Gilju Rebbieh Dicembru 2012

12
il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 24 Diċembru 2012 Il-Banda Sagra Familja waqt it-tieni Akkademja Mużikali tagħha ġewwa l-Knisja Par - rokkjali ta’ San Ġużepp tal-Kalkara, nhar l-Aħħar Erbgħa ta’ San Ġużepp, 27 ta’ Ġunju 2012. Surmast Direttur Ġdid għall-Banda Sagra Familja Eżattament nhar it-Tlieta 4 ta’ Settem- bru 2012 ġie ffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu Mro. Twanny Borg ġie formalment appuntat bħala Surmast Direttur tal-Banda Sagra Familja. Mro. Borg kien ilu sa mill- aħħar ġranet tax-xahar ta’ Frar iservi bħala Assistent Surmast tal-Banda u aktar tard ħa f’idejh ukoll it-tagħlim tal-allievi tas- sezzjoni ramm. Din id-deċiżjoni ttieħdet fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà li saret nhar il-Ħadd 2 ta’ Settembru, fejn ġie deċiż li kien wasal iż-żmien li jinħatar Surmast Direttur ġdid għall-Banda Sagra Familja. Twanny Borg twieled fl-20 ta’ Ot- tubru 1980 u fl-1994 ħareġ idoqq il-baxx mal-Banda Nicolò Isouard tal-Mosta. » 3 Ħidma kbira fuq Proġetti tal-Armar Propju wara li għaddiet il-festa ta’ San Ġużepp 2012, bdiet ħidma intensiva fuq proġetti ġodda tal-armar, fosthom ir-restawr ta’ diversi kolonni antiki li sa- ritilhom ħafna ħsara matul iż-żmien bl- elementi naturali. Eżattament kif daħal l-armar kollu f’postu ġewwa l-maħżen tal-armar, saret laqgħa għal dawk kollha interessati li jagħtu sehmhom fil-ħidma tal-armar. Din il-laqgħa kienet immexxija minn Pierre Magro, Delegat tal-Armar u matulha ġie diskuss programm sħiħ ta’ ħidma fuq l-armar. Matul ix-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru, Pierre Magro bl-għajnuna ta’ diversi persuni fosthom Vince Pace, ħa ħsieb li jiġu rrestawrati l-kolonni tal-Papa Ljun XIII, tal-anġlu tal-banda u taż-żwieġ. Dan minbarra li sar restawr estensiv fuq il- bradella u l-pedestall li jintużaw waqt id-dimostrazzjoni tal-vari ta’ San Ġużepp u tas-Sagra Familja. Dan ir-restawr sar minn Pierre Magro stess, filwaqt li d- disinn, sfumar, induratura u pittura saru minn Ryan Stivala. Dan ix-xogħol wassal biex il-bradella u l-pedestall ħadu dehra ġdida u aktar attraenti. » 2

description

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

Transcript of Gilju Rebbieh Dicembru 2012

Page 1: Gilju Rebbieh Dicembru 2012

il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 24 Diċembru 2012

Il-Banda Sagra Familja waqt it-tieni Akkademja Mużikali tagħha ġewwa l-Knisja Par-rokkjali ta’ San Ġużepp tal-Kalkara, nhar l-Aħħar Erbgħa ta’ San Ġużepp, 27 ta’ Ġunju 2012.

Surmast Direttur Ġdid għall-Banda Sagra FamiljaEżattament nhar it-Tlieta 4 ta’ Settem-bru 2012 ġie ffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu Mro. Twanny Borg ġie formalment appuntat bħala Surmast Direttur tal-Banda Sagra Familja. Mro. Borg kien ilu sa mill-aħħar ġranet tax-xahar ta’ Frar iservi bħala Assistent Surmast tal-Banda u aktar tard ħa f’idejh ukoll it-tagħlim tal-allievi tas-sezzjoni ramm. Din id-deċiżjoni ttieħdet fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà li saret nhar il-Ħadd 2 ta’ Settembru, fejn ġie deċiż li kien wasal iż-żmien li jinħatar Surmast Direttur ġdid għall-Banda Sagra Familja. Twanny Borg twieled fl-20 ta’ Ot-tubru 1980 u fl-1994 ħareġ idoqq il-baxx mal-Banda Nicolò Isouard tal-Mosta. » 3

Ħidma kbira fuq Proġetti tal-ArmarPropju wara li għaddiet il-festa ta’ San Ġużepp 2012, bdiet ħidma intensiva fuq proġetti ġodda tal-armar, fosthom ir-restawr ta’ diversi kolonni antiki li sa-ritilhom ħafna ħsara matul iż-żmien bl-elementi naturali. Eżattament kif daħal l-armar kollu f’postu ġewwa l-maħżen tal-armar, saret laqgħa għal dawk kollha interessati li jagħtu sehmhom fil-ħidma

tal-armar. Din il-laqgħa kienet immexxija minn Pierre Magro, Delegat tal-Armar u matulha ġie diskuss programm sħiħ ta’ ħidma fuq l-armar. Matul ix-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru, Pierre Magro bl-għajnuna ta’ diversi persuni fosthom Vince Pace, ħa ħsieb li jiġu rrestawrati l-kolonni tal-Papa Ljun XIII, tal-anġlu tal-banda u taż-żwieġ. Dan

minbarra li sar restawr estensiv fuq il-bradella u l-pedestall li jintużaw waqt id-dimostrazzjoni tal-vari ta’ San Ġużepp u tas-Sagra Familja. Dan ir-restawr sar minn Pierre Magro stess, filwaqt li d-disinn, sfumar, induratura u pittura saru minn Ryan Stivala. Dan ix-xogħol wassal biex il-bradella u l-pedestall ħadu dehra ġdida u aktar attraenti. » 2

Page 2: Gilju Rebbieh Dicembru 2012

żewġ pavaljuni ta’ Triq is-Sienja minn Mario Baldacchino u l-isfumar tal-aħħar pavaljun ta’ Triq ir-Rnella minn David Borg.

Min-naħa tal-Kummissjoni Żgħażagħ bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-proġett ewlieni dak tat-trufej il-ġodda għal Pjaz-za Sagra Familja. Dan is-sett ta’ trufej qed isir fuq disinn ta’ Renzo Gauci, fil-waqt li l-ħidma ta’ karpenterija qed issir minn Lawrence Cini.

Din il-ħidma wass-let biex sal-lum jinsabu lesti z-zukklatura, vażi u anki l-ewwel parti tat-tromba ta’ nofs dan is-sett ta’ trufej. Il-ħidma miexja b’ritmu tajjeb ħafna, tant li nistennew li sa tmiem din is-sena, l-ewwel nofs ta’ dan is-sett ikun lest minn kollox fejn jidħol xogħol tal-injam.

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20122 Aħbarijiet

» 1 Sadanittant tkompliet il-ħidma fuq il-ħjata tas-sett pavaljuni għal Triq Patist Borda. Dan is-sett, fuq disinn ta’ Silvio Pace, qed jinħiet minn Melvin Calleja u Duncan Brincat, filwaqt li t-tfassil qed isir minn Etienne Camilleri. L-Għaqda tal-Ar-mar fi ħsiebha tibda x-xogħol ta’ sfumar fuq dan is-sett matul din is-sena.

Rigward sfurmar, bħalissa qed jitkom-pla l-isfumar tal-pavaljuni ta’ Triq is-Sibi minn Ryan Stivala, l-isfumar tal-aħħar

Il-Proġett tal-Bar AreaKull min wasal wasla sal-każin fil-ġranet tal-festa ċertament innota l-iżvilupp kbir li sar fuq il-proġett tal-bar area, tant li x-xogħol kollu ta’ karpenterija kien mit-mum.

Matul ix-xhur ta’ wara l-festa dan il-proġett tkompla permezz ta’ dawl de-korattiv mal-kolonna, stainless steel top għall-parti ta’ wara tal-bar counter, speakers għas-suffett, kif ukoll intrama’ l-billiard għall-użu tal-membri. Minħabba f’hekk, matul dawn ix-xhur twaħħal ukoll id-dawl tal-billiard li nxtara apposta għal mas-suffett.

