ĊESA 10 Sillabu...SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI Paġna 2 minn 188...

189
ĊESA 10 Sillabu Il-Malti għall-Komunikazzjoni 2024 MATSEC Examinations Board

Transcript of ĊESA 10 Sillabu...SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI Paġna 2 minn 188...

  • ĊESA 10 Sillabu Il-Malti għall-Komunikazzjoni

    2024

    MATSEC Examinations Board

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 1 minn 188

    Werrej

    L-Introduzzjoni ............................................................................................................................................................................ 2

    L-għanijiet ta’ dan il-programm ta’ kisbiet mit-tagħlim għal dan is-suġġett huma: ........................................................................ 3

    Lista ta’ Kisbiet mit-Tagħlim ........................................................................................................................................................ 4

    Lista tal-Aspetti tas-Suġġett ......................................................................................................................................................... 4

    Id-Deskritturi tal-livell tal-Programm ........................................................................................................................................... 4

    Il-Kisbiet mit-Tagħlim u l-Kriterji tal-Assessjar .............................................................................................................................. 7

    TAQSIMA 1: NIKKOMUNIKA MA’ TA’ MADWARI .......................................................................................................................... 7

    TAQSIMA 2: NIKKOMUNIKA FID-DINJA TAX-XOGĦOL ................................................................................................................. 15

    TAQSIMA 3: NIKKOMUNIKA FIS-SOĊJETÀ ................................................................................................................................... 23

    L-Iskema tal-Assessjar ............................................................................................................................................................... 31

    Tipi ta’ Coursework ................................................................................................................................................................... 34

    Karta Mudell: Controlled Paper QMK 1-2 ................................................................................................................................. 152

    Karta Mudell: Controlled Paper QMK 2-3 ................................................................................................................................. 169

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 2 minn 188

    L-Introduzzjoni

    Dan is-sillabu huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-kurrikulu msemmija fil-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (NCF) li ssarraf f’liġi fl-

    2012. Is-sillabu huwa mfassal bl-użu tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim li jidentifika l-kandidati x’għandhom ikunu jafu u

    x’jistgħu jilħqu sat-tmiem tal-edukazzjoni obbligatorja.

    Bħala sillabu li huwa bbażat fuq il-kisbiet mit-tagħlim, dan jindirizza l-iżvilupp ħolistiku tal-kandidati kollha u jirrakkomanda

    edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd bħala parti minn strateġija koerenti għat-tagħlim tul il-ħajja. Dan jassigura li t-tfal

    kollha jkunu jistgħu jiksbu l-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa biex ‘il quddiem isiru ċittadini attivi u jirnexxu fuq il-post tax-

    xogħol u fis-soċjetà irrispettivament mill-istatus soċjoekonomiku, kulturali, razzjali, etniku, reliġjuż u l-orjentazzjoni

    sesswali. Dan is-sillabu jipprovdi opportunitajiet ġusti għall-kandidati kollha sabiex jiksbu kisbiet edukattivi sat-tmiem tal-

    vjaġġ edukattiv tagħhom. Dan jippermettilhom li jipparteċipaw fit-tagħlim tul il-ħajja, inaqqsu r-rata għolja ta’ tluq bikri

    mill-iskola u jassiguraw li l-kandidati kollha jiksbu l-kompetenzi ewlenin tas-seklu wieħed u għoxrin.

    Dan il-programm jinkludi wkoll kisbiet ta’ tagħlim relatati ma’ temi kurrikulari wiesgħa/mifruxa, jiġifieri l-litteriżmu diġitali;

    id-diversità; il-kreattività u l-innovazzjoni tal-intraprenditorija; l-iżvilupp sostenibbli u t-tagħlim u l-litteriżmu kooperattiv.

    B’dan il-metodu l-kandidati jkunu jiksbu b’mod sħiħ il-ħiliet, l-għarfien, l-attitudnijiet u l-valuri meħtieġa biex javvanzaw fit-

    tagħlim, fix-xogħol, fil-ħajja u fiċ-ċittadinanza.

    X’inhu s-suġġett?

    Il-Malti għall-Komunikazzjoni huwa suġġett ewlieni minn ċertifikat sħiħ li joffri mogħdijiet alternattivi biex il-kandidati

    kollha jiksbu suċċess fl-esperjenza skolastika tagħhom, fl-iżvilupp personali kemm bħala individwi kif ukoll bħala ċittadini

    Maltin u Ewropej, bħala persuni li jridu jkomplu jitgħallmu aktar ‘il quddiem biex ikomplu jwessgħu u jiżviluppaw il-ħiliet u

    l-kompetenzi tagħhom u b’hekk ikunu aktar imħejjija li jaqbdu opportunitajiet differenti ta’ impjiegi. Il-metodoloġija li

    għandha titħaddem fit-tagħlim tal-kisbiet ta’ dan is-sillabu hija li jien nitgħallem billi nagħmel u nipparteċipa b’mod attiv.

    Dan is-sillabu jibni fuq żvilupp ta’ ħiliet, kompetenzi u attitudnijiet li kull student fi tmiem l-edukazzjoni obbligatorja tiegħu

    għandu jkun mogħni bihom. Il-kisbiet ewlenin tas-sillabu jorbtu mal-qasam tal-iżvilupp tal-lingwi.

    Fiex jikkonsisti l-istudju ta’ dan is-suġġett?

    Il-qafas jikkonsisti fi tliet taqsimiet li magħhom hemm abbinati għadd ta’ temi li fuqhom jinbena l-materjal għall-assessjar.

    Dawn it-tliet taqsimiet se jinfirxu tul it-tliet snin tal-programm. F’kull taqsima hemm marbutin tmien kisbiet ġenerali

    mifruxin taħt l-erba’ ħiliet tal-lingwa u l-letteratura. Il-kisbiet ġenerali se jiġu repetuti f’kull taqsima tul il-programm iżda

    jintużaw kriterji tal-assessjar differenti li jibnu fuq xulxin. It-temi marbutin mat-tliet taqsimiet tal-programm huma kif ġej:

    TAQSIMA 1: NIKKOMUNIKA MA’ TA’ MADWARI

    TAQSIMA 2: NIKKOMUNIKA FID-DINJA TAX-XOGĦOL

    TAQSIMA 3: NIKKOMUNIKA FIS-SOĊJETÀ

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 3 minn 188

    Kull taqsima għandha tema marbuta magħha u t-temi identifikati huma dawn:

    L-għanijiet ta’ dan il-programm ta’ kisbiet mit-tagħlim għal dan

    is-suġġett huma:

    Fl-aħħar tal-programm, jien nista’:

    1. Nikkomunika tajjeb bil-Malti f’kull kuntest u ma’ kull udjenza li nista’ niltaqa’ magħha fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum;

    2. Inħaddem l-erba’ ħiliet ewlenin tal-lingwa b’mod effettiv, tajjeb u li jagħmilni membru attiv fis-soċjeta’ li ngħix

    fiha;

    3. Niffaċċja b’kunfidenza l-isfidi tal-ħajja wara l-iskola obbligatorja biex inkun ċittadin indipendenti li kapaċi jaħseb u

    jfendi għal rasu;

    4. Naħdem u nipparteċipa fiċ-ċrieki differenti li ngħix fihom fis-soċjetà tal-lum;

    5. Inkompli nistudja aktar ‘il quddiem billi nkun ksibt il-ħiliet, il-kompetenzi u l-attitudnijiet meħtieġa biex nibqa’

    nitgħallem tul ħajti kollha;

    6. Napprezza aspetti kulturali, letterarji, politiċi u soċjali, fost l-oħrajn, u niżviluppa ġudizzji personali għalihom u

    hekk inkun ċittadin attiv fl-oqsma kollha tal-ħajja ta’ madwari;

    7. Inħares b’mod pożittiv lejn il-futur tiegħi fejn inkun nista’ nimraħ f’opportunitajiet differenti li nista’ niltaqa’

    magħhom fil-futur.

    TAQSIMA 1:

    NIKKOMUNIKA MA’

    TA’ MADWARI

    TAQSIMA 2:

    NIKKOMUNIKA FID-DINJA

    TAX-XOGĦOL

    TAQSIMA 3:

    NIKKOMUNIKA

    FIS-SOĊJETÀ

    Fuqi nnifsi, il-familja, il-ħbieb, l-ambjent fejn ngħix, id-divertiment,

    is-safar, aspetti kulturali Maltin, bħall-festi u drawwiet popolari

    ħajjin, u oħrajn.

    Il-post tax-xogħol, il-media u l-mezzi ta’ komunikazzjoni, id-drittijiet u d-dmirijiet, it-trade unions, it-teknoloġija, is-servizzi soċjali, is-servizzi governattivi, aspetti

    vokazzjonali partikulari bħall-qasam agrikolu, tas-sbuħija u l-moda, turistiku,

    tekniku u oħrajn (skont l-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni).

    Il-politika, il-ġrajjiet kurrenti u l-aħbarijiet lokali u internazzjonali,

    l-arti fil-forom kollha tagħha, l-avvenimenti kulturali, il-

    volontarjat, il-governanza lokali u ċentrali, u oħrajn

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 4 minn 188

    Lista ta’ Kisbiet mit-Tagħlim

    Fl-aħħar tal-programm, jien inkun nista’:

    Kisba 1. Nikkomunika tajjeb skont il-kuntest u l-udjenza.

    Kisba 2. Nagħti l-opinjonijiet tiegħi waqt li nipparteċipa f’diskussjoni.

    Kisba 3. Nifhem dak li nisma’.

    Kisba 4. Naqra testi b’mod tajjeb.

    Kisba 5. Naqra testi differenti.

    Kisba 6. Napprezza testi letterarji.

    Kisba 7. Ninqeda b’kitbiet differenti.

    Kisba 8. Nikteb b’Malti tajjeb.

    Lista tal-Aspetti tas-Suġġett

    1. It-Taħdit

    2. Is-Smigħ

    3. Il-Qari

    4. Il-Letteratura

    5. Il-kitba (li tinkludi l-metalingwa)

    Id-Deskritturi tal-livell tal-Programm

    Dan is-sillabu jistabbilixxi l-kontenut u l-metodu tal-assessjar għall-għoti taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja fl-

    Applikat fil-Malti għall-Komunikazzjoni f’QMK Livell 1, 2 jew 3. Il-livell 3 huwa l-ogħla livell li jista’ jinkiseb għal din il-

    kwalifika.

    It-Tabella numru 1 fuq il-paġna li jmiss tirreferi għal-livelli ta’ kwalifika tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki (QMK) b’emendi żgħar

    sabiex jirriflettu d-deskritturi tal-Malti għall-Komunikazzjoni. Dawn huma fatti ġeneriċi li jiddeskrivu t-toqol u l-kumplessità

    ta’ kull livell QMK u jiddeskrivu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa sabiex il-kandidati jiksbu ċertifikat fil-Livell 1, 2

    jew 3 fil-Malti għall-Komunikazzjoni.

    L-għarfien jinvolvi li l-kandidat jakkwista informazzjoni bażika, fattwali u teoretika. Il-ħiliet jinkludu l-applikazzjoni tal-

    għarfien miksub u l-fehim ta’ kuntesti differenti. Il-kompetenzi jindikaw suffiċjenza ta’ għarfien u ħiliet li jippermettu

    student jaġixxi f’firxa wiesgħa ta’ sitwazzjonijiet bħal jekk kandidat ikunx kompetenti li jħarreġ il-ħiliet b’superviżjoni,

    b’awtonomija, b’responsabiltà, jew mingħajr.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 5 minn 188

    QMK Livell 1 QMK Livell 2 QMK Livell 3

    Għarfien ġenerali bażiku.

    1. Jikseb għarfien ġenerali bażiku tal-lingwa marbut

    mal-ambjent immedjat u mfisser permezz ta’

    varjetà ta’ għodod u kuntesti sempliċi bħala bidu

    għat-tagħlim tul il-ħajja;

    2. Jaf u jifhem il-passi meħtieġa biex iwettaq

    attivitajiet u ħidmiet sempliċi lingwistiċi f’ambjenti

    midħla tagħhom;

    3. Jagħraf u jifhem istruzzjonijiet u ħidmiet bażiċi fil-

    lingwa;

    4. Jifhem textbooks bażiċi.

    Għarfien fattwali bażiku fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwa.

