards għall-kowċijiet tad-dixxiplini sportivi rreġistrati mal-KMS.
L-oġġettiv finali hu li jkun hemm kriterji minimi għal kull livell ta’ kowċing biex b’hekk il-kowċing f’pajjiżna jingħata rikonoxximent uffiċjali, u fl-istess ħin il-parteċipazzjoni fl-isport issir waħda ta’ kwalità akbar.
7.2.2.4 Integrità fl-isport
Issuktat il-ħidma tal-Gvern biex flimkien mal-pajjiżi Ewropej jinstabu s-soluzzjonijiet biex tiġi eradikata l-korruzzjoni mill-isport. Il-Gvern jemmen li biex l-isport jibqa’ mħares, jeħtieġ li tkun imħarsa l-integrità tiegħu. Il-korruzzjoni fl-isport mhux biss tmur kontra l-prinċipji tal-Fairplay u l-kompetizzjoni ugwali, iżda timmina l-kredibbiltà tal-isport u sussegwentement toħnoq il-popolarità tiegħu. Għalhekk, l-integrità tal-isport trid tkun kontinwament imħarsa mit-theddid ta’ kull xorta, bħall-match-fixing, il-logħob tal-azzard, id-doping u l-vjolenza. Flimkien mal-pajjiżi Ewropej, il-Gvern qed jaħdem biex isaħħaħ is-sistemi tal-monitoraġġ u biex jiġu stabbiliti l-linji-gwida bi proċeduri ċari ta’ sorveljanza u edukazzjoni flimkien ma’ qafas legali u investigattiv aktar robust.
2 0 1 2
44
45
7.3 Programmi Sportivi indirizzati għal Kulħadd
Il-Kunsill Malti għall-Isport kompla jsaħħaħ il-programmi sportivi tiegħu u joħloq programmi ġodda li jattiraw gruppi ta’ nies differenti. Matul din is-sena kien hemm żieda fil-programmi sportivi mtellgħin mill-KMS u żieda fil-programmi sportivi fl-iskejjel, imtellgħin mill-Isports Promotion Unit (SPU) fl-iskejjel.
Aktar minn hekk, wara li sentejn ilu l-Kunsill Malti għall-Isport nieda l-ewwel akkademja tiegħu fl-għawm, din issa ġiet estiża għal dixxiplini oħrajn, fosthom l-atletika u t-tiġrijiet taż-żwiemel.
7.3.1 Sport għal kulħadd
7.3.1.1 Inizjattivi sportivi għall-Kunsilli Lokali
Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) flimkien mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali nieda l-Iskema ta’ Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali. Din l-iskema hija intiża biex tħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali jorganizzaw u joffru liċ-ċittadini tal-lokal tagħhom attivitajiet sportivi u fiżiċi bil-għan li l-isport u l-attività fiżika jkunu aktar aċċessibbli għal kulħadd.
Ftit tal-ġimgħat ilu tqassmu l-kuntratti għar-raba’ edizzjoni ta’ din l-iskema.
Tixtil ta’ kultura sportiva
Bejn l-2009 u l-2011, 12,881 persuna pparteċipaw f’attivitajiet sportivi organizzati mill-Kunsilli Lokali permezz tal-Iskema ta’ Inizjattivi Sportivi, immexxija mill-Kunsill Malti għall-Isport. Fl-istess perijodu saru xejn anqas minn 332 attività sportiva, li ttellgħu mill-Kunsilli Lokali.
Sena Numru ta’ Kunsilli Lokali Numru ta’ Attivitajiet Numru ta’ Parteċipanti
2009 24 84 4,500
2010 27 138 3,530
2011 29 110 4,851
7.3.1.2 Il-Walking and Jogging Club
Wara l-ħinijiet tal-iskola, il-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel mhux biss qed jiftħu għall-għaqdiet sportivi, iżda wkoll għall-pubbliku b’mod ġenerali, li jkun irid jagħmel ħin ta’ mixi jew jogging f’dawn il-faċilitajiet, li qegħdin jinfetħu għall-pubbliku mingħajr ħlas.
Wara li fl-2010 bdiet tinfetaħ għall-pubbliku t-track tal-iskola ta’ San Injazju għall-mixi u l-jogging, l-ammont ta’ membri li qed jagħmlu użu, bla ħlas, minn din it-track issa qed ilaħħaq l-450. Fil-ġimgħat li għaddew intbagħtu l-applikazzjonijiet fil-lokalitajiet li jaqgħu taħt il-Kulleġġ San Benedittu biex iħajru lir-residenti ta’ dawn l-inħawi jagħmlu użu mit-trakka tal-mixi u l-jogging ta’ dan il-kulleġġ. Sa issa, diġà hemm kważi 300 persuna li talbu biex jissieħbu. Tlestew il-preparamenti biex ftit tal-ġranet oħra niftħu wkoll it-track tal-Kulleġġ Marija Reġina fil-Mosta. Bħalissa qed jintbagħtu l-brochures lir-residenti tal-madwar biex dawn ikunu nnotifikati bil-ftuħ ta’ din it-trakka, filwaqt li jitħeġġu jissieħbu membri mingħajr ħlas f’dan il-klabb.
7.3.1.3 Fitness Centre fil-Kumpless Sportiv f’Tal-Qroqq
Bħalissa, il-Kunsill Malti għall-Isport għandu kważi elfejn membru li qed jużaw il-kumpless sportiv f’Tal-Qroqq. Dawn il-membri jvarjaw minn persuni sportivi għall-pubbliku ġenerali, li jinkludi lill-istudenti universitarji.
Użu tal-Kumpless Sportiv tal-Qroqq
Membri tal-Gym u l-Pool 1,399
Membri tal-Pool 580
Total ta’ Membri 1,978
7.3.1.4 Outdoor Fitness Centre u High Ropes Course f’Ta’ Qali
Eluf ta’ tfal, żgħażagħ u familji qed jużaw l-Outdoor Fitness Centre f’Ta’ Qali, li qed jagħti ċ-ċans lin-nies jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku bla ħlas tul il-ġurnata kollha.
Mill-2009 ’l hawn, minn meta nfetaħ il-High Ropes f’Ta’ Qali, biswit l-outdoor fitness centre, kien hemm 4,121 parteċipant li ħadu sehem f’waħda mis-sessjonijiet tal-High Ropes Course. Dan il-High Ropes Course qed jiġi amministrat mill-Kunsill Malti għall-Isport.
Matul din il-leġiżlatura, il-Gvern iffinanzja wkoll high ropes facility oħra fil-campsite tal-iscouts f’Għajn Tuffieħa, li hi amministrata mill-iscouts stess u qed tintuża minn eluf ta’ tfal u żgħażagħ.
2 0 1 2
46
47
7.3.2 Sport fl-iskejjel: Schools-on-the-Move
Sabiex tixxettel il-kultura sportiva, il-Gvern qed jinvesti fl-għeruq bil-għan li titwettaq il-missjoni tiegħu li l-isport jiddaħħal fl-istil tal-ħajja tal-poplu Malti. Għal dan il-għan, sena wara l-oħra, il-Gvern qed isaħħaħ il-programmi sportivi fl-iskejjel. 7.3.2.1 Sport-Promotion Unit
Tliet snin ilu, twaqqfet Sport-Promotion Unit fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport, bil-għan li titnissel fit-tfal l-imħabba għall-isport, filwaqt li jkunu kkumplimentati l-lezzjonijiet tal-attività fiżika b’attività sportiva fl-iskejjel tal-istat.
Sena Skolastika Numru ta’ parteċipanti
2008/2009 9,000
2009/2010 17,000
2010/2011 31,116
2011/2012 31,343
7.3.2.1.1 Sena Skolastika 2008/2009
Fis-sena skolastika 2008/2009, permezz tal-programmi sportivi organizzati mill-Isport Promotion Unit, intlaħqu madwar disat elef (9,000) student.
7.3.2.1.2 Sena Skolastika 2009/2010
Wara s-suċċess fl-ewwel sena, dan il-Unit żdied għal 8 għalliema, u żied il-programmi offruti lill-istudenti. Matul din is-sena skolastika ħadu sehem madwar 17,000 tifel u tifla.
7.3.2.1.3 Sena Skolastika 2010/2011
Matul is-sena skolastika 2010-2011 l-Isport Promotion Unit organizzat diversi programmi, fosthom: Fundamental Basic Skills fil-Ġinnastika, fl-Atletika u fl-Għawm ma’ 3 kulleggi; diversi programmi indoor u outdoor u inter-school festivals għall-iskejjel primarji u sekondarji.
F’dawn il-programmi ħadu sehem madwar 31,116-il student mhux-esklussivi.
7.3.2.1.4 Sena Skolastika 2011/2012
Għal din is-sena skolasitka, dan il-Unit żdied fl-għalliema biex issa għandu 13-il għalliem, kif ukoll koordinatur / uffiċjal inkarigat.
Matul din is-sena skolastika 2011-2012, l-Isport Promotion Unit se jkun qed jorganizza programmi sportivi fid-disa’ kulleġġi ta’ Malta, li għandhom popolazzjoni ta’ 15,184 student fl-iskejjel primarji, u 12,816-il student fl-iskejjel sekondarji, għal total ta’ 28,000 student.
Din is-sena diġà hemm 31,343 student u studenta mhux-esklussivi li qed jipparteċipaw.
7.3.2.2 Il-programmi sportivi tal-KMS Sport Promotion Unit
Kull sena skolastika, l-Isport Promotion Unit qed itella’ programmi varji għal qabel, waqt u wara l-ħin tal-iskola.