Il-pass li jmiss huma mwejjed u siġġijiet adattati għall-istess bar area, fosthom dawk madwar il-bar, fejn bħalissa qed issir l-għażla skont il-parir espert tad-disinjatur Mario Cassar.

Kummissjoni PlanċierB’ħidma mmirata sabiex jiġu ffinalizzati diversi proġetti prestiġġjużi li s-Soċjetà daħlet għalihom f’dawn l-aħħar snin, il-Kumitat Ċentrali ħatar Kummissjoni Planċier sabiex tikkordina l-ħidma dwar dan il-proġett importanti. B’disinn ta’ Michael Camilleri Cauchi, bl-għajnuna ta’ ibnu Adonai, dan il-planċier ċertament li se jkun ġawhra quddiem is-sede tas-Soċjetà. Il-Kummissjoni ser tkun magħmulha minn Ġużi Gauci bħala Chairperson, u mill-membri Albert Borg, Melvin Calleja, Duncan Brincat, Noel Mal-lan, Jonathan Calleja, Joseph Camenzuli u Pierre Magro. Il-ħidma ser tkun qed tikkonċentra fuq it-tkabbir tad-disinn tal-faċċata sabiex aktar ‘il quddiem jinbeda x-xogħol ta’ karpenterija. ĠR

Il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ bħalissa jinsabu għaddejjin b’ħidma kontinwa ta’ ġbir ta’ fondi b’riżq dan il-proġett, fosthom permezz ta’ ġbir bieb u bieb, u anke attivitajiet relata-ti. Fl-istess waqt, l-istess Kummissjoni tinsab għaddejja b’ħidma ta’ proġett ieħor, dak tal-kruċetti tal-arbli għall-istess Pjazza Sagra Familja. Dawn il-kruċetti għandhom l-arma tal-Patrun San Ġużepp, b’kuruna u ġilju, kif ukoll bi globu blu ġewwa fihom. Fi stqarrija, il-Kummissjoni Żgħażagħ appellat lill-par-titarji sabiex ikunu ġenerużi b’riżq dawn iż-żewġ proġetti. ĠR

Sadanittant saru d-disinji għall-antiporta ġdida, xogħol Mario Vassallo, u anki tal-puġġaman tat-taraġ, disinn ta’ Renzo Gauci. Dan il-puġġaman, b’ħidma fil-ħadid, bronż u injam, se jkun qed ikom-pli jsebbaħ lit-taraġ fin-nofs tond li jagħti għall-ewwel sular.

Il-Kumitat Ċentrali għandu fi ħsiebu li minn Jannar li ġej se jsir ġbir apposta għall-proġett tal-puġġaman, u għalhekk fi stqarrija l-Kumitat ħeġġeġ lill-membri u lill-partitarji sabiex jagħtu sehmhom f’dan ir-rigward.

Matul dawn ix-xhur, il-Kumitat qed jiddiskuti proġett ieħor importanti li għandu x’jaqsam mas-sede tas-Soċjetà, b’mod speċjali mat-tagħlim tal-allievi. Madankollu, iżjed dettalji ser ikunu qed jingħataw fiż-żmien li ġej. ĠR

Tkompli Ħidma Intensiva fuq l-Armar

Id-Delegat tal-Armar Pierre Magro flim-kien ma’ Vincent Pace waqt xi xogħol ta’

restawr fuq l-armar ġewwa l-maħżen.

Ix-xogħol ta’ karpenterija fuq il-proġett tat-trufej il-ġodda minn Lawrence Cini.

Melvin Calleja waqt xogħol ta’ ħjata fuq il-pavaljuni l-ġodda ta’ Triq Patist Borda.

Page 3: Gilju Rebbieh Dicembru 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2012 Aħbarijiet 3

Il-Viżta Pastorali tal-ArċisqofIl-Parroċċa tal-Kalkara din is-sena kel-lha x-xorti li tgawdi mill-Viżta Pastorali li għamel l-Arċisqof Mons. Pawlu Cremona matul ix-xahar t’Ottubru. Kien il-Ħadd 7 t’Ottubru li Mons. Arċisqof qaddes qud-diesa bħala bidu ta’ din il-viżta, fejn at-tendiet rappreżentanza tas-Soċjetà. Matul din il-Viżta Pastorali saru diversi laqgħat fosthom mat-tfal li jattendu l-MUSEUM, u mal-kummissjonijiet fi ħdan il-Parroċċa, fosthom dik tal-Familja, dik tal-Implimen-tazzjoni tas-Sinodu, tal-Evanġelizzazzjoni, tal-Liturġija, u tad-Djakonija.

Dan minbarra li saru laqgħat mal-Kun-sill Pastorali Parrokkjali u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali. Is-Soċjetà ħadet sehem b’mod integrali matul laqgħa li saret għas-Soċjetà Ċivili, nhar il-Ħadd 21 t’Ottubru, kif ukoll kienet rappreżentata fl-Assemblea Parrokkjali li saret l-għada t-Tnejn 22 t’Ottubru. Il-Viżta Pastorali ntem-met il-Ġimgħa 2 ta’ Novembru. Fi stqarrija l-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà rringrazzja lill-Mons. Arċisqof ta’ din il-Viżta Pastorali u anki tal-opportunità li nsemmgħu l-vuċi tagħna fi ħdan il-Knisja Maltija. ĠR

Surmast Direttur Ġdid» 1 Huwa studja taħt diversi Surmastri-jiet magħrufa, fosthom Mro. Mario Testa, Mro. Paul Borg, Mro. Joseph Vella, Mro. Raymond Zammit u Mro. Ronnie De-battista. Huwa kiseb id-diploma A.(Mus.)V.C.M. fit-teorija mill-Victoria College of Music, kif ukoll l-A.L.C.M. Diploma fil-kompożizzjoni mil-London College of Music. Huwa jdoqq il-baxx mal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Sadanittant, ftit ġranet wara, eżattament nhar l-Erbgħa 12 ta’ Settembru ġie ffir-mat il-kuntratt ma’ Jessica Ellul bħala Għalliema tal-Allievi Sezzjoni Qasba. Jessica Ellul twieldet nhar it-12 ta’ Mejju 1991, u ta’ età żgħira ħarġet iddoqq il-kwartin mal-Banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq. Hija studjat taħt Godfrey Mif-sud, kif ukoll taħt Prof. David Campbell f’Masterclasses l-Ingilterra. Hija kisbet id-diploma A.L.C.M. f’April li għadda, fil-waqt li propju matul ix-xahar li għadda,

dak ta’ Novembru, hija kisbet id-diploma L.L.C.M.

Fi stqarrija l-Kumitat Ċentrali awgura ħidma fejjieda fil-qasam bandistiku. ĠR

Il-Bieb tas-SalvaturMinn żmien għal żmien din ir-rivista tgħaddi l-fehma tas-Soċjetà rigward l-is-torja ta’ raħalna, u s-salvagwardja tagħha. F’din il-ħarġa qed inġibu għall-attenzjoni tagħkom il-qarrejja l-istat diżastruż li jinsab fih il-bieb hekk magħruf “tas-Salvatur”, li jinsab fuq dik li qabel kienet id-daħla ( jew mina) tal-Kalkara. Mhux biss din il-binja tinsab fi stat ta’ abbandun, iżda nazzard-aw ngħidu wkoll li se tkun ta’ periklu anki għall-pubbliku u l-vetturi fiż-żmien li ġej. Nittamaw li l-karba tagħna bħala Soċjetà li naraw restawrat dak kollu li jsawwar l-istor-ja ta’ raħalna xi darba sseħħ f’realtà. Sadan-ittant nistennew li forsi naraw azzjoni minn min hu konċernat biex ma nitilfux dan is-sit darba għal dejjem! ĠR

Ħatriet fl-Għaqda Każini tal-BandaBi pjaċir inħabbru li żewġ membri tas-Soċjetà ġew eletti bħala membri fil-Kumi-tat Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda matul ix-xahar ta’ Ottubru 2012. Dawn huma l-Kavallier Duncan Brincat, Segretar-ju tas-Soċjetà, li nħatar Assistent Teżorier tal-Għaqda, u s-Sinjorina Maria Xuereb, Segretarja tal-Kummissjoni Nisa, li nħatret bħala membru żgħażugħa fi ħdan l-istess Eżekuttiv. Din hija t-tieni darba li s-Soċjetà tinsab rappreżentata fl-Eżekuttiv tal-

Għaqda Każini tal-Banda, wara li fis-snin 90, is-Sur Mario Attard kien serva għal xi żmien fl-istess Kumitat.