    1. Għandu għarfien tajjeb tal-qasam tal-lingwa;

    2. Jifhem u jinterpreta tipi differenti ta’ ideat u

    informazzjoni;

    3. Jifhem fatti u proċeduri fl-applikazzjoni u ħidmiet

    bażiċi fi-lingwa;

    4. Jagħżel u juża għarfien lingwistiku relevanti biex

    iwettaq azzjonijiet speċifiċi għalih u għall-oħrajn.

    Għarfien ta’ fatti, prinċipji, proċessi u kunċetti ġenerali fil-

    qasam tat-tagħlim tal-lingwa.

    1. Fehim tar-relevanza tal-għarfien teoretiku u

    informazzjoni relatata mat-tagħlim tal-lingwa;

    2. Jassessja, jevalwa u jinterpreta fatti li jistabbilixxu

    prinċipji u kunċetti bażiċi f’qasam partikolari tal-

    lingwa;

    3. Jifhem fatti u proċeduri fl-applikazzjoni ta’

    istruzzjonijiet u ħidmiet lingwistiċi aktar kumplessi;

    4. Jagħżel u juża għarfien lingwistiku relevanti miksub

    fuq inizjattiva personali bies iwettaq azzjonijiet

    speċifiċi għalih u għall-oħrajn.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 6 minn 188

    QMK Livell 1 QMK Livell 2 QMK Livell 3

    Ħiliet bażiċi meħtieġa biex naħdem eżerċizzji lingwistiċi

    sempliċi.

    1. Għandu l-abbilità biex japplika għarfien lingwistiku

    bażiku biex jaħdem firxa limitata ta’ eżerċizzji

    lingwistiċi sempliċi;

    2. Għandu ħiliet komunikattivi li jħaddem

    b’ripetizzjoni sabiex jikkomunika;

    3. Isegwi istruzzjonijiet lingwistiċi u jkun konxju tal-

    konsegwenzi tal-azzjonijiet bażiċi għalih u għall-

    oħrajn.

    Ħiliet bażiċi prattiċi u konjittivi meħtieġa biex tintuża

    informazzjoni relevanti biex jitwettqu ħidmiet u jissolvew

    problemi ta’ rutina bl-użu ta’ għodod u regoli lingwistiċi

    sempliċi.

    1. Għandu l-ħila li juri firxa ta’ ħiliet billi iwettaq għadd

    ta’ ħidmiet kumplessi f’qasam lingwistiku speċifiku

    marbut max-xogħol jew studju;

    2. Jikkomunika informazzjoni bażika bil-lingwa.

    3. Jassigura li l-ħidmiet jitwettqu b’mod effettiv.

    Firxa ta’ ħiliet prattiċi u konjittivi meħtieġa biex jitwettqu

    ħidmiet u jissolvew problemi billi jingħażlu jiġu applikati

    metodi, għodod, materjal u informazzjoni bażiċi.

    1. Juri firxa ta’ ħiliet żviluppati biex jitwettqu aktar minn ħidma waħda kumplessa b’mod effettiv u f’kuntesti li mhux midħla tagħhom u mhux mistennija;

    2. Nikkomunika informazzjoni aktar kumplessa; 3. Insolvi problemi bażiċi billi juża metodi, għodod,

    materjal u informazzjoni bażika mogħtija f’ambjent ta’ tagħlim ristrett.

    Naħdem jew nistudja taħt superviżjoni diretta f’kuntest

    lingwistiku strutturat.

    1. Japplika għarfien u ħiliet bażiċi biex jagħmel

    ħidmiet ripetittivi u li hu midħla tagħhom;

    2. Jipparteċipa u jieħu responsabbiltà bażika għat-

    twettiq ta’ ħidmiet sempliċi;

    3. L-attivitajiet jitwettqu bi gwida u fi żmien stipulat;

    4. Jakkwista u japplika kompetenzi ewlenin bażiċi

    f’dan il-livell.

    Jaħdem u jistudja taħt superviżjoni u bi ftit awtonomija.

    1. Japplika għarfien fattwali u ħiliet prattiċi biex iwettaq

    xi ħidmiet strutturati;

    2. Jassigura li wieħed jaġixxi b’mod proattiv;

    3. Iwettaq attivitajiet taħt superviżjoni limitata fejn

    ikollu responsabbiltà limitata fejn il-kwalità tkun

    kontrollata;

    4. Jakkwista u japplika kompetenzi ewlenin bażiċi f’dan

    il-livell.

    Jerfa’ r-responsabbilità li jtemm ħidmiet relatati ma’

    xogħol jew studju, jaddatta l-imġiba tiegħu skont iċ-

    ċirkustanzi waqt li jsolvi l-problemi.

    1. Japplika għarfien u ħiliet biex iwettaq ħidmiet b’mod

    sistematiku;

    2. Jaddata l-imġiba tiegħu skont iċ-ċirkustanzi biex isolvi

    l-problemi billi jipparteċipa b’mod pro attiv

    f’ambjenti ta’ tagħlim tal-lingwa strutturat;

    3. Jieħu inizjattiva b’responsabbiltà u awtonomija imma

    taħt superviżjoni, f’ambjent ta’ tagħlim kontrollat;

    4. Jakkwista l-kompetenzi ewlenin f’dan il-livell bħala

    bażi għat-tagħlim tul il-ħajja.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 7 minn 188

    Il-Kisbiet mit-Tagħlim u l-Kriterji tal-Assessjar

    TAQSIMA 1: NIKKOMUNIKA MA’ TA’ MADWARI

    L-Aspett tas-Suġġett: IT-TAĦDIT

    Kisba mit-Tagħlim 1:

    (Il-Coursework u l-

    Controlled)

    NIKKOMUNIKA TAJJEB SKONT IL-KUNTEST U L-UDJENZA

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    1.1a Nuża vuċi soda li tinstema’ u tinftiehem sewwa bi

    pronunzja tajba

    1.2a Nuża intonazzjoni tajba, b’enfasi fejn meħtieġ biex

    inwassal aħjar il-messaġġ.

    1.3a Naddatta d-diskors tiegħi, formali /informali, skont

    il-messaġġ li rrid inwassal u l-udjenza li jkolli quddiemi.

    1.1b Fid-diskors tiegħi nuża firxa bażika ta’ vokabularju

    marbut ma’ tema/i mill-ħajja ta’ kuljum.

    1.2b Fid-diskors tiegħi nuża firxa wiesgħa ta’ vokabularju

    marbut ma’ tema/i li nitkellem fuqhom. 1.3b Inħaddem reġistru tekniku skont kif meħtieġ.

    1.1ċ Nagħti dettalji bażiċi mitluba

    f’ċirkustanzi/okkażjonijiet marbuta mal-ħajja tiegħi ta’

    kuljum.

    1.2ċ Nagħti l-livell meħtieġ ta’ dettall f’dak li ngħid

    filwaqt li nżomm dejjem mas-suġġett.

    1.3ċ Nagħti stampa wiesgħa ta’ dak li nintalab skont il-

    kuntest u l-udjenza li jkolli.

    1.1d Nippreżenta xi esperjenza li għaddejt minnha fil-

    ħajja tiegħi ta’ kuljum marbuta ma’ tema.

    1.2d Nesponi tema/i wara li nkun qrajt jew smajt

    fuqha/hom.

    1.3d Nagħti l-fehmiet tiegħi fuq tema/i wara li nkun qrajt

    jew smajt dwarha/hom.

    1.1e Inħaddem sekwenza bażika, strutturi grammatikali

    korretti u sentenzi sempliċi fid-diskors tiegħi.

    1.2e Inħaddem koerenza bażika bejn is-sentenzi

    komposti u kumplessi fit-taħdit tiegħi.

    1.3e Inħaddem koerenza sħiħa bejn is-sentenzi komposti

    u kumplessi fit-taħdit tiegħi.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 8 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IT-TAĦDIT

    Kisba mit-Tagħlim 2:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NAGĦTI L-OPINJONIJIET TIEGĦI WAQT LI NIPPARTEĊIPA F’DISKUSSJONI

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    2.1a Nidentifika aspetti ewlenin marbuta ma’ tema

    f’diskussjoni.

    2.2a Nispjega fid-dettall aspett/i differenti marbuta ma’

    tema li jissemmew f’diskussjoni.

    2.3a Nidentifika temi oħra relatati mat-tema ewlenija

    diskussa u nsensel linja waħda ta’ ħsieb.

    2.1b Nagħti l-opinjoni personali tiegħi fuq temi ta’

    interess ġenerali fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum.

    2.2b Inqabbel l-opinjoni/ijiet tiegħi fuq temi kurrenti ma’

    dawk ta’ oħrajn li nisma’/naqra.

    2.3b Nevalwa l-opinjonijiet tal-oħrajn li nisma’ jew naqra

    biex nifforma l-opinjoni tiegħi fuq temi kurrenti.

    2.1ċ Nagħti xi punti ewlenin marbutin ma’ tema ħafifa

    mogħtija minn qabel.

    2.2ċ Nesponi minn angoli u pożizzjonijiet differenti

    tema/i ta’ interess ġenerali mogħtija minn qabel.

    2.3ċ Nifforma l-opinjoni tiegħi fuq tema/i wara li nkun

    qrajt u/jew smajt fuqha/hom.

    2.1d Nagħraf opinjonijiet differenti f’test moqri jew

    mismugħ.

    2.2d Noħroġ ix-xebh u/jew id-differenzi fl-opinjonijiiet li

    naqra jew nisma’.

    2.3d Nirreaġixxi għall-opinjonijiet tal-oħrajn b’argumenti

    u evidenza mit-test moqri u/jew mismugħ.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 9 minn 188

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    3.1a Nagħraf it-tifsir ta’ diskors bażiku li nisma’ fil-ħajja

    ta’ kuljum.

    3.2a Nieħu l-messaġġ meta nisma’ diskors li jkun fih

    espressjonijiet komuni użati fil-ħajja ta’ kuljum.

    3.3a Nispjega aspetti figurattivi li jintużaw fid-diskors

    biex jitwasslu messaġġi diretti jew indiretti.

    3.1b Insegwi diskors li jkun fih deskrizzjoni ħafifa u

    sempliċi/konkreti. (post, tema, persuna, ġrajja, oġġett)

    3.2b Insegwi diskors li jkun fih deskrizzjoni/ijiet ftit

    kumplessi.

    3.3b Insegwi diskors li jkun fih deskrizzjoni/ijiet kumplessi

    u astratti.

    3.1ċ Nagħraf is-sekwenza kronoloġika ewlenija ta’

    rakkont sempliċi mismugħ.

    3.2ċ Nagħraf is-sekwenza kronoloġika sħiħa ta’ rakkont

    ftit kumpless mismugħ.

    3.3ċ Nagħraf is-sekwenza kollha ta’ rakkont kumpless

    mismugħ, anke meta din ma tkunx lineari.

    L-Aspett tas-Suġġett: IS-SMIGĦ

    Kisba mit-Tagħlim 3:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NIFHEM DAK LI NISMA’

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 10 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-QARI

    Kisba mit-Tagħlim 4:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NAQRA TESTI B’MOD TAJJEB

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    4.1a Naqra b’vuċi għolja, bi pronunzja tajba u

    b’attenzjoni partikulari għall-punteġġjatura bażika.

    4.2a Naqra b’tonalità tajba u b’attenzjoni partikulari

    għall-punteġġjatura kollha.

    4.3a Naqra b’ritmu tajjeb u b’mod mexxej quddiem

    udjenza.

    4.1b Nagħżel it-tifsira ta’ kliem sempliċi skont kif użat fil-

    kuntest tat-test.

    4.2b Nagħti t-tifsira ta’ kliem speċifiku hekk kif użat fil-

    kuntest tat-test.

    4.3b Nagħti t-tifsira ta’ espressjonijiet u frażijiet speċifiċi

    hekk kif użati fil-kuntest tat-test.