7.3.2.2.1 Before School
Qabel il-ħin tal-iskola, il-Kunsill Malti għall-Isport, b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, reġa’ qed joffri l-programm Walking Bus, li huwa mmirat għat-tfal li jattendu l-iskola primarja. Dan il-programm jinkoraġġixxi lit-tfal biex imorru l-iskola bil-mixi filwaqt li jkunu akkumpanjati mill-ġenituri. Is-sena li għaddiet kien hemm biss żewġ lokalitajiet Għawdxin
li applikaw għal dan il-programm – in-Nadur u l-Għarb – li bejniethom ilaħħqu 42 student li qed jipparteċipaw.
Aktar attivitajiet sportivi fl-iskejjel
2 0 1 2
48
49
7.3.2.2.2 During School
Waqt il-ħinijiet tal-iskola, l-SPU qed ittella’ għadd ta’ programmi sportivi li jolqtu diversi dixxiplini u attivitajiet fiżiċi.
7.3.2.2.2.1 Festivals u Tournaments għall-iskejjel kollha
Mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura, l-SPU ħadem mill-qrib mal-Assoċjazzjonijiet Sportivi rreġistati mal-KMS biex huma jaħdmu mal-istudenti tal-iskejjel statali permezz ta’ festivals u tournaments fl-iskejjel.
Fil-fatt, matul is-sena skolastika 2010/11, saru festivals u tounaments f’diversi dixxiplini sportivi fl-iskejjel, inklużi l-Atletika; il-Basketball; il-Futsal; ir-Rugby u l-Volleyball, li għalihom ħadu sehem 4,333 student u studenta (mhux-esklussivi).
Matul din is-sena skolastika diġà saru 8 tournaments, li kellhom il-parteċipazzjoni ta’ 1,125 student u studenta.
7.3.2.2.2.2 Fundamental Basic Sport Skills
Dan il-programm għandu l-għan li l-istudenti fl-iskejjel primarji jkunu introdotti għal tipi varji ta’ sport u li minnhom jiksbu l-ħiliet bażiċi li jeħtieġu għal ħajjithom.
Dan il-programm qiegħed jgħin fit-tixtil tal-kultura sportiva, u għalhekk f’din is-sena skolasitka dan il-programm ġie estiż fuq l-erba’ snin tal-iskola primarja, fejn kull sena jsiru seba’ sigħat ta’ attività immirata speċifikament biex tissaħħaħ l-imħabba lejn l-attività fiżika u l-ħiliet bażiċi li huma bżonnjużi f’kull sport.
Fis-sena skolastika 2011-2012, għall-ewwel darba estendejna l-Fundamental Basic Sports Skills għall-istudenti tat-tieni sena tal-primarja. Dawn it-tfal qed jingħataw sezzjonijiet ta’ motor skills.
Għalhekk, għall-istudenti tat-tieni sena, qed nagħmlu sessjonijiet ta’ motor skills; għall-istudenti tat-tielet sena qed nagħmlu sessjonijiet ta’ ġinnastika; għall-istudenti tar-raba’ sena qed nagħmlu sessjonijiet fl-atletika, u għall-istudenti tal-ħames sena qed nagħmlu sessjonijiet fl-għawm.
Is-sena skolastika li għaddiet, f’dan il-programm kellna 6,384 student u studenta li pparteċipaw. Din is-sena skolastika diġà pparteċipaw 7,323 student u studenta.
7.3.2.2.2.3 College-Based Sports Activities
F’kull kulleġġ issa hemm assenjat għalliem li qed jaħdem biex l-għan tal-SPU jintlaħaq. Għal dan il-għan qed jiġu organizzati wkoll numru ta’ attivitajiet għall-istudenti tal-iskejjel primarji u sekondarji. It-tir hu li jiġu organizzati minimu ta’ tliet attivitajiet għal kull student. Fost l-attivitajiet f’dan il-programm qed isiru ABC Days; Multi Sport Days; Team Building Activities u Beach Games.
Matul is-sena skolasitka li għaddiet, 9,652 tifel u tifla ħadu sehem f’dan il-programm, filwaqt li din is-sena kien hemm 14,130 student u studenta mhux-esklussivi li ħadu sehem. 7.3.2.2.2.4 Outdoor u Adventure Activities
Programm li kiber ħafna f’dawn l-aħħar snin huwa l-Outdoor u l-Adventure Activities li qed isir biex iservi bħala mezz ta’ rikreazzjoni għall-istudenti u fl-istess ħin jagħtihom esperjenzi fiżiċi differenti u ta’ avventura. Dan il-programm idaħħal aktar l-attività fiżika fit-tfal bħala stil ta’ ħajja.
Fil-fatt, minn 400 student li ħadu sehem matul is-sena skolastika 2008/09, fis-sena skolasitka 2010/11 dan in-numru tela’ għal 6,392. Din is-sena skolastika, dan il-programm diġà ra l-parteċipazzjoni ta’ 4,409 studenti mhux-esklussivi.
2 0 1 2
50
51
7.3.2.2.2.5 Coaching Clinics:
Ġew introdotti wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ minn coaches ikkwalifikati li jintbagħtu fl-iskejjel mill-assoċjazzjonijiet,
fosthom coach full-time biex jagħmel promozzjoni tal-basketball; sezzjonijiet fl-iskejjel sekondarji tal-bniet fil-football
b’coach mibgħut mill-MFA, u erba’ coaches oħra full-time biex jagħmlu promozzjoni tar-rugby mill-MRFU.
Matul is-sena skolastika li għaddiet kien hemm 3,105 studenti li attendew għal dawn il-coaching clinics, filwaqt li din
is-sena skolastika diġà hemm 4,067 student u studenta mhux-esklussivi li qed jipparteċipaw.
7.3.2.2.3 After-School Sport Programme
Il-KMS ħaseb ukoll fil-ħinijiet ta’ wara
l-iskola, u matul is-sena li għaddiet ħeġġeġ
lill-istudenti tal-iskejjel primarji u sekondarji
biex jibqgħu attivi wara l-ħinijiet tal-iskola.
Dan sar permezz ta’ programmi sportivi
wara l-ħinijiet tal-iskola.
Matul is-sena skolastika 2010/2011 kien
hemm 9 kunsilli lokali li applikaw għall-
After-School Programme, li se jipparteċipaw
fih 459 student minn 10 skejjel differenti.
Għal din is-sena skolastika jidher li hemm 8
lokalitajiet u disa’ skejjel li qed jipparteċipaw
f’dan il-programm.
7.3.3 Programmi Sportivi tal-KMS
Apparti x-xogħol fl-iskejjel mill-SPU, il-KMS
għandu programmi sportivi oħra li jtella’
wara l-ħinijiet tal-iskola. Is-sena li għaddiet
kien hemm madwar 8,400 parteċipant
mhux-esklussiv fil-programmi tal-KMS.
Minn Ottubru 2011 sa Jannar 2012,
digà kien hemm 7,570 persuna li qed
jipparteċipaw f’dawn l-10 programmi
mtellgħin mill-KMS. Dawn huma Skola
Sport; Girls-on-the-Move; Summer-on-the-
Move; Active Youngsters; KMS Sports Fun;
Sports Buzz; Arti Sport; Sports-for-All; Senior
Citizens-on-the-Move u Programm Sportiv
mas-Soċjetà tal-MUSEUM.
2 0 1 2
52
53
7.3.3.1 SkolaSport
Din is-sena, il-programm SkolaSport ġie mifrux f’aktar ċentri madwar Malta, biex issa qed jingħata fil-Cottonera Sports
Complex, Cospicua; il-Marsa Sports Complex, il-Marsa; is-St. Benedict College, Boys Secondary School, Ħal Kirkop; is-St.
Claire College, Girls Secondary School, Pembroke; Tal-Qroqq Sports Complex, Tal-Qroqq; il-Badger Karting Club, Ta’ Qali; il-
B’Bugia Sailing Club, B’Bugia; il-BMX Track, Pembroke; l-Eden Super Bowl, St. Julians; il-Guardian Angel School, il-Ħamrun;
il-GymStars, Ħal Tarxien; L-Imsida Canoe Club, l-Imsida; il-Vikings Sailing Club, il-Belt Valletta; il-Vittoriosa Lawn Tennis
Club, Vittoriosa; u s-St. Ignatius College, Boys Secondary School Tal-Ħandaq. Minn Ottubru 2011 sa Jannar 2012, l-ammont
ta’ parteċipanti tfal u adulti kien rekord f’dawn l-aħħar 10 snin, u issa n-numru tal-parteċipanti jlaħħaq l-1,932.
7.3.3.2 Anzjani Attivi
Fl-2010 beda proġett pilota l-Mellieħa fejn l-anzjani setgħu jagħmlu
l-attivitajiet fiżiċi bi programm speċjali tal-KMS immirat għalihom.
Din is-sena, propju fis-sena Ewropea iddedikata għall-Anzjanità Attiva
(Active Ageing), dan il-programm se jiġi estiż fuq skala nazzjonali bi sħab
mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.