L-Għaqda Każini tal-Banda ġiet imwaqfa fl-1947 bl-għan tagħha jkun dak li tieħu ħsieb l-interessi ta’ l-għaqdiet imsieħba, speċjalment b’mod nazzjonali. Illum in-sibu 83 għaqda mużikali affiljati fi ħdan l-Għaqda, b’eċċezzjoni taż-żewġ baned tal-Belt Valletta. ĠR

Il-Bieb tas-Salvatur: fi stat diżastruż.

Mro. Twanny Borg jidderieġi silta mill-programm mużikali tal-Festa 2012.

Maria Xuereb waqt l-intervent tagħha quddiem l-Arċisqof Mons. Pawlu Cremona

matul il-laqgħa għas-Soċjetà Ċivili.

Page 4: Gilju Rebbieh Dicembru 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20124 Editorjal

Ċelebrazzjonijiet KbarŻgur li l-festi li ċċelebrajna bħala Soċjetà matul din is-sena anniversarja kienu ċelebrazzjonijiet kbar u li ser jibqgħu jissemmew matul is-snin. Għal ħafna minna għadhom friski l-memorji tas-se-na ċentinarja tal-1997, fejn iċċelebrajna l-ewwel mitt sena mit-twelid tas-Soċjetà, l-ewwel waħda fil-Kalkara. Kienet sena li fiha rajna l-ewwel Akkademja Mużikali ġol-Knisja Parrokkjali tagħna, kunċerti ta’ klassi, kif ukoll mawra mill-aqwa li l-banda għamlet ġewwa l-Ingilterra.

Din is-sena, għalkemm ma kienetx sena ċentinarja, xorta waħda ħadna ħsieb bħala Kumitat li norganizzaw ċelebrazzjonijiet kbar li fihom infakkru avvenimenti importanti għall-Kalkara u għas-Soċjetà tagħna.

Bdejna billi f’April ħadna l-intrigu bħala Soċjetà li nikkommemoraw is-70 sena anniversarju mit-tiġrif tal-ewwel Knisja Parrokkjali matul it-Tieni Gwerra Din-jija. Għalkemm dan l-avveniment kien wieħed ta’ swied il-qalb għall-Kalkariżi kollha, ħassejna li mhux sew li ġo raħalna m’hawn xejn li juri l-post fejn kienet din il-Knisja, u wisq aktar dak li ġara fi żmien il-gwerra. Għaldaqstant, eżattament 70 sena wara, nhar l-10 t’April 2012 tellajna Serata Mużiko-Letterarja fi Triq San Mik-iel, bis-sehem tal-Banda Sagra Familja kif ukoll bil-kitba ta’ diversi riċerkaturi. Dak-inhar inkixfet lapida minn żewġ saċerdoti

Kalkariżi, Patri Martin Mamo OFM Cap. u Patri Deo Debono OSA, biex nuru li l-Kalkara għadha tgħożż il-wirt li ħalliet din l-ewwel Knisja Parrokkjali.

Iċċelebrajna wkoll il-125 sena anniversa-rju mit-twelid tal-ewwel Surmast Direttur, Mro. Lorenzo Gonzi. Għaldaqstant, ħadna ħsieb biex tittella’ Akkademja Mużikali mill-Banda Sagra Familja ġewwa l-Knisja Parrokkjali, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Din kienet it-tieni akkademja li tellgħet il-banda tagħna fl-istess Knisja, unur waħdien ġo raħalna, u matulha ndaqqet biss mużika propjetà tas-Soċjetà. Kburin li komplejna niktbu l-istorja. Sadanit-tant, ma setgħax jonqos li ma nfakkrux il-25 sena mir-rifondazzjoni tal-Banda Sagra Familja fl-1987. Għaldaqstant il-programm mużikali annwali tal-festa sar f’ġieh din l-okkażjoni. Iżda ċertament li ninsabu wisq kburin bil-produzzjoni ta’ double cd ta’ marċi brijużi mill-Banda Sagra Familja, b’waħda minnhom bil-kanta tal-partitarji. Żgur li dan kien l-aqwa rigal li l-banda setgħet tingħata f’dan l-anniversarju, għaliex jibqa’ bħala tifkira ta’ din is-sena. Bi produzzjoni tal-Kummissjoni Banda, din is-cd inbiegħet kollha, tant li kellha terġa’ ssir ordni oħra ftit taż-żmien wara.

Dan biex ma nsemmgħux ukoll il-proġett li s-Soċjetà applikat u ġiet magħżulha għalih, fi ħdan l-Aġenzija Żgħażagħ, fejn inxtraw ukoll bosta strumenti għall-ammont sabiħ ta’ allievi li bħalissa jin-sabu jitgħallmu l-mużika mingħajr ħlas ġewwa s-Soċjetà.

Issa żgur li ser nagħlqu bi kbir nhar il-Ħadd 9 ta’ Diċembru fejn il-Banda Sagra Familja ser ittella’ programm mużikali ieħor, din id-darba fis-sala tal-Iskola Pri-marja tal-Kalkara, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara. F’dan il-programm mużikali, li ser jiġi ppreżentat mill-Kunsill Lokali, ser nisimgħu lill-banda tagħna tesegwixxi mużika varjata u impenjattiva, taħt id-di-rezzjoni tas-Surmast il-ġdid Mro. Twanny Borg. Awguri lil kulħadd għal Milied ħieni u sena mill-aqwa! ĠR

Duncan Brincat

Karikatura Andrew CiliaIs-sens veru tal-Milied x’inhu?

Leħen l-Ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża.

Pubblikazzjoni ta’Circolo San Giuseppe

Filarmonika Sagra FamiljaKalkara A.D. 1897 VO/0228

80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara KKR1233Tel: (+356) 27352789

Email: [email protected]: www.sagrafamilja.org

Bord EditorjaliDuncan Brincat

Andrew Cilia

RitrattiMill-Arkivji

ArtikolistiDuncan Brincat

Etienne CamilleriAndrew Cilia

Patri Deo DebonoJessica Ellul

Kathleen GrimaKarl Mallia

Stampat fl-istamperijaBestprint Ltd., Qrendi

Setting, Produzzjoni u Dritt tal-KopjaIMI Publications

Page 5: Gilju Rebbieh Dicembru 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2012 Storja 5

Is-Snin tal-Bidu tas-Soċjetà (3)

Is-sena 1897, bħala s-sena tat-twaqqif tas-Soċjetà, tibqa’ mmarkata wkoll bħala dik is-sena li saru diversi spejjeż bżonjużi biex din tibda topera. B’hekk insibu li minbarra spejjeż ta’ gass u anki xemgħa għad-dawl, ġie mħallas mastrudaxxa għal xi xogħlijiet ta’ karpenterija f’Lulju, inxtraw affarijiet bħal żewġ inkwatri f’Settembru u xi xkupi f’Novembru, filwaqt li fl-istess xahar in-xtrat tombla doppja. Dan jindika li l-għan ewlieni li għalih is-Soċjetà kienet twaqqfet, dak tar-rikreazzjoni tas-soċji, kien beda jiġi implimentat tant li bejniethom kienu jilgħabu logħob bħat-tombla. Minbarra dan, logħob ta’ dan it-tip kien iwassal għal dħul finanzjarju bżonjuż lil din is-Soċjetà li kienet għadha tibda.