    4.1ċ Inwieġeb mistoqsijiet referenzjali fuq test. 4.2ċ Inwieġeb mistoqsijiet inferenzjali fuq test. 4.3ċ Inwieġeb mistoqsijiet evalwattivi fuq test.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 11 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-QARI

    Kisba mit-Tagħlim 5:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NAQRA TESTI DIFFERENTI

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    5.1a Nagħraf il-komponenti ewlenin li jsawru test

    stampat.

    5.2a Nidentifika l-komponenti li jsawru test ippreżentat

    b’mod elettroniku.

    5.3a Nevalwa l-effettività tal-użu tal-komponenti ewlenin

    ta’ testi ppreżentati kemm b’mod stampat kif ukoll

    b’mod elettroniku.

    5.1b Nispjega għaliex jogħġobni/ma jogħġobnix ġeneru

    partikulari.

    5.2b Inqabbel ġeneru ma’ ieħor biex noħroġ għadd ta’

    xebh/differenzi.

    5.3b Napprezza l-użu tal-ġeneru meta mqabbel mal-

    iskop, l-udjenza u ż-żmien li għalihom ikun miktub.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 12 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-QARI

    Kisba mit-Tagħlim 6:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NAPPREZZA TESTI LETTERARJI

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    6.1a Nagħraf il-karattru/i ewlenin f’test letterarju. 6.2a Inqabbel karattri differenti li nsib f’test letterarju. 6.3a Nevalwa l-iżvilupp tal-karattri f’test letterarju.

    6.1b Nagħraf il-ġrajja ewlenija f’test letterarju. 6.2b Nidentifika ġrajja/ġrajjiet sekondarji f’test letterarju 6.3b Nevalwa l-iżvilupp u l-importanza tal-ġrajja fit-test

    letterarju.

    6.1ċ Nislet l-ideat ewlenin misjuba f’żewġ testi letterarji. 6.2ċ Inqabbel kunċetti ewlenin misjuba f’żewġ testi

    letterarji.

    6.3ċ Nevalwa kunċetti ewlenin hekk kif murija f’għadd ta’

    testi letterarji.

    6.1d Nagħraf l-ambjent/i ġenerali tat-test. 6.2d Inqabbel ambjenti differenti msemmija fit-test

    u/jew testi differenti.

    6.3d Nevalwa l-effettività tal-ambjentazzjoni fin-nisġa

    sħiħa tat-test.

    6.1e Nagħraf f’testi letterarji għadd ta’ mekkaniżmi

    letterarji ewlenin.

    6.2e Ninterpreta t-tħaddim ta’ mekkaniżmi letterarji

    ewlenin.

    6.3e Nevalwa testi letterarji skont kif iħaddem il-

    mekkaniżmi letterarji ewlenin.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 13 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-KITBA

    Kisba mit-Tagħlim 7:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NINQEDA B’FOROM DIFFERENTI TA’ KITBIET

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    7.1a Nagħmel pjan sempliċi għall-kitba mibni fuq xi

    għajnuniet mogħtija. 7.2a Infassal punti fid-dettall għal kitbieti.

    7.3a Nagħżel 2 jew 3 punti mill-abbozz imfassal li nħoss li

    huma ewlenin u ngħid għaliex għażilthom.

    7.1b Nikteb sentenzi f’paragrafu b’rabta bejniethom fuq

    tema b’xi għajnuniet.

    7.2b Nikteb ftit paragrafi ta’ qisien differenti f’sekwenza

    fuq tema b’għajnuna mogħtija. 7.3b Nikteb paragrafi fuq tema bla għajnuna.

    7.1ċ Nikteb kummenti qosra fuq artiklu sempliċi fi blogg. 7.2ċ Nikteb kummenti fuq artiklu ftit kumpless fi blogg. 7.3ċ Nikteb argumenti favur u kontra biex nesprimi

    opinjoni fuq artiklu kumpless fi blogg.

    7.1d Inżomm djarju sempliċi bl-appuntamenti tal-

    ġurnata.

    7.2d Inżomm djarju ddettaljat bl-okkorrenzi importanti

    tal-ġurnata.

    7.3d Inżomm rendikont aġġornat tax-xogħol li nkun qed

    nagħmel ta’ kuljum inkluż l-ippjanar bil-quddiem.

    7.1e Nikteb tajjeb kliem komuni bil-Malti. 7.2e Nikteb tajjeb kliem bażiku mir-reġistru matematiku

    li niġi bżonnu fil-ħajja ta’ kuljum.

    7.3e Nikteb tajjeb kliem tekniku li jista’ jkun marbut ma’

    oqsma vokazzjonali.

    7.1f Nikteb rakkont ta’ mhux inqas minn 150 kelma

    b’għajnuniet mogħtija.

    7.2f Nikteb rakkont ta’ mhux inqas minn 200 kelma

    b’għajnuniet mogħtija.

    7.3f Nikteb rakkont ta’ mhux inqas minn 250 kelma

    b’għajnuniet mogħtija.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 14 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-KITBA

    Kisba mit-Tagħlim 8:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NIKTEB B’MALTI TAJJEB

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    8.1a Inħaddem b’mod bażiku fil-kitba tiegħi aspetti

    morfoloġiċi tal-Malti.

    8.2a Inħaddem b’mod sodisfaċenti fil-kitba tiegħi aspetti

    morfoloġiċi tal-Malti.

    8.3a Inħaddem b’mod tajjeb fil-kitba tiegħi aspetti

    morfoloġiċi tal-Malti.

    8.1b Inħaddem b’mod bażiku fil-kitba tiegħi strutturi

    sintattiċi.

    8.2b Inħaddem b’mod sodisfaċenti fil-kitba tiegħi

    strutturi sintattiċi.

    8.3b Inħaddem b’mod tajjeb fil-kitba tiegħi strutturi

    sintattiċi.

    8.1ċ Inħaddem b’mod bażiku fil-kitba tiegħi aspetti

    ortografiċi tal-Malti.

    8.2ċ Inħaddem b’mod sodisfaċenti fil-kitba tiegħi aspetti

    ortografiċi tal-Malti.

    8.3ċ Inħaddem b’mod tajjeb fil-kitba tiegħi aspetti

    ortografiċi tal-Malti.

    8.1d Inħaddem b’mod bażiku fil-kitba tiegħi, aspetti tal-

    punteġġjatura.

    8.2d Inħaddem b’mod sodisfaċenti fil-kitba tiegħi, aspetti

    tal-punteġġjatura.

    8.3d Inħaddem b’mod tajjeb fil-kitba tiegħi aspetti tal-

    punteġġjatura.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 15 minn 188

    TAQSIMA 2: NIKKOMUNIKA FID-DINJA TAX-XOGĦOL

    L-Aspett tas-Suġġett: IT-TAĦDIT

    Kisba mit-Tagħlim 1:

    (Il-Coursework u l-

    Controlled)

    NIKKOMUNIKA TAJJEB SKONT IL-KUNTEST U L-UDJENZA

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    1.1f Nuża tonijiet, vuċijiet u ġesti differenti mħaddma fid-

    diskors fil-ħajja ta’ kuljum.

    1.2f Ninterpreta l-użu ta’ tonijiet, vuċijiet u ġesti

    differenti mħaddma f’tipi differenti fid-diskors.

    1.3f Nevalwa l-użu ta’ tonijiet, vuċijiet u ġesti differenti

    mħaddma f’tipi differenti fid-diskors.

    1.1ġ Ninqeda b’lessiku bażiku marbut mat-tema li

    nitkellem fuqha.

    1.2ġ Ninqeda b’lessiku wiesa’/elaborat marbut mat-tema

    li nitkellem fuqha.

    1.3ġ Ninqeda b’lessiku tekniku u sofistikat marbut mat-

    tema li nitkellem fuqha.

    1.1g Inwieġeb b’mod sempliċi għal mistoqsijiet li jsiruli. 1.2g Inwieġeb b’mod iddettaljat għal mistoqsijiet li jsiruli. 1.3g Inwieġeb b’mod impenjattiv u fit-tul għal mistoqsijiet li jsiruli.

    1.1għ Nagħmel it-talbiet sempliċi marbuta mal-ħajja

    tiegħi ta’ kuljum billi nuża diskors informali xieraq u

    adattat.

    1.2għ Nagħmel mistoqsijiet biex nikseb tagħrif fuq

    suġġetti u proċessi ġodda billi nuża diskors informali

    xieraq f’kuntesti differenti.

    1.3għ Nagħmel mistoqsijiet biex nikseb tagħrif li m’iniex

    midħla tiegħu billi nuża diskors formali minn reġistri

    xierqa skont il-kuntest.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 16 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IT-TAĦDIT

    Kisba mit-Tagħlim 2:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NAGĦTI L-OPINJONIJIET TIEGĦI WAQT LI NIPPARTEĊIPA F’DISKUSSJONI

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    2.1e Nagħti l-opinjoni tiegħi għal tagħrif mogħti f’test

    fattwali.

    2.2e Insostni l-opinjoni tiegħi b’evidenza meħuda kemm

    mill-istess test fattwali kemm minn sorsi oħra.

    2.3e Nevalwa test fattwali billi nwarrab xi preġudizzji li

    jista’ jkun hemm.

    2.1f Nagħraf il-punti ewlenin li joħorġu minn diskussjoni. 2.2f Nidentifika d-dettalji speċifiċi li jkunu ħarġu minn

    diskussjoni.

    2.3f Nevalwa r-relevanza tal-punti mqajma waqt

    diskussjoni.

    2.1ġ Nirrapporta l-punti ewlenin imqajma waqt

    diskussjoni.

    2.2ġ Nirrapporta l-punti kollha li jkunu tqajmu waqt

    diskussjoni.

    2.3ġ Nirrapporta b’mod elaborat il-punti u l-aspetti

    kollha mqajma waqt diskussjoni.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 17 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IS-SMIGĦ

    Kisba mit-Tagħlim 3:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NIFHEM DAK LI NISMA’

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    3.1d Insegwi rapport qasir li jinkludi informazzjoni ħafifa

    fuq tema.

    3.2d Insegwi rapport ftit kumpless li jinkludi

    informazzjoni ddettaljata fuq tema.

    3.3d Insegwi rapport kumpless li jinkludi informazzjoni u

    statistika fuq tema.

    3.1e Insegwi djalogu/diskussjoni/dibattitu sempliċi billi

    nagħraf il-punti ewlenin li jintqalu.

    3.2e Insegwi djalogu/diskussjoni/dibattiti ftit kumplessi

    billi nagħraf il-biċċa l-kbira tal-punti li jitqajmu.

    3.3e Insegwi djalogu/diskussjoni/dibattitu kumpless billi

    nagħraf il-biċċa l-kbira tal-punti li jitqajmu.

    3.1f Nagħraf l-intenzjoni tal-kelliem f’diskors li nisma’. 3.2f Ninterpreta l-intenzjoni tal-kelliem f’diskors li

    nisma’.

    3.3f Nevalwa l-intenzjoni tal-kelliem f’diskors meta

    nqabbel mal-esperjenza/i tiegħi.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 18 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-QARI

    Kisba mit-Tagħlim 4:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NAQRA TESTI B’MOD TAJJEB

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    4.1d Nagħraf test hux reali jew fittizju. 4.2d Nagħraf naqra bejn il-linji u l-messaġġi impliċiti li

    jista’ jkun hemm.

    4.3d Nevalwa l-implikazzjonijet li jista’ jkollhom il-

    messaġġi impliċiti li naqra f’test

    4.1e Inwieġeb mistoqsijiet referenzjali fuq test. 4.2e Inwieġeb mistoqsijiet inferenzjali fuq test. 4.3e Inwieġeb mistoqsijiet evalwattivi fuq test.

    4.1f Infittex kliem skont l-ordni alfabetika sempliċi

    f’dizzjunarju.

    4.2f Infittex f’teżawri tal-lingwa biex inkattar il-

    vokabularju li naf.

    4.3f Infittex f’dizzjunarji jew glossarji speċifiċi kliem

    tekniku skont l-ordni alfabetiku avvanzat.