Dan il-programm qed ikun amministrat mill-Kunsill Malti għall-Isport u
jikkonsisti f’sessjonijiet ta’ mixi, għawm u eżerċizzji oħra għall-iżvilupp
tas-saħħa fiżika u tal-bilanċ, u t-tisħiħ tal-muskoli – attività li hi meħtieġa
għall-anzjani. L-inizjattivi li jagħmlu parti minn dan is-Senior Citizens-
On-The-Move huma l-Walkfit 60+, li qed ikun iffurmat minn easy walks,
darba fix-xahar; Swimfit 60+, li qed isir fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq; u
programm ieħor ta’ eżerċizzji għall-flessibbiltà, is-saħħa u l-bilanċ, li qed
jittella’ fi swali differenti fir-residenza San Vinċenz de Paule.
7.3.4 Skejjel tal-Isport mhux-governattivi
Apparti l-eluf ta’ tfal u żgħażagħ li jipparteċipaw fi programmi mtellgħin mill-Kunsill Malti għall-Isport, hemm tfal li
qed jagħmlu xi tip ta’ sport fl-iskejjel tal-isport privati u mhux-governattivi, bħan-nurseries tal-football li bejniethom
għandhom madwar 8,000 tifel u tifla, in-nurseries tal-basketball li għandhom għexieren ta’ tfal, u mal-iscouts, li minkejja
li mhumiex entità sportiva, dawn għandhom fi ħdanhom eluf ta’ tfal u żgħażagħ, u parti mill-attivitajiet li jkollhom
tirrikjedi ammont sostanzjali ta’ attività fiżika.
2 0 1 2
54
55
7.4 Elite Sport: Għall-Atleti Nazzjonali li jagħmluna Kburin
L-isport aċċessibbli għal kulħadd huwa importanti għal saħħet il-poplu Malti. Iżda dan hu tajjeb ukoll biex titwessa’ l-bażi – li hi diġà limitata bin-numru tal-popolazzjoni żgħira tagħna – minn fejn nagħżlu l-atleti nazzjonali li jirrappreżentawna. F’dawn l-erba’ snin ħadna diversi inizjattivi biex niżviluppaw u nappoġġaw l-atleti elite – li jipprattikaw l-isport bħala dixxiplina vera u propja.
Fil-fatt, f’dawn l-aħħar snin mhux biss ingħatat l-assistenza lill-Kumitat Olimpiku Malti, tnediet il-Youth Development Scheme u tnediet l-Isports Competition Leave lill-Atleti u lill-uffiċjali, iżda tnediet ukoll it-20/20 Sports Training Scheme għall-ħaddiema tas-settur pubbliku, u t-20/20 Sports Training Scheme għall-ħaddiema fis-settur privat. Is-sena li għaddiet twaqqfet Unit Sportiva fil-Forzi Armati ta’ Malta, u din is-sena qed inwaqqfu l-Iskola Nazzjonali tal-Isport u nagħtu scholarships għal min irid jispeċjalizza fl-isport.
Dan ifisser li l-Gvern qed jimxi pass pass mal-Atleti – mill-ewwel stadji tal-identifikazzjoni sal-iżvilupp tagħhom – sal-mumenti meta jibdew jikkompetu f‘livell internazzjonali u jagħmluna kburin. 7.4.1 Skola Nazzjonali tal-Isport
Mis-sena skolastika li jmiss, dawk l-istudenti promettenti li jridu jirnexxu u jagħmlu karriera fl-isports se jkunu jistgħu jitħarrġu fi skola sekondarja speċjalizzata li se tkun ċentru ta’ eċċellenza għall-attività sportiva. Din l-iskola se tkun qed tiftaħ opportunità oħra fejn iż-żgħażagħ tagħna jistgħu jsegwu l-ambizzjonijiet tagħhom u jirnexxu.
Din l-iskola se tkun qed tħarreġ lill-atleti promettenti fl-iżvilupp sportiv tagħhom, filwaqt li toffrilhom edukazzjoni akkademika ta’ kwalità għolja li tippermetti lill-istess studenti jkomplu bl-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom. B’dan il-mod, l-istudenti jibqagħlhom l-opportunità li jsegwu karrieri differenti jekk huma jkunu jixtiequ jew jekk in-neċessità tkun titlob hekk.
L-għan ta’ din l-iskola huwa li l-aktar żgħażagħ promettenti fl-isport ikollhom iċ-ċans li jiżviluppaw it-talenti sportivi tagħhom sa minn età bikrija, biex finalment jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom meta jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-kompetizzjonijiet internazzjonali.
Fl-iskola tal-isport l-istudenti jibqa’ jkollhom il-lezzjonijiet obbligatorji fil-kurrikulu bħat-tfal l-oħra. Iżda mal-Matematika, l-Ingliż, il-Malti u suġġetti akkademiċi oħrajn, ikollhom ħin iddedikat speċifikament għall-isport. Il-ħinijiet tal-lezzjonijiet ikunu flessibbli biżżejjed biex jakkomodaw it-taħriġ sportiv li jkun qed isir ukoll waqt il-ħin tal-iskola f’qafas ta’ ċentru ta’ eċċellenza għall-attività sportiva.
Wara studju tal-faċilitajiet preżenti, kien deċiż li l-Iskola Nazzjonali tal-Isport issir f’Ħal Kirkop. Dan għaliex f’din il-leġiżlatura, il-Gvern diġà investa madwar 11-il miljun ewro fl-iskola sekondarja tas-subien ta’ San Benedittu u fil-Kumpless Sportiv biswit, f’Ħal Kirkop. Aktar minn hekk, il-Gvern se jkun qed jinvesti madwar 7 miljun ewro oħra fi skola sekondarja ġdida tal-bniet fl-istess sit.
7.4.2 AFM Sports Unit
Is-sena li għaddiet twaqqfet ukoll unit sportiva mal-Forzi Armati ta’ Malta, li se tingaġġa atleti nazzjonali, li jistgħu jkunu full-time fit-taħriġ sportiv. Din l-iskema se tkun qed titħaddem fuq żewġ livelli ta’ taħriġ. Fl-ewwel livell is-suldat sportiv ikun qed jitħarreġ 20 siegħa fil-ġimgħa fl-isport tiegħu u 20 siegħa fil-ġimgħa fil-ħidma tal-Armata. Fit-tieni livell, is-suldat sportiv se jkun qed jitħarreġ fid-dixxiplina sportiva għal 40 siegħa sħaħ fil-ġimgħa. L-Armata se tkun qed tassenja fizzjal biex imexxi dan il-unit, filwaqt li l-Kunsill Malti għall-Isport se jkun qed jamministra din l-iskema.Wara li saru l-eżamijiet issa jmiss li jsiru l-intervisti u l-eżamijiet mediċi, biex finalment dawk l-atleti li jgħaddu, jiġu ingaġġati f’din l-iskema.
7.4.3 20/20 Sports Training Scheme (settur pubbliku)
Fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura ġiet varata t-20/20 Sports Training Scheme, li hija diretta għall-atleti li jaħdmu fis-settur pubbliku. Permezz ta’ din l-iskema, l-atleti nazzjonali li jippromettu jingħataw sa massimu ta’ 20 siegħa leave bil-ħlas fil-ġimgħa biex jitħarrġu fid-dixxiplina tagħhom skont il-programm tat-taħriġ professjonali ppreparat mill-kowċijiet u mill-għaqdiet sportivi rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport.
7.4.4 20/20 Sports Training Scheme (settur privat)
Is-sena li għaddiet ġiet estiża l-iskema tat-20/20 għall-atleti promettenti u ta’ klassi li jaħdmu mas-settur privat, li b’arranġament ma’ min iħaddimhom, jagħżlu li jnaqqsu l-ġimgħa tax-xogħol tagħhom biex jiddedikaw aktar ħin għat-taħriġ tagħhom. Dawn l-atleti qegħdin jingħataw il-ħlas mill-Gvern biex jagħmlu dan.
7.4.5 Sports Competition Leave
Dawk l-atleti u l-uffiċjali impjegati mas-settur pubbliku li jkunu se jirrappreżentaw lil pajjiżna f’tournaments u f’kungressi barra minn Malta, qed jieħdu leave bi ħlas. Għall-ewwel darba din is-sena, din l-iskema ġiet estiża wkoll għal dawk l-uffiċjali u l-atleti li jkunu se jikkompetu f’tournament internazzjonali li jsir f’Malta. Minn Jannar 2010 sa Diċembru 2010, il-Kunsill Malti għall-Isport irċieva u approva 186 talba, li bejniethom ħadu 925 ġurnata leave bi ħlas. Fl-2011 kien hemm 185 talba għal 914-il ġurnata sports leave, li minnhom ġew approvati 817-il ġurnata. Minn dawn l-avvenimenti kien hemm 21 li saru Malta, u 151 li saru barra minn Malta.
7.4.6 Youth Development Scheme
Permezz tal-Youth Development Scheme qed tingħata l-għajnuna finanzjarja lit-tfal u ż-żgħażagħ li jippromettu biex ikomplu t-taħriġ tagħhom f’livell professjonali.
7.4.7 Kumitat Olimpiku Malti
Fis-sena 2011, il-Kumitat Olimpiku ingħata pakkett ta’ €440,000 bħala assistenza mill-Gvern biex ikompli jgħin fl-iżvilupp tal-atleti, u anki bħala għajnuna għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, li sar f’Liechtenstein. Dan, lil hinn mill-assistenza finanzjarja li jkunu diġà ħadu l-għaqdiet sportivi permezz ta’ skemi oħrajn. Għal din is-sena, il-KMS alloka pakkett ta’ €394,681. L-ammont dejjem ikun akbar fis-sena tal-parteċipazzjoni fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Għall-ewwel darba, il-KMS se jalloka assistenza oħra lill-MOC għall-parteċipazzjoni fl-Olimpjadi, li din is-sena se jsiru fl-Londra.