Wieħed jinnota wkoll li f’Diċembru ġie mixtri xi xorb mill-Kumitat. Dan probabil-ment serva għal riċeviment li kien ingħata nhar il-Ħamis 6 ta’ Jannar 1898, il-ġurnata li fiha l-qanpiena l-kbira nġiebet minn Għajn Dwieli bil-banda, eżattament dak-inhar tal-pussess tal-ewwel Kappillan, Dun Ġużepp Ciangura. Dwar dan dehret ittra fuq “il-Gazzetta tal-Poplu” miktuba minn “Bormliż” li kienet tgħid hekk:

“Nhar il-Ħamis li għadda l-Banda San Ġorġ ta’ Bormla akkumpanjat il-qanpiena minn Għajn Dwieli sal-Kalkara, b’marċijiet sbieħ

u brijużi, fost tant applawsi, bandieri u l-ev-viva tal-popolazzjoni immensa. Kif waslet il-Kalkara din il-famuża banda ġiet trattata minn Francesco Zammit u wara li spiċċa t-trattament reġgħet bdiet iddoqq, u kif waslet quddiem il-Parroċċa l-ġdida daqqet l-Innu tal-Papa fost l-applawsi u l-evviva Ljun XIII. Wara li spiċċa l-Innu tal-Papa, il-Kan. Dun Ġużepp Sciortino DD. (il-Vigarju ta’ Bormla) daħħal din il-banda għand is-Sur Gonzi u għamlilha stima sabiħa, u hemm ġew sar l-Innu tal-Papa fost kbar applawsi u l-evviva Ljun XIII, evviva Dun Ġużepp, evviva l-Kappillan il-ġdid.

“Din il-banda telqet minn quddiem il-Knisja b’marċ sabiħ, u kif waslet quddiem id-dar tal-Kappillan waqfet u damet id-doqq ħafna, iżda l-Kappillan kien il-Knisja u kompliet il-marċijiet sal-Każin, qalb kbira popolazzjoni, u meta daħlet il-Każin kell-hom stima oħra, u hawn spiċċat din il-festa brijuża u sabiħa.

“Nagħtu prosit ħafna lis-Sur Kan. Dun Ġużepp Sciortino DD., illi tant ħadem għal din il-Knisja. Prosit lill-Kumitat tal-Banda San Ġorġ, speċjalment lis-Sur Giuseppe Cordina illi tant tħabat biex irnexxiet din il-festa, u fl-aħħar prosit ħafna lill-bandisti għall-ħlewwa ta’ marċijiet sbieħ li daqqew. Mela evviva l-Banda San Ġorġ ta’ Bormla.”

Sadanittant, is-Soċjetà kompliet tattira ġewwa fiha iżjed membri, tant li diversi minnhom bdew jgħaddu l-ħin tagħhom ġewwa l-każin. Dan narawh b’mod speċjali permezz ta’ xiri ta’ xi boċċi fi Frar u anki ħmistax-il pakkett tal-karti f’Marzu għal mgħodija taż-żmien tas-soċji. Insibu wkoll li f’Ottubru 1898, il-Kumitat ħallas għall-abbonament fil-gazzetta “Malta Tagħna”. Dan minbarra diversi rivisti u gazzetti oħra li nxtraw fis-snin ta’ wara, u li bosta min-nhom għadhom preservati ġewwa l-każin sal-lum il-ġurnata, datati bejn 1899 u 1910. Jidher li l-każin dak iż-żmien kien is-ervi wkoll bħala imkien fejn wieħed seta’ jaqra l-aħbarijiet u dak kollu li kien qed jiġri madwaru fid-dinja. Ix-xahar ta’ Lulju 1898 kien ifisser l-ewwel festa titulari ad unur San Ġużepp. Bħala l-ewwel festa nistgħu nimmaġinaw li l-maġġoranza tal-ħidma u spejjeż saru mill-Parroċċa l-ġdida, iżda kif insibu miktub fl-ewwel ktieb tal-Kaxxier, għall-ħabta tat-30 ta’ Lulju ġie mħallas kont ta’ “illuminazzjoni”, jiġifieri kont ta’ dawl elettriku li ċertament ntuża fil-ġranet tal-festa.

Bħala sors prinċipali ta’ dħul nistgħu nsemmgħu l-kaxxa tad-dħul (Cassa En-trata) li nistgħu naħsbu li kien ġbir xahar b’xahar fost il-membri. Dan irrenda s-som-ma ta’ £13-15.3½ fis-sena 1897. ĠR

Duncan Brincat

Paġni differenti mill-Ktieb tal-Kaxxier 1897/1898. Dawn juru paġni tal-Ħruġ u Dħul Finanzjarju fl-ewwel snin tas-Soċjetà.

Page 6: Gilju Rebbieh Dicembru 2012

Il-Kompożitur ta’ din il-ħarġa:

Charles Camilleri ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20126 Mużika

Jessica Ellul

Imwieled il-Ħamrun, Charles Camilleri hu wiehed mill-aqwa kompożituri li rat Malta f’dawn l-aħħar żminijiet. Camill-eri beda l-istudji tiegħu ma’ missieru fejn imbagħad kompla jispeċjalizza ma’ Joseph Abela Scolaro, Paolo Nani u Car-melo Pace. Ta’ min jinnota li ħafna mit-teknika studjaha waħdu.

Il-maġġoranza tax-xogħolijiet ta’ Camill-eri huma komposti minn ‘Folk Songs’ –

mużika b’tema tradizzjonalment Maltija. Il-kompożizzjonijiet tiegħu jinkludu ak-tar minn mitt xogħol għall-orkestra, ‘chamber ensemble’, vuċi kif ukoll soli-jiet instrumentali. Uħud minn dawn il-kompożizzjonijiet ġew esebiti mad-war id-dinja, fejn kienet din l-istess in-fluwenza ta’ diversi pajjiżi li għenet lil Charles Camilleri ikun universali fil-kompożizzjonijiet tiegħu.

F’dawn il-kompożizzjionijet insibu

l-famuża ‘Malta Suite’, il-‘Maltese Danc-es’, ‘A Maltese Overture – Din l-Art Ħelwa’ u l-oratorju ‘Pawlu ta’ Malta’. Camilleri għex il-maġġoranza ta’ żgħożitu fl-‘entertainment’ biex saħħah l-istudji tiegħu. Filfatt kien ikkunsidrat bħala ‘virtuoso accordionist’ u ‘jazz pian-ist’. Sfortunatament, dan il-kompożitur Malti ħalliena fit-3 ta’ Jannar 2009, fl-età ta’ 77 sena. ĠR

Charles Camilleri (1931-2009)

Charles Camilleri f’mument rilassanti.

AvviżDin il-paġna ser tibda’ tittela’ minn al-lievi fi ħdan din l-istess Soċjetà. Din l-informazzjoni se tkun ippreparata min-nhom bħala parti mill-istudji mużikali tagħhom mal-Banda Sagra Familja. Għaldaqstant nieħdu din l-opportunità biex inħeġġu lil dawk kollha li jixtiequ jitgħallmu l-mużika biex jinkitbu mal-Kummissjoni Banda Sagra Familja.

Page 7: Gilju Rebbieh Dicembru 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2012 Josefoloġija 7

“F’dan il-frott misterjuż mistur fil-ġuf verġinali tal-għarusa tiegħu, Ġużeppi issa ntebaħ il-qawwa ta’ talbu u tax-xewqat tiegħu qaddisa. L-ebda bniedem qatt ma ħa sehem fil-paternità t’Alla daqs dan; l-ebda raġel qatt ma xtaq ikun missier u sar missier daqs dan. Huwa f’dan il-mument il-mudell perfett tal-missirijiet, dawk li jagħtu wild fil-ġisem ta’ Kristu u l-Ispirtu s-Santu, mhux għat-telfien u l-mewt, u aħjar minn hekk, dawk li jagħtu wild lil Kristu fir-ruħ bi spiritwalità paterna ardenti.” (Ittra lill-Ħbiebi nru. 102, Frar 1962)

Bossuet jgħidilna, “Il-fatt huwa li l-missier veru ta’ Ġesù Kristu, dak Alla li ppredes-tinah sa mill-eternità, la darba għażel lil San Ġużepp biex iservi ta’ missier tempo-rali ta’ Ibnu l-waħdieni, wassal biex xerred ġo sidru raġġ ta’ dik l-imħabba infinita li Hu għandu għall-Ibnu. Dan hu dak li bid-del lill-qalbu, dan hu dak li tah l-imħabba ta’ missier.” (Paniġierku dwar San Ġużepp, 1659).