    4.1ġ Nagħti l-punti ewlenin ta’ test fattwali sempliċi. 4.2ġ Nagħti l-punti ewlenin ta’ test fattwali kumpless. 4.3ġ Nagħti taqsira ta’ test fattwali kumpless.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 19 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-QARI

    Kisba mit-Tagħlim 5:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NAQRA TESTI DIFFERENTI

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    5.1ċ Nagħraf ġeneri differenti ta’ testi. 5.2ċ Nidentifika l-funzjoni li jaqdu l-ġeneri differenti ta’

    testi.

    5.3ċ Nevalwa jekk l-iskop li jridu jilħqu ġeneri differenti

    ntlaħaqx jew le.

    5.1d Nagħraf l-udjenza li għaliha hu miktub test sempliċi. 5.2d Nagħraf l-udjenza u ż-żmien ta’ test kumpless. 5.3e Nevalwa b’eżempji test kumpless f’termini ta’ żmien

    u udjenza

    5.1e Nagħraf it-tema/i mwassla permezz ta’ viżwal. 5.2e Ninterpreta l-messaġġ/i mwassla permezz ta’ viżwal. 5.3e Nevalwa l-messaġġi mwassla permezz ta’ viżwal.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 20 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-QARI

    Kisba mit-Tagħlim 6:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NAPPREZZA TESTI LETTERARJI

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    6.1f Nagħraf f’testi letterarji għadd ta’ mekkaniżmi

    letterarji ewlenin.

    6.2f Ninterpreta t-tħaddim ta’ mekkaniżmi letterarji

    ewlenin.

    6.3f Nevalwa testi letterarji skont kif iħaddem il-

    mekkaniżmi letterarji ewlenin.

    6.1ġ Ngħid x’laqatni/ma laqatnix f’test letterarju. 6.2ġ Nagħti r-reazzjoni tiegħi għal test letterarju. 6.3ġ Nagħti ġudizzju personali fuq test letterarju

    msaħħaħ b’eżempji meħuda mill-istess test.

    6.1g Nagħraf jekk l-isfond ta’ test letterarju hux fl-

    imgħoddi jew kontemporanju.

    6.2g Inqabbel l-isfond f’test letterarju mal-esperjenzi

    tiegħi.

    6.3g Nevalwa sfondi differenti li nsib f’testi letterarji

    differenti

    6.1għ Nikkummenta b’mod ħafif fuq l-għażla tal-kliem

    speċifiku f’test letterarju.

    6.2għ Ninterpreta l-għażla ta’ kliem speċifiku mill-awtur

    f’test letterarju

    6.3għ Nevalwa l-effettività tal-għażla tal-kliem mill-awtur

    f’test letterarju.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 21 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-KITBA

    Kisba mit-Tagħlim 7:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NINQEDA B’FOROM DIFFERENTI TA’ KITBIET

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    7.1ġ Nikteb noti/punti qosra sempliċi li jiġbru l-messaġġ

    ewlieni ta’ test sempliċi li nisma’ jew naqra.

    7.2ġ Nikteb noti/punti ddettaljati li jagħtu l-informazzjoni

    sħiħa ta’ test ftit kumpless li nisma’, jew naqra.

    7.3ġ Nieħu n-noti/punti neċessarji li jkolli bżonn minn

    riċerka li nagħmel fuq temi mogħtija.

    7.1g Nikteb mistoqsijiet ħfief u sempliċi biex nikseb

    tagħrif bażiku fuq affarijiet tal-ħajja ta’ kuljum.

    7.2g Nikteb mistoqsijiet iddettaljati li bihom nitlob għal

    tagħrif speċifiku li nkun neħtieġ.

    7.3g Nikteb mistoqsijiet iddettaljati li jistħarrġu tema

    minn angoli differenti.

    7.1għ Nagħmel listi ta’ kliem/sentenzi marbuta ma’

    ħtiġijiet tal-ħajja ta’ kuljum. 7.2għ Inżomm inventarju aġġornat.

    7.3għ Nagħmel stocktaking tal-materjal li jkolli u nagħmel

    ordnijiet ġodda, anke bl-użu tal-mezzi teknoloġiċi.

    7.1h Nikteb kliem jew espressjonijiet għal ma’ viżwal

    marbut mal-ħajja ta’ kuljum.

    7.2h Nikteb kepxins/slowgans/sentenzi għal ma’ viżwal li

    nuża biex nirriklama.

    7.3h Nevalwa r-rabta bejn il-kliem/sentenzi użati ma’

    viżwal u l-effettività li joħloq.

    7.1ħ Nikteb ittra elettronika/stampata ta’ mhux inqas

    minn 150 kelma, informali, biex nissuġġerixxi jew

    nistieden.

    7.2ħ Nikteb ittra elettronika/stampata ta’ mhux inqas

    minn 200 kelma, informali, biex inwassal ilment jew

    ringrazzjament.

    7.3ħ Nikteb ittra elettronika/stampata formali ta’ mhux

    inqas minn 250 kelma skont il-ħtieġa.

    7.1i Nikteb istruzzjonijiet u direzzjonijiet fuq temi

    f’kuntesti li jien midħla tagħhom.

    7.2i Nikteb regolamenti u twissijiet ta’ prekawzjoni dwar

    saħħa u sigurtà bħal dawk għal fuq il-post tax-xogħol,

    waqt id-divertiment u oħrajn.

    7.3i Nikteb proċessi kumplessi li jiddeskrivu oqsma

    marbutin max-xogħol vokazzjonali tiegħi.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 22 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-KITBA

    Kisba mit-Tagħlim 8:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NIKTEB B’MALTI TAJJEB

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    8.1e Inħaddem b’mod bażiku fil-kitba tiegħi aspetti

    morfoloġiċi tal-Malti.

    8.2e Inħaddem b’mod sodisfaċenti fil-kitba tiegħi aspetti

    morfoloġiċi tal-Malti.

    8.3e Inħaddem b’mod tajjeb fil-kitba tiegħi aspetti

    morfoloġiċi tal-Malti.

    8.1f Inħaddem b’mod bażiku fil-kitba tiegħi strutturi

    sintattiċi.

    8.2f Inħaddem b’mod sodisfaċenti fil-kitba tiegħi strutturi

    sintattiċi.

    8.3f Inħaddem b’mod tajjeb fil-kitba tiegħi strutturi

    sintattiċi.

    8.1ġ Inħaddem b’mod bażiku fil-kitba tiegħi aspetti

    ortografiċi tal-Malti.

    8.2ġ Inħaddem b’mod sodisfaċenti fil-kitba tiegħi aspetti

    ortografiċi tal-Malti.

    8.3ġ Inħaddem b’mod tajjeb fil-kitba tiegħi aspetti

    ortografiċi tal-Malti.

    8.1g Inħaddem b’mod bażiku fil-kitba tiegħi, aspetti tal-

    punteġġjatura.

    8.2g Inħaddem b’mod sodisfaċenti fil-kitba tiegħi, aspetti

    tal-punteġġjatura.

    8.3g Inħaddem b’mod tajjeb fil-kitba tiegħi aspetti tal-

    punteġġjatura.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 23 minn 188

    TAQSIMA 3: NIKKOMUNIKA FIS-SOĊJETÀ

    L-Aspett tas-Suġġett: IT-TAĦDIT

    Kisba mit-Tagħlim 1:

    (Il-Coursework u l-

    Controlled)

    NIKKOMUNIKA TAJJEB SKONT IL-KUNTEST U L-UDJENZA

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    1.1h Nuża ġesti, bħal ċaqliq tal-idejn, ir-ras u

    espressjonijiet tal-wiċċ, biex insaħħaħ id-diskors fil-ħajja

    ta’ kuljum.

    1.2h Nuża tonijiet differenti fid-diskors informali tiegħi

    skont iċ-ċirkustanzi u l-udjenza.

    1.3h Nuża tonijiet differenti fid-diskors formali tiegħi

    skont iċ-ċirkustanzi u l-udjenza.

    1.1ħ Nagħraf tagħrif ewlieni minn siltiet sempliċi fuq

    suġġetti li jien midħla tagħhom.

    1.2ħ Nislet tagħrif speċifiku minn siltiet marbutin mad-

    dinja tax-xogħol.

    1.3ħ Nevalwa tagħrif meħtieġ minn siltiet marbutin ma’

    oqsma soċjali, kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

    1.1i Nippreżenta lill-udjenza bl-għajnuna ta’ riżorsi viżivi,

    tagħrif interessanti fuq elementi ewlenin li jsawru l-

    kultura Maltija.

    1.2i Flimkien ma’ ħaddieħor, nippreżenta lill-udjenza, bl-

    għajnuna ta’ riżorsi viżivi, tagħrif irriċerkat marbut ma’

    oqsma mid-dinja tax-xogħol.

    1.3i Nippreżenta quddiem udjenza, waħdi jew m’oħrajn,

    bl-għajnuna ta’ riżorsi viżivi, wara li tkun saret riċerka,

    tagħrif fuq il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tiegħi.

    1.1ie Nerġa’ nagħti direzzjonijiet u istruzzjonijiet bażiċi li

    nkun smajt/qrajt marbuta ma’ temi/proċessi u ħwejjeġ li

    nuża fil-ħajja ta’ kuljum.

    1.2ie Nagħti direzzjonijiet u istruzzjonijiet biex niggwida

    lil ħaddieħor fit-twettiq ta’ proċess jew ħidma.

    1.3ie Noħloq direzzjonijiet u istruzzjonijiet u twissijiet li

    nħoss li jkunu siewja għal ħaddieħor fit-twettiq ta’

    proċessi jew coursework.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 24 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IT-TAĦDIT

    Kisba mit-Tagħlim 2:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NAGĦTI L-OPINJONIJIET TIEGĦI WAQT LI NIPPARTEĊIPA F’DISKUSSJONI

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    2.1g Nagħti l-opinjoni tiegħi fuq tema/i mogħtija minn

    qabel.

    3.2g Insostni b’evidenza l-opinjoni tiegħi fuq tema

    mogħtija minn qabel wara li nkun irriċerkajt aktar fuqha.

    3.3g Nevalwa opinjonijiet differenti biex nifforma dik

    tiegħi fuq tema/i mogħtija minn qabel.

    2.1għ Inqabbel il-fehmiet li nisma’ minn ħaddieħor ma’

    dawk tiegħi.

    3.2għ Inqabbel il-fehmiet li nisma’ minn għadd ta’

    kelliema differenti.

    3.3għ Insaħħaħ il-fehmiet tiegħi permezz ta’ analiżi li

    nagħmel ta’ dawk li nkun smajt mingħand ħaddieħor.

    2.1h Nintroduċi t-tema għad-diskussjoni 3.2h Insemmi temi relatati ma’ dik ewlenija waqt id-

    diskussjoni.

    3.3h Immexxi diskussjoni sħiħa li tibqa’ marbuta mat-

    tema ewlenija.

    2.1ħ Nistaqsi mistoqsijiet diretti fuq is-suġġett diskuss. 3.2ħ Nagħti opinjonijiet personali marbuta mas-suġġett

    diskuss.

    3.3ħ Nelabora b’evidenza l-opinjonijiet personali

    marbuta mas-suġġett diskuss.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 25 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IS-SMIGĦ

    Kisba mit-Tagħlim 3:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NIFHEM DAK LI NISMA’

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    3.1ġ Nislet it-tema ewlenija ta’ diskors li nisma’. 3.2ġ Nislet is-sottotemi li nisma’ f’diskors. 3.3ġ Nevalwa r-rabta bejn it-tema ewlenija u s-sottotemi

    f’diskors li nisma’.

    3.1g Insegwi istruzzjonijiet u direzzjonijiet sempliċi

    marbuta ma’ rutina fil-ħajja ta’ kuljum.

    3.2g Insegwi istruzzjonijiet u direzzjonijiet ftit kumplessi

    marbuta mad-dinja tax-xogħol.

    3.3g Insegwi istruzzjonijiet u direzzjonijiet kumplessi,

    anke dawk marbuta m’oqsma ta’ speċjalizzazzjoni li

    jistgħu jinkludu reġistru tekniku.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 26 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-QARI

    Kisba mit-Tagħlim 4:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NAQRA TESTI B’MOD TAJJEB

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    4.1g Nislet l-iskop ewlieni ta’ test sempliċi. 4.2g Nagħraf skopijiet differenti li jista’ jkollu test

    kumpless. 4.3g Inqabbel testi li jkollhom skopijiet differenti.