7.4.8 Scholarships għall-Isportivi
Biex jiżdied il-livell tal-professjonalità fl-isport, minn din is-sena (2012) se jibdew jingħataw scholarships għall-isportivi. Dan kollu qiegħed jagħti l-opportunità biex iż-żgħażagħ jirnexxu f’kull karriera u vokazzjoni li jagħżlu.
7.4.9 SportMalta Awards: L-Għażliet Sportivi Nazzjonali 2011
Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Kunsill Malti għall-Isport u l-Għaqda Ġurnalisti Sport organizzaw iċ-ċelebrazzjoni Nazzjonali tal-IsportMalta Awards: l-Għazliet Sportivi Nazzjonali. Attività bħal din tirrikonoxxi l-isforzi magħmula mill-komunità sportiva Maltija. Din l-attività llum saret waħda prinċipali fil-kalendarju sportiv fil-gżejjer tagħna u waħda li fiha l-protagonisti huma l-isportivi.
L-attivitajiet marbutin ma’ din l-attività bdew minn jiem qabel, meta l-atleti nnominati għall-awards ħadu sehem fl-attivitajiet mat-tfal tal-iskola biex jippromovu l-isport bħala stil ta’ ħajja.
Għas-serata finali ta’ din is-sena attenda l-eks player Nazzjonali Taljan u ta’ Juventus, Antonio Cabrini, bħala l-mistieden speċjali. Din l-edizzjoni tal-IsportMalta Awards, l-Għażliet Sportivi Nazzjonali, intrebħet minn Danica Bonello Spiteri, atleta tat-Triathlon.
2 0 1 2
56
57
Sport Malta Awards: l-għażliet Sportivi Nazzjonali 2011
7.5 Faċilitajiet Sportivi ta’ Kwalità
Il-Gvern stqarr kemm-il darba li jifhem u jirrikonoxxi li biex inxettlu l-kultura sportiva, u allura biex inwessgħu l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżna fl-isport u l-attività fiżika, jeħtieġ ikollna aktar faċilitajiet sportivi.
Il-Gvern jibqa’ kommess li jagħmel l-aħjar użu mill-faċilitajiet eżistenti u mill-art allokata speċifikament għall-isport, filwaqt li jibqa’ jibni faċilitajiet sportivi oħra biex jakkomodaw dixxiplini varji.
Is-sena li għaddiet tlesta l-Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop, fl-aħħar erba’ snin saru 33 pitch ġdid tal-futbol, u din is-sena se nkunu qed ninvestu f’aktar pitches tal-football, fi trakka tal-motorsport, u f’aktar outdoor gyms.
7.5.1 Kumplessi Sportivi tal-KMS
7.5.1.1 Kumpless Sportiv tal-Kottonera
Fl-aħħar snin sar investiment fl-immodernizzar tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera biex issa dan il-Kumpless ġie ċċertifikat mill-UEFA biex jospita l-logħob internazzjonali tal-Futsal. Dan il-Kumpless jilqa’ fih ukoll diversi attivitajiet sportivi oħra bħall-volleyball, il-badminton, il-karate tradizzjonali, l-aerobics u l-yoga.
F’dan il-kumpless, f’Awwissu tas-sena 2010 ġie organizzat għall-ewwel darba f’pajjiżna, wieħed mis-seba’ gruppi preliminari tal-UEFA Cup, u f’Ottubru tal-2011, it-Tim Nazzjonali Malti ħa sehem f’tournament ta’ ħbiberija. Fl-istess kumpless, fl-2011, ġew organizzati wkoll kampjonati internazzjonali tal-judo u tal-bodybuilding, fost l-oħrajn.
7.5.1.2 Kumpless Sportiv Tal-Qroqq
Il-Kumpless Sportiv Tal-Qroqq jilqa’ fih il-Pixxina Nazzjonali, il-Fitness Centre u Padiljun multipurpose, li jilqa’ fih it-taħriġ u l-kompetizzjonijiet tal-Handball, it-Table Tennis, il-Basketball u d-DanceSport, fost l-oħrajn. Il-Gvern baqa’ jsostni
2 0 1 2
58
59
l-ispiża ta’ madwar €1.7 miljun fis-sena għall-operat ta’ dan il-kumpless. In-nefqa biex jissaħħan l-ilma tal-pixxina titla’ mijiet ta’ eluf ta’ ewro waħedha. F’dawn l-aħħar tliet snin saret ukoll spiża ta’ aktar minn €500,000 biex isir titjib fuq l-apparat tal-pixxina u tal-Fitness Centre. Il-kwalità tal-ilma u tas-saħħa u s-sigurtà tal-atleti u t-tfal ħadu prijorità fuq it-tisbiħ f’dan l-investiment.
Flimkien mal-għaqdiet sportivi qed naraw li matul din is-sena li jmiss ikompli jsir titjib sostanzjali ieħor f’dan il-kumpless. Ix-xogħol li sar u li qed isir fil-kumpless ivarja minn xogħlijiet strutturali ġenerali u xogħlijiet fix-showers, għal xogħlijiet li saru fit-titjib tal-isquash courts, estensjoni oħra tal-Fitness Centre, u l-bini u t-twaqqif ta’ akkademja tal-Isnooker. Fl-istess waqt qed issir riorganizzazzjoni tal-operat u l-management tal-kumpless.
7.5.1.2.1 Titjib ġenerali u riformi fil-Kumpless Tal-Qroqq
Fil-fatt, matul l-2011 bdiet tingħata aktar awtonomija lill-ASA fit-tmexxija tal-Pixxina. Din il-ħidma u l-bidla fil-mentalità tal-operat trid twassal lill-KMS biex tqis lill-ASA aktar bħala sħab milli bħala klijent.
Fost it-titjib li sar kien hemm refurbishment fir-Reception tal-Kumpless, il-ftuħ ta’ Kafeterija u dehra ġenerali ferm aktar attraenti.
F’Marzu ta’ din is-sena (2012) bdiet titħaddem ukoll is-sistema tal-Access Control li tħabbret is-sena li għaddiet. Dan, wara li din is-sena sar investiment f’sistema ta’ Access Cards għall-membri kollha tal-Pixxina u l-Fitness Centre. Permezz ta’ din is-sistema, apparti li se tiżdied is-sigurtà, tkun tista’ tinħareġ statistika aħjar għall-immaniġjar aktar effiċjenti tal-faċilità.
Fitness Centre fil-Kumpless Sportiv f’Tal-Qroqq
7.5.1.2.2 Il-Pixxina f’Tal-Qroqq
Fil-Pixxina Nazzjonali saru lanes ġodda għat-taħriġ u għall-kompetizzjonijiet tal-għawm, billi nbidlu dawk qodma li kien ilhom jintużaw għal aktar minn sentejn.Saru wkoll xogħlijiet ta’ tiswija fiċ-Changing Room, kif ukoll fl-outdoor showers u xogħlijiet oħra fl-East Block, fejn numru ta’ kmamar kienu rranġati u huma lesti biex jingħataw lill-ASA b’kera ssussidjata.
7.5.1.2.3 Il-Fitness Centre f’Tal-Qroqq
Ftit taż-żmien ilu, dan il-Fitness Centre ġie mmodernizzat u kienu installati aktar Big Screen TVs filwaqt li r-reception u r-relaxation area kienu mgħammra wkoll bl-arja kkundizzjonata. Fil-preżent beda x-xogħol fuq l-estensjoni tal-Fitness Centre minħabba l-fatt li n-numru tal-membri qiegħed dejjem jikber.
Matul is-sena 2012 se jiġi inawgurat gym għat-tfal, li se jkun imgħammar b’tagħmir li huwa adatt għat-tfal u għall-adolexxenti.
7.5.1.2.4 Akkademja tal-Isnooker
F’dan il-kumpless ukoll bdew ix-xogħlijiet strutturali biex flimkien mal-Malta Billiards and Snooker Association tinfetaħ Akkademja tal-Isnooker.
2 0 1 2
60
61
Minbarra li l-logħba tal-isnooker hija waħda popolari fil-gżejjer tagħna, tatna wkoll riżultati tajbin f’livell dinji u Ewropew. Din l-akkademja se titwaqqaf mill-KMS wara li nħass li kien hawn nuqqas ta’ post adegwat fejn it-tfal u ż-żgħazagħ Maltin setgħu jmorru jitħarrġu f’din id-dixxiplina.
7.5.1.2.5 Titjib u żieda fin-numru tal-Isquash Courts
Ftit tal-ġimgħat ilu tlesta wkoll x-xogħol tat-tiswijiet fiż-żewġ squash courts li hemm fil-Kumpless Sportiv f’Tal-Qroqq, li sar minn esperti Ingliżi intiżi f’dan il-qasam, biex issa dawn l-isquash courts reġgħu bdew jintużaw mill-isportivi u mill-pubbliku li jżur dan il-kumpless. Aktar minn hekk, il-Kunsill Malti għall-Isport laħaq ftehim mal-Università ta’ Malta biex wara l-ħinijiet tal-Università u fil-Ħdud u l-festi pubbliċi, il-KMS juża l-faċilitajiet tal-Università, u permezz ta’ investiment mill-KMS, isir użu minn żewġ squash courts oħra. Dan wassal biex l-isportivi u l-pubbliku b’mod ġenerali qed ikollhom aċċess għall-erba’ squash courts f’dan il-kumpless.