Kap tas-Sagra Familja

Hawnhekk naraw lil San Ġużepp, mqiegħed bħala kap u gwardjan tas-Sagra Familja ta’ Nażaret, u mhux fil-bogħod narawh ġewwa Betlehem fejn it-tifel imwiegħed ġie mwieled, u aktar tard ġewwa t-Tempju ta’ Ġerusalemm għall-preżentazzjoni tiegħu. Ubbidjenti għall-ordni tal-anġlu tal-Mulej, huwa kien ikkmandat li jaħrab tul it-toroq tal-eżilju sabiex jaħrab il-qilla tat-tirann. Iżda, fi-nalment huwa rritorna lura lejn Nażaret, kif kien qallu l-Anġlu tal-Mulej. Huwa dejjem ta widen u ħa ħsieb, minħabba l-faqar u l-fidi tiegħu, fit-tama li ġiet imwaħħda ġewwa fih. Marija, mingħajr dubju, fehmet aktar is-sovranità li binha kellu fuq kull ħaġa.

Huwa l-missier, imlibbes bl-imħabba u l-awtorità tal-Missier tas-sema, li minħabba f’hekk Ġesù u Marija kienu jħobbuh u jqimuh. L-Iben t’Alla, li ak-tar tard jgħid li m’għamel xejn mingħajr il-permess ta’ Missieru, kellu l-istess relazzjoni ma’ San Ġużepp, tant li kien jgħajjatlu bl-isem tant sabiħ “abba”.

“Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara,

missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma!” U hu qalilhom: “U għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena għandi nkun f ’dak li hu ta’ Mis-sieri?” (Lq. 2, 48-49)

F’dan l-episodju ta’ Ġesù misjub fit-tempju, naraw li fl-età tenera ta’ tnax-il sena, tibda r-revelazzjoni ta’ dak it-tfajjel li, meta ħareġ mis-silenzju, qaddes lill-ġenituri tiegħu.

Il-Ġenna Mirbuħa

“Mbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nazaret; u kien jobdihom. U ommu kienet

tgħożż f ’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha.” (Lq. 2, 51)

La darba dan biss huwa rrivelat dwar it-tfulija ta’ Ġesù u l-ħajja tagħhom f’Nażaret, żgur li dan huwa fatt impor-tanti, tant li San Ġużepp kellu rwol im-portanti f’din “l-ubbidjenza” ta’ Kristu.

Il-ħajja mistura ta’ Nażaret, kienet ħajja ta’ “talb, ubbidjenza u ħidma”, skont il-katekiżmu l-antik. Kien b’din il-ħajja sempliċi li San Ġużepp kellu jipprepara lil Ġesù għall-missjoni tiegħu bħala Re-dentur, “Hu jsalva lill-kotra minn dnubi-ethom.” Dan kien tixbieha ta’ Ġużeppi tal-Ktieb tal-Ġenesi, mibjugħ minn ħutu, fir-realtà mibgħut għall-grazzja t’Alla “biex isalva lill-poplu”. (Ġn 45, 7)

Min-naħa tal-mastrudaxxa ta’ Nażaret, huwa kellu qalbu ħanina, li min jaf kemm kellha x’taħfer, u b’hekk tantiċipa l-mis-teru tas-salvazzjoni tas-Salib. “Virtù, ver-ità, attrazzjoni ta’ qdusija, iżda fl-istess ħin huma mwiddba, persegitati... u dan huwa dak li jwassal id-destin tal-qaddisin li jkun tant mistur. Nażaret mhux oppos-ta għad-drama tal-ħajja pubblika u tas-salib; anzi Nażaret twasslet hemm.” (Ittra lill-Ħbiebi nru. 28, Frar 1962).

San Ġużepp temm il-missjoni tiegħu mwarrab, tant li sparixxa fis-silenzju. It-tradizzjoni tal-Knisja dejjem kienet dik li miet f’idejn Ġesù u Marija, u b’hekk isir il-patrun “tal-mewt it-tajba” wara li kien patrun “tal-ħajja t-tajba”. ĠR

Duncan Brincat

Rokna LetterarjaIl-ktieb li għażilna g ħ a r- r i ċ e n s j o n i għal din il-ħarġa jġib l-isem “Saint Joseph in Mat-thew’s Gospel”, miktub minn Fr. Joseph A. Fitzmyer.

Dan l-istudju li sar fis-sena 1997 huwa

miktub minn wieħed mill-akbar studjużi tal-Bibbja ta’ żminijietna. Jiċċentra l-ak-tar madwar it-tifsira tal-isem “Ġużeppi”, u x’jgħidulna sorsi qodma dwar San Ġużepp. Dan kollu permezz ta’ dak li jin-sab miktub fuq l-Evanġelju ta’ San Mat-tew.

Nirrikmandaw lil kulħadd sabiex jakkwis-ta kopja. (St. Joseph’s University Press, ISBN 978-0916101275). ĠR

San Ġużepp: il-Protettur Qawwi Tagħna

Page 8: Gilju Rebbieh Dicembru 2012

8 Spiritwalità

Ngħixu s-Sena tal-FidiGħadna kif bdejna sena ġdida, mhux sena ta’ kalendarju iżda sena speċjali li fiha msejjħin lkoll biex nimxu flimkien bħala familja waħda biex nikbru fil-Fidi. Is-sena tal-Fidi hija sena speċjali għax titkellem dwar xi ħaġa li aħna diġà għandna imma ndunajna li l-Fidi tagħna ftaqret xi ftit jew saret xi ftit artifiċjali. Uħud minna baqgħu jgħixu l-fidi tagħhom b’mod tajjeb, oħrajn abbandunawha għal kol-lox filwaqt li oħrajn kienu qed jgħixuha b’mod superfiċjali ħafna. F’din is-sena rridu nifhmu verament aħniex insara u jekk iva, kif ser ngħixu l-fidi tagħna b’mod aktar sħiħ.

Il-Knisja toffrielna ħafna persuni li huma eżempji mill-aqwa ta kif għandna ngħixu l-fidi. Aħna żgur li għandna l-aqwa eżempju għax San Ġużepp huwa mis-sier il-Fidi. Il-Fidi tagħna hija fi Kristu u Alla ma kien għażel lil ħadd ħlief lil Ġużeppi biex iħarisha u jkun missierha. San Ġużepp jgħallimna li Kristu jrid ikun iċ-ċentru tal-ħajja tagħna, ta’ dak kollu li ngħixu u ta’ dak kollu li nistqarru. Kristu huwa dak li jorbot kull ħaġa li għandna

f’ħajjitna. Dan Ġużeppi jgħallimna li rridu nagħmluha fis-skiet, b’rassenjazzjoni iżda aktar minn hekk b’fidi sħiħa li l-Mulej jaf x’inhu jagħmel. Ġużeppi żgur ħassu li hu ma kienx jistħoqqlu jkun mis-sier Ġesù għax Ġużeppi kien umli imma kien jafda f’Alla li jekk Alla għażlu żgur li dik kienet l-aħjar u l-aqwa għażla. Aħna wkoll irridu nkunu lesti li ngħixu kull esperjenza u kull avventura b’fidi

u allura tipprova ssib lil Alla f’kull mument li tgħix anke fl-aktar mument ta’ djgħufija jew diffikultà. F’qalbna rridu nżommu lil Marija bħala l-aqwa bieb għalina biex naslu għand Kristu. Ġużeppi kien għarafha bħala tfajla qaddisa qabel ma ħarġet tqila b’Ġesù. Ġużeppi barra li jgħallimna nżommu lil Marija f’qalbna, jsejjħilna wkoll biex nippru-vaw ngħarfu lil Alla fil-per-suni l-oħra jew fl-esperjenzi tagħna qabel il-mument li fih Kristu jidher ċar. Għajnejna jridu jkunu miftuħa biex anke jekk ma nirċevux sinjali ċari nkomplu nindunaw fejn tin-sab il-qdusija.