    4.1għ Nagħti kronoloġija ġenerali tal-fatti ewlenin f’test. 4.2għ Nidentifika dettalji speċifiċi fil-kronoloġija ġenerali

    tal-fatti f’test. 4.3għ Nevalwa l-kronoloġija kif ippreżentati f’test.

    4.1h Nislet minn test sempliċi t-tagħrif li nkun neħtieġ

    billi nidentifika l-kliem ċavetta.

    4.2h Nislet minn test ftit kumpless id-dettalji li nkun

    neħtieġ billi nidentifika l-frażijiet ċavetta. (skennjar)

    4.3h Nislet l-ideat ewlenin ta’ test billi nidentifika l-

    partijiet prinċipali tat-test kumpless. (skimmjar)

    4.1ħ Inwieġeb mistoqsijiet referenzjali fuq test. 4.2ħ Inwieġeb mistoqsijiet inferenzjali fuq test. 4.3ħ Inwieġeb mistoqsijiet evalwattivi fuq test.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 27 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-QARI

    Kisba mit-Tagħlim 5:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NAQRA TESTI DIFFERENTI

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    5.1f Nagħraf il-messaġġ dirett li test jista’ jkollu fuqi

    bħala qarrej.

    5.2f Nidentifika inferenzi/ messaġġi indiretti li jista’ jkollu

    test.

    5.3f Nevalwa test skont l-effetti u l-konsegwenzi li dan

    jista’ jkollu fuqi/fuq l-oħrajn fl-immedjat jew fit-tul.

    5.1ġ Nagħti opinjoni personali fuq test sempliċi. 5.2ġ Nagħti interpretazzjoni personali ta’ test kumpless. 5.3ġ Nevalwa opinjonijiet differenti li joħorġu minn test

    kumpless.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 28 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-QARI

    Kisba mit-Tagħlim 6:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NAPPREZZA TESTI LETTERARJI

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    6.1h Nagħraf it-tema ewlenija f’test letterarju. 6.2h Nidentifka temi oħra sekondarji relatati ma’ dik

    ewlenija li jista’ jkollu test letterarju

    6.3h Nevalwa l-iżvilupp tat-temi ta’ test letterarju mill-

    perspettiva personali tiegħi.

    6.3ħ Inqabbel żewġ testi letterarji skont it-tema/i

    ewlenin li jippreżentaw.

    6.1i Nagħti l-opinjoni tiegħi fuq il-karattri u l-ġrajja f’test

    letterarju.

    6.2i Nagħti l-opinjonijiet tiegħi għal żvilupp alternattiv

    tal-karattri u l-plott ta’ test letterarju.

    6.3i Ninterpreta test letterarju fid-dawl tal-iżvilupp tal-

    karattri, il-ġrajja u l-isfond.

    6.1ie Niddeskrivi kif test letterarju jaqbel/ma jaqbilx mal-

    esperjenza tiegħi.

    6.2ie Ninterpreta kif test letterarju jista’ jaqbel/ma

    jaqbilx mal-esperjenza tiegħi.

    6.3ie Nevalwa kif test letterarju jaqbel/ma jaqbilx mal-

    esperjenzi soċjali kontemporanji.

    6.1j Nagħraf f’testi letterarji għadd ta’ mekkaniżmi

    letterarji ewlenin.

    6.2j Ninterpreta t-tħaddim ta’ mekkaniżmi letterarji

    ewlenin.

    6.3j Nevalwa testi letterarji skont kif iħaddem il-

    mekkaniżmi letterarji ewlenin.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 29 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-KITBA

    Kisba mit-Tagħlim 7:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NINQEDA B’FOROM DIFFERENTI TA’ KITBIET

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    7.1ie Nimla avviżi u riklami sempliċi bl-għajnuna ta’

    viżwal f’mhux inqas minn 30 kelma/kwart ta’ paġna.

    7.2ie Nikteb avviżi u riklami li jinkludu viżwal, ta’ mhux

    inqas minn 40 kelma/ nofs paġna.

    7.3ie Noħloq materjal ta’ promozzjoni għal fuq media

    differenti għax-xogħol tiegħi biex inħajjar lill-pubbliku

    juża s-servizzi jew prodotti li nkun qed noffri/ toffri l-

    kumpanija li naħdem magħha.

    7.1j Nimla bil-kitba d-dettalji personali tiegħi fuq formola

    sempliċi li jkolli bżonn fil-ħajja ta’ kuljum.

    7.2j Nimla d-dettalji meħtieġa kollha fuq tipi differenti ta’

    formoli u applikazzjonijiet marbuta mad-dinja tax-xogħol. 7.3j Nimla CV ddettaljat u aġġornat tiegħi.

    7.1k Nikteb artikli ta’ mhux inqas minn 150 kelma

    b’tagħrif fuq temi li jien midħla tagħhom.

    7.2k Nikteb artikli, ta’ mhux inqas minn 200 kelma, fuq

    temi marbuta mad-dinja tax-xogħol.

    7.3k Nikteb artikli espożitorji ta’ mhux inqas minn 250

    kelma, ibbażati fuq informazzjoni riċerkata minn qabel.

    7.1l Nikteb biex nesponi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’

    pożizzjoni/opinjoni/fatt li jien midħla tiegħu f’mhux inqas

    minn 150 kelma.

    7.2l Nikteb biex infisser il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’

    pożizzjoni/opinjoni/fatt marbuta mad-dinja ta’ xogħol

    f’mhux inqas minn 200 kelma.

    7.3l Nevalwa kitbiet li jkun fihom pożizzjoni/opinjoni/fatti

    biex nasal għal dawk tiegħi fuq firxa ta’ temi f’mhux inqas

    minn 250 kelma.

    7.1m Nikteb rapporti ta’ mhux inqas minn 150 kelma

    megħjuna minn viżwal u marbutin ma’ ġrajjiet,

    avvenimenti u proċessi tal-ħajja ta’ kuljum.

    7.2m Nikteb rapporti ta’ mhux inqas minn 200 kelma fuq

    materji marbuta mad-dinja tax-xogħol.

    7.3m Nikteb rapporti ta’ mhux inqas minn 250 kelma

    marbuta mal-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tiegħi u li

    jinkludu wkoll riċerka, statistika u data relevanti.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 30 minn 188

    L-Aspett tas-Suġġett: IL-KITBA

    Kisba mit-Tagħlim 8:

    (Il-coursework u

    l-controlled)

    NIKTEB B’MALTI TAJJEB

    Kriterju tal-Assessjar (QMK 1) Kriterju tal-Assessjar (QMK 2) Kriterju tal-Assessjar (QMK 3)

    8.1għ Inħaddem b’mod bażiku fil-kitba tiegħi aspetti

    morfoloġiċi tal-Malti.

    8.2għ Inħaddem b’mod sodisfaċenti fil-kitba tiegħi

    aspetti morfoloġiċi tal-Malti.

    8.3għ Inħaddem b’mod tajjeb fil-kitba tiegħi aspetti

    morfoloġiċi tal-Malti.

    8.1h Inħaddem b’mod bażiku fil-kitba tiegħi strutturi

    sintattiċi.

    8.2h Inħaddem b’mod sodisfaċenti fil-kitba tiegħi

    strutturi sintattiċi.

    8.3h Inħaddem b’mod tajjeb fil-kitba tiegħi strutturi

    sintattiċi.

    8.1ħ Inħaddem b’mod bażiku fil-kitba tiegħi aspetti

    ortografiċi tal-Malti.

    8.2ħ Inħaddem b’mod sodisfaċenti fil-kitba tiegħi aspetti

    ortografiċi tal-Malti.

    8.3ħ Inħaddem b’mod tajjeb fil-kitba tiegħi aspetti

    ortografiċi tal-Malti.

    8.1i Inħaddem b’mod bażiku fil-kitba tiegħi, aspetti tal-

    punteġġjatura.

    8.2i Inħaddem b’mod sodisfaċenti fil-kitba tiegħi, aspetti

    tal-punteġġjatura.

    8.3i Inħaddem b’mod tajjeb fil-kitba tiegħi aspetti tal-

    punteġġjatura.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 31 minn 188

    L-Iskema tal-Assessjar

    L-assessjar jikkonsisti minn:

    Coursework: 60% tal-marki totali li tinkludi 5 xogħlijiet li jġorru 12% kull wieħed u mifruxa matul il-programm. F’dawn il-

    courseworks jiġu assessjati l-ħames oqsma tal-lingwa jiġifieri t-taħdit, is-smigħ, il-qari, il-kitba u l-letteratura. Il-coursework

    li jridu jagħmlu l-kandidati għandu jiġi maħluq fuq l-eżempji mogħtija ma’ dan is-sillabu. Kull coursework għandu jinbena

    fuq il-kriterji tal-assessjar mogħtija għal kull taqsima li jvarjaw minn taqsima għall-oħra u jibnu fuq xulxin tul il-programm

    kollu. F’dawn il-ħames courseworks se jintmessu l-kisbiet kollha tal-programm kull sena.

    Kull coursework li jingħata jrid jimmira li jilħaq il-kriterji tal-assessjar skont il-livell QMK. Kull coursework għandu jinkludi

    assessjar li jmiss il-kriterji fit-tliet livelli tal-QMK 1,2,3. Irid iġorr dawn il-persentaġġi skont il-livell: 30% għall-marki u għall-

    assessjar tal-kriterji f’QMK 1, 30% għal dawk f’QMK 2 u 40% għal dawk f’QMK 3. L-għalliema jistgħu jagħżlu li jibnu l-ħidma

    tagħhom għal-livell QMK 1 u 2 biss u allura jkunu jridu jfasslu l-karta li jkollha 40% allokati għall-kriterji u l-marki tal-QMK 1

    filwaqt li 60% għal dawk fil-QMK 2.

    Qed jiġi rrakkomandat li t-tqassim tal-coursework u l-kontenut ikun kif muri fit-tabella li ġejja:

    PJAN TAL-COURSEWORK GĦALL-EWWEL TAQSIMA

    IS-SMIGĦ IT-TAĦDIT IL-QARI IL-LETTERATURA IL-KITBA TOTAL

    L-1 Cw QMK 1,2,3

    30-30-40%

    KISBA 3

    30 marka

    __________

    Kisba 4 u 5 30 marka

    Kisba 6

    40 marka

    _______

    100

    marka

    12%

    IT-2 Cw QMK 1,2,3

    30-30-40%

    ________

    Kisba 1 u 2 30 marka

    _______

    Kisba 6

    40 marka

    Kisba 7 u 8 30 marka

    100

    marka

    12%

    PJAN TAL-COURSEWORK GĦAT-TIENI TAQSIMA

    IS-SMIGĦ IT-TAĦDIT IL-QARI IL-LETTERATURA IL-KITBA TOTAL

    IT-3 Cw QMK 1,2,3

    30-30-40%

    KISBA 3

    30 marka

    __________

    Kisba 4 u 5 30 marka

    Kisba 6

    40 marka

    ________

    100 marka

    12%

    IR-4 Cw QMK 1,2,3

    30-30-40%

    ________

    Kisba 1 u 2 30 marka

    ______

    Kisba 6

    40 marka

    Kisba 7 u 8 30 marka

    100

    marka

    12%

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 32 minn 188

    PJAN TAL-COURSEWORK GĦAT-TIELET TAQSIMA

    IS-SMIGĦ IT-TAĦDIT IL-QARI IL-LETTERATURA IL-KITBA TOTAL

    IL-5 Cw QMK 1,2,3

    30-30-40%

    ______ _____

    Kisba 4 u 5 30 marka

    Kisba 6

    40 marka

    Kisba 7 u 8 30 marka

    100

    marka

    12%

    IS-SMIGĦ IT-TAĦDIT IL-QARI IL-LETTERATURA IL-KITBA TOTAL ĠENERALI

    60 marka

    60 marka

    90 marka

    200 marka

    90 marka

    500 marka

    7.2% 7.2% 10.8% 24% 10.8% 60 %

    Il-controlled: 40% tal-marki totali; magħmul minn eżami bil-kitba ta’ sagħtejn u orali ta’ 10 minuti; imħejji mill-MATSEC u

    jsir fl-aħħar tal-programm tal-istudju. Il-controlled ikun qed jassessja t-tmien kisbiet fi ħdan it-tliet taqsimiet u t-temi

    rispettivi tagħhom. Il-karti se jkunu tnejn li jvarjaw bejn żewġ livelli:

    a. QMK livell 1-2; b. QMK livell 2-3.