7.5.1.3 Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop
Is-sena li għaddiet (2011) tlesta x-xogħol fuq il-Kumpless Sportiv il-ġdid ta’ Ħal Kirkop, li seħħ b’investiment ta’ 3.5 miljun ewro. Il-Kumpless beda jilqa’ fih il-mijiet tat-tfal li jattendu l-Kulleġġ San Benedittu matul il-ħin tal-iskola.
Wara l-ħin tal-iskola u fi tmiem il-ġimgħa, il-Kumpless qed jilqa’ diversi għaqdiet sportivi. F’dan il-kumpless se jkun qed isir it-taħriġ tal-futsal, il-badminton, l-arti marzjali, u ż-żfin, fost l-oħrajn, filwaqt li qed jospita l-kampjonat u t-taħriġ tan-netball. B’dan il-mod se jiġi ikkreat aktar spazju għal-logħba tal-handball, li issa qed tokkupa aktar ħin fil-Kumpless Sportiv Tal-Qroqq.
Fl-aħħar ġimgħat tal-2011 beda jiġi organizzat il-kampjonat nazzjonali tan-netball f’dan il-Kumpless.
7.5.1.3.1 – Shooting Simulator għall-prattika professjonali
Aktar minn hekk, fl-aħħar ġimgħat ukoll il-KMS daħal fi ftehim mal-Malta Shooting Sport Federation u investa f’shooting simulator. Dan, wara li l-Federazzjoni talbet lill-KMS biex jinxtara shooting simulator professjonali għat-taħriġ tal-atleti Maltin. Dan l-apparat, apparti mill-isportivi Maltin se jkun qed jintuża wkoll mill-istudenti tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, kif ukoll mill-istudenti li jkunu qed jipparteċipaw fl-akkademja tal-isparar, li se tkun qed titmexxa minn Jimmy Bugeja, il-kowċ Nazzjonali tal-Isparar.
7.5.1.3.2 Fitness Centre
Il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop huwa mgħammar ukoll b’Fitness Centre li qed jiġi operat minn operatur privat. Il-fitness centre huwa modern u joffri varjetà sħiħa ta’ apparat tal-gym li jinkludi l-fixed weights machines, zona għall-free weights u l-cardio vascular machines. Dan il-fitness centre qiegħed joffri alternattiva oħra lill-pubbliku ta’ din iz-zona kif jistgħu jżommu ruħhom attivi fiżikament.
7.5.1.4 Ta’ Qali Outdoor Fitness Centre u Adventure Park
7.5.1.4.1 Outdoor Fitness Centre
Fl-2010, il-Gvern fetaħ outdoor gym and fitness centre f’Ta’ Qali għaliex ħass għatx kbir mill-pubbliku għal faċilità bħal
din, li tkun miftuħa 24 siegħa kuljum u mingħajr ħlas.
Dan il-proġett sar biex aktar nies jitħajru jaqbdu stil ta’ ħajja attiva.
F’dan il-fitness centre, persuna tista’ tagħmel work-out komplut, jew tilgħab 5-a-side football, volleyball u basketball fil-
multi-purpose pitch.
Bħalissa għaddej il-proċess biex din is-sena jinbnew erba’ outdoor gyms oħra, li huma ippjanati li jsiru l-Mellieħa, Ħal
Qormi, Ħ’Attard u Ħaż-Żabbar.
7.5.1.4.2 High Ropes Course
Minbarra l-outdoor gym, il-Kunsill Malti għall-Isport jamministra wkoll il-high ropes courses li ġew inawgurati fi tmiem
l-2009 fl-Adventure Park, f’Ta’ Qali.
2 0 1 2
62
63
7.5.2 Skejjel bħala Ċentri Sportivi: Għall-Isportivi u għall-Pubbliku
Il-Gvern hu impenjat li jipprovdi faċilitajiet sportivi lill-istudenti tal-iskejjel filwaqt li jiftaħ l-istess faċilitajiet sportivi
għall-għaqdiet sportivi wara l-ħinijiet tal-iskola.
Il-Gvern qiegħed jibni skola ġdida kull sena. Dawn l-iskejjel state-of-the-art qed ikollhom ukoll faċilitajiet sportivi ta’
kwalità għolja. L-iskejjel il-ġodda tal-Ħandaq, ta’ Bormla, Ħal Kirkop, il-Mosta u diversi skejjel oħrajn, illum għandhom
faċilitajiet tajbin li mhux biss jakkomodaw lit-tfal matul il-jum skolastiku, iżda wkoll lill-komunità sportiva u lokali wara
l-ħin tal-iskola.
L-istudenti ta’ dawn l-iskejjel jużaw il-faċilitajiet sportivi matul il-jum skolastiku għat-taħrig mill-għalliema tal-
Edukazzjoni Fiżika, kif ukoll għal diversi programmi sportivi tal-Isport Promotion Unit waqt u wara l-ħin tal-iskola.
Sal-lum hemm 34 għaqda sportiva – li jvarjaw minn futbol, għal basketball, il-volleyball, l-atletika u l-arti marzjali – li
jużaw il-faċilitajiet ta’ 16-il skola tal-istat biex jipprattikaw l-isport tagħhom wara l-ħin tal-iskola u fi tmiem il-ġimgħa.
Tnax minn dawn l-għaqdiet għażlu wkoll li jinvestu madwar €1,500,000 fil-faċilitajiet sportivi tal-iskejjel.
High Ropes f’Ta’ Qali
7.5.3 Għajnuna lill-Għaqdiet Sportivi biex jiżviluppaw il-Faċilitajiet tagħhom
Fl-istess waqt li l-Gvern qiegħed jinvesti fil-faċilitajiet tiegħu u jfittex sieħba privati biex jinvesti f’oħrajn, huwa qiegħed ukoll iħeġġeġ u jgħin lill-għaqdiet sportivi biex jinvestu fil-faċilitajiet tagħhom. Dan qed jagħmlu permezz ta’ diversi skemi, fosthom li jgħaddi l-art pubblika lill-għaqdiet sportivi, jagħti sussidju ta’ 95% fuq il-kirjiet tal-art pubblika, għajnuna finanzjarja mill-Kunsill Malti għall-Isport u l-Fond għall-Kawżi Ġusti, u inċentivi fiskali li jħallsu lura 15.25% tan-nefqa totali tal-proġett.
7.5.3.1 Trasferiment ta’ Artijiet lill-Għaqdiet Sportivi
Fl-aħħar xhur, il-Gvern għadda 21 biċċa art pubblika oħra lil 18-il għaqda, biex issa l-għaqdiet sportivi li jgawdu minn art pubblika telgħu għal 115, u bejniethom qed igawdu minn total ta’ 129 biċċa art pubblika, b’valur ta’ kważi 47 miljun ewro.
It-trasferiment ta’ dawn l-artijiet jixhed il-fiduċja tal-Gvern fl-Għaqdiet Sportivi u qiegħed jafdahom bir-responsabbiltà li jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi pubbliċi fdati lilhom fl-aqwa interess tal-komunità sportiva u tal-poplu Malti.
7.5.3.2 33 Ground tal-Football u dsatax oħra fil-ħmistax-il xahar li jmiss
Mill-2008 lil hawn żviluppajna 33 ground tal-futbol biex igawdu minnhom l-isportivi kif ukoll 9,000 tifel u tifla u żagħżugħ u żagħżugħa.
Il-Gvern permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport u l-Good Causes Fund daħal fi sħab mal-Malta Football Association, li ġabet fondi mill-UEFA, biex ikunu żviluppati 33 ground tal-futbol.
Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Gvern reġa’ ffirma ftehim mal-MFA biex flimkien se jkunu qed jinvestu €9 miljun oħra ħalli 20 tim ieħor tal-football ikollhom il-ground bil-ħaxix sintetiku ġdid.
L-għan tal-Gvern u tal-MFA hu li sa sentejn oħra kull klabb tal-football f’Malta jkollu l-ground tiegħu jew tal-anqas il-jedd ta’ użu ta’ ground modern u bil-ħaxix sintetiku.
33 pitch tal-football ġdid
2 0 1 2
64
65
7.5.3.3 Faċilitajiet ġodda għat-taħriġ tal-Basketball
Il-Gvern permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport daħal fi sħab mal-Malta Basketball Association biex isir żvilupp ta’ faċilitajiet ġodda għat-taħriġ tal-basketball, fosthom biswit il-padiljun tal-basketball f’Ta’ Qali. Il-faċilità f’Ta’ Qali se tkun qed issir b’investiment ta’ madwar €800,000 – somma li tinkludi l-valur tal-art u l-ispiża għall-bini.
7.5.3.4 Motor Sport: Trakka tal-Karting
Għall-2012, il-Gvern ivvota €350,000 għal trakka tal-motorsport. Dan iċ-ċirkwit se jkun adegwat għat-taħriġ u l-kompetizzjonijiet tal-Karting, li jakkomoda wkoll lil Mini Motos, il-Quad Bikes, il-Motards, l-Iscooters, kif ukoll iservi ta’ użu għal dawk il-vetturi li jipparteċipaw fil-Hill Climbs u d-Drifting. Meta dan iċ-ċirkwit jitlesta, il-Motorsport lokali jkun jista’ jħares ’il quddiem b’ottimiżmu kbir u jkun wieħed mill-kontributuri ewlenin fit-turiżmu sportiv għal pajjiżna.