F’dan iż-żmien tal-Milied ir-ridu dejjem niftakru kemm ir-ridu nirringrazzjaw l’Alla għal dak li huwa għamel għalina. Alla sar bniedem, il-ħallieq sar ħolqien, is-setgħani sar

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2012

jixbah lilna d-dgħajfin. Dan huwa miraklu kbir u aħna rridu nirringrazjawh għal din il-grazzja tant kbira. Barra minn hekk lilna l-Kalkariżi Alla tana wkoll lil mis-sieru bħala missier tagħna wkoll u din il-grazzja għandha twassalna biex bħal Ġużeppi nkunu iktar qrib ta’ Ġesù, naraw lill-Mulej quddiemna f’kull persuna li Alla jibgħatilna u fis-skiet u bl-umiltà kollha nħarsu lejn Alla u nroddulu ħajr talli lil-na għamilna ulied tiegħu u lilna tana l-wirt tal-ħajja eterna. San Ġużepp huwa mudell mill-aqwa biex aħna nkomplu ngħarfu dan il-misteru f’din is-sena tal-Fidi. Minn qalbi nawguralkom lkoll Milied Hieni u Qaddis li fih inkomplu nitqaddsu u nikbru fl-imħabba tagħna lejn missi-erna San Ġużepp. ĠR

Patri Deo Debono OSA

Il-QawlIl-qawl li għażilna għal din il-ħarġa huwa dan li ġej:

Meta jasal il-Milied l-omm timla’ l-platt bil-ftiet u l-missier iqabbad iż-żnied.

Meta jasal żmien il-Milied, kulħadd, u b’mod speċjali l-familja, tieħu gost bl-ikel sħun u anki bir-riħa tal-pipa (iż-żnied). Dan ifakkarna fi żmien il-ġabra tal-familja, kif ukoll fil-ksieħ. ĠR

Page 9: Gilju Rebbieh Dicembru 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2012 Soċjetà 9

L-Intervista: Mro. Twanny BorgGħal din il-ħarġa ta’ il-Ġilju Rebbieħ ħsibna li nintervistaw lis-Surmast Diret-tur il-ġdid tal-Banda Sagra Familja, Mro. Twanny Borg.

M: Min hu Twanny Borg?T: Twanny Borg huwa bniedem li sa minn meta kien żgħir ħabb il-mużika. Fil-fatt, t’età tenera bdejt nitgħallem il-baxx u fl-1994 ħriġt indoqq mal-banda Nicolò Isouard tal-Mosta. Minbarra l-istudju tal-prattika taħt idejn Mro. Mario Testa u Mro. Paul Borg, bdejt nistudja wkoll it-teorija taħt Mro. Joseph Vella u aktar ‘il quddiem il-kompożizzjoni għand Mro. Raymond Zammit u għand Mro. Ronnie Debattista, fejn għadni nistudja sal-lum. Ilni nifforma parti mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta għal dawn l-aħħar għaxar snin. Ir-repertor-ju tax-xogħlijiet li nikteb huwa pjuttost var-jat, ngħidu aħna minn xogħlijiet miktubin għal orkestra sal-kitba ta’ marċi brijużi u marċi funebri. Fil-fatt dinis-sena ħriġt CD ta’ marċi funebri flimkien ma’ Mro. Mario Testa bl-isem ta’ ‘Iesus Salvator Hominum’ għaż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.

M: X’ħassejt meta ġejt affaċċjat bil-kariga ta’ Surmast mal-banda Sagra Familja?T: Ovvjament ħassejt sodisfazzjon kbir u entużjażmu biex nibda naħdem għal ġid ta’ din il-banda. Nista’ ngħid li aċċettajt din il-kariga ta’ Surmast b’fiduċja f’din il-banda li għalkemm żagħżugħa tinsab lesta biex timxi u tħares ‘l quddiem. Hawnhekk nix-tieq nirringrazzja lill-Kumitat Ċentrali u lill-Kummissjoni Banda tal-fiduċja li wrew fija biex nieħu din il-kariga u tal-koperazzjoni li nsib mingħandhom.

M: Xi proġetti hemm imħejjija min-naħa tiegħek għall-banda Sagra Familja?T: Bħala surmast ta’ din il-banda l-għan ewlieni tiegħi hu li din is-Soċjetà ma tibżax tħares ‘il quddiem, li tinvolvi ruħha f’attivitajiet ġodda u li dejjem tara kif se ttejjeb l-livell tagħha. Il-qalba ta’ din is-Soċjetà mużikali hija bla dubju l-banda. Għalhekk, l-edukazzjoni mużikali fi ħdan is-Soċjetà hija essenzjali minħabba li tista’ tkun għodda importanti kemm għas-Soċjetà kif ukoll għal dawk li jiġu jitgħallmu xi stument. Filwaqt li s-soċjetà tkun qed tinvesti fl-istudenti tagħha għal mużiċisti tajbin, l-istudenti jkunu qed jiżviluppaw il-

ħiliet tagħhom. Għalhekk, jien għandi r-re-sponsabbiltà li nwassal it-tagħlim mużikali bl-aħjar mod possibbli u b’serjetà sabiex l-allievi jirċievu edukazzjoni mużikali xierqa. Jien, flimkien mal-Kumitat, infittxu dejjem li t-tagħlim mużikali f’din is-Soċjetà jkun milħuq minn kulħadd u li tkun pprovduta kull opportunità li tista’ tkun ta’ ġid għal dawn l-allievi tagħna. Apparti dan, bħala Surmast jien se nagħmel minn kollox biex il-banda titressaq għal opportunitajiet ġodda li jistgħu jkomplu jgħollu isem din il-banda.

M: X’tikkumenta fuq l-innu ‘Ġilju Sbejjaħ’?T: Dan l-innu huwa innu li minn qalbi tajt lil din is-Soċjetà sabiex ikun jista’ jindaqq mill-banda Sagra Familja. Il-ħsieb tiegħi kien li jintgħoġob mill-partitarji ta’ din il-banda. Kien ta’ sodisfazzjon għalija li dan l-innu ntlaqa’ ħafna.

M: Għaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta.T: Lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta ngħidilhom biex iressqu aktar lit-tfal tagħhom qrib tas-Soċjetà u jħeġġuhom jitgħallmu xi stru-ment. Dan jgħinhom jikbru fil-personalità tagħhom. Inħeġġeġ lil ġenituri biex jaħdmu id f’id mal-għalliema ta’ din is-soċjetà għal ġid ta’ wliedhom. Hekk inkun qed ngħinu sabiex is-soċjetà tibqa’ ħajja u tkattar il-livell tagħha. B’serjetà u b’impenn, jien flimkien mal-kumitat, ser nibqa’ naħdem għall-ġid ta’ din il-banda biex il-livell ikun dejjem wieħed għoli u flimkien magħkom inkompli nsaħħaħ dak li ħallewlna missiriji-etna. ĠR

Andrew Cilia

Is-Surmast Twanny Borg idoqq il-baxx mal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Page 10: Gilju Rebbieh Dicembru 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 201210 Tfal

San Ġwann, li fis-snin sittin ma kellux iktar min għaxar toroq b’kollox, kien magħruf iżjed bħala “il-Mensija”.

Fil-parti msejħha “ta’ Ġorni” insibu ġol-blat Knisja ċkejkna li hi ddedikata lil Madonna tal-Mensija. Wara l-istorja ta’ din il-knisja hemm leġġenda ħelwa li minħabba fiha din il-Knisja nistgħu insejħulha santwarju, għar-raġuni li matul iż-żminijiet in-nies għamlu ħafna wegħdi mal-inkwatru li jinsab ġewwa fiha.