    Il-kontenut tal-karta tal-controlled se jkun hekk kif jidher f’din it-tabella:

    Il-ħila % Il-ħin allokat Il-marki Il-kontenut

    It-taħdit 4.8% 10min 12 Eżerċizzju skont kriterji kisba 1 u

    2

    Il-ħila % Il-ħin rakkomandat Il-marki Il-kontenut

    Is-smigħ 5.2% 15min 13 Silta u eżerċizzju skont kisba 3

    Il-qari 12% 40min 30

    Silta qasira 10 mk + Silta twila 20mk skont kriterji

    kisba 4 u 5

    Il-kitba 12% 45min 30 Kitba waħda twila skont kisba 7 u 8

    Il-letteratura 6% 20min 15 Silta waħda li tista’ tkun proża

    jew poeżija skont kisba 6

    40% 130min(2hr10min) 100

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 33 minn 188

    Il-ħila Coursework % Controlled % Piż (%) fl-assessjar

    għal kull ħila

    It-taħdit 7.2 4.8 12

    Is-smigħ 7.2 5.2 12.4

    Il-qari 10.8 12 22.8

    Il-kitba 10.8 12 22.8

    Il-letteratura 24 6 30

    TOTALI % 60% 40% 100%

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 34 minn 188

    Tipi ta’ Coursework

    ASSESSJAR TAL-MALTI GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-EDUKAZZJONI SEKONDARJA FL-APPLIKAT (ĊESA)

    MUDELL TAL-EWWEL COURSEWORK

    ID-DISA’ SENA

    DESKRIZZJONI ĠENERALI

    Dan il-coursework hu magħmul minn tliet taħriġiet separati li jassessjaw il-ħiliet tas-smigħ, il-letteratura u l-qari. It-taħriġ

    tas-smigħ u l-qari jġorru 30 marka kull wieħed, filwaqt li dak għal-letteratura għandu 40 marka. Kollu f’daqqa, dan il-

    coursework jammonta għal 100 marka (li jissarrfu fi 12% tal-marka globali) għall-assessjar kontinwu ta’ din is-sena.

    L-EWWEL PARTI: IS-SMIGĦ

    Il-kisba 3: Nifhem dak li nisma’

    Daħla:

    F’din il-parti tal-coursework, l-istudenti jridu jaħdmu żewġ taqsimiet li minkejja li jmissu mal-istess tema, jistgħu jsiru

    separati. Kull taqsima fiha test tal-qari għas-smigħ flimkien ma’ għadd ta’ eżerċizzji varjati li jistħarrġu l-livell tal-kisba

    indikata. L-istudenti jisimgħu s-siltiet, li jistgħu jinqraw dak il-ħin mill-għalliem/a jew ikunu rrekordjati minn qabel.

    IL-PROĊEDURA GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-ASSESSJAR TAS-SMIGĦ

    Il-Ħin: 30 minuta għaż-żewġ taqsimiet/ jew kwarta kull taqsima

    It-Total ta’ marki li jistgħu jinkisbu huwa ta’ 30.

    L-AMMINISTRAZZJONI GĦAL KULL TAQSIMA TAL-EŻERĊIZZJU:

    1. L-istudenti jiġu mistiedna jaraw l-eżerċizzji li huma mistennija li jaħdmu fuq dik it-taqsima biss. Jingħataw madwar (2

    minuti)

    2. L-istudenti jisimgħu l-qari tas-silta kollha tat-taqsima għall-ewwel darba li jieħu madwar (3 min). Il-qari għandu jsir

    b’ritmu mexxej imma b’pass mhux daqstant mgħaġġel u maħtuf. Il-kliem għandu jiġi artikulat ċar u li jinftiehem sewwa.

    Waqt dan il-qari l-istudenti jistgħu jaħdmu l-eżerċizzji u/jew jieħdu xi noti.

    3. Kif jintemm il-qari, l-istudenti jingħataw (4 minuti) biex jaħdmu l-eżerċizzji. Il-mistoqsijiet u l-istruzzjonijiet ma jinqrawx.

    4. Terġa’ tinqara s-silta kollha għat-tieni darba (3 min) waqt li l-istudenti jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu/jimlew dak li ħallew

    vojt.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 35 minn 188

    5. L-aħħar (3 min) jingħataw biex l-istudenti jtemmu l-eżerċizzji.

    IL-KORREZZJONI U L-GĦOTI TAL-MARKI

    Il-korrezzjoni tal-eżerċizzji ssir skont l-iskema tal-marki pprovduta u l-kriterji msemmija skont is-sillabu. F’din l-iskema,

    barra t-tweġibiet tajbin tal-mistoqsijiet, jinstabu wkoll xi kummenti u linji gwida għall-għalliema biex jgħinuhom fil-

    korrezzjonijiet tagħhom.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 36 minn 188

    IL-MUDELL TAL-COURSEWORK

    IL-KARTA TAL-GĦALLIEMA

    Taqsima A: (15-il marka)

    (QMK 1 30%; QMK 2: 30%; QMK 3 40%)

    It-test għall-qari/rikording

    Il-Kappella ta’ San Dimitri fl-Għarb, Għawdex

    Din hi l-unika kappella fil-gżejjer tagħna ddedikata lil San Dimitri, il-qaddis martri mill-Greċja. Din il-knisja ġiet iddedikata

    lilu għax ħafna Għawdxin kienu jemmnu li setgħu jitolbuh għall-qraba tagħhom li nsterqu mill-furbani biex dawn jinħelsu

    mill-jasar u jerġgħu lura fi ħdanhom. Ta’ min isemmi li Għawdex, forsi aktar minn Malta, kien ibati ħafna minn ħbit għal

    għarrieda tal-furbani li kienu jisirqu dak kollu li jsibu quddiemhom, anki nies.

    Jidher li din il-knisja nbniet għall-ewwel darba fis-seklu ħmistax u tissemma fir-rapport taż-żjara uffiċjali li għamel

    Monsinjur Dusina fl-1575 fil-gżejjer Maltin. Fir-rapport jingħad li din kienet fi stat ħażin. Imma wara dan ir-rapport jidher li

    l-kappella ġiet irrestawrata u baqgħet tintuża sa nofs is-seklu sbatax. Iżda maż-żmien ma baqgħetx tintuża u ġġarrfet.

    Il-kappella li hemm illum inbniet fil-bidu tas-seklu 19. Minn barra għandha arkitettura sempliċi b’żewġ pilastri, wieħed fuq

    kull naħa. Fuq il-bieb insibu tieqa tonda li ddawwal il-knisja minn ġewwa. Hemm ukoll kampnar żgħir fin-nofs li fih

    qanpiena u salib.

    Din il-kappella żgħira għandha saqaf fit-tond u sagristija żgħira fuq wara. L-art tagħha hija tal-madum u tqiegħdet fl-1935.

    Fiha nsibu altar wieħed tal-ġebel, li nħadem fl-1935 minn Wenzu Gatt u li tħallas minn benefatturi. Fuq quddiem hemm

    zuntier ħelu li minn fuqu tista’ tammira l-veduta sabiħa tal-kampanja li ddawwar din il-kappella. Iz-zuntier sar f’Marzu tal-

    1930.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 37 minn 188

    Eżerċizzji.

    A. WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET KOLLHA FUQ IS-SILTA LI SMAJT.

    (QMK 1 30% 4 marki

    QMK 2 30% 4 marki

    QMK 3 40% 7 marki)

    1. Mis-silta nafu li San Dimitri kien

    a) Malti.

    b) Għawdxi.

    ċ) Grieg. (marka)

    2. Imla l-vojt f’din is-sentenza bil-kelma li toqgħod u li smajt mis-silta:

    Il-ħallelin tal-baħar fis-silta jissejħu wkoll _____________. (marka)

    3. Immarka t-tweġiba t-tajba:

    Kelma oħra flok ħbit hija jasar / martri / attakki. (2 marki)

    4. Il-kelma benefatturi tfisser l-istess bħal nies:

    a) li jagħmlu l-ħsara.

    b) li jridu l-ġid.

    ċ) barranin. (2 marki)

    5. Qabbel kolonna A ma’ kolonna B biex tagħti deskrizzjoni tajba tal-knisja skont dak li smajt. L-ewwel waħda lesta.

    (2 marki)

    1 Il-knisja li teżisti llum nbniet qanpiena u salib

    2 Fuq il-bieb hemm 1 fis-seklu 19

    3 Fuq il-kampnar hemm tieqa tonda għad-dawl.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 38 minn 188

    6. X’jingħad fuq l-istat tal-ewwel kappella fir-rapport ta’ Monsinjur Dusina?

    __________________________________________________________________________________________(marka)

    7. Ikteb x’ġara fid-data mogħtija skont li smajt.

    (6 marki)

    1 Seklu 15

    2 1575

    3 1930

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 39 minn 188

    L-ISKEMA TAL-MARKI

    Il-mistoqsija It-tweġiba Il-marki Il-kummenti

    QMK 1 30% 4

    1 ċ 1

    2

    il-furbani/furbani

    1

    Ma jitnaqqsux marki għal żbalji

    ortografiċi, sakemm il-kelma tkun

    tinftiehem.

    3 attakki 2

    QMK 2 30% 4

    4 b 2

    5 3,1,2 2

    QMK 3 40% 7

    6 Li kienet tinstab fi stat ħażin. 1 Aċċetta tweġibiet li jagħtu l-istess

    tifsira.

    Ma jitnaqqsux marki għal żbalji

    ortografiċi, sakemm il-kelma tkun

    tinftiehem.

    7

    i) Tinbena l-ewwel knisja lil San

    Dimitri.

    ii) Iż-żjara ta’ Monsinjur Dusina fil-

    gżejjer Maltin.

    iii) Inħadem l-altar tal-ġebel.

    6

    KRITERJI TAL-ASSESSJAR MISTĦARRĠA:

    Livell 1 QMK Livell 2 QMK Livell 3 QMK

    3.1a Nagħraf it-tifsir ta’ diskors bażiku li nisma’ fil-ħajja ta’ kuljum.

    3.2a Nieħu l-messaġġ meta nisma’ diskors li jkun fih espressjonijiet komuni użati fil-ħajja ta’ kuljum.

    3.3a Napprezza aspetti figurattivi li jintużaw fid-diskors biex jitwasslu messaġġi diretti/indiretti.

    3.1b Insegwi diskors li jkun fih deskrizzjoni ħafifa u sempliċi / konkreta.

    3.2ċ Nagħraf is-sekwenza kronoloġika sħiħa ta’ rakkont ftit kumpless mismugħ.

    3.3ċ Nagħraf is-sekwenza kollha ta’ rakkont kumpless mismugħ anke meta din ma tkunx lineari

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 40 minn 188

    Taqsima B: 15 marki

    (QMK 1 30%; QMK 2: 30%; QMK 3 40%)

    It-test għall-qari/rikroding

    Il-Pittura ta’ San Dimitri fl-Għarb, Għawdex

    Il-pittura titulari ta' din il-knisja fl-Għarb turi 'l San Dimitri u tpittret minn pittur mhux magħruf fl-1810. Fuq il-pittura

    hemm imniżżla d-data li tikkonferma meta sar dan il-kwadru. Fin-naħa ta’ fuq tal-kwadru naraw lil San Dimitri riekeb fuq

    iż-żiemel waqt li fil-parti t’isfel, fuq il-lemin, naraw mara xwejħa titlob, li tirrappreżenta lil Żgugina. Fuq ix-xellug naraw liż-

    żagħżugħ binha Mattew bil-ktajjen ta’ lsir. Interessanti f’din il-pittura hu l-ilbies tal-mara xwejħa li tidher liebsa l-għonnella

    u l-velu f’rasha. Dan kien ilbies karatteristiku tan-nisa tas-seklu dsatax u mhux ta' żmien aktar bikri meta l-attakki mill-

    furbani kienu jseħħu tassew. Fis-seklu dsatax, l-attakki tal-furbani kienu ilhom li spiċċaw. Dan jissejjaħ anakroniżmu

    artistiku u wieħed isibu spiss fil-pittura ta’ dak iż-żmien.