7.5.3.5 Xogħlijiet ta’ tisbiħ fil-Pitches tal-Boċċi
Matul l-2011 ġie varat proġett flimkien mal-ETC permezz tal-Community Works Scheme u l-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi, bil-għan li jsir titjib fil-pitches tal-boċċi. Sa issa sar xogħol ta’ titjib fuq 25 pitch tal-boċċi. Il-pjan finali hu li jsir titjib fil-35 pitch tal-boċċi madwar Malta u Għawdex.
7.5.3.6 Żewġ pixxini ġodda f’Għawdex u f’Birżebbuġa
F’Għawdex sar xogħol ta’ ppjanar biex tinbena pixxina indoor u faċilitajiet sportivi oħra annessi mal-kumpless sportiv hemmhekk. Bħalissa, il-Ministeru ta’ Għawdex qed jaħdem l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi marbuta mal-ħruġ għall-offerti, u malli jkunu lesti jkunu jistgħu jibdew jinħarġu t-tenders għall-bini tal-pixxina.
F’Birżebbuġa, il-Ministeru tal-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed jiffinalizza t-tender għal pixxina oħra, u la darba jkun hemm l-approvazzjoni tal-fondi jiġi ppubblikat l-ewwel tender tal-bażi (struttura fuq l-ilma) tal-waterpolo club. La darba tkun lesta l-bażi, ikun jistà jiġi ppreparat it-tieni tender.
7.5.4 Kunċetti Innovattivi b’Investiment tal-Privat
Aktar ma jogħla l-livell tal-faċilitajiet sportivi, aktar se jikbru l-pressjoni u l-ispiża biex matul is-snin dawn il-faċilitajiet
jinżammu fi stat tajjeb. Faċilitajiet tajba jirrikjedu prattiċi tajbin u aktar professjonali. Għalhekk hu importanti li dejjem
ikun segwit il-kunċett ta’ sostenibbiltà fl-isport u jsiru sforzi akbar biex l-isport jibda jaħseb għal metodi aħjar ta’
amministrazzjoni u ta’ awto-finanzjament, li sussegwentement joffru aktar indipendenza.
Il-Gvern qiegħed għalhekk jipprova jinċentiva lis-settur privat biex jinvesti wkoll fis-settur sportiv. Dan huwa dak li qed
jipprova jagħmel fil-Marsa u l-Whiterocks. Il-kunċett huwa wieħed innovattiv għal pajjiżna u allura jeħtieġ iż-żmien
tiegħu biex jiġi mirqum.
7.5.4.1 Kumpless Sportiv tal-Marsa
Matul l-2011, il-KMS ħareġ sejħa għall-Espressjoni tal-Interess (EoI) għall-iżvilupp ta’ kunċett għall-Marsa Sports Village.
Il-Marsa Sports Village huwa maħsub biex jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà finanzjarja tal-isports permezz ta’
investiment bi sħab mal-privat. B’hekk ikun qed jiġi sfruttat il-potenzjal kummerċjali tal-art allokata għall-iżvilupp,
jitkabbar it-turiżmu sportiv, jiżdied id-dħul finanzjarju għall-pajjiż u jinħolqu impjiegi ġodda.
2 0 1 2
66
67
Min-naħa tiegħu, l-investitur prospettiv se jkollu l-obbligu li jiżviluppa l-faċilitajiet sportivi skont l-istandards
internazzjonali kif speċifikat mill-għaqdiet sportivi involuti, filwaqt li jieħu ħsieb l-operat u l-manutenzjoni tagħhom
matul is-snin. L-iżviluppatur prospettiv se jkun obbligat ukoll li jipprovdi spazji miftuħa għall-mixi, il-ġiri u ċ-ċikliżmu, li
se jkunu miftuħa għall-pubbliku bla ħlas.
Il-KMS ħareġ Expression of Interst minflok tender propju biex jippermetti ċertu livell ta’ flessibbiltà, biex l-investitur
jistabbilixxi hu l-parametri tal-investiment.
Ħames żviluppaturi potenzjali ħallsu biex ġabru d-dokument uffiċjali tal-EoI. Dawn l-iżviluppaturi attendew ukoll
għal żjara fis-sit u l-laqgħa ta’ informazzjoni. Tlieta mill-ħames żviluppaturi talbu għal perijodu ta’ estensjoni ta’ erba’
ġimgħat fuq id-data tal-għeluq. Madankollu, u minkejja dan l-interess inizjali, l-ebda wieħed minn dawn l-iżviluppaturi
ma ssottometta proposta sad-data tal-għeluq.
Il-KMS stieden lill-investituri potenzjali biex jiddiskutu suġġerimenti dwar kif l-EoI tista’ tittejjeb u ssir aktar attraenti,
filwaqt li jinżammu l-benefiċċji għall-komunità sportiva u l-pajjiż b’mod ġenerali.
Sadattant, il-Gvern xorta waħda baqa’ jtejjeb il-faċilitajiet tal-Marsa, u dawn il-faċilitajiet sportivi tal-KMS ingħaqdu
taħt kappa ta’ manager komuni biex ikunu assigurati ħidma aktar effiċjenti u servizz aħjar għall-isportivi. Il-ħidma fil-
Korsa taż-Żwiemel f’dawn l-aħħar snin tixhed l-impenn qawwi mill-KMS u l-Gvern, u fuq kollox mill-Kunsill tal-Marsa
biex imexxu dan l-isport taż-żwiemel ’il quddiem. Fil-fatt, bħalissa bl-għajnuna tal-KMS qed tiġi rrinovata t-tinda tal-
ispettaturi, kif ukoll qed jiġi żviluppat parkeġġ temporanju f’dik li hi magħrufa bħala Pitch 5.
7.5.4.2 White Rocks Sports and Leisure Village
Il-Gvern, fi spirtu ta’ trasparenza sħiħa, kien għażel li jħabbar li kellu jibda negozjati ma’ xi investituri barranin dwar
proġett potenzjali fl-inħawi tal-White Rocks. Il-Gvern jibqa’ kommess li bi sħab mal-privat jiżviluppa l-White Rocks Sports
& Leisure Village bħala villaġġ sportiv mill-aqwa għall-isportivi Maltin u għad-dixxiplini sportivi li dan jista’ jilqa’ fih.
Il-kunċett ta’ dan il-proġett huwa li tiġi integrata flimkien l-attività sportiva ma’ dik kummerċjali u turistika, b’mod li
joħloq valur miżjud għall-familji Maltin, għall-komunità sportiva u għall-pajjiż kollu. Aktar minn 40 dixxiplina sportiva
u eluf ta’ żgħażagħ u familji Maltin huma pproġettati li jgawdu mill-iżvilupp ta’ dan il-proġett.
In-negozjati ħadu aktar milli mixtieq. Madankollu, il-Gvern huwa kommess li ma jagħlaqx in-negozjati qabel ma
jassigura li l-investiment potenzjali fiz-zona tal-WhiteRocks ikun tal-aktar benefiċċju possibbli għall-isportivi, għaż-
żgħażagħ u għall-familji Maltin.
7.6 Tmien miljun ewro u 26 skema ta’ assistenza għall-għaqdiet sportivi
Il-Gvern iqis lill-Għaqdiet Sportivi bħala s-sieħba tiegħu biex jilħaq l-għanijiet li identifika, u għalhekk huwa ddeterminat li jaħdem dejjem aktar magħhom.
Fis-sena li jmiss, l-għaqdiet sportivi se jerġgħu jgawdu minn xejn anqas minn 26 skema u mhux anqas minn somma rekord ta’ €8 miljun ewro f’assistenza – żieda ta’ aktar minn żewġ miljun ewro fuq 2011.
Is-26 skema ta’ assistenza huma dawn: 1. Equipment Assistance Scheme; 2. Sports Scholarships; 3. Tneħħija tat-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq il-vetturi sportivi; 4. Tnedija ta’ pjanċa waħda għas-sidien tal-karozzi klassiċi; 5. Tnaqqis tat-taxxa lil dawk il-kumpaniji li jisponsorjaw l-għaqdiet sportivi rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport; 6. Refużjoni tat-taxxa lill-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom f’nurseries sportivi rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport; 7. Refużjoni ta’ 15.25% lill-għaqdiet sportivi rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport li jagħmlu investimenti kapitali fil-faċilitajiet tagħhom; 8. 20/20 Training Scheme – Settur Pubbliku; 9. 20/20 Training Scheme – Settur Privat; 10. Sports Competition Leave; 11. Sports Personnel Scheme; 12. AFM Scheme; 13. Olympic Sport Scheme; 14. Doping-Control Scheme; 15. Elite Athletes Training Scheme fil-Fitness Centre Tal-Qroqq; 16. Facility-Improvement Scheme; 17. Facility-Maintenance Scheme; 18. Non-Olympic Sport Scheme; 19. Professional-Services Scheme; 20.School Sport-Facilities Scheme; 21. Venue-Assistance Scheme; 22. Youth-Development Scheme; 23. Sports-Initiatives Scheme for Local Councils; 24. Sports-Tourism Scheme; 25. Sports-Tourism Scheme: Gozo; 26. Refużjoni ta’ 15.25% lill-għaqdiet sportivi rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport li jixtru apparat sportiv.
2 0 1 2
68
69
7.6.1 Skema għall-Appart Sportiv
Is-sena li għaddiet (2011), il-Gvern ta’ għotja ta’ 15.25% tan-nefqa fuq apparat sportiv mixtri minn organizzazzjonijiet sportivi li huma rreġistrati mal-KMS. Dan, biex l-organizzazzjonijiet sportivi jinvestu fl-iżvilupp tal-atleti tagħhom.