Jgħidu li darba fost l-oħrajn bidwi li kien qed iħaffer ġo għar taħt l-art biex jip-prova jfittex għal-ilma, sab quddiem għajnejh f’dan l-għar inkwatru mill-isbaħ tal-Madonna u musbieħ taż-żejt jixgħel quddiemu!

Kif sab hekk il-bidwi mar jiġri għand il-Kappillan u flimkien irħewla għal fejn instab l-inkwatru. Il-Kappillan qabdu

u ħadu d-dar miegħu. Iżda bl-għaġeb kollu dan l-inkwatru sa fil-għodu kien sparixxa!

Il-Kappillan imħasseb kif setgħu ser-quhulu, reġa’ ġie mgħarraf mill-istess bidwi li l-inkwatru kien reġa’ ġie misjub fl-istess post fejn instab l-ewwel darba. Għalhekk reġa’ mar hemm u reġa’ ħadu miegħu. Din id-darba qaflu ġo waħda mill-kmamar ħalli żgur ma jkunux jistgħu jisirquh.

Għal darba oħra filgħodu il-Kappillan reġa’ ma sabux. Iżda din id-darba kien hu li mar fl-għar ax ħebritu qalbu fejn seta’ kien. U mistgħaġeb iktar min qatt qabel reġa’ sabu hemm.

Konvint milli kien qed jiġri, il-Kappillan mar għand l-isqof u għarfu b’kollox. Din id-darba kien l-Isqof li ma emminx, u għalhekk ħa l-inkwatru fil-palazz tiegħu biex iżommu għandu. Madankollu għal darba oħra dan l-inkwatru reġa’ sab ruħu ġol-għar.

Bla ebda dubju kulħadd intebah issa li l-Madonna riedet dak l-inkwatru li jibqa’ f’dak il-post magħżul, u għalhekk iddeċidew li ġol-għar jibnu din il-Knisja biex l-inkwatru jitqiegħed ġewwa fiha.

In-nies bdew imorru kuljum jitolbu u jagħmlu il-wegħdiet tagħhom lill-Ma-

Leġġendi Maltin:Il-Madonna tal-Mensija

donna tal-Mensija.

Din il-Knisja u l-istess inkwatru mirakuluż għadhom hemm sal-lum. Ma hemm l-ebda evidenzi li din il-ġrajja seħħet tassew, iżda il-fidi li għandhom in-nies speċjalment dawk ta’ San Ġwann bagħqet dejjem tiżdied. Għalhekk, għalkemm il-Knisja qatt ma ddikjarat dawn il-ġrajjiet bħala miraklu, jibqa’ l-fatt li għandna ngħożżu t-tradizzjonijiet sbieħ li ħallewlna missirijietna. ĠR

Etienne Camilleri

Xbieha magħrufa bħala l-Madonna tal-Mensija ġewwa San Ġwann.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qegħdha tniehdi għall-ewwel darba klabb tat-tfal bl-isem Klabb Tfal tas-Sagra. Dan il-klabb qed isir għal tfal bejn 3 u 12-il sena, id-dħul fih huwa b’xejn, u jinvolvi diversi attivitajiet immirati għat-tfal. Għalhekk inħeġġukom timlgħu din il-formola, tagħmlu fotokopja tagħha, u tgħadduha lil xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ.

Isem tat-Tifel/Tifla

Isem il-Ġenitur/i

Indirizz

Kodiċi Postali

Telefon tad-Dar

Numru tal-Mobile

Indirizz Elettroniku

Il-Kappella tal-Madonna tal-Mensija ġewwa San Ġwann.

Page 11: Gilju Rebbieh Dicembru 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2012 Sports/Attwalità 11

Ħarsa lejn ix-xena kalċistika KalkariżaS’issa t-tim tal-Kalkara lagħab 7 logħbiet li fihom ħa riżultati li jvarjaw mhux ħażin f’dak li hu skor. S’issa l-Kalkara tilfu ħames logħbiet u rebħu tnejn. Forsi min jara dawn ir-riżultati jgħid li qed insibuha diffiċli nimxu ‘l quddiem fil-futbol. Imma mhux il-każ. L-unika logħba li fiha ġejna ddominati kienet dik kontra x-Xgħajra li sfortunatament tlifna bl-iskor kbir ta’ 6-1. Fil-bqija tal-logħob li tlifna dejjem tajna l-almu tagħna u konna ta’ thed-dida serja għall-avversarji. Meta lgħabna kontra Ħ’Attard, tlifna bl-iskor ta’ 3-1. F’dik il-logħba morna fil-vantaġġ u sta-jna għalaqna l-logħba faċilment sal-ew-wel taqsima. Però fallejna ħafna ċansijiet sbieħ ta’ skor. Żbalji kardinali difensivi ppermettew lil Ħ’Attard jiskurjaw gowl wara l-ieħor.

It-telfiet l-oħrajn kollha kienu bi skor minimu. F’dawn il-logħbiet lgħabna bi stil organizzat ta’ pussess tal-ballun. In-fatti kull min qed jara l-Kalkara jilagħbu, qiegħed jgħid li qed insiru iktar kompatti u li qed nilagħbu b’passing iktar ta’ stoffa. Però minkejja li qed nibnu ħafna attakki, il-parti finali, jiġifieri li niskurjaw, mhux dejjem qiegħda tiffunzjona sew. Jixhed dan, ir-riżultat ta’ telfa ta’ 1-0 kontra l-Imtarfa u M’Skala u dak ta’ 2-0 kontra s-Sirens. Wieħed jista’ jirrimarka li ċerti deċiżjonijiet li ħadu r-referees f’dawn il-logħbiet kienu kemxejn kontroversjali.

Jekk inħarsu lejn l-aspett sabiħ tal-league s’issa, nistgħu ngħidu li għandna

żewġ riżultati li ta’ min jiftaħar bihom. Ir-rebħa ta’ 4-0 kontra tim iktar ikkwotat minna, Ħal Għaxaq u dik l-iktar riċenti ta’ 5-2 kontra Santa Luċija jistgħu jixhdu dan. F’dawn il-logħbiet insejna t-telfiet passati u lgħabna bi stil pjaċevoli ta’ logħob, filwaqt li bqajna nżommu saqa-jna mal-art tul id-90 minuta. Minn dawn il-partiti nistgħu nibnu tim b‘saħħtu għall-futur qrib, li jista’ jkun jitqies anke bħala formidabbli.

Il-formazzjoni l-iktar spissa li juża t-tim Kalkariż hi dik ta’ 4-2-3-1. Din is-sena l-Kalkara għamlu akkwisti mhux ħażin biex it- tim jissaħħah. Fosthom hemm dak tal- Kowċ ta’ esperjenza vasta f’diviżjonijiet diversi, Marco Gerada. Bħala plejers ġodda hemm John Paul Galea, Randall

Vella, Ryan Cassar, Glen Attard, Alan Galea, Jonathan Piscopo, Allister Bu-hagiar u Patrick Muscat. Għad fadal ukoll numru mhux ħazin ta’ plejers li kienu jilagħbu mal-iskwadra tas-sena l-oħra.

Bħalissa l-midfielder barrani ta’ Kalkara, Abdul Jawad Musha mill-Ghana, jinsab top scorer tal-kampjonat b’7 gowls.

Inħeġġukom biex tiġu taraw lit-tim jilgħab u tagħtu s-sapport tagħkom li jista’ jkun ta’ iktar inkoraġġiment għat-tim Kalkariż. ĠR

Nota: Ħajr ta’ dan l-artiklu, li ġie provdut lil ‘il-Ġilju Rebbieħ’ mill-Kalkara Football Club.

Karl Mallia

Bħala kompetizzjoni bi premju għal din il-ħarġa qegħdin nistaqsu din il-mistoqs-ija: Liema Kummissjoni inħatret dan l-aħħar fi ħdan is-Soċjetà mill-Kumi-tat Ċentrali?