    Minbarra t-titular, fl-istess knisja nsibu diversi pitturi oħra bħal dawk ta’ San Pawl u ta' San Aristarku, li kien sieħeb San

    Pawl fil-vjaġġi tiegħu. Hemm ukoll pittura ta’ Marija Assunta u oħra moderna tal-Martirju ta’ San Dimitri. Fis-sagristija tal-

    knisja hemm ukoll kwadru ieħor sabiħ tal-Wiċċ ta’ Kristu. Jista’ jkun li wħud minn dawn il-kwadri, foshom dak ta' San Pawl,

    kienu oriġinarjament f’kappelli oħra tal-inħawi li maż-żmien ingħalqu. F’din il-knisja hemm ukoll relikwa tal-qaddis San

    Dimitri li nġiebet minn Ruma.

    Eżerċizzji.

    B. WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET KOLLHA FUQ IS-SILTA LI SMAJT.

    (QMK 1 30% 4 marki

    QMK 2 30% 4 marki

    QMK 3 40% 7 marki)

    1a. Għid jekk din is-sentenza fihiex informazzjoni VERA jew FALZA:

    Minkejja li nafu meta sar il-kwadru titulari tal-knisja, ma nafux il-pittur li għamlu. VERU / FALZ (marka)

    1b. Għaliex taħseb hekk? (marka)

    2. Kompli imla din id-deskrizzjoni tal-kwadru titulari.

    i) Fin-naħa ta’ fuq hemm ix-xbieha ta’ ____________________filwaqt li fuq ix-xellug in-naħa t’isfel hemm ix-xbieha ta’

    ______________________. (2 marki)

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 41 minn 188

    3. Ikteb fil-qosor deskrizzjoni tax-xbieha ta’ Zgugina hekk kif impittra fil-kwadru titulari.

    ____________________________________________________________________________________________________

    __________________________________________________________________________________________(2 marki)

    4. Il-pittur għażel li jlibbes lil Zgugina bi ħwejjeġ

    a) tas-seklu 15.

    b) tas-seklu 19.

    ċ) tas-seklu 20. (2 marki)

    5. Agħti fi kliemek u fil-qosor it-tifsira ta’ anakroniżmu artistiku skont kif joħroġ mis-silta.

    _________________________________________________________________________________________ (2 marki)

    6. X’inhi r-raġuni li tingħata fis-silta biex tispjega l-fatt li fil-knisja ta’ San Dimitri hemm għadd ġmielu ta’ pitturi.

    _________________________________________________________________________________________(2 marki)

    7. Minn din is-silta li smajt, x’konklużjoni toħroġ fuq l-aspett reliġjuż tal-Maltin ta’ żmien ilu? Saħħaħ b’eżempju minn dak li

    smajt fil-kitba tiegħek.

    ____________________________________________________________________________________________________

    ____________________________________________________________________________________________________

    _________________________________________________________________________________________(3 marki)

    TMIEM TAL-KARTA

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 42 minn 188

    L-ISKEMA TAL-MARKI

    Il-mistoqsija It-tweġiba Il-marki kummenti

    QMK 1 30% 4

    1a

    1b

    VERU

    Għax fuq wara hemm biss data ta’

    meta sar il-kwadu u m’hemmx isem

    il-pittur.

    1

    1

    2 San Dimitri/tal-qaddis;

    Tat-tifel/tfajjel Mattew bil-ktajjen

    1

    1

    Ma jitnaqqsux marki għal żbalji

    ortografiċi, sakemm il-kelma tkun

    tinftiehem.

    Aċċetta tweġibiet li jagħtu l-istess

    tifsira.

    QMK 2 30% 4

    3 Il-mara xwejħa titlob u/jew xwejħa

    liebsa għonnella u velu 2 Jekk tingħata tweġiba waħda mit-

    tnejn, tingħadd tajba

    4 b 2

    QMK 3 40% 7

    5 Meta fil-pittura jkun hemm affarijiet

    li ma jaqblux maż-żmien tal-ġrajja li

    turi l-pittura.

    2

    Aċċetta tweġibiet li jagħtu l-istess

    tifsira.

    Ma jitnaqqsux marki għal żbalji

    ortografiċi, sakemm il-kelma tkun

    tinftiehem.

    6 Ir-raġuni hija li setgħu kienu ta’

    knejjes oħra li ngħalqu u spiċċaw

    miġburin f’din il-knisja.

    2

    7 Li l-Maltin kienu jemmnu ħafna u

    kienu jħobbu l-pittura sagra għaliex

    hemm ħafna kwadri tal-qaddisin.

    3

    KRITERJI TAL-ASSESSJAR MISTĦARRĠA:

    Livell 1 QMK Livell 2 QMK Livell 3 QMK

    3.1b Insegwi diskors li jkun fih deskrizzjoni ħafifa u sempliċi.

    3.2b Insegwi diskors li jkun fih deskrizzjoni/jiet ftit kumplessi.

    3.3a Nispjega aspetti figurattivi li jintużaw fid-diskors biex jitwasslu messaġġi diretti/indiretti.

    3.3b Insegwi diskors li jkun fih deskrizzjoni/jiet kumplessi u astratti.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 43 minn 188

    IT-TIENI PARTI: IL-QARI

    Il-kisba 4: Naqra testi b’mod tajjeb.

    Il-kisba 5: Naqra testi differenti.

    Daħla:

    F’din il-parti tal-coursework, l-istudenti jridu jaħdmu żewġ taqsimiet li jistgħu jsiru separati. L-ewwel taqsima fiha test tal-

    qari qasir flimkien ma’ għadd ta’ eżerċizzji varjati li jistħarrġu l-livell tal-kisba indikat, filwaqt li t-tieni taqsima fiha t-test tal-

    qari t-twil maqsum f’żewġ partijiet flimkien ma’ għadd ta’ eżerċizzji varjati. L-istudenti għandhom jaqraw is-siltiet mogħtija

    u jaħdmu l-eżerċizzji abbinati magħhom.

    Taqsima A: Aqra sewwa dan l-avviż u wara aħdem l-eżerċizzji fuqu.

    AVVIŻ IMPORTANTI

    TAĦDITA MILL-GĦAQDA MALTIJA TAL-ORTIKULTURA

    Id-Dipartiment tal-Agrikoltura jixtieq javża lil dawk l-istudenti li huma mħajra jagħmlu kors fl-ortikoltura li se ssir taħdita

    dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom f’dan il-qasam. It-taħdit se ssir fl-Għammieri nhar is-Sibt

    15 ta’ Mejju u se tibda fid-9 ta’ filgħodu. Huwa importanti li kull min irid jattendi għandu jkun fis-sala tal-laqgħat fil-ħin.

    It-taħdita tiftaħ b’kelmtejn ta’ introduzzjoni minn Dr. Joseph Borg, President tal-Għaqda Maltija tal-Ortikoltura u se tiġi

    indirizzata minn erba’ kelliema. Se jitqassam ukoll xi materjal informattiv b’xejn. Fl-10.30 am jkun hemm waqfa qasira ta’

    għall-kafè. It-taħdita tintemm għall-ħabta tan-12.30 pm.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 44 minn 188

    Aħdem dawn l-eżerċizzji.

    1. Skont dak li qrajt aqta’ linja taħt il-kelma xierqa fis-sentenzi li ġejjin:

    i. Dan l-avviż ħareġ mid-Dipartiment tal- (Edukazzjoni, tal-Agrikoltura, Ortikoltura.)

    ii. Dr. Borg huwa (l-President, is-Segretarju, il-Kaxxier) tal-Għaqda. (2 marki)

    2. Mill-informazzjoni li qrajt f’dan l-avviż, x’iħajrek jew ma jħajrekx tmur għal din il-laqgħa?

    ___________________________________________________________________________________________(marka)

    3. Minn dak li qrajt fl-avviż, x’taħseb li tfisser il-frażi ‘kelmtejn’ ta’ introduzzjoni mill-President?

    a) diskors qasir fil-bidu.

    b) diskors twil f’nofs il-laqgħa.

    ċ) diskors qasir tal-aħħar. (marka)

    4. X’tara li għandu speċjali dan l-avviż minn kitbiet oħra?

    Semmi 2 affarijiet:

    i. __________________________________________________________________________

    ii. _________________________________________________________________________ (2 marki)

    5. Għaliex taħseb li l-Għaqda għażlet jum u post partikulari biex tagħmel din il-laqgħa?

    ____________________________________________________________________________________________________

    _______________________________________________________________________________________ (2 marki)

    6. X’effetti taħseb li jista’ jkollha l-istampa f’dan l-avviż fuq min jaqrah?

    ____________________________________________________________________________________________________

    __________________________________________________________________________________________(2 marki)

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 45 minn 188

    L-ISKEMA TAL-MARKI (10 marki)

    Livell 1 QMK 3 marki – 30%

    Livell 2 QMK 3 marki – 30%

    Livell 3 QMK 4 marki – 40%

    Il-mistoqsija It-tweġiba Il-marka Il-kummenti

    QMK 1 3

    1 i) Agrikoltura

    ii) President

    1

    1

    2 Varji 1

    Aċċetta tweġibiet varji oħra

    li jaqblu mas-sens tas-silta.

    Ma jitnaqssux marki għal

    żbalji tal-lingwa sakemm it-

    tweġiba tkun tinftiehem

    QMK 2 3

    3 a) diskors qasir fil-bidu 1

    4

    Tnejn minn dawn:

    1) fih stampa li taqbel mal-kontenut

    2) fih informazzjoni u dettalji fil-qosor

    3) fih programm ta’ attività

    4) fih istruzzjonijiet

    1x2

    QMK 3 4

    5

    Is-Sibt għax l-istudenti jkunu liberi aktar

    u ma jkollhomx skola u l-post huwa l-

    aktar addattat mas-suġġett.

    2

    6

    Tweġibiet bħal:

    Biex tħajjar lill-istudenti jattendu;

    Biex turi li kuilħadd jista’ jattendi kemm

    tfajliet kif ukoll ġuvintur

    Li dan il-kors se jinkludi kemm studju kif

    ukoll prattika

    Li se jintużaw mezzi tat-teknoloġija

    f’dan il-qasam

    Li hemm ħafna opportunitajiet

    differenti x’wieħed jista’ jikkonsidra

    Li l-kors jagħti sodisfazzjoni għax jidhru

    kuntenti

    2

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 46 minn 188

    Il-kriterji tal-assessjar:

    Kisba 4:

    Livell 1 QMK Livell 2 QMK Livell 3 QMK

    4.1b Nagħżel it-tifsira ta’ kliem sempliċi skont kif użat fil-kuntest tat-test.

    4.2b Nagħti t-tifsira tal-kliem speċifiku hekk kif użat fil-kuntest tat-test

    4.3b Nagħti t-tifsira ta’ espressjonijiet u frażijiet sempliċi hekk kif użati fil-kuntest tat-test.

    4.1ċ Inwieġeb mistoqsijiet referenzjali fuq test.

    4.2ċ Inwieġeb mistoqsijiet inferenzjali fuq it-test.

    4.3ċ Inwieġeb mistoqsijiet evalwattivi fuq test.

    Kisba 5:

    Livell 1 QMK Livell 2 QMK Livell 3 QMK

    5.1b Nispjega għaliex jogħġobni/ma jogħġobnix ġeneru partikulari.

    5.2b Inqabbel ġeneru ma’ ieħor biex noħroġ għadd ta’ xebh/differenzi

    5.3b Napprezza l-użu tal-ġeneru meta mqabbel mal-iskop, l-udjenza u ż-żmien li għalihom ikun miktub.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 47 minn 188

    IT-TIENI PARTI: IL-QARI

    Il-kisba 4: Naqra testi b’mod tajjeb.

    Il-kisba 5: Naqra testi differenti.

    Taqsima 2A: Aqra sewwa din l-istorja u wara aħdem l-eżerċizzji fuqha.