7.6.2 Scholarships fl-isport
Din is-sena, il-Gvern qed jivvota s-somma ta’ €100,000 għall-boroż ta’ studju fl-isport. Din hija inizjattiva oħra mill-Gvern biex isaħħaħ il-valur tal-isport billi jagħmlu aktar professjonali.
Fil-fatt, bħalma fis-snin li għaddew il-Gvern ta boroż ta’ studju fl-arti, minn din is-sena se nkunu qed nagħtu boroż ta’ studju fl-isport biex l-istudenti Maltin ikollhom iċ-ċans jitgħallmu suġġetti akkademiċi relatati mal-isport. L-għan tal-Gvern hu li jinvesti fit-tagħlim tal-professjonisti fl-isport, anki barra minn pajjiżna.
7.6.3 Motor Sport: Skema ta’ vetturi sportivi
Skema oħra li bdiet fl-2011 għad-dilettanti tal-motorsport, hija dik fejn tneħħiet it-taxxa tar-reġistrazzjoni minn fuq il-vetturi sportivi biex jintużaw f’racing tracks u f’inħawi oħra approvati mit-Transport Malta u mill-Kunsill Malti għall-Isport.
7.6.4 Motor Sport: Skema għall-vetturi Klassiċi
Is-sena li għaddiet (2011) daħlet skema oħra ta’ inċentivi għall-motorsport li permezz tagħha, id-dilettanti tal-vetturi klassiċi jkollhom pjanċa tar-reġistrazzjoni waħda għall-vetturi klassiċi tagħhom. Din l-iskema, li għandha l-potenzjal li tinċentiva s-sidien ta’ madwar 2,000 vettura klassika, fetħet fil-ġimgħat li għaddew.
Boroż ta’ studju fl-isport
7.6.5 Benefiċċji għal dawk li jisponsorjaw l-isport
Inċentiv ieħor kien dak għall-kumpaniji li jagħtu sponsorships lill-għaqdiet sportivi rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport, jew għall-attivitajiet sportivi approvati mill-KMS, fejn l-ammonti li jkunu ngħataw bħala sponsorship, jistgħu jitnaqqsu mid-dħul taxxabbli tagħhom. Matul l-2011 kien hemm 3 għaqdiet sportivi li bbenefikaw minn din l-iskema.
7.6.6 Inċentivi fiskali għall-ulied li jattendu n-nurseries
Qed jingħata wkoll inċentiv fiskali għall-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom f’nurseries u akkademji tal-isport irreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport, fejn qed igawdu minn tnaqqis, sa massimu ta’ €100 fuq il-miżati mid-dħul taxxabbli. Għas-sena 2011, għal din l-iskema daħlu total ta’ 553 applikazzjoni għal 694 tifel u tifla. Permezz ta’ din il-miżura, il-familji Maltin iffrankaw €17,261 mit-taxxa.
7.6.7 Benefiċċju fiskali fuq xogħol strutturali fil-faċilitajiet sportivi
L-għaqdiet sportivi li għamlu xogħol ta’ natura strutturali fil-faċilitajiet sportivi li jamministraw, ingħataw lura ħmistax punt tnejn ħamsa fil-mija (15.25%) tal-ispiża kapitali kollha li għamlu. Matul l-2011 kien hemm 8 għaqdiet sportivi li għamlu investiment ta’ aktar minn €1 miljun, u ħadu lura €155,304 f’refużjoni.
7.6.8 20/20 Sport Training Leave: Settur Pubbliku
Il-Gvern nieda l-iskema 20/20 Sport Training Leave għall-atleti li jaħdmu fis-settur pubbliku. Permezz ta’ din l-iskema, l-atleti nazzjonali li jippromettu u li jaħdmu fis-settur pubbliku, ingħataw sa massimu ta’ għoxrin siegħa leave bi ħlas fil-ġimgħa biex jitħarrġu fid-dixxiplina tagħhom skont programm ta’ taħriġ professjonali ippreparat mill-kowċijiet u l-għaqdiet sportivi rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport.
2 0 1 2
70
71
Din l-iskema ġiet imnedija fi proġett pilota mal-MFA u mal-Kumitat Olimpiku fl-2008. Fil-fatt, kien hemm seba’ atleti li bbenefikaw minn din l-iskema fil-preparamenti tagħhom għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Ma’ dawn kien hemm żewġ players tat-tim nazzjonali tal-football, li wkoll gawdew minn din l-iskema.
Fl-2011 kien hemm 14-il atleta li qed jibbenefikaw minn din l-iskema. Ma’ dawn hemm numru ieħor ta’ atleti li qed jistennew l-approvazzjoni biex jiġu rrilaxxati taħt din l-iskema.
7.6.9 20/20 Sport Training Leave – Settur Privat
Mis-sena li għaddiet, l-iskema tat-20/20 Sport Training Leave ġiet estiża għas-settur privat, u l-Gvern qiegħed iħallas il-paga pro-rata tal-ħin li l-atleta jagħmel jipprattika d-dixxiplina sportiva tiegħu.
F’din l-ewwel sena tal-iskema hemm 6 atleti li qed jibbenefikaw minnha.
7.6.10 Sports Competition Leave
Il-Gvern baqa’ jagħti l-leave bi ħlas lil dawk l-atleti li jaħdmu maċ-Ċivil u li jipparteċipaw f’avvenimenti internazzjonali barra minn Malta. Iżda mill-2011 din l-iskema ġiet estiża wkoll għal dawk l-avvenimenti sportivi internazzjonali li jiġu organizzati f’pajjiżna. Fl-2011 kien hemm 185 talba għal 914-il ġurnata sports leave, li minnhom ġew approvati 817-il ġurnata. Minn dawn l-avvenimenti kien hemm 21 li saru f’Malta, u 151 li saru barra minn Malta.
7.6.11 Impjegati on-loan ma għaqdiet sportivi
L-impjegati tas-Servizz Pubbliku jiġu assenjati mal-għaqdiet sportivi biex jgħinuhom fl-amministrazzjoni tagħhom. Matul din is-sena, il-Gvern ħallas il-pagi ta’ 14-il ħaddiem tal-Gvern li ġew assenjati full-time ma’ dawn l-għaqdiet sportivi. Din l-iskema reġgħet ġiet estiża għal sena oħra u minnha se jerġgħu jibbenefikaw l-għaqdiet sportivi.
7.6.12 AFM Scheme
Fl-2011 ħabbarna l-iskema li permezz tagħha l-alteti nazzjonali jidħlu fil-Forzi Armati ta’ Malta biex jitħarrġu fid-dixxiplina sportiva tagħhom waqt il-ħin tax-xogħol. B’hekk, il-Gvern se jkun qed iħallas il-pagi ta’ numru ta’ atleti li xogħolhom jista’ jkun full-time fuq taħriġ u kompetizzjonijiet sportivi.
7.6.13 Olympic Sports Scheme
Il-KMS tassisti lill-Assoċjazzjonijiet Sportivi Olimpiċi fil-preparazzjoni tagħhom għall-kompetizzjonijiet. Din l-assistenza tingħata lill-Kumitat Olimpiku Malti.
7.6.14 Doping Control Scheme
Skema li tassisti lill-għaqdiet sportivi nazzjonali fil-programmi tagħhom dwar il-kontroll tad-doping. Il-KMS jgħin permezz ta’ fondi għat-testijiet li jsiru f’laboratorju lliċenzjat mill-IOC u għax-xiri tad-doping control kits.
7.6.15 Elite Athletes-Training Scheme
Il-Kunsill Malti għall-Isport jalloka numru ta’ memberships f’gyms lill-għaqdiet sportivi biex jallokawhom lill-atleti elite tagħhom għat-taħriġ u l-preparazzjonijiet tekniċi.
7.6.16 Facility-Improvement Scheme
Il-KMS jassisti lill-għaqdiet sportivi li jkunu se jtejbu l-faċilitajiet tagħhom billi joħroġ perċentwal mill-ispiża jew jidħol bħala sieħeb fil-proġett.
7.6.17 Facility-Maintainance Scheme
Il-KMS jassisti lill-għaqdiet sportivi li jkunu se jagħmlu xi xogħol ta’ tiswija fil-faċilitajiet tagħhom, kemm permezz ta’ għajnuna finanzjarja kif ukoll permezz ta’ xiri ta’ materjal u self ta’ ħaddiema.
7.6.18 Non-Olympic Scheme
Skema li tassisti lill-assoċjazzjonijiet sportivi mhux-Olimpiċi fil-preparazzjoni tagħhom għall-kompetizzjonijiet.
7.6.19 Professional-Services Scheme
Il-KMS jassisti lill-organizzazzjonijiet sportivi billi jgħinhom jħallsu lill-professjonisti għall-proġetti li jkollhom, bħal periti, inġiniera u konsulenti oħrajn.
7.6.20 School-Facilities Scheme
Il-KMS, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Servizzi Edukattivi, jidħol fi ftehim mal-għaqdiet sportivi biex dawn ikunu jistgħu jużaw il-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel wara l-ħinijiet tal-iskola.
7.6.21 Venue-Assistance Scheme
Il-KMS joffri rati ssussidjati lill-għaqdiet sportivi meta dawn jużaw il-faċilitajiet amministrati minnha għall-kompetizzjonijiet, għat-taħriġ u l-laqgħat.