Ibgħatu r-risposti tagħkom sa mhux ak-tar tard mill-aħħar ta’ Jannar 2013, f’dan l-indirizz: Kompetizzjoni Ġilju Rebbieħ, Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara.

Ir-rebbieħ jirbaħ voucher ta’ Day Spa Visit għall-persuna waħda mingħand Ath-enaeum. ĠR

Ko m p e t i z z j o n i ilma, qaxxarhom u qatta f’dadi ta’ mad-war ċentimetru.2. Ħallat l-ingredjenti li fadal f’bowl adat-tata għall-insalata flimkien mal-patata.3. Żejjen biż-żebbuġ iswed u servi.

L-ikla t-tajba!

Għal iżjed informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq [email protected] ĠR

Filwaqt li nispera li din ir-rokna fuq din ir-rivista qed tintlaqa’ tajjeb, illum se nippreżentalkom riċetta oħra, din id-darba l-in-salata tal-patata. Din ir-riċetta, hija faċli biex issir speċjalment wara xi ġurnata ta’ xogħol matul dan iż-żmien tax-Xitwa.

Ingredjenti:4 patatiet, imqaxrin u mqattgħin dadi ta’ madwar ċentimetru (1 ċm);Kwart ta’ tazza tursin imqatta’;3 tadamiet, mqaxxra u mqatta’;Tazza basal imqatta’ rqiq;10 żebbuġiet mil-iswed;4 mgħaref żejt taż-żebbuġa;Nofs kuċċarina melħ;Ftit meraq tal-lumi;Ftit melħ, sagħtar (thyme), cinnamon.

Metodu:1. Għalli l-patata sa ma ssir. Neħħi mill-

Ir-Riċetta:

Insalata tal-PatataKathleen Grima

Page 12: Gilju Rebbieh Dicembru 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 201212 Aħbarijiet/Kalendarju

Programm Mużikali f’Jum il-Kalkara Kumitat Ċentrali għas-sena 2013Eżattament nhar il-Ħadd 2 ta’ Settembru saret il-Laqgħa Ġenerali tas-Soċjetà fis-Sala San Ġużepp, li għaliha kien hemm attendenza numeruża mill-membri. Saru diversi interventi fosthom dwar il-festa u anki l-andament tas-Soċjetà. Inqraw ukoll ir-rapporti amministrattivi mill-President u s-Segretarju, kif ukoll ir-rap-port finanzjarju mill-Kaxxier. Noel Mallan bħala President, Duncan Brincat bħala Segretarju u Raymond Cilia bħala Kaxxier ma ġewx kontestati u għaldaqstant ġew eletti b’mod awtomatiku. Bħala membri ġew eletti dawn is-soċji: Joseph Camen-zuli (Viċi President), Melvin Calleja (Ass. Segretarju), Albert Borg (Ass. Kaxxier), Pierre Magro (Delegat tal-Armar), Shawn Cauchi (Delegat tan-Nar), Tracy Farrugia (rappreżentanta fil-Kummissjoni Nisa), Maria Xuereb (rappreżentanta fil-Kum-missjoni Żgħażagħ), Darren Camilleri u Daniela Barbara. ĠR

Stampat fuq karta riċiklata.

Il-Kalendarju tal-Attivitajiet: Diċembru-FrarHawn taħt se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi wħud mill-attivitajiet li ser jiġu organiz-zati matul ix-xhur ta’ Diċembru 2012, Jannar u Frar 2013. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi.

Is-Sibt 8 ta’ Diċembru, 9.00amIl-Kummissjoni Żgħażagħ se torganizza Carwash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq il-proġett ta’ Pjazza Sagra Familja. Kulħadd mistieden jattendi għall-prezz ta’ €3.

Il-Ħadd 9 ta’ Diċembru, 7.00pmProgramm Mużikali mill-Banda Sagra Familja taħt id-direzzjoni tas-Surmast Di-rettur Mro. Twanny Borg, ġewwa s-Sala tal-Iskola Primarja tal-Kalkara. Dan il-pro-gramm qed jittella’ bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill Lokali fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara.

Il-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru, 6.00pmIl-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien mal-Kummissjoni Nisa ser jorganizzaw il-party tal-Milied għat-tfal tal-membri u l-ħbieb tagħhom. Biljetti mill-bar tal-

każin jew mingħand il-membri tal-Kum-missjoni Żgħażagħ.

It-Tnejn 31 ta’ Diċembru, 8.30pmIl-Kumitat Ċentrali jippreżenta n-New Year’s Eve Get Together annwali ġewwa s-sede tas-Soċjetà. Biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-Kumitat jew mill-bar tal-każin, fuq bażi first come first served.

Is-Sibt 19 ta’ Jannar, 9.00amIl-Kummissjoni Żgħażagħ se torganizza Carwash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq il-proġett ta’ Pjazza Sagra Familja. Kulħadd mistieden jattendi għall-prezz ta’ €3.

Is-Sibt 26 ta’ Jannar, 8.30pmL-Għaqda tan-Nar ser torganizza ravju-lata ġewwa l-każin b’riżq il-ħarqa tan-nar 2013. Biljetti jinkisbu mingħand il-mem-bri tal-istess għaqda.

Is-Sibt 16 ta’ Frar, 8.00pmIl-Kummissjoni Żgħażagħ se torgan-izza l-Get Together annwali fl-okkażjoni

tal-Malta Song for Europe. Kull min jat-tendi jkun jista’ jsegwi b’mod dirett dan il-festival fis-sede tas-Soċjetà, filwaqt li jgawdi minn varjetà kbira ta’ ikel. Sadan-ittant, matul l-istess ġurnata ser issir ma-ratona tal-liedna fil-każin. Aktar dettalji jingħataw iktar ‘il quddiem.

Is-Sibt 23 ta’ Frar, 9.00amL-Għaqda tan-Nar se torganizza Carwash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq proġett tal-istess għaqda. Kulħadd mistieden jat-tendi għall-prezz ta’ €3.

Attivitajiet OħraMatul ix-xahar ta’ Diċembru se ssir il-ġabra annwali b’riżq l-ispejjeż tal-festa u t-tqassim tal-kalendarju 2013. Matul dawn ix-xhur il-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed tagħmel ġbir bieb bieb b’riżq il-proġett tat-trufej. Sadanittant, fil-bidu tax-xahar ta’ Jannar ser isir it-tqassim tal-kalendarju tal-Għaqda tan-Nar, u l-ġbir għall-ħarqa tan-nar. ĠR

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara 2012, din is-sena imiss lill-Banda Sagra Familja, fuq stedina tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara, sa-biex teżegwixxi programm mużikali fis-sala tal-Iskola Primarja tal-Kalkara.

Din is-sena dan il-programm ser isir nhar il-Ħadd 9 ta’ Diċembru fis-7 ta’ filgħaxija. Taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Twanny Borg, il-Banda Sagra Familja ser tkun qed tgħaddi diversi biċċiet mużikali, fos-thom Fanfare for an Occasion, Concerto for Clarinet (3rd Movement), O Fortuna

(mill-Carmina Burana), Giovanna D’Arco, Folk Country Dance, Theme from Jurassic Park, The Bass in the Ballroom, Hooked on Classics, Olympic Fanfare & Theme, I Have Nothing, Friday Night Fantasy, I Will Always Love You, Caruso, New York, Xemx, Concerto D’Amore, Mur Ħallini u Ġilju Sbejjaħ.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Banda appel-lat lill-membri u lill-Kalkariżi kollha sabiex jattendu għal dan il-kunċert li ċertament se jkun memorabbli. ĠR

Il-President flimkien mal-Kumitat Ċentrali u l-fergħat ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara jixtiequ jawguraw il-Milied u s-Sena t-tajba lis-soċji, benefatturi u partitarji tas-Soċjetà, kif ukoll lill-poplu tal-Kalkara u lill-qarrejja

kollha ta’ din ir-rivista. Awguri!