    Għal Speditu flixkun birra kien bħal duwa tal-Madalena. Imbagħad meta tasal il-festa ma kienx joqgħod lura u kien jimla

    żaqqu b’din id-duwa. Għal Lonza, martu, il-qubbajt kien tentazzjoni. Kienet tagħmel jumejn sħaħ tgerrem il-qubbajt li

    kienet iżżomm imgeżwer ġo biċċa ċarruta kbira u ġġorrha magħha kull fejn tmur. Sakemm Lonza setgħet tgerrem kemm

    riedet qubbajt, u Spedit kien iniżżel kemm-il flixkun birra tesa’ żaqqu, il-ħajja għal dawn iż-żewġt ixjuħ kienet ward u żahar.

    Iżda x-xitan fettillu jdeffes denbu fil-ħajja sempliċi u kuntenta ta’ dawn it-tnejn.

    Għodwa waħda Lonza sebħet b’uġigħ kbir fi snienha u l-imsejkna għaddiet jum twaħwaħ u żżomm ħaddejha b’biċċa

    ċarruta mxarrba biex, kif qalulha, ibatti l-uġigħ. Iżda kollox kien għalxejn għax l-uġigħ żdied! Kolina, il-ġara tagħha, qaltilha

    b’elf rimedju għall-uġigħ, li hi kienet tgħallmet mingħand ommha, iżda xejn ma ħadem.

    Fl-aħħar Speditu qabad u ħa lil Lonza għand id-dentist. Dan, wara li dam jogħdos u jgħawwar f’ħalq Lonza għal ħin twil,

    neħħa n-nuċċali minn fuq imnieħru u b’serjetà kbira, qisu xi mħallef qed jagħti sentenza kapitali, qalilha:

    “Jiddispjaċini ngħarrfek, Lonz, li fl-opinjoni tiegħi int se jkollok tneħħi snienek kollha. Għandek marda fil-ħanek u bilfors

    ikolli naqlagħhomlok.”

    (Silta meħuda minn “Speditu u l-Festa tar-Raħal” ta’ Charles Casha)

    A. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha fuq is-silta li qrajt.

    1. Liema kelma minn dawn tista’ toqgħod flok duwa?

    i. saħħa

    ii. mezz

    iii. kura (marka)

    2. Li Speditu kien iniżżel birra kemm tesa’ żaqqu tfisser li

    i. żaqqu ma kinitx tiflaħ ħafna xorb.

    ii. kien jixrob ħafna birra.

    iii. kien joqgħod attent li jixrob bil-qies. (marka)

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 48 minn 188

    3. Fis-silta, id-dentist jiġi mxebbah ma’

    i. avukat.

    ii. sid ħanut tax-xorb.

    iii. mħallef. (marka)

    4. Lonza kien se jkollha

    i. taqla’ snienha kollha.

    ii. timla xi snien.

    iii. tneħħi xi snien imħassrin. (marka)

    5. ll-frażi li turi li dawn ix-xjuħ kienu kuntenti b’ħajjithom hija

    i. ix-xitan deffes denbu.

    ii. ward u żahar.

    iii. duwa tal-Madalena. (marka)

    6. “Fl-aħħar Speditu qabad u ħa lil Lonza għand dentist.” X’turik din is-sentenza fuq Lonza?

    i. Li ma felħitx tmur waħidha għand id-dentist.

    ii. Li kienet tibża’ u ma riditx tmur għand id-dentist.

    iii. Li ma kinitx taf fejn iservi d-dentist. (marka)

    7. Minn dak li nsibu fis-silta, xi jġagħlek tasal għall-fehma li d-dentist kien tajjeb fuq xogħlu?

    _____________________________________________________________________________________ (marka)

    8. L-awtur li kiteb din l-istorja juża stil ċajtier meta jitkellem fuq dawn iż-żewġ anzjani. Għaliex taħseb li jagħmel hekk?

    ____________________________________________________________________________________________________

    _______________________________________________________________________________________(marka)

    9. Minn dak li qrajt f’din is-silta, x’tikkonkludi fuq iż-żmien u n-nies li jissemmew f’din l-istorja?

    ____________________________________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________________(2 marki)

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 49 minn 188

    L-ISKEMA TAL-MARKI

    Il-mistoqsija It-tweġiba Il-marka Il-kummenti

    QMK 1 30% 3

    1 iii) kura. 1

    2 ii) kien jixrob ħafna birra. 1

    3 iii) imħallef 1

    QMK 2 30% 3

    4 i) taqla’ snienha kollha

    1

    5 ii) ward u żahar. 1

    6

    ii) Li kienet tibża’ u ma riditx tmur

    għand id-dentist. 1

    Aċċetta tweġibiet varji oħra

    li jaqblu mas-sens tas-silta.

    Ma jitnaqssux marki għal

    żbalji tal-lingwa sakemm it-

    tweġiba tkun tinftiehem

    QMK 3 30% 4

    7 Għax eżamina ħalq Lonza sewwa u fit-

    tul qabel ma tkellem 1

    8

    Waħda jew aktar minn dawn jew

    oħrajn simili:

    Biex niggustaw il-ħajja sempliċi taż-

    żewġt ixjuħ;

    Biex iġagħalna nitbissmu buil-praspar

    tagħhom;

    Biex jurina stil ta’ ħajja tal-imgħoddi;

    Għax ix-xjuħ kienu karattri ċajtiera u

    jivvintaw il-praspar;

    1

    9

    Huwa żmien tal-imgħoddi fejn ma

    kienx hawn biżżejjed tagħlim fuq il-

    kura tas-saħħa u l-ikel bnin;

    Kien hemm ħafna nies li kienu

    għadhom jemmnu bil-mediċini

    tradizzjonali.

    2

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 50 minn 188

    IT-TIENI PARTI: IL-QARI

    Il-kisba 4: Naqra testi b’mod tajjeb.

    Il-kisba 5: Naqra testi differenti.

    Taqsima 2 B: Kompli aqra sewwa din l-istorja u wara aħdem l-eżerċizzji fuqha.

    Sentenza qalila agħar minn sentenza ta’ mewt! Kif Lonza semgħet dan werżqet waħda u ħassha ħażin.

    Malli Lonza ġiet f’tagħha, Speditu għamel li seta’ biex ifehemha li diżgrazzja fuq kulħadd tiġi xi darba jew oħra. U minn

    hawn u minn hemm wassalha taċċetta li tneħħi snienha u tagħmilhom barranin.

    L-operazzjoni saret u xi tliet xhur wara Lonza kellha sett saffi snien barranin li tassew kienu puliti. Fuq kollox ma damitx ma

    drathom għalkemm malajr reġgħet bdiet tinkwieta u ddejjaq qalbha. Kien wasal l-istaġun tal-festi!

    “Ara ma jfettillekx tiekol xi qubbajt bihom dawk is-snien! Tinsiex x’qallek id-dentist!” beda javżaha Speditu.

    “Allura jien m’hemmx għalfejn niġi l-festi!” gergret kważi b’qalbha maqsuma.

    “U għala le? Ejja u ħu gost xorta waħda. Billi ma tikolx qubbajt? Issib ikel u xorb ieħor kemm trid”, weġibha żewġha.

    Ħatfitu!

    “U żgur, int hekk jaqbillek tgħid. Min jaf kieku int kont floki x’kont tagħmel. Insomma, għid li trid għax jien m’iniex ġejja

    aktar festi biex nara lilek tifqa’ żaqqek bil-birra!”

    (Silta meħuda minn “Speditu u l-Festa tar-Raħal” ta’ Charles Casha)

    B. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha fuq is-silta li qrajt.

    1. Liema kelma minn dawn tista’ toqgħod flok wassalha hekk kif użata fis-silta:

    i. qalilha

    ii. ipperswadieha

    iii. ordnalha (marka)

    2. Agħżel kelma minn hawn taħt li tfisser l-istess bħall-kelma staġun kif użata fis-silta:

    i. iż-żmien

    ii. l-episodju

    iii. it-taqsim (marka)

    3. Għid għaliex jogħġbuk/ma jogħġbukx stejjer qosra bħal din li għadek kif qrajt hawn fuq?

    ______________________________________________________________________________________ (marka)

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 51 minn 188

    4. Għaliex taħseb li Speditu għamel ħiltu kollha biex iġiegħel lil Lonza tagħmel l-operazzjoni u tibdel snienha?

    _______________________________________________________________________________________ (marka)

    5. L-awtur juża sentenza b’kelma waħda: “Ħatfitu!”. X’taħseb li ried ifisser biha fil-kuntest?

    _______________________________________________________________________________________ (marka)

    6. Bejn l-ewwel u t-tieni parti tas-silta, l-awtur juża stil differenti ta’ kitba. X’inhi d-differenza prinċipali li jagħmel?

    _________________________________________________________________________________________(marka)

    7. Fl-aħħar parti tas-silta, x’konklużjonijiet tiġbed fuq ir-relazzjoni bejn il-koppja? Agħti tnejn.

    ________________________________________________________________________________________(2 marki)

    8. Lil min togħġob storja bħal din? Għaliex taħseb hekk? Agħti eżempji mis-silta nnifisha.

    ____________________________________________________________________________________________________

    ________________________________________________________________________________________(2 marki)

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 52 minn 188

    L-ISKEMA TAL-MARKI

    Il-mistoqsija It-tweġiba Il-marka Il-kummenti

    QMK 1 30% 3

    1 ii) ipperswadieha 1

    2 i) iż-żmien 1

    3 varji 1

    Aċċetta tweġibiet varji oħra

    li jaqblu mas-sens tas-silta.

    Ma jitnaqssux marki għal

    żbalji tal-lingwa sakemm it-

    tweġiba tkun tinftiehem

    QMK 2 30% 3

    4

    Għax kien jieħu ħsiebha / ma riedx li

    tibqa’ tbati u muġugħa./ 1

    5

    Li Lonza kienet irrabjat u ma qablet

    xejn ma dak li qal Speditu. L-awtur

    jużaha waħidha biex juri kemm kienet

    qalila r-risposta ta’ Lonza.

    1

    6

    Fl-ewwel parti jirrakkonta l-awtur

    stess iżda fit-tieni parti jitkellmu l-

    persunaġġi nfushom.

    1

    QMK 3 40% 4

    7

    Tnejn minn dawn jew oħrajn:

    1) li kienu jħobbu lil xulxin minkejja li

    jkollhom xi jgħidu.

    2) li kienu jagħtu kas ta’ xulxin.

    3) li kull fejn imorru jridu jkunu

    flimkien.

    4) li kienu jħobbu l-ikel u lil żaqqhom.

    2

    8 varji 2

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 53 minn 188

    Il-kriterji tal-assessjar

    Kisba 4:

    Livell 1 QMK Livell 2 QMK Livell 3 QMK

    4.1b Nagħżel it-tifsira ta’ kliem sempliċi skont kif użat fil-kuntest tat-test.

    4.2b Nagħti t-tifsira tal-kliem speċifiku hekk kif użat fil-kuntest tat-test

    4.3b Nagħti t-tifsira ta’ espressjonijiet u frażijiet sempliċi hekk kif użati fil-kuntest tat-test.

    4.1ċ Inwieġeb mistoqsijiet referenzjali fuq test.

    4.2ċ Inwieġeb mistoqsijiet inferenzjali fuq it-test.

    4.3ċ Inwieġeb mistoqsijiet evalwattivi fuq test.

    Kisba 5:

    Livell 1 QMK Livell 2 QMK Livell 3 QMK

    5.1b Nispjega għaliex jogħġobni/ma jogħġobnix ġeneru partikulari.

    5.2b Inqabbel ġeneru ma’ ieħor biex noħroġ għadd ta’ xebh/differenzi

    5.3b Napprezza l-użu tal-ġeneru meta mqabbel mal-iskop, l-udjenza u ż-żmien li għalihom ikun miktub.

  • SEAC 10 Syllabus (2024): IL-MALTI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI

    Paġna 54 minn 188

    IL-LETTERATURA

    IT-TIELET PARTI: IL-LETTERATURA: IL-PROŻA (20 marka)

    F’din il-parti tal-coursework, l-istudenti jaħdmu l-eżerċizzji wara li jkunu q