7.6.22 Youth-Development Scheme
Il-KMS jassisti l-atleti żgħażagħ fl-età bejn it-8 u l-21 sena sabiex jiżviluppaw il-ħiliet sportivi tagħhom.
7.6.23 Local Council Sports-Initiatives Scheme
Din l-iskema tassisti lill-Kunsilli Lokali sabiex jorganizzaw l-attivitajiet u l-inizjattivi sportivi għall-komunità tagħhom.
7.6.24 Sports-Tourism Scheme
Il-KMS, flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, jassisti lill-għaqdiet sportivi li jġibu lejn pajjiżna turisti sportivi billi jagħtihom sa massimu ta’ €5 għal kull bednight li jġibu.
7.6.25 Sports-Tourism Scheme: Gozo
Il-Kunsill Malti għall-Isport jgħin ukoll lil dawk l-għaqdiet sportivi li jorganizzaw attivitajiet sportivi f’Għawdex.
7.6.26 National Sports-Organisations Equipment Scheme
Il-KMS jassisti lill-għaqdiet sportivi nazzjonali fix-xiri ta’ apparat, kemm sportiv kif ukoll amministrattiv.
7.6.27 Skema ta’ refund fuq ir-roti
Wara s-suċċess tal-iskema fl-2009, is-sena li għaddiet erġajna nidejna l-iskema ta’ refużjoni ta’ 15.25%, li ma taqbiżx il-€150 f’kull każ fuq xiri ta’ roti.
Fl-1 ta’ Dicembru 2008, 1,920 persuna ngħataw bejniethom sussidju ta’ €73,955. Matul l-2011, 900 persuna ħadu dan l-inċentiv.
2 0 1 2
72
7.7 Ekonomija u Sport
Iżda minkejja li l-għajnuna finanzjarja mill-Gvern ma’ tistax tiġi eliminata mill-formola tal-isport, jeħtieġ li l-isport Malti ma jibqax jiddependi, kważi totalment, fuq dan it-tip ta’ finanzjament.
Jeħtieġ li tkun ikkreata ekonomija madwar l-isport, li żżid il-professjonalità, iżżid l-investiment, toħloq l-impjiegi u tkun kapaċi tiffinanzja l-attività sportiva. B’dan il-mod, il-komunità sportiva tkun tista’ tiggwadanja minn riżorsi li qabel ma’ setgħetx tisfrutta.
7.7.1 Il-baġit għall-isport irdoppja f’din il-leġiżlatura
Il-baġit tal-isport, f’din il-leġiżlatura żdied sostanzjalment.
Fil-fatt, in-nefqa rikorrenti vvutata għall-isport żdiedet minn €3,905,000 is-sena li għaddiet għal €4,235,000 din is-sena. Dan ifisser żieda ta’ €330,000 fuq is-sena li għaddiet. Din in-nefqa kważi irduppajt miż-€2,385,000 li kienu vvutati fl-2008.
Dan l-ammont ma jinkludix il-finanzjament tal-kirjiet tal-art lill-għaqdiet sportivi; l-iskola nazzjonali tal-isport u anki l-SPU, li huma ffinanzjati fil-parti l-kbira mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, il-fondi allokati lill-isport mill-Good Causes Fund u l-inċentivi fiskali tal-Ministeru tal-Finanzi, il-bini ta’ faċilitajiet sportivi fl-iskejjel, il-leave li jingħata għat-taħriġ u l-kompetizzjonijiet; il-ħaddiema assenjati mal-għaqdiet sportivi; u l-finanzjament tal-faċilitajiet sportivi minn Ministeri oħra, bħall-Pixxina f’Għawdex, u l-football pitch u l-waterpolo pitch ta’ B’Bugia, kif ukoll it-trakka tal-Motorsport mit-Transport Malta.
Għalhekk, il-vot tal-isport għal din is-sena mhux biss żdied iżda jmur oltre mill-vot tal-Ministeru għall-Isport u jinkludi diversi inizjattivi sportivi fi ħdan Ministeri oħrajn permezz ta’ diversi skemi u proġetti oħra mqassmin ma’ diversi Ministeri. Fil-fatt, l-assistenza lill-għaqdiet sportivi din is-sena se titla’ minn 5.5 miljun ewro fl-2011 għal 8 miljun ewro din is-sena.
Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li qed jagħmlu pajjiżi oħrajn fl-isport – dawn qed inaqqsu l-baġit fl-isport. Fil-fatt, il-Gvern Taljan naqqas il-baġit tal-CONI (Comitato Olimpico Nazionale Italiano) b’aktar minn €40 miljun.
7.7.2 Turiżmu Sportiv
Biex tinħoloq ekonomija madwar l-attività sportiva, il-Gvern qed jinċentiva l-ħolqien ta’ niċċa ta’ Turiżmu Sportiv li tattira lejn pajjiżna l-kompetizzjonijiet, it-taħriġ fit-training camps, is-seminars u l-kompetizzjonijiet.
Fl-aħħar snin, pajjiżna tbiegħed mill-kunċett tas-sun-and-sea tourist u beda jibni niċeċ ġodda ta’ turiżmu. Inbniet in-
niċċa tad-diving, li ġabet lejn pajjiżna mal-50,000 turist; inbniet in-niċċa tat-tagħlim tal-Ingliż; niċċa tal-Kultura, u issa
l-Gvern qed jaħdem biex jibni niċċa ta’ turiżmu sportiv li sservi l-aktar fix-xhur tax-xitwa.
7.7.2.1 Skema Turiżmu Sportiv: Edizzjoni 2009
Għall-edizzjoni tal-2009, taħt din l-iskema, il-Gvern ivvota mitt elf ewro (€100,000) lil dawn l-għaqdiet sportivi li
bejniethom se jkunu organizzaw 35 attività bis-sehem ta’ sportivi internazzjonali.
Matul is-sena 2009, tnejn u għoxrin (22) għaqda sportiva ġabu lejn Malta madwar tnejn u għoxrin elf (22,000) bednight.
Meta wieħed jagħmel ftit kalkoli, jirriżulta li dawn l-avvenimenti ħallew f’Malta mal-wieħed punt tnejn miljun ewro
(€1.2 miljun).
7.7.2.2 Skema Turiżmu Sportiv: Edizzjoni 2010
Għas-sena 2010, il-Gvern kien kabbar l-investiment tiegħu f’din l-iskema bid-doppju u nofs, għal mitejn u ħamsin elf
ewro (€250,000) in-nefqa tiegħu fuq din l-iskema.
Fil-fatt, f’din is-sena konna rajna r-riżultati u permezz ta’ din l-iskema l-għaqdiet sportivi attiraw lejn pajjiżna 42,000
bednight u ġġeneraw fl-ekonomija Maltija kważi €2.3 miljuni.
7.7.2.3 Skema Turiżmu Sportiv: Edizzjoni 2011
Għas-sena 2011, il-Gvern ivvota €250,000 oħra. Din is-sena kompla jikber l-interess mill-għaqdiet sportivi, li qed jaraw
potenzjal f’din l-idea innovattiva li nibtet f’din il-leġiżlatura, tant li fl-2011 ġibna lejn Malta madwar 70,000 bednight.
7.7.2.4 Skema Turiżmu Sportiv: Edizzjoni 2012
Il-Gvern tant jemmen f’din l-skema li għat-tieni darba f’din il-leġiżlatura reġa’ saħħaħ il-vot ta’ din l-iskema b’żieda ta’
€100,000 fuq is-sena ta’ qabel, biex issa, għas-sena d-dieħla se nkunu qed nallokaw mat-€350,000.
7.7.2.5 Skema Turiżmu Sportiv: Għawdex
Għall-ewwel darba, fl-2010, il-Gvern nieda wkoll skema ta’ turiżmu sportiv f’Għawdex.
F’sentejn ġew organizzati attivitajiet internazzjonali fil-gżira Għawdxija, fosthom il-Gozo Grand Sprint u attività
internazzjonali tat-table football.
Din is-sena, il-Gvern se jkompli wkoll b’din l-iskema li irnexxielha tattira turiżmu intern u estern f’Għawdex.
7.7.3 Avvenimenti Sportivi Internazzjonali
Matul l-2011, il-Gvern investa f’avvenimenti oħra kbar li kienu attirati lejn pajjiżna, bħalma huma r-Rolex Middle Sea
Race, il-kampjonat tal-Powerboats u l-Valletta Grand Prix, fost l-oħrajn, li wkoll għandhom potenzjal ta’ branding għal
pajjiżna.
2 0 1 2
74
7.7.4 Regatta Nazzjonali u Tiġrijiet tal-Imnarja
Bl-istess mod, l-isport tradizzjonali tar-Regatta u dak tal-Imnarja, filwaqt li joffru żvog lid-dilettanti lokali, jistgħu wkoll ikunu ta’ attrazzjoni għat-turisti li jżuruna jekk nibqgħu nsostnu t-titjib fl-organizzazzjoni ta’ dawn l-avvenimenti minn wieħed dilettantesk għal organizzazzjoni aktar professjonali.
Bil-għan li dan l-isport jingħata aktar importanza u jkollu l-appoġġ sħiħ mill-Gvern, il-KMS ħa f’idejh l-organizzazzjoni tar-Regatta f’Marzu tal-2010. Il-Gvern jemmen li r-reġatta, flimkien ma’ attivitajiet sportivi u kulturali oħra, isservi ta’ vetrina internazzjonali għal pajjiżna.
Segretarjat Parlamentari għaż-Żghażagh u Sport
www.education.gov.mt
Ħidma tal-Gvern 2008 – 